Kodiċi Doganali Komunitarju Modernizzat

Il-Kodiċi Doganali Komunitarju jiffissa u jiddefinixxi l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi. Dan il-Kodiċi l-ġdid għandu l-għan li jiffaċilita l-kummerċ filwaqt li jiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà fil-fruntieri.

ATT

Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008).

SOMMARJU

Il-Kodiċi Doganali Modernizzat joħloq ambjent doganali elettroniku ġdid. Dan il-Kodiċi l-ġdid jintegra l-proċeduri doganali komuni bejn l-Istati Membri filwaqt li jsaħħaħ il-konverġenza bejn is-sistemi informatiċi tas-28 amministrazzjoni doganali. Ħa post il-kodiċi doganali komunitarju tal-1992 mill-1 ta' Novembru 2013.

Dispożizzjonijiet tal-Kodiċi

Il-Kodiċi Doganali Modernizzat tal-2008 jikkonċerna:

Id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-proċeduri doganali, kemm sabeix jiġi faċilitat il-kummerċ kif ukoll bħala prevenzjoni ta’ theddid ġdid.

Għaldaqstant, permezz ta’ tisħiħ tal-oqsfa regolatorji u operazzjonali komuni bejn l-awtoritajiet doganali, il-Kodiċi jimplimenta proċessi moderni, imsejsa fuq proċessi informatiċi, sabiex:

Wara l-komunikazzjoni tal-2003 intitolata Ambjent sempliċi u li jevita l-użu ta’ karti għad-dwana u l-kummerċ, l-użu tat- teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-Komunikazzjoni sar ir-regola.

Sistemi tal-informazzjoni komuni li jippermettu l-iskambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet doganali, filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta. Fil-mira tagħhom, dawn is-sistemi għandhom b'mod partikolari:

Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

Il-qafas ġuridiku l-ġdid se jippermetti li jiġu simplifikati l-proċeduri doganali għall-kummerċ tal-merkanzija bejn it-territorji li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal-Komunità iżda li għalihom tapplika d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u dawk it-territorji li din id-Direttiva ma tapplikax għalihom.

Kuntest

Il-Kodiċi Doganali Komunitarju ġie modernizzat wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA u wara ż-żewġ proċessi ta’ tkabbir tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huwa konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Simplifikazzjoni u l-Armonizzazzjoni tal-Proċeduri Doganali, u l-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 450/2008 (adozzjoni: kodeċiżjoni COD/2005/0246)

24.6.2008

ĠU L 145, 4.6.2008

Att(i) emendatorju(i)

Dħul fis-seħħ

Skadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 528/2013

19.6.2013

-

ĠU L 165 tat-18.6.2013

ATTI RELATATI

Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23/21, 26.1.2008).

L-aħħar aġġornament: 24.02.2014