21.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/32


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 788/08/COL

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li temenda, għas-sebgħa u sittin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat billi temenda l-kapitoli eżistenti dwar rati ta’ referenza u ta’ skont fuq għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ garanziji u billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, dwar għajnuna mill-Istat għal xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra u għajnuna mill-Istat għal impriżi ferrovjarji

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b'mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 tal-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), b'mod partikolari għall-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

BILLI SKONT l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE rigward l-għajnuna mill-Istat,

BILLI SKONT l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar suġġetti trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi dan espliċitament jew jekk l-Awtorità tikkunsidrah neċessarju,

BILLI SKONT l-Artikolu 1 ta’ Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti (4), l-Awtorità għandha żżomm taħt reviżjoni kostanti s-sistemi kollha ta’ għajnuna eżistenti fl-Istati EFTA u tipproponi kwalunkwe miżuri approprjati meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE,

FILWAQT li tfakkar ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (5),

BILLI, fil-15 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni Ewropea adottat Avviż bit-titolu Lejn implimentazzjoni effettiva ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex jirkupraw għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli (6),

BILLI, fid-19 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni rigward ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (7),

BILLI, fis-16 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni rigward il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ċertu aspetti legali li jirrigwardaw xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra tal-2001 (8),

BILLI, fl-20 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni Ewropea adottat Avviż dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (9),

BILLI, fit-22 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni rigward linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għal impriżi ferrovjarji (10),

BILLI dawn il-Komunikazzjonijiet u Avviżi huma ta’ relevanza wkoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI, skont il-punt II taħt it-titolu “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jikkorrispondu għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat lill-Kummissjoni Ewropea,

FILWAQT li fakkret li l-Awtorità kkonsultat lill-Istati EFTA permezz ta’ ittri lill-Iżlanda, l-Liechtenstein u n-Norveġja,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar rati ta’ referenza u ta’ skont għandu jkun emendat. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar garanziji mill-Istat għandu jkun emendat. Il-kapitolu ġdid jinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom ikunu emendati permezz tal-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar għajnuna mill-Istat għal impriżi ferrovjarji. Dan il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom ikunu emendati permezz tal-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. Il-kapitolu l-ġdid jinstab fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom ikunu emendati permezz tal-introduzzjoni ta’ kapitolu ġdid dwar appoġġ għal xogħlijiet ta’ ċinema jew xogħlijiet awdjoviżivi oħra. Dan il-kapitolu l-ġdid jinstab fl-Anness V għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Il-kapitolu eżistenti tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar Ilmenti – Formula għas-Sottomissjoni ta’ Ilmenti dwar Allegazzjonijiet ta’ Għajnuna mill-Istat Illegali għandu jkun imħassar.

Artikolu 7

Il-verżjonijiet Ingliżi biss huma awtentiċi.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

(5)  Linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231, 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994 p. 1. Il-linji gwida kienu emendati l-aħħar fit-8.10.2008. Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar Għajnuniet mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar Għajnuniet mill-Istat hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(6)  ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.

(7)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(8)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 5.

(9)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(10)  ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13.


ANNESS I

RATI TA’ REFERENZA U TA’ SKONT  (1)

Fi ħdan il-qafas tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Awtorità tuża rati ta’ referenza u ta’ skont. Ir-rati ta’ referenza u ta’ skont huma applikati bħala sostitut għar-rata tas-suq u sabiex titkejjel l-ekwivalenti ta’ għotja ta’ għajnuna, b'mod partikolari meta din titħallas bin-nifs u biex jiġi kkalkulat l-element ta’ għajnuna li jirriżulta minn skemi ta’ sussidju fuq l-imgħax. Dawn jintużaw ukoll biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regola de minimis u mar-regolamenti dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija.

L-Awtorità tadotta l-metodoloġija li ġejja sabiex jiġu stabbiliti rati ta’ referenza:

Kalkolu bażi: IBOR ta’ sena waħda

Ir-rata bażi hija bbażata fuq ir-rati tas-suq tal-flus fuq medda ta’ sena. L-Awtorità żżomm id-dritt li tuża maturitajiet iqsar jew itwal adottati għal ċertu każijiet.

Fejn dawk ir-rati ma jkunux disponibbli, ser tintuża r-rata tas-suq tal-flus fuq medda ta’ 3 xhur.

Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli jew ekwivalenti jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Awtorità tista', b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat(i) tal-EFTA kkonċernat(i) u fuq prinċipju bbażat fuq dejta mill-Bank Ċentrali relevanti, tiddeċiedi dwar bażi oħra tal-kalkolu.

Marġni

Fil-prinċipju, il-marġni li ġejjin għandhom jiġu applikati skont il-klassifikazzjoni tal-impriża kkonċernata u l-garanziji (2) offruti.

