Konvenzjonijiet internazzjonali u ftehimiet tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 216 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

X’JGĦIDU T-TRATTATI TAL-UE DWAR IL-KONVENZJONIJIET U L-FTEHIMIET TAL-UE?

PUNTI EWLENIN

Ftehimiet internazzjonali (konvenzjonijiet, trattati)

Il-Ftehimiet internazzjonali huma konklużi bejn l-UE min-naħa waħda, u entità oħra tal-liġi internazzjonali pubblika, jiġifieri l-istat jew organizzazzjoni pubblika, fuq l-oħra. L-Artikolu 216 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jiċċita l-każijiet li fihom l-UE hija awtorizzata li tikkonkludi t-tali ftehimiet. Wara li jkunu ġew innegozjati u ffirmati, u skont il-kwistjoni kkonċernata, dawn jistgħu jeħtieġu rattifika minn att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja.

Barra minn hekk, ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali huma wkoll parti integrali tal-liġi tal-UE. Dawn il-ftehimiet huma separati mil-liġi primarja u l-leġiżlazzjoni sekondarja u jiffurmaw kategorija sui generis. Skont xi sentenzi tal-QĠUE, xi drabi jista’ jkollhomeffett dirett u l-forza legali tagħhom hija superjuri għal-leġiżlazzjoni sekondarja, li għalhekk għandha tikkonforma magħhom.

Barra minn hekk, l-Artikolu 207 tat-TFUE jirregola l-politika tal-kummerċ — kompetenza esterna ewlenija tal-UE u element ċentrali tar-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja.

Eżempji ta’ ftehimiet internazzjonali:

Jekk is-suġġett tal-kwistjoni ta’ ftehim ma jaqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE, il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll jiffirmaw il-ftehim. Dawn huma magħrufin bħala ftehimiet imħallta. Dan ifisser li, minbarra l-UE nnifisha, il-pajjiżi tal-UE jsiru partijiet kontraenti għal partijiet kontraenti mhux tal-UE. Il-ftehimiet imħallta jistgħu wkoll jeħtieġu li jiġi adottat att intern tal-UE biex jiġu kondiviżi l-obbligi bejn il-pajjiżi tal-UE u l-UE.

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa: L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu V: Ftehim internazzjonali — l-Artikolu 216 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Ħamsa: L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu II: Politika kummerċjali komuni — l-Artikolu 207 (ex Artikolu 133 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 140-141)

l-aħħar aġġornament 13.03.2020