Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI?

Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija dritt previst fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Kull min huwa ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE huwa awtomatikament ċittadin tal-Unjoni. Dan id-dritt huwa għalhekk minqux fit-trattati tal-Unjoni Ewropea (UE) u huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp ta’ identità Ewropea. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni ma tissostitwixxix iċ-ċittadinanza nazzjonali. Hija tiżdied magħha u tagħti lin-nies drittijiet speċifiċi. Dawn id-drittijiet huma speċifikati aktar fit-trattati kif ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

PUNTI EWLENIN

It-Trattat ta’ Lisbona introduċa forma addizzjonali ta’ parteċipazzjoni pubblika: l-inizjattiva taċ-ċittadini. Din tippermetti lil miljun ċittadin li ġejjin minn mill-inqas seba’ Stati Membri jitolbu lill-Kummissjoni tissottometti proposta fi kwalunkwe qasam li fih għandha s-setgħa li tipproponi att legali.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tieni Parti — Non-diskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 20 (ex Artikolu 17 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 56-57)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu II — Dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji demokratiċi — Artikolu 9 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 20)

l-aħħar aġġornament 30.06.2021