Marġni tas-self f'punti bażi

Kategorija tal-ikklasifikar

Kollateralizzazzjoni

Għolja

Normali

Baxxa

Tajba ħafna (AAA-A)

60

75

100

Tajba (BBB)

75

100

220

Sodisfaċenti (BB)

100

220

400

Dgħajfa (B)

220

400

650

Ħażina/Diffikultajiet finanzjarji (CCC u anqas)

400

650

1 000  (3)

Normalment, 100 punt bażi jiżdiedu mar-rata bażi. Dan jassumi (i) self lil impriżi fi klassifikazzjoni sodisfaċenti u garanziji għolja; jew (ii) self lil impriżi bi klassifikazzjoni tajba u garanziji normali.

Għal debituri li ma jkollhomx storja ta’ kreditu jew klassifikazzjoni bbażati fuq il-metodu ta’ karta tal-bilanċ, bħal ċerti kumpaniji b'għanijiet speċjali (“special-purpose companies”) jew kumpaniji li għadhom jinbdew, ir-rata bażi għandha tiżdied b'mill-inqas 400 punt bażi (skont il-garanziji disponibbli) u l-marġni qatt ma jista' jinżel anqas minn dak li jkun applikabbli għall-kumpanija omm.

Il-klassifikazzjoni mhux bilfors tingħata minn aġenziji klassifikazzjoni speċjali — is-sistemi nazzjonali tal-klassifikazzjoni jew is-sistemi ta’ klassifikazzjoni użati mill-banek sabiex jirriflettu r-rati tal-kontumaċja huma aċċettabbli wkoll (4).

Il-marġni t'hawn fuq jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tas-suq.

Aġġornament

Ser isir aġġornament tar-rata ta’ referenza kull sena. Ir-rata bażi tiġi għalhekk kkalkolata fuq il-bażi tal-IBOR ta’ sena rreġistrat f'Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena preċedenti. Ir-rata bażi li tiġi stabbilita tidħol fis-seħħ mill-ewwel ta’ Jannar. Barra minn hekk, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-varjazzjonijiet sinifikanti u mhux mistennija, ser isir aġġornament kull darba li r-rata medja, ikkalkolata fuq it-tliet xhur preċedenti, tiddevja b'iktar minn 15 % mir-rata fis-seħħ. Din ir-rata ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara x-xhur li fuqhom jinħadem il-kalkolu.

Rata ta’ skont: Kalkolu ta’ valur nett kurrenti

Ir-rata ta’ referenza għandha tintuża wkoll bħala rata ta’ skont, sabiex isir kalkolu tal-valuri kurrenti. Għalhekk, fil-prinċipju, ser tintuża r-rata bażi miżjuda b'marġni fiss ta’ 100 punt bażi.

Il-metodoloġija preżenti għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009.


(1)  Dan il-kapitolu jikkorrispondi għall-Komunikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu tat-twaqqif ta’ rati ta’ referenza u ta’ skont, ĠU C 14, 19.1.2008, p.6; http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2008:014:0006:0009:EN:PDF

(2)  Il-kapital ta’ garanzija normali għandu jitiqies li hu l-kapital ta’ garanzija li normalment jintalab mill-istituzzjonijiet finanzjarji bħala garanzija għall-għoti b'self tagħhom. Il-livell tal-kollaterali jista' jitkejjel bħala t-telf f'każ ta’ kontumaċja (LGD), li huwa t-telf mistenni f'perċentwal tal-kopertura tad-debitur filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ammonti rekuperabbli mill-assi tal-garanzija u tal-falliment; konsegwentement it-telf f'każ ta’ kontumaċja (LGD) huwa proporzjonalment invers għall-validità tal-kapital ta’ garanzija. Għall-kapitolu preżenti qed jiġi meqjus li l-kapital ta’ garanzija “Għoli” jimplika telf f'każ ta’ kontumaċja (LGD) ta’ 30 % jew inqas, il-kapital ta’ garanzija “Normali” jimplika telf f'każ ta’ kontumaċja (LGD) ta’ bejn il-31 % u d-59 %, filwaqt li l-kapital ta’ garanzija “Baxx” jimplika telf f'każ ta’ kontumċja (LGD) ta’ 60 % jew iktar. Għal aktar dettalji, dwar il-kunċett LGD, ara Basel II: Konverġenza Internazzjonali ta’ Kejl tal-Kapital u Standards tal-Kapital: Qafas Rivedut — Verżjoni Komprensiva, disponibbli fuq: http://www.bis.org/publ/bcbs128.pdf

(3)  Skont l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar, kif stipulat attwalment fil-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f'diffikultà (ĠU L 97, 15.4.2005, p. 41) u b'mod partikolari l-punt 24(a), li jirreferi għal “rata ta'' interess li għallinqas tkun tikkumpara ma’ dawk osservati fuq self lil kumpaniji b'saħħithom, u b'mod partikolari r-tai ta’ referenza adottati mill-Awtorità’. Għalhekk, għal każijiet ta’ għajnuna ta’ salvataġġ, għandha tiġi applikata l-ewwel sena IBOR miżjuda b'mill-anqas 100 punt bażi.

