Il-promozzjoni tal-multilingwiżmu fl-UE
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Kommunikazzjoni (COM(2005) 596 finali) — Strateġija ta’ Qafas Ġdida għall-Multilingwiżmu
X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?
Il-komunikazzjoni tiddeskrivi l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea (UE) u tipproponi għadd ta’ azzjonijiet speċifiċi.
PUNTI EWLENIN
Il-multilingwiżmu jirreferi kemm għall-abbiltà ta’ persuna li tuża diversi lingwi kif ukoll għall-koeżistenza ta’ komunitajiet ta’ lingwi differenti f’żona ġeografika waħda.
Il-politika tal-multilingwiżmu tal-Kummissjoni għandha 3 għanijiet:
-
li tinkoraġġixxi t-tagħlim tal-lingwi u tippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà;
-
li tippromwovi ekonomija multilingwi;
-
li tagħti aċċess liċ-ċittadini għall-informazzjoni tal-UE bil-lingwi tagħhom stess.
Din il-komunikazzjoni tistabbilixxi diversi modi biex tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika, li jinkludu:
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex:
Ekonomija multilingwi
Il-Kummissjoni tipproponi dan li ġej għall-iżvilupp tal-ekonomija multilingwi:
-
l-istudju tal-impatt tan-nuqqas ta’ ħiliet lingwistiċi fuq l-ekonomija tal-UE;
-
l-istudju tal-potenzjal għal użu akbar tas-sottotitli għal vidjows għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi;
-
il-promozzjoni tal-bażi ta’ data tat-Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa (IATE, Inter-Agency Terminology Exchange) tat-termini tal-UE;
-
l-organizzazzjoni ta’ konfererenzi universitarji dwar it-taħriġ għat-tradutturi;
-
it-teħid tal-inizjattiva biex sorsi multimedjali jsiru aktar faċli biex jintużaw;
-
il-koordinazzjoni tax-xogħol tar-riċerkaturi f’teknoloġiji tal-lingwa umana, traduzzjoni awtomatika u riżorsi ta’ dizzjunarji.
It-traduzzjoni u l-interpretar
-
L-użu dejjem akbar tat-traduzzjoni awtomatika jenfasizza l-importanza tal-element uman biex jiġu pprovduti kemm traduzzjoni ta' kwalità kif ukoll żviluppi fit-traduzzjonijiet bħall-Istandard Ewropew ta’ Kwalità għas-Servizzi ta’ Traduzzjoni.
-
Id-domanda għall-interpreti qiegħda tiżdied, b'mod partikolari f’organizzazzjonijiet internazzjonali. Bl-appoġġ tal-komunitajiet ta’ immigranti f’negozjati uffiċjali, huma jikkontribwixxu wkoll biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet demokratiċi.
Il-Multilingwiżmu u ċ-Ċittadini tal-UE
Il-Kummissjoni għandha għadd ta’ inizjattivi multilingwi biex tgħin liċ-ċittadini jifhmu d-drittijiet tagħhom u kif il-leġiżlazzjoni Ewropea taffettwahom. Il-Kummissjoni tipproponi li:
-
tiżgura li d-departimenti tagħha kollha japplikaw il-politika tal-multilingwiżmu b’mod koerenti;
-
tkompli trawwem il-multilingwiżmu fil-portal web (Europa) u fil-pubblikazzjonijiet tagħha;
-
tniedi Languages portal on Europa; (Portal tal-lingwi fuq Europa)
-
torganizza seminars dwar il-multilingwiżmu;
-
tkompli toffri għotjiet u assistenza għat-tagħlim lill-universitajiet għall-interpretar fil-konferenzi, għodod ta’ tagħlim mill-bogħod, boroż ta’ studju u żjarat;
-
tappoġġja l-programmi Masters Ewropej fl-Interpretar u l-Maniġment tal-Konferenzi;
-
ikompli jkollha rwol attiv fil-Laqgħa Annwali Internazzjonali dwar l-Arranġamenti tal-Lingwi, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjoni;
-
tkompli tappoġġja programmi universitarji Masters fit-traduzzjoni;
-
torganizza kompetizzjoni tat-traduzzjoni għal skejjel internazzjonali biex tippromwovi l-għarfien tal-lingwi u l-professjonijiet fil-lingwi.
Il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Multilingwiżmu magħmul minn esperti indipendenti, li pproduċa r-rapport finali tiegħu fl- 2007. Fil-bidu tal-2008, saret konferenza ministerjali dwar il-multilingwiżmu li ppermettiet lill-pajjiżi tal-UE biex jirrappurtaw fuq il-progress u jippjanaw xogħol futur. Iktar tard fl-istess sena, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni oħra li tipproponi approċċ komprensiv għal multilingwiżmu fl-UE.
SFOND
Għal aktar tagħrif, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija ta’ Qafas Ġdida għall-Multilingwiżmu (COM(2005) 596 finali, 22.11.2005)
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni (COM(2008) 566 final, 18.9.2008)
l-aħħar aġġornament 14.11.2016