Il-parteċipazzjoni u l-informazzjoni għaż-żgħażagħ fir-rigward tal-politiki tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2006) 417 final) dwar il-politika Ewropea li tikkonċerna l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din għandha l-għan li tevalwa s-segwitu mogħti mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) lill-objettivi komuni dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom. Dawn l-objettivi ġew adottati wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper tal-2001, “Spinta Ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej”, biex tiġi promossa ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ.

PUNTI EWLENIN

Il-White Paper wasslet għall-adozzjoni tal-ewwel qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2002) li fi ħdanu, taħt il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni, il-pajjiżi tal-UE qablu li jiffokaw fuq erba’ prijoritajiet speċifiċi:

Il-komunikazzjoni tanalizza r-rapporti sottomessi mill-pajjiżi tal-UE dwar il-kisba tal-objettivi stabbiliti fi tnejn minn dawn l-erba’ prijoritajiet: il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom.

Informazzjoni

Il-komunikazzjoni prinċipalment ikkonkludiet li l-għodod ta’ informazzjoni diretti lejn iż-żgħażagħ kienu disponibbli fil-pajjiżi kollha tal-UE iżda kellhom jiġu żviluppati u personalizzati aktar. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat portal speċifiku dwar iż-żgħażagħ li ilu mill-2003 jappoġġa azzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa.

Hija ddeskriviet ukoll kif l-UE ħadet azzjonijiet biex issaħħaħ il-kwalità tal-informazzjoni mogħtija liż-żgħażagħ. In-netwerks Ewropej tal-Eurodesk, Eryica u EYCA jaqdu rwol importanti fl-għoti ta’ informazzjoni ta’ kwalità liż-żgħażagħ, fit-titjib tal-ħiliet u l-kwalifiki tal-ħaddiema li jagħtu informazzjoni liż-żgħażagħ permezz tan-netwerking u fl-iżvilupp ta’ korsijiet ta’ taħriġ għall-membri tagħhom.

Il-parteċipazzjoni

Il-komunikazzjoni wriet li l-azzjoni tal-pajjiżi tal-UE biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika kienet ikkoordinata ħafna aħjar minn qabel, b’azzjonijiet biex:

F’dan il-qasam partikolari, inħolqot Strateġija tal-UE għaż-żgħażagħ, inkluż Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018. Din tinkludi azzjonijiet speċifiċi biex iħeġġu liż-żgħażagħ jipparteċipaw attivament fis-soċjetà billi:

Il-Kummissjoni introduċiet ukoll skambji ta’ prattika tajba biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’azzjonijiet tal-edukazzjoni, ta’ impjieg u tas-soċjetà.

Fost azzjonijiet oħrajn, ġie wkoll stabbilit pjan ġdid biex tiġi indirizzata r-radikalizzazzjoni permezz tal-edukazzjoni u l-azzjoni taż-żgħażagħ biex jiġi żgurat li t-tfal u ż-żgħażagħ jakkwistaw kompetenzi soċjali, ċiviċi u kulturali u jtejbu l-ħsieb kritiku tagħhom meta jużaw l-internet.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-politika Ewropea li tikkonċerna l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom — Segwitu għall-White Paper dwar Spinta Ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej: Li timplimenta l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u informazzjoni għalihom bil-għan li tippromwovi li jkunu ċittadini Ewropej attivi (KUMM(2006) 417 finali, 20.7.2006)

DOKUMENTI RELATATI

White Paper tal-Kummissjoni Ewropea: “Spinta Ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej” (COM(2001) 681 final, 21.11.2001)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar il-qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (Traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 168, 13.7.2002, pp. 2-5)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar objettivi komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom (Traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 295, 5.12.2003, pp. 6-8)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar politika Ewropea dwar iż-żgħażagħ — Li tindirizza l-problemi taż-żgħażagħ fl-Ewropa — l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ u t-tmexxija ’l quddiem ta’ ċittadinanza attiva (COM(2005) 206 finali, 30.5.2005)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta’ Mejju 2005 imlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv komuni: li tiżdied il-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ fis-sistema tad-demokrazija rappreżentattiva (Traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 141, 10.6.2005, pp. 3-4)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta’ Mejju 2005 imlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi komuni tal-informazzjoni għaż-żgħażagħ (Traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 141, 10.6.2005, pp. 5-6)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew — Aġenda taċ-ċittadini — Il-kisba tar-riżultati għall-Ewropa (KUMM(2006) 211 finali, 10.5.2006)

l-aħħar aġġornament 23.02.2017