Ftehimiet internazzjonali: Proċeduri ta’ adozzjoni tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Artikolu 218 TFUE — proċeduri ta’ adozzjoni tal-UE għal ftehimiet internazzjonali

SOMMARJU

X’JAGĦMEL DAN L-ARTIKOLU?

PUNTI EWLENIN

L-artikolu jistabbilixxi s-setgħat rispettivi tal-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea jew tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà , tal-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-proċess.

B’mod ġenerali, il-Kunsill għandu s-setgħa li jiftaħ negozjati, jadotta direttivi ta’ negozjati u jiffirma u jikkonkludi l-ftehimiet.

Il-Kummissjoni (jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għal kwistjonijiet komuni ta’ politika barranija u ta’ sigurtà ) tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill biex jiftaħ negozjati għal ftehim.

Huwa meħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel il-Kunsill ikun jista’ jikkonkludi ċerti tipi ta’ ftehimiet, inkluż:

Fir-rigward tat-tipi l-oħrajn kollha ta’ ftehimiet, il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jiġi kkonsultat.

Fuq talba ta’ pajjiż tal-UE, tal-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti opinjoni dwar jekk il-ftehim ippjanat huwiex kompatibbli mat-trattati tal-UE.

Il-Kunsill jista’ jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu ħlief f’oqsma fejn normalment tkun meħtieġa l-unanimità, pereżempju, għal ftehimiet dwar l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB.

MINN META JAPPLIKA DAN L-ARTIKOLU?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 1958.

ATT

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) Il-Ħames Parti — L-Azzjoni Esterna tal-Unjoni, Titolu V — Ftehim internazzjonali, Artikolu 218 (ex Artikolu 300 TKE)

l-aħħar aġġornament 21.03.2016