Direttiva 2008/94/KE dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom
Din id-direttiva tipproteġi lill-impjegati li għandhom pretensjoni għal rimunerazzjoni mhux imħallsa kontra persuna li tħaddem fi stat ta’ insolvenza.
L-istat ta’ insolvenza jsegwi talba magħmula taħt proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu l-iżvestiment parzjali jew totali tal-assi ta’ min iħaddem u l-ħatra ta’ likwidatur meta l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tkun:
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu, bħala eċċezzjoni, jeskludu pretensjonijiet minn ċerti kategoriji ta’ impjegati jekk forom ta’ garanzija oħrajn joffrulhom protezzjoni ekwivalenti. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jeskludu s-servi domestiċi impjegati minn persuna fiżika.
Madankollu, apparti dawn l-eċċezzjonijiet, l-impjegati kollha jistgħu jibbenefikaw minn din id-direttiva irrispettivament mill-perijodu ta’ żmien tal-kuntratt ta’ impjieg jew ir-relazzjoni ta’ impjieg. B’hekk din tapplika għal impjegati part-time, kuntratti għal żmien fiss u kuntratti temporanji.
Istituzzjonijiet ta’ garanzija
Il-pajjiżi tal-UE jridu jistabbilixxu istituzzjonijiet ta’ garanzija li jiggarantixxu l-ħlas tal-pretensjonijiet tal-impjegati u, fejn xieraq, il-ħlas tat-terminazzjoni ladarba jintemmu r-relazzjonijiet ta’ impjieg. Dawn jistgħu jistabbilixxu limiti fuq il-ħlas magħmul mill-istituzzjoni, li jridu jkunu għoljin biżżejjed sabiex jikkontribwixxu għall-għan soċjali tad-direttiva.
Il-perijodu minimu tar-rimunerazzjoni mill-istituzzjoni tal-garanzija jrid ikun ikkalkolat fuq il-bażi ta’:
Min iħaddem irid jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ dawn l-istituzzjonijiet, sakemm dan ma jkunx kompletament kopert mill-awtoritajiet pubbliċi.
Sigurtà soċjali
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistipulaw li l-garanzija tal-ħlas ma tapplikax għal:
Barra minn hekk, jekk min iħaddem ma jkunx ħallas il-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali iżda dawn ikunu tnaqqsu mir-rimunerazzjoni mħallsa, l-impjegati għandhom igawdu mill-intitolament għall-benefiċċju sħiħ tagħhom fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni.
L-interessi tal-impjegati huma protetti fir-rigward tal-benefiċċji tax-xjuħija, inklużi benefiċċji lil min jibqa’ ħaj, taħt skemi ta’ pensjoni supplimentari. Din il-protezzjoni tapplika wkoll għal impjegati li jkunu telqu min-negozju qabel seħħet l-insolvenza.
Sitwazzjonijiet transkonfinali
Jekk il-persuna li tħaddem li tkun saret insolventi kienet topera fit-territorji ta’ mill-inqas żewġ pajjiżi tal-UE, l-awtorità responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet hija dik fil-pajjiż fejn l-impjegat kien jaħdem normalment.
B’mod simili, il-limitu tad-drittijiet tal-impjegati fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija huwa ddeterminat mid-dritt nazzjonali li japplika għall-istituzzjoni ta’ garanzija.
Din ilha tapplika mis-17 ta’ Novembru 2008. Id-Direttiva 2008/94/KE kkodifikat u ssostitwiet id-Direttiva 80/987/KEE u l-emendi sussegwenti tagħha. Id-Direttiva 80/987/KEE oriġinali kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1983.
Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36-42)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/94/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/94/KE dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (COM(2011) 84 final, 28.2.2011)
l-aħħar aġġornament 27.11.2020