Rekwiżiti tal-visa għal dawk li mhumiex ċittadini tal-UE

Dan ir-regolament jelenka l-pajjiżi mhux tal-Unjoni Ewropea (UE) li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom visa jew li huma eżentati mir-rekwiżit tal-visa meta jaqsmu l-fruntiera esterna tal-UE.

ATT

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ dħul ta’ ċertu frott u ħaxix.

SOMMARJU

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-visa u l-eżenzjonijiet tal-visa għal ċittadini mhux tal-UE li jidħlu fl-UE għal soġġorn qasir. Jipprovdi wkoll għal eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti tal-visa u r-rinunzji tal-visa li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħti lil kategoriji speċifiċi ta’ persuni.

LISTI POŻITTIVI U NEGATTIVI

Ir-regolament jipprovdi lista komuni ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom visa meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ Stat Membru (Anness I jew lista negattiva). Ir-regolament jelenka wkoll il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mir-rekwiżit tal-visa (Anness II - lista pożittiva).

Dawn il-listi jiġu aġġornati regolarment bl-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001.

Deċiżjonijiet dwar il-modifikazzjoni tal-listi jittieħdu fuq il-bażi ta’ valutazzjoni każ b’każ ta’ pajjiżi mhux tal-UE li għalihom jiġu applikati kriterji bħal, pereżempju, immigrazzjoni illegali, politika pubblika u sigurtà, benefiċċju ekonomiku (turiżmu u kummerċ barrani), relazzjonijiet esterni inkluż kunsiderazzjonijiet ta’ drittijiet umani u libertajiet fundamentali, kif ukoll koerenza reġjonali u reċiproċità Dawn id-deċiżjonijiet xi kultant jittieħdu bħala l-konsegwenza tad-djalogi ta’ liberalizzazzjoni tal-visa b’suċċess mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

VISA GĦAL SOĠĠORN QASIR

B’mod ġenerali, visa għal soġġorn qasir minn kwalunkwe pajjiż fiż-żona Schengen tintitola lid-detentur tagħha għal vjaġġar fis-26 Stat ta’ Schengen għal soġġorni ta’mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’180 ġurnata.

Visas għal żjarat li jaqbżu dak il-perjodu jibqgħu soġġetti għal proċeduri nazzjonali.

Barra minn hekk, ir-regolament jiddikjara li r-rekwiżiti tal-visa jiġu rinunzjati għal:

EĊĊEZZJONIJIET GĦAR-REKWIŻIT TAL-VISA

Stati Membri jistgħu jagħtu eċċezzjonijiet għar-rekwiżit tal-visa jew ir-rinunzja tal-visa lil ċerti kategoriji ta’persuni bħal pereżempju detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, tas-servizz jew speċjali, ekwipaġġ ċivili tal-ajru u tal-baħar u ajjutanti fuq titjiriet ta’ emerġenza/salvataġġ.

Każijiet speċifiċi oħrajn ta’ eżenzjoni huma mogħtija fid-dettall fir-regolament.

MEKKANIŻMU TA’ REĊIPROĊITÀ

Mekkaniżmu jiġi azzjonat fejn, jekk pajjiż mhux tal-UE fuq il-lista pożittiva jintroduċi rekwiżiti tal-visa għaċ-ċittadini ta’ Stat(i) Membru/i wieħed (jew aktar), dan tal-aħħar għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Kunsill u tiġi implimentata proċedura speċifika bil-għan li jerġa’ jiddaħħal ivjaġġar ħieles mill-visa. Jekk dan il-pajjiż xorta jimponi dawn ir-rekwiżiti wara 6 xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika tas-sitwazzjoni ta’ non-reċiproċità, il-Kummissjoni tista’ tipproponi, bħala miżura tar-reċiproċità, ir-restawr temporanju ta’rekwiżit tal-visa’mod ġenerali għal ċerti kategoriji taċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż mhux tal-UE. Dan il-mekkaniżmu ta’ reċiproċità speċifiku japplika għall-UE b’mod ġenerali. Għalhekk, jekk il-pajjiż mhux tal-UE japplika rekwiżit tal-visa għal ċittadini ta’ pajjiż tal-UE, jista’ jkun hemm rispons konġunt tal-UE mill-Istati Membri kollha.

MEKKANIŻMU TA’ SOSPENSJONI

Taħt kundizzjonijiet stretti u wara evalwazzjoni bir-reqqa mill-Kummissjoni, mekkaniżmu ieħor jippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ rekwiżiti tal-visa għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE meta jkun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza kkawżata minn abbuż tar-reġim ħieles mill-visa minn ċittadini ta’ pajjiż mhux tal-UE dwar il-lista pożittiva li twassal għal żieda sostanzjali u f’daqqa fin-numru ta’:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru. 539/2001

10.4.2001

-

ĠU L 81 tal-21.3.2001

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru. 2414/2001

1.1.2002

-

ĠU L 327 tat-12.12.2001

Ir-Regolament (KE) Nru. 453/2003

2.4.2003

-

ĠU L 69 tat-13.03.2003

Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni

1.5.2004

-

ĠU L 236 tat-23.9.2003

Ir-Regolament (KE) Nru. 851/2005

25.6.2005

v

ĠU L 141 tal-4.6.2005

Ir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006

1.1.2007

-

ĠU L 363 tal-20.12.2006

Ir-Regolament (KE) Nru. 1932/2006

19.1.2007

-

ĠU L 405 tat-30.12.2006

Ir-Regolament (KE) Nru. 1244/2009

19.12.2009

-

ĠU L 336 tat-18.12.2009

Regolament (UE) Nru 1211/2010

11.1.2011

v

ĠU L 339 tat-22.12.2010

Regolament (UE) Nru 517/2013

1.7.2013

-

ĠU L 158 tal-10.6.2013

Regolament (UE) Nru 610/2013

19.7.2013

-

ĠU L 182 tad-29.6.2013

Regolament (UE) Nru 1289/2013

9.1.2014

-

ĠU L 347 tat-20.12.2013

Regolament (UE) Nru 259/2014

28.4.2014

-

ĠU L 105 tat-8.4.2014

Regolament (UE) Nru 509/2014

9.6.2014

-

ĠU L 149 tal-20.5.2014

Emendi suċċesivi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija għal għanijiet ta’ referenza biss.

L-aħħar aġġornament: 12.08.2014