(4)  Għal paragun bejn l-aktar mekkaniżmi komuni ta’ kklassifikar tal-kreditu, ara per eżempju it-Tabella 1 fid-Dokument ta’ Ħidma Nru 207 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali: http://www.bis.org/publ/work207.pdf


ANNESS II

GARANZIJI MILL-ISTAT  (1)

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Sfond

Dan il-Kapitolu għandu jaġġorna l-approċċ tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA lejn l-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ garanziji u għandu l-għan li jipprovdi lill-Istati tal-EFTA bi gwida iktar dettaljata dwar il-prinċipji li fuqghom l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha l-ħsieb li tibbaża l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, u l-applikazzjoni tagħhom għall-garanziji mill-Istat. Dawn il-prinċipji huma stabbiliti attwalment fil-Kapitolu eżistenti tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar garanziji mill-Istat (2). L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-Kapitolu eżistenti sa mis-sena 2000 tissuġġerixxi li l-politika tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA f'dan il-qasam għandha tiġi riveduta. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tixtieq tfakkar per eżempju l-prattika riċenti tal-Kummissjoni Ewropea f'diversi deċiżjonijiet speċifiċi (3) fir-rigward tal-ħtieġa li ssir valutazzjoni individwali tar-riskju tat-telf marbut ma’ kull garanzija fil-każ ta’ skemi. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha l-ħsieb li ttejjeb, kemm jista' jkun, it-trasparenza politika tagħha f'dan il-qasam sabiex id-deċiżjonijiet tagħha jkunu prevedibbli u sabiex ikun żgurat trattament ugwali. B'mod partikolari, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tixtieq tipprovdi lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (minn issa 'l quddiem imsejħa “SMEs”) u lill-Istati tal-EFTA b'safe harbours billi jiġi determinat minn qabel, għal kumpanija partikolari u fuq il-bażi tal-livell finanzjarju tagħha, il-marġni minimu li għandu jkun hemm sabiex garanzija mill-Istat ma titqiesx bħala għajnuna skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Bl-istess mod, kwalunkwe defiċit fil-premju mitlub meta mqabbel ma’ dak il-livell jista' jiġi meqjus bħala l-element ta’ għajnuna.

1.2.   Tipi ta’ garanzija

Fil-forma l-aktar komuni tagħhom, il-garanziji huma assoċjati ma’ self jew obbligu finanzjarju ieħor aċċettat minn min jissellef fil-konfront ta’ min isellef; dawn jistgħu jingħataw bħala garanziji individwali jew fi ħdan skemi ta’ garanzija.

Madankollu, jista' jkun hemm diversi forom ta’ garanzija, skont il-bażi legali tagħhom, it-tip ta’ tranżazzjoni koperta, it-tul ta’ żmien, eċċ. Għalkemm din il-lista mhix waħda eżawrjenti, jistgħu jiġu identifikati l-forom ta’ garanzija li ġejjin:

garanziji ġenerali, jiġifieri garanziji mogħtija lil impriżi bħala tali għall-kuntrarju ta’ garanziji marbuta ma’ tranżazzjoni speċifika, li tista' tkun self, investiment ta’ ekwità, eċċ;

garanziji mogħtija permezz ta’ strument speċifiku għall-kuntrarju ta’ garanziji marbuta ma’ l-Istat ta’ l-impriża nnifisha;

garanziji mogħtija direttament jew kontrogaranziji provduti lil garanti fl-ewwel livell;

garanziji mhux limitati għall-kuntrarju ta’ garanziji limitiati fl-ammont u/jew fiż-żmien. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra wkoll bħala għajnuna fil-forma ta’ garanzija t-termini ta’ finanzjament iktar favorevoli akkwistati minn intrapriżi li l-forma legali tagħhom teskludi proċeduri ta’ falliment jew proċeduri oħra ta’ insolvenza jew tipprovdi b'mod espliċiti garanzija jew kopertura tat-telf mill-Istat. L-istess japplika għall-akkwist minn Stat ta’ holding f'intrapriża jekk ikun hemm aċċettazzjoni ta’ responsabiltà mhux limitata minflok ir-responsabiltà limitata normali;

garanziji li għandhom b'mod ċar oriġini kuntrattwali (bħal kuntratti formali, ittri ta’ konfort) jew oriġini legali ieħor għall-kuntrarju ta’ garanziji li l-forma tagħhom hija inqas viżibbli (bħal ittri sekondarji, impenji orali), possibbilment b'diversi livelli ta’ konfort li jistgħu jiġu provduti b'din il-garanzija.

B'mod speċjali fl-