Ix-xogħol għal żmien fiss

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 99/70/KE ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP(trade unions)

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Hija tkopri biss il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal impjegati għal żmien fiss; l-iskemi ta’ sigurtà soċjali statutorja huma l-prerogattiva tal-pajjiżi tal-UE.

Tikkonċerna ħaddiema għal żmien fiss (inklużi ħaddiema staġjonali) bl-eċċezzjoni ta’ ħaddiema mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ impriża utenti minn aġenzija tal-impjieg temporanju. Madankollu, il-partijiet biħsiebhom jadottaw ftehim simili biex ikopri l-impjieg temporanju.

Barra minn hekk, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jipprovdu li dan il-ftehim ma japplikax għal:

Il-prinċipju ta’nondiskriminazzjoni

Il-ftehim jipprojbixxi lil min iħaddem milli jittratta l-ħaddiema għal żmien fiss b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema permanenti sempliċiment minħabba li għandhom kuntratt għal żmien fiss, sakemm id-differenza fit-trattament ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi.

Il-ftehim għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tax-xogħol għal żmien fiss billi jiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, u li jipprevjeni l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss.

Il-prevenzjoni tal-abbuż tax-xogħol għal żmien fiss

Biex jiġi evitat l-abbuż li jirriżulta minn kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal żmien fiss, il-pajjiżi tal-UE, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, għandhom jintroduċu waħda jew aktar mill-miżuri segwenti (filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ setturi u kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema):

Opportunitajiet ta’taħriġ

Kemm jista’ jkun, min iħaddem għandu jiffaċilita l-aċċess mill-ħaddiema għal żmien fiss għal opportunitajiet ta’ taħriġ biex itejbu l-ħiliet tagħhom, l-iżvilupp fil-karriera u l-mobilità fix-xogħol.

Rappreżentanti tal-ħaddiema

Il-ħaddiema għal żmien fiss iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-limitu li lil hinn minnu jistgħu jiġu kkostitwiti l-korpi rappreżentattivi tal-ħaddiema.

Pieni għal ksur minn min iħaddem

Il-pajjiżi tal-UE jridu jiddeterminaw il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

Ix-xogħol għal żmien fiss u l-SMEs

Fir-rigward tal-applikazzjoni tad-direttiva għal impriżi żgħar u medji (SMEs), għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b’tali mod li jżomm lura l-iżvilupp tagħhom. Skont il-Kummissjoni Ewropea, diversi klawżoli tal-ftehim jirreferu għal liġijiet nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew il-prattika u/jew għall-imsieħba soċjali fir-rigward tal-arranġamenti għall-applikazzjoni tagħhom, li jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs.

Applikazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva l-aktar tard sal-10 ta’ Lulju 2001, jew kellhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jdaħħlu l-miżuri neċessarji fis-seħħ l-aktar tard sa din id-data. Il-pajjiżi tal-UE jista’ jkollhom massimu ta’ sena oħra biex iqisu diffikultajiet speċjali jew l-implimentazzjoni permezz ta’ ftehim kollettiv. Il-Kummissjoni, madankollu, kellha tiġi informata dwar iċ-ċirkustanzi.

L-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva ma tistax tiġġustifika kwalunkwe tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fil-qasam tad-direttiva. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk stabbiliti fid-direttiva.

Rapporti

Żewġ rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jippreżentaw il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali tad-direttiva (ara t-taqsima Dokumenti relatati hawn taħt).

Dawn ir-rapporti huma kkomplementati minn żewġ studji (Rapport ta’ Implimentazzjoni dwar id-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja) (Marzu 2007) u r-Rapporti (Sommarji Eżekuttivi) dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE fil-Bulgarija u r-Rumanija (2009).

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mill-10 ta’ Lulju 1999. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-10 ta’ Lulju 2001.

SFOND

Il-kuntratti tal-impjieg għal żmien fiss kienu s-suġġett ta’ proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew ippreżenta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta fl-24 ta’ Ottubru 1990 (Ġurnal Uffiċjali C 295, 26.11.1990).

Fin-nuqqas ta’ ftehim fil-Kunsill, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonsulta lill-imsieħba soċjali taħt l-Artikolu 3 tal-Ftehim dwar il-Politika Soċjali. Matul l-ewwel konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni tal-ħaddiema affettwati minn forom ġodda u flessibbli ta’ xogħol.

Fl-aħħar tat-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ddeċidew li jibdew in-negozjati f’dan il-qasam.

B’mod parallel, fid-19 ta’ Ġunju 1996, l-UNICE (issa BusinessEurope), is-CEEP u l-ETUC ikkonkludew ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time, implimentat mid-Direttiva 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997. Fil-preambolu għal dan il-ftehim, il-partijiet kontraenti ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jikkunsidraw il-ħtieġa għal ftehimiet simili relatati ma’ forom oħra flessibbli ta’ xogħol. Fit-18 ta’ Marzu 1999, huma kkonkludew ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss, li huwa implimentat minn din id-direttiva.

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien neċessarju li jiġi stabbilit qafas ibbilanċjat u flessibbli, kompatibbli maż-żieda kontinwa fil-kuntratti għal żmien fiss, filwaqt li jiġi evitat l-abbuż tagħhom.

Fis-6 ta’ Mejju 1999, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni fejn talab lill-Kunsill japprova l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss [mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali]. Minkejja dan, il-Parlament innota b’dispjaċir li l-ftehim ikopri biss ir-relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg, li r-regoli mfassla biex jipprevjenu l-abbuż permezz ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien fiss ma fihom ebda obbligi kwalitattivi jew kwantitattivi, u li ma huwiex previst aċċess ta’ prijorità għal impjiegi maħluqa jew li dawn il-ħaddiema jaċċessaw taħriġ vokazzjonali xieraq.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 99/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43-48)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tat-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU L 14, 20.01.1998, p. 9-14)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 97/81/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il- verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva 1999/70/KE (UE-15) (SEC(2006) 1074 final, 11.8.2006)

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva 1999/70/KE (UE-10) (SEC(2008) 2485 final, 17.9.2008)

l-aħħar aġġornament 04.12.2016