Il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet: Linji gwida tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IL-LINJI GWIDA?

PUNTI EWLENIN

Il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet hija fenomenu dinji, li għandu l-għeruq tiegħu fl-inugwaljanzi ekonomiċi u fil-poter bejn is-sessi, fi drawwiet, tradizzjonijiet, valuri reliġjużi, insabbiltà politika u kunflitti armati.

Din għandha konsegwenzi serji għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi, kif ukoll għas-soċjetà inġenerali.

Il-linji gwida għandhom tliet għanijiet interkonnessi:

Biex jiksbu dan, bil-kooperazzjoni tal-pajjiżi tal-UE, il-linji gwida jfittxu li:

L-UE ser tqajjem il-kwistjoni b’mod regolari barra mill-UE, inkluż fin-Nazzjonijiet Uniti (NU). Ser issir ukoll referenza għad-drittijiet tan-nisa fil-mandati kollha tar-rappreżentanti u l-mibgħuta speċjali tal-UE. B’mod partikolari, l-UE se tħeġġeġ lill-pajjiżi jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW).

L-UE għandha l-għan li tipprevjeni l-vjolenza u tgħin lill-vittmi permezz ta’ appoġġ għal:

F’każijiet eċċezzjonalment serji, pereżempju fejn il-vjolenza titwettaq jew tiġi ttollerata minn pajjiż b’mod kuntrarju għall-impenji internazzjonali, l-UE tista’ tieħu miżuri speċifiċi.

SFOND

Il-linji gwida huma bbażati fuq firxa ta’ studji u inizjattivi, inkluż l-istudju fil-fond dwar il-vjolenza kontra n-nisa tas-Segretarju Ġenerali tan-NU (2006), il-ħidma tar-Rapporteur Speċjali tan-NU fuq il-Vjolenza kontra n-Nisa (2008), ir-riżoluzzjoni 61/143 tan-NU dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (2006) u r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008)tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà.

Huma bbażati wkoll fuq ir-Riżoluzzjoni 2005/2215 tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fil-kunflitti armati u l-irwol tagħhom fir-rikostruzzjoni.

Għal aktar informazzjoni, ara wkoll:

* TERMINI EWLENIN

Vjolenza kontra n-nisa: kwalunkwe att ta’ vjolenza bbażat fuq il-ġeneru li jirriżulta jew x’aktarx li jirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali jew psikoloġika jew sofferenza għan-nisa, inkluż theddid ta’ tali atti, koerċizzjoni jew ċaħda arbitrarja tal-libertà. Din tista’ ssir fil-familja jew fil-komunità ġenerali, jew titwettaq jew tiġi ttollerata mill-pajjiż fl-intier tiegħu.
Impunità: eżenzjoni jew ħelsien minn kastig għal ħsara kkawżata.
Difensuri tad-drittijiet tal-bniedem: individwi jew gruppi li jippromwovu jew iħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, bħal drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, inklużi d-drittijiet tan-nisa

DOKUMENT EWLIENI

Linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom, Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2008

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2012/29/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, pp. 57–73)

Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perijodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 62–72)

l-aħħar aġġornament 27.06.2016