Il-ħtiġijiet dwar is-saħħa għall-importazzjoni u l-kummerċ ta' annimali fl-UE
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
PUNTI EWLENIN
L-iskop
Id-Direttiva 2004/68/KE taġġorna r-regoli li japplikaw għall-importazzjoni ta' annimali tal-ifrat, b'mod partikolari biex tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura li qiegħda tevolvi tar-riskju ta' mard.
Annimali taċ-ċirku huma speċifikament koperti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005.
Il-ħtieġa għal eżaminazzjni veterinarja hija mtawla għal 48 siegħa (preċedentement 24 siegħa) qabel il-mogħdija għal regoli aġġornati għal annimali domestiċi (pereżempju klieb, qtates, insma) kkumerċjati jew impurtati b'mod mhux kumerċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 576/2013.
Id-direttiva fiha wkoll regoli ddettaljati għall-kummerċ ta' semen, ova u embrijuni ta' ċerti annimali li mhumiex diġà koperti mil-leġiżlazzjoni, bħaż-żwiemel, ħmir, nagħaġ u mogħoż.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fid-29 ta' Lulju 1992. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali mill-1 ta' Jannar 1994.
SFOND
ATT
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54-72)
Emendi suċċessivi u bidliet għad-Direttiva 92/65/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.
ATTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.06.2013, p. 1-26)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1-121). Ara l-verżjoni kkonsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 tal-21 ta' Ottubru 2005 li jistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-moviment ta’ l-annimali taċ-ċirku bejn l-Istati Membri (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 47-62)
l-aħħar aġġornament 04.05.2020