Espożizzjoni għal sustanzi kimiċi

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi fl-Unjoni Ewropea (UE) għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji għas-sigurtà u s-saħħa tagħhom li jirriżultaw, jew x’aktarx jirriżultaw, mill-effetti tal-aġenti kimiċi li hemm fuq il-post tax-xogħol jew b’riżultat ta’ xi attività tax-xogħol li tinvolvi dawk l-aġenti.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Obbligi ta’ min iħaddem

Projbizzjonijiet

Id-direttiva tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura u l-użu ta’ ċerti kimiċi. Dawn huma elenkati f’Anness III. Eżenzjonijiet huma permessi taħt ċerti ċirkostanzi bħal riċerka xjentifika u ttestjar. F’każijiet bħal dawn, minn iħaddem għandu jipprovdi lill-awtoritajiet bl-informazzjoni bħall-kwantitajiet li għandhom jintużaw u l-għadd ta’ ħaddiema li probabbli jkunu involuti.

Monitoraġġ tas-saħħa

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw monitoraġġ xieraq għas-saħħa għall-ħaddiema li s-saħħa tagħhom tista’ tkun f’riskju. Hemm bżonn ta’ rekords dwar is-saħħa u dwar l-espożizzjonijiet tal-individwu.

Klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta’ sustanzi kimiċi u ta’ taħlitiet

Id-Direttiva 2014/27/UE temdenda d-Direttiva 98/24/KE (u diversi direttivi oħra), u tallinjaha fis-sistema l-ġdida stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta’ sustanzi kimiċi u ta’ taħlitiet (ara s-sommarju). Din tidentifika kimiċi perikolużi u tinforma lill-utenti dwar ir-riskji relatati permezz ta’ simboli standard u l-kliem fuq it-tikketti tal-imballaġġ u l-u l-folji tad-data tas-sigurtà.

Rapportar

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ewropea kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri varji koperti bid-direttiva.

Atti delegati

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, pp. 11–23).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 98/24/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, pp. 1–1355).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 158, 30.4.2004, pp. 50–76).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, 26.8.1992, pp. 23–42).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1–8).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 16.12.2021