Il-ħarsien tad-drittijiet ta’ impjieg meta s-sjieda tan-negozju tiġi ttrasferita
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
Din tistabbilixxi d-drittijiet tal-impjegati applikabbli mal-UE kollha meta jsir trasferiment tas-sjieda tal-kumpanija jew negozju fejn jaħdmu, kif ukoll l-obbligi ta’ min jagħmel it-trasferiment u ta’ dawk li lilhom isir it-trasferiment.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-direttiva tapplika għat-tipi kollha ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg, irrispettivament:
— |
min-numru ta’ sigħat tax-xogħol maħduma jew li jridu jinħadmu
|
— |
mit-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg (mhux determinat, kuntratt ta’ impjieg fiss jew temporanju).
|
Tapplika għall-kumpaniji kollha, pubbliċi jew privati, li huma impenjati f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk joperaw għal profitt kif ukoll jekk le.
It-trasferiment tas-sjieda
— |
it-trasferiment tas-sjieda jista’ jkun ir-riżultat ta’ trasferiment legali jew ta’ inkorporazzjoni,
|
— |
il-persuna jew kumpanija li tirċievi t-trasferiment issir l-impjegatur tal-kumpanija ttrasferita lilha.
|
Trasferiment ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg
— |
It-trasferiment ta’ kumpanija mhuwiex bażi għal tkeċċija. It-tkeċċija tista’ ssir biss għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew organizzattivi.
|
— |
Meta s-sjieda tiġi ttrasferita, l-impjegati jżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, kif stabbiliti fil-kuntratt ta’ impjieg jew fir-relazzjoni eżistenti.
|
— |
It-termini u l-kundizzjonijiet għall-impjegati ta’ ftehim kollettiv mal-kumpanija ttrasferita jibqgħu japplikaw sat-tmiem tiegħu. Madankollu, dan il-perjodu jista’ jkun limitat mill-gvernijiet nazzjonali iżda m’għandux ikun ta’ inqas minn sena.
|
— |
Id-drittijiet u l-obbligi tal-impjegati taħt l-iskemi ta’ protezzjoni soċjali komplementari mhumiex ittrasferiti. Madankollu, il-gvernijiet nazzjonali jistgħu jieħdu miżuri sabiex iħarsu d-drittijiet għall-benefiċċji tal-irtirar miksubin taħt dawn l-iskemi.
|
— |
L-impjegati ma jżommux id-drittijiet u l-obbligi tagħhom meta t-trasferiment isir bħala parti minn proċedimenti ta’ insolvenza jew ta’ falliment. Il-gvernijiet nazzjonali jistgħu jieħdu azzjoni biex jevitaw l-abbuż mill-proċedimenti ta’ insolvenza sabiex iċaħħdu l-impjegati mid-drittijiet tagħhom.
|
Rappreżentanti tal-impjegati
— |
Ir-rappreżentanti tal-impjegati jridu jkomplu jwettqu r-rwol tagħhom matul trasferiment sakemm ikun possibbli li jerġgħu jinħatru. L-impjegati jridu jkomplu jiġu rrappreżentati, inkluż f’każ ta’ proċedimenti ta’ falliment jew ta’ insolvenza.
|
— |
Ir-rappreżentanti jridu jiġu kkonsultati qabel jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw l-impjegati.
|
— |
Kemm l-impjegatur ta’ qabel kif ukoll dak ġdid irid jinforma lill-impjegati jew lir-rappreżentanti tagħhom fi żmien adattat, dwar:
|
— |
Jekk ikun jeżisti bord ta’ arbitraġġ fil-pajjiż tal-UE kkonċernat, dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni jistgħu jiġu ristretti għal każijiet fejn it-trasferiment ikun ta’ żvantaġġ għal għadd konsiderevoli ta’ impjegati.
|
SFOND
Kundizzjonijiet tax-Xogħol — it-trasferiment tal-impriżi.
ATT
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE |
11.4.2001 |
16.2.1979 |
Emendi suċċessivi u bidliet għad-Direttiva 2001/23/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
l-aħħar aġġornament 06.10.2015