Il-ġurisdizzjoni fi proċeduri kriminali: il-prevenzjoni u s-solvien ta' kunflitti

Din id-deċiżjoni qafas għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), sabiex jiġu impeduti proċeduri kriminali paralleli mhux neċessarji li jikkonċernaw l-istess fatti u l-istess persuna. Għandha l-potenzjal li żżid l-amministrazzjoni efficjenti tal-ġustizzja kriminali f'każijiet transfruntiera billi tiffranka l-ħin u r-riżorsi umani u finanzjarji tal-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri.

ATT

Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjonai fi proċedimenti kriminali.

SOMMARJU

Din id-deċiżjoni qafas għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), sabiex jiġu impeduti proċeduri kriminali paralleli mhux neċessarji li jikkonċernaw l-istess fatti u l-istess persuna. Għandha l-potenzjal li żżid l-amministrazzjoni efficjenti tal-ġustizzja kriminali f'każijiet transfruntiera billi tiffranka l-ħin u r-riżorsi umani u finanzjarji tal-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri.

Tistabbilixxi l-proċedura li permezz tagħha, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkuntattjaw lil xulxin meta jkollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li jkunu qed isiru proċeduri paralleli f'pajjiż tal-UE ieħor. Tistabbilixxi wkoll il-qafas għal dawn l-awtoritajiet sabiex jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti meta jkunu jeżisti proċeduri paralleli, sabiex tinstab soluzzjoni sabiex jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn dawn il-proċeduri.

Skambju ta' informazzjoni

Jekk l-awtorità kompetenti ta' pajjiż tal-UE jkollha bażi raġonevoli sabiex temmen li jkunu qegħdin isiru proċeduri paralleli f'pajjiż tal-UE ieħor, hija għandha tfittex konferma dwar l-eżistenza ta' proċeduri paralleli bħal dawn mill-awtorità kompetenti ta' dak il-pajjiż. L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb mingħajr telf ta' żmien jew fi ħdan l-iskadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti.

Bit-talba tagħha, l-awtorità tal-kuntatt għandha għallinqas tissottometti l-informazzjoni li ġejja:

Fir-rispons tagħha, l-awtorità kkuntattjata għandha tindika jekk humiex qed isiru jew sarux proċeduri kriminali fil-pajjiż tagħha fir-rigward ta' wħud minn jew tal-istess fatti kollha u l-istess persuni huma dawk fil-proċeduri kriminali fil-pajjiż tal-awtorità tal-kuntatt. Jekk dan huwa l-każ, l-awtorità kkuntattjata għandha tipprovdi wkoll id-dettalji ta' kuntatt tagħha kif ukoll il-fażi tal-proċeduri jew in-natura tad-deċiżjoni finali.

Konsultazzjonijiet diretti

Jekk jeżistu proċeduri paralleli, l-awtoritàjiet relevanti għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex tinstab soluzzjoni mmirata sabiex jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn dawn il-proċeduri. Dan jista' jwassal għall-konċentrazzjoni tal-proċeduri f'pajjiż tal-UE wieħed.

Meta l-awtoritàjiet relevanti jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti, għandhom iqisu l-fatti u l-merti kollha tal-każ u tal-fatturi relevanti l-oħrajn kollha. Jekk ma tinstab ebda soluzzjoni, il-każ jiġi riferut lill-Eurojust, jekk xieraq, u diment li jkun jaqa' taħt il-kompetenza tagħha.

Implimentazzjoni

Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar kif il-pajjiżi tal-UE implimentaw id-Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI. Dak iż-żmien li ġiet ippubblikata, 15-il pajjiż tal-UE biss kienu introduċew liġijiet li jinkorporaw l-att fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

Il-Kummissjoni hija mħassba li għadd sinifikanti ta' pajjiżi tal-UE kienu għadhom iridu jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas, ħaġa li kienet qiegħda ċċaħħadhom minn għodda importanti għas-solvien tal-kunflitti relatati mal-ġurisdizzjoni meta dawn jirriżultaw. B'hekk tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha li għadhom ma għamlux dan sabiex jieħdu miżuri malajr sabiex jimplimentawhom b'mod sħiħ.

Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI

15.12.2009

15.6.2012

ĠU L 328 tal-15.12.2009, p. 42-47

ATT RELATAT

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjoni Qafas 2009/948/GAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjonai fi proċedimenti kriminali (COM(2014) 313 final tat-2.6.2014).

l-aħħar aġġornament 10.12.2014