Ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni u ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) Nru 650/2012 fil-qasam tas-suċċessjoni u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-regolament japplika għall-aspetti ċivili kollha għas-suċċessjoni għall-patrimonju tad-deċeduti.

Ma japplikax għal:

Oqsma tal-liġi ċivili għajr is-suċċessjoni, bħal reġimi ta’ proprjetà matrimonjali, donazzjonijiet u pjanijiet tal-pensjoni mhumiex koperti mir-regolament.

Ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli

Il-liġi applikabbli għandha tirregola, pereżempju:

Rikonoxximent u infurzar

L-applikazzjoni ta’ liġi waħda minn awtorità waħda għal suċċessjoni internazzjoni tevita proċeduri paralleli, b’deċiżjonijiet ġudizzjarji possibilment kunfliġġenti. Hija tiżgura wkoll li deċiżjonijiet mogħtija f’pajjiż tal-UE huma rikonoxxuti fl-UE mingħajr ebda ħtieġa ta’ proċedura speċjali. Deċiżjonijiet infurzabbli fil-pajjiż tal-UE fejn dawn ikunu ngħataw huma infurzabbli f’pajjiż ieħor tal-UE meta, fuq applikazzjoni ta’ parti interessata, ikunu ġew iddikjarati infurzabbli hemmhekk mill-qorti lokali.

Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Hu daħal fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2012.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara t-taqsima Organi fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

Ċertifikat Ewropew ta’ suċċessjoni (Portal Ewropew e-Ġustizzja)

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107-134)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 650/2012 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 30-84). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 25.01.2016



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.