Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol

It-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qasam tal-impjiegi jiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà ta’ statistika komparabbli, affidabbli u f’waqtha. L-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE (UE-LFS) jipprovdi tagħrif dwar is-sitwazzjoni u x-xejriet fis-suq tax-xogħol tal-UE.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità.

SOMMARJU

X'JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi metodoloġija armonizzata għall-ġbir ta’ statistika nazzjonali dwar il-parteċipazzjoni ta’ persuni minn 15-il sena ’il fuq fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll dwar il-persuni li jinsabu barra mill-forza tax-xogħol. Huwa jistipula regoli u linji gwida dwar aspetti bħad-disinn, il-karatteristiċi, il-metodi u t-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-istħarriġ, bil-għan li jiġu żgurati riżultati komparabbli.

PUNTI EWLENIN

Kopertura

L-UE-LFS ikopri 33 pajjiż: It-28 pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, flimkien ma’ 2 pajjiżi kandidati (dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija). Dan huwa l-akbar stħarriġ kampjun dwar il-familji Ewropej (jiġifieri kampjun ta’ familji li jiġu mistħarrġa fuq firxa ta’ suġġetti bħall-ħajja tax-xogħol, is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni, is-sitwazzjoni tad-dħul finanzjarju, is-saħħa, eċċ.).

Huwa jkopri liċ-ċittadini kollha li jgħixu fi djar privati (jiġifieri jeskludi l-isptarijiet, id-djar residenzjali fil-komunità, eċċ.).

It-twettiq tal-UE-LFS

L-istituti tal-istatistika nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE huma responsabbli sabiex:

Dan isir skont skema ta’ kodifikazzjoni komuni stipulata fir-Regolament (KE) Nru. 377/2008.

L-Eurostat jipprovdi appoġġ lill-istituti tal-istatistika, jippromwovi kunċetti u metodi armonizzati u jxerred statistika nazzjonali u Ewropea komparabbli dwar is-suq tax-xogħol.

Ġbir ta' dejta

Il-ġbir tad-dejta mill-UE-LFS ikopri aspetti bħal:

Jistgħu jinġabru tipi differenti ta’ tagħrif, skont l-istatus tal-persuna mistħarrġa (jiġifieri impjegata, mingħajr impjieg jew barra mill-forza tax-xogħol, bħal żgħażagħ fl-edukazzjoni jew nisa b’responsabbiltajiet familjari).

Id-dejta tinġabar fuq bażi trimestrali u tinvolvi madwar 1.8 miljun intervista madwar l-Ewropa. Ir-rati tat-teħid tal-kampjuni fil-pajjiżi parteċipanti jvarjaw minn 0.2% sa 3.3%.

MINN META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Mill-15 ta' Marzu 1998.

Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-Eurostat.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 577/98

15.3.1998

15.3.1998

ĠU L 77 tal-14.3.1998, pp. 3-7

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1991/2002

10.11.2002

-

ĠU L 308 tad-9.11.2002, p. 1-2

Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2002

19.12.2002

-

ĠU L 324 tad-29.11.2002, p. 14-19

Ir-Regolament (KE) Nru 2257/2003

12.1.2004

-

ĠU L 336 tat-23.12.2003, p. 6-7

Ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007

23.12.2007

-

ĠU L 315 tat-3.12.2007, p. 42-43

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009

7.8.2009

-

ĠU L 188 tat-18.7.2009, p. 14-92

Ir-Regolament (KE) Nru 545/2014

18.6.2014

-

ĠU L 163 tad-29.5.2014, p. 10-14

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 577/98 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (ĠU L 114 tas-26.4.2008, p. 57-84).

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc , li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99 tad-9.4.2013, p. 11-12).

l-aħħar aġġornament 03.04.2015