Superviżjoni qabel il-proċess – rikonoxximent reċiproku

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Deċiżjoni 2009/829/ĠAI – superviżjoni qabel il-proċess (alternattiva għal detenzjoni)

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS?

Hija tħalli liċ-ċittadini tal-UE li jkunu qegħdin jistennew proċess f’pajjiż ieħor tal-UE jirritornaw id-dar sakemm jibda l-proċess tagħhom.

Il-pajjiż tal-oriġini tagħhom jissorveljahom bl-użu ta’ miżuri mingħajr arrest (barra l-ħabs). Pereżempju, dawn jistgħu jintalbu jirrapportaw f’għassa tal-pulizija kuljum.

Dan jgħin sabiex tiġi evitata detenzjoni twila qabel il-proċess barra l-pajjiż.

PUNTI EWLENIN

Jekk il-persuna suspettata taqbel li tirritorna lejn darha, il-pajjiż fejn isir il-proċess jiddeċiedi dwar it-tip ta’ superviżjoni*.

Il-pajjiż fejn isir il-proċess jibgħat id-deċiżjoni tiegħu lill-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ċertifikat.

Il-pajjiż tal-oriġini għandu 20 jum tax-xogħol sabiex jirrikonoxxi d-deċiżjoni.

Xi drabi, il-pajjiżi ma jirrikonoxxux deċiżjoni jekk:

Għal xi reati kriminali, il-pajjiżi għandhom jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet. Dawn jinkludu:

Jekk il-persuna suspettata ma tidhirx għall-proċess, il-pajjiż tal-oriġini jista’ jitlob għall-konsenja tagħhom. Dan ifisser li huma jiġu sforzati jirritornaw bl-użu ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Mill-2014, ir-Renju Unit (1) beda jifforma wkoll parti minn din l-iskema.

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Mill-1 ta' Diċembru 2012.

SFOND

Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri qabel il-proċess

TERMINI EWLENIN

*Miżuri ta’ superviżjoni jistgħu jirrikjedu li persuna:

ATT

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/JHA tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI

1.12.2009

1.12.2012

ĠU L 294 tal-11.11.2009, p. 20-40

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjonijiet Qafas 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI u 2009/829/ĠAI dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi dwar pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà, dwar sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi u dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni provviżorja (COM(2014) 57 finali tal-5 ta' Frar 2014)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/858/UE tal-1 ta' Diċembru 2014 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li jixtieq jieħu sehem f’atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta’ Schengen (ĠU L 345, 1.12.2014, p. 6-9)

l-aħħar aġġornament 28.09.2015



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.