Mekkaniżmi għall-kontroll tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 dwar regoli u prinċipji ġenerali dwar mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi żewġ proċeduri biex jikkontrolla l-eżeċizzju tal-Kummissjoni tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ implimentazzjon tagħha (mogħti mil-leġiżlatur): il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u l-proċedura ta’ konsultazzjoni.

Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni tintuża prinċipalment għal:

Atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jirċievu l-appoġġ ta’ maġġoranza kwalifikata (sistema peżata ta’ votazzjoni fejn 15 mis-27 Stat Membru għandhom jivvutaw favur u dawn il-voti għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni totali tal-UE) tal-kumitat. Jekk il-kumitat jagħti opinjoni mhux favorevoli, il-Kummissjoni tista’ tissottometti l-abbozz ta’ att lil kumitat ta’ appell biex tara jekk l-eżaminazzjoni tal-miżura għandhiex tkompli, jew temenda t-test. Jekk il-kumitat ta’ appell jddeċiedi kontra l-atti ta’ implimentazzjoni proposti mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni ma tistax tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni.

Il-proċedura konsultattiva ġeneralment tintuża għall-atti ta’ implimentazzjoni l-oħrajn kollha (eż. atti individwali fil-qasam tal-kultura). Il-Kummissjoni tiddeċiedi waħedha jekk tadottax l-att propost u għandha “tqis bis-sħiħ” l-opinjoni tal-kumitat, li hija adottata b’maġġoranza sempliċi (maġġoranza ta’ dawk li jivvutaw).

Dritt ta’ skrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: meta att leġiżlattiv bażiku jkun ġie adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-aktar proċedura komuni tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li tkopri l-maġġoranza tal-oqsma ta’ politika, u li fiha l-Parlament u l-Kunsill għandhom piż ugwali), il-Parlament jew il-Kunsill jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jinfurmaw lill-Kummissjoni li tqis li l-att ta’ implimentazzjoni propost jaqbeż is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-abozz tal-att ta’ implimentazzjoni u tiddeċiedi biex iżżommu, temendah jew tirtirah. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-Kummissjoni żżomm reġistru ta’ proċedimenti tal-kumitat (ir-reġistru tal-komitoloġija) li fih lista tal-kumitati tal-komitoloġija kollha, flimkien ma’ informazzjoni tal-isfond u dokumenti relatati mal-ħidma ta’ kull kumitat.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Marzu 2011.

SFOND

L-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Kummissjoni tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għal att legali meta jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi ta’ implimentazzjoni. L-att legali bażiku għandu jagħti espliċitament is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

Skont l-aħħar rapport tal-Kummisjoni dwar l-iżviluppi tas-sistem tal-komitoloġija, kien hemm 322 kumitat li kważi jkopru l-kompetenzi kollha tal-UE (l-agrikoltura, l-ambjent, it-trasport, is-saħħa u l-konsumaturi, eċċ.). Fl-2022, kellhom 673 laqgħa, wettqu 1,675 proċedura bil-miktub u wasslu 2,048 opinjonijiet.

Għal aktar dettalji, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, pp. 13–18).

DOKUMENTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħidma tal-kumitati fl-2022 (COM(2023) 664 final, 26.10.2023).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 2 — Atti legali tal-Unjoni, proċeduri ta’ adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn — Taqsima 1 — L-atti legali tal-Unjoni — l-Artikolu 291 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 173).

l-aħħar aġġornament 23.01.2024