Prodotti li joriġinaw mill-annimali — il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 92/118/KEE — rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika għall-kummerċ u l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti fl-UE

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali billi tistabbilixxi rekwiżiti għall-kummerċ jew l-importazzjoni ta’ prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem li mhumiex diġà koperti speċifikament mil-leġiżlazzjoni relatata mal-laħam frisk u ma’ prodotti tal-laħam.

PUNTI EWLENIN

Regoli speċifiċi ddettaljati fid-Direttiva jinkludu dan li ġej.

Din id-Direttiva se tiġi revokata u sostitwita mir-Regolament (UE) 2016/429 b’effett mill-20 ta’ April 2021 (ara l-atti relatati).

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija ilha tapplika mis-6 ta’ Jannar 1993. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 1994 (minbarra r-regoli biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 12(2) u 17 li għalihom id-data tal-iskadenza kienet l-1 ta’ Jannar 1993).

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49-68)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 92/118/KEE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 1994 li temenda jew tħassar uħud mir-regoli dettaljati dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika meħtieġa għall-importazzjonijiet ta’ ċerti bhejjem ħajjin u prodotti mill-bhejjem mill-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja fl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 187, 22.7.1994, pp. 11-13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/775/KE tat-28 ta’ Novembru 1994 li temenda d-Deċiżjonijiet Nri 94/143/KEE, 94/187/KEE, 94/309/KEE, 94/344/KEE, 94/446/KEE u 94/435/KEE li jistabbilixxu il-ħtigiet tas-saħħa ta’ l-Annimali u ċ-ċertifikazzjoni ghall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (ĠU L 310, 3.12.1994, pp. 77-78)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/199/KE tal-25 ta’ Marzu 1997 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi f’kontenituri ssiġillati ermetikament minn ċerti pajjiżi terzi li jużaw sistemi alternattivi ta’ trattament bis-sħana u li temenda d-Deċiżjoni 94/309/KE (ĠU L 84, 26.3.1997, pp. 44-48)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE tal-31 ta’ Ottubru 2003 tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988) (ĠU L 285, 1.11.2003, pp. 38-41)

Ara l-verżjoni konsolidata

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, pp. 12-28)

Ara l-verżjoni konsolidata

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/160/UE tal-20 ta’ Marzu 2014 li tħassar listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ oriġini tal-annimali adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 1742)(ĠU L 87, 22.3.2014, pp. 104-108)

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (”Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1–208)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta’ April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta’ pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, pp. 13-62)

l-aħħar aġġornament 23.01.2017