Impjieg indipendenti — trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jaħdmu għal rashom

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din iddaħħal fis-seħħ il-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jaħdmu għal rashom.

PUNTI EWLENIN

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija tapplika mill-4 ta’ Awwissu 2010. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fid-dritt nazzjonali tagħhom sal-5 ta’ Awwissu 2012.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara “L-impjieg u t-taħriġ” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

* Diskriminazzjoni diretta: meta persuna waħda tiġi trattata b’mod inqas favorevoli minn oħra minħabba l-ġeneru tagħhom.

* Diskriminazzjoni indiretta: meta regola, kriterju jew prattika li jidhru newtrali jqiegħdu lill-persuni ta’ ġeneru wieħed fi żvantaġġ partikolari.

* Fastidju: meta mġiba mhux mixtieqa tikser id-dinjità ta’ xi ħadd jew toħloq ambjent ta’ intimidazzjoni, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.

* Fastidju sesswali: kull forma ta’ mġiba verbali, mhux verbali jew fiżika mhux mixtieqa ta’ natura sesswali.

ATT

Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, pp. 1–6)

l-aħħar aġġornament 28.06.2016