Kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konklużjonijiet dwar il-prijoritajiet futuri għat-titjib tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV)

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?

Indirizzati lill-Kummissjoni Ewropea u lil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), huma jippreżentaw ideat għal miżuri volontarji biex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-konklużjonijiet identifikaw erba’ oqsma ta’ prijorità li għandhom jiġu indirizzati, flimkien mal-prijoritajiet u l-linji gwida stabbiliti fil-proċess ta’ Kopenħagen.

SFOND

Fl-2010, il-Kummissjoni pproponiet impetu ġdid għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li jikkontribwixxi kemm għall-istrateġija Ewropa 2020 globali tagħha kif ukoll għall-Qafas Strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, magħruf bħala ET 2020, u b’hekk tmexxi ’l quddiem ħafna mill-ideat fil-konklużonijiet tal-2009.

Rapport konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li nħareġ f’Diċembru 2015, jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ fil-perijodu 2016-2020.

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

It-tagħlim informali: tagħlim li mhuwiex ibbażat fuq il-kurrikulu u ma jirriżultax fi kwalifiki. L-għalliem ikun xi ħadd b’aktar esperjenza mill-individwu li qed jiġi mgħallem eż. Ġenitur li qed jgħallem l-alfabet lil tifel jew tifla.

It-tagħlim mhux formali: tagħlim organizzat (eż. immexxi minn għalliem jew persuna b’aktar esperjenza mill-individwu li qed jiġi mgħallem) li jista’ jew ma jistax ikun ibbażat fuq kurrikulu. Dan jibni fuq il-ħiliet individwali tal-istudenti iżda ma jwassalx għal kwalifika formali, eż. Il-moviment tal-iskawts.

DOKUMENT EWLIENI

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prijoritajiet futuri għal kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) (ĠU C 18, 24.1.2009, p. 6-10)

DOKUMENTI RELATATI

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2-10)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010) 296 final, 9.6.2010)

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25-35)

l-aħħar aġġornament 21.11.2016