18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/7


Talba għal Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti tal-EFTA minn Fürstliches Obergericht datata l-20 ta’ Diċembru 2016 fil-kawża Pascal Nobile vs DAS Rechtsschutz-Versicherungs AG

(il-Kawża E-21/16)

(2017/C 155/05)

Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2016 saret talba għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Pascal Nobile vs DAS Rechtsschutz-Versicherungs AG, lill-Qorti tal-EFTA minn Fürstliches Obergericht (il-Qorti tal-Appell tal-Prinċep), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fl-20 ta’ Diċembru 2016, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

L-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) jipprekludi ftehim kuntrattwali bejn assigurazzjoni tal-ispejjeż legali u persuna assigurata, li abbażi tiegħu dan huwa ksur ta’ dmirijiet tal-persuna assigurata, li jeħles lill-kumpanija tal-assigurazzjoni mill-obbligi tagħha, jekk il-persuna assigurata tawtorizza avukat biex jirrappreżenta l-interessi tagħha, mingħajr il-kunsens tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali, f’mument meta l-persuna assigurata tkun intitolata li tagħmel talba skont kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-ispejjeż legali?

2.

F’każ li l-ewwel mistoqsija tkun imwieġba fin-negattiv: Fi proċedimenti ta’ litigazzjoni, meta jibda l-proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE, li jwassal għall-għażla libera tal-avukat? Il-mument speċifiku huwa bbażat biss fuq il-bidu formali ta’ proċediment ġudizzjarju (il-kawża mressqa quddiem il-qorti), jew jirreferi wkoll għall-passi preċedenti, u, jekk iva, liema?

3.

F’każ li l-mistoqsijiet 1 u 2 jingħataw risposta wara s-16 ta’ Jannar 2017:

(a)

Il-prinċipju ta’ lealtà stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Ftehim ŻEE jipprekludi lill-qrati nazzjonali, f’kull ċirkostanza, milli jeżaminaw il-validità tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-EFTA?

(b)

F’każ li l-mistoqsija 3a tkun imwieġba fin-negattiv: Liema ċirkostanzi tkun tippermetti lill-qrati nazzjonali li jikkontestaw il-validità ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-EFTA, mingħajr madankollu ma jiksru l-prinċipju ta’ lealtà stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Ftehim ŻEE?