Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE li tistabbilixxi Ċertifikat tal-PatrimonjuEwropew
L-għan taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew huwa:
Permezz tat-turiżmu kulturali b’mod partikolari, il-patrimonju għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni Ewropej, li jibbenefikaw minn profil għoli.
L-enfasi fuq il-valur simboliku Ewropew tas-siti u d-dimensjoni edukattiva tagħhom tiddistingwi ċ-ċertifikat Ewropew mill-inizjattivi tal-patrimonju li ġew stabbiliti mill-Unesco (eż. Lista tal-Patrimonju Dinji jew Lista Rappreżentattiva tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità ) u l-Kunsill tal-Ewropa.
Kriterji tal-għażla
Dawn li ġejjin jistgħu japplikaw:
Applikazzjonijiet konġunti jistgħu jiġu sottomessi minn:
Is-siti kandidati għaċ-ċertifikat għandhom juru li jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
Minbarra dan, is-siti kandidati għandhom jissottomettu proġett li fih jimpenjaw ruħhom li:
Pjan ta’ ħidma dejjem għandu jiġi ppreżentat u juri kif il-kandidati jissodisfaw għadd ta’ kundizzjonijiet bħall-ġestjoni effiċjenti tas-sit, li jiggarantixxi l-preservazzjoni u l-aċċess tiegħu għal kemm jista’ jkun nies.
Proċedura ta’ selezzjoni
Il-preselezzjoni tas-siti ssir mill-pajjiżi tal-UE, li jistgħu jagħżlu sa żewġ siti kull sentejn. Il-lista mbagħad tiġi sottomessa lil bord Ewropew ta’ esperti indipendenti li jagħżel massimu ta’ sit wieħed għal kull pajjiż. Fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-bord, il-Kummissjoni Ewropea tinnomima s-siti li għandhom jingħataw iċ-ċertifikat.
Is-siti huma monitorjati regolarment biex jiġi żgurat li jkomplu jilħqu l-kriterji u li jimplimentaw il-proġetti u l-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-bord jista’ jipproponi aġġustamenti f’kollaborazzjoni mal-pajjiż ikkonċernat. Jekk il-miżuri meħtieġa ma jiġux implimentati, il-Kummissjoni tista’ tirtira ċ-ċertifikat.
L-ewwel ċertifikati ġew attribwiti fl-2013.
Din ilha tapplika mit-23 ta’ Novembru 2011.
Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, li issa huwa inizjattiva formali tal-UE u parti mill-programm Ewropa Kreattiva (2014-2020), tnieda għall-ewwel darba fl-2006 fil-forma ta’ inizjattiva intergovernattiva li tinvolvi 18-il pajjiż tal-UE.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Deċiżjoni Nru 1194/2011/UEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1-9)
l-aħħar aġġornament 04.07.2016