Il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-18)

 

SOMMARJU TA’:

Riżoluzzjoni dwar sistema mġedda għal kooperazzjoni tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ

X’INHU L-GĦAN TAR-RIŻOLUZZJONI?

Din tistabbilixixi qafas imġedded għal kooperazzjoni mtejba bejn il-pajjiżi tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ għall-perjodu 2010-18. Din issegwi mill-ewwel qafas li ġie adottat fl-2002 għall-perjodu 2002-09.

PUNTI EWLENIN

L-objettiv ewlieni ta’ dan il-qafas imġedded jew strateġija tal-UE għaż-żgħażagħ huwa li titjieb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni u tal-azzjonijiet li diġà qegħdin fis-seħħ u li jiġu pprovduti benefiċċji miżjud liż-żgħażagħ fl-UE.

Din l-istrateġija għandha 2 objettivi ewlenin:

Dawn l-objettivi għandhom jiġu ssodisfati permezz tal-promozzjoni tad-djalogu bejn iż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika sabiex tiżdied iċ-ċittadinanza attiva, titrawwem l-integrazzjoni soċjali u tiġi żgurata l-inklużjoni taż-żgħażagħ fl-iżvilupp tal-politika tal-UE.

Għal dan il-għan, inizjattivi speċifiċi, l-immirar lejn iż-żgħażagħ u s-simplifikazzjoni tal-inizjattivi huma mħeġġa fi 8 oqsma speċifiċi:

Ir-rwol tal-pajjiżi tal-UEu l-Kummissjoni Ewropea

Ir-riżoluzzjoni tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi tal-UE biex jadottaw miżuri li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija għaż-żgħażagħ. L-azzjonijiet f’tali oqsma għandhom jiġu applikati permezz ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, li jeħtieġ impenn politiku minn pajjiżi tal-UE u metodi tax-xogħol speċifiċi.

L-istrumenti ewlenin ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ huma:

L-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ tħeġġiġhom ukoll biex jikkunsidraw kwistjonijiet dwar iż-żgħażagħ f’oqsma tal-politika oħrajn li jħallu impatt fuq il-ħajjiet taż-żgħażagħ, bħal qgħad taż-żgħażagħ (inkluż l-iskema ta’ garanzija għaż-żgħażagħ) u l-inklużjoni soċjali (pjattaforma tal-UE kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali).

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (ĠU C 311, 19.12.2009, pp. 1-11).

DOKUMENTI RELATATI

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018) (ĠU C 417, 15.12.2015, pp. 1-9)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar ħarsa ġenerali lejn il-proċess ta’ djalogu strutturat inkluż l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (ĠU C 183, 14.6.2014, pp. 1-4).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2014-2015 (ĠU C 183, 14.6.2014, pp. 5-11).

l-aħħar aġġornament 23.11.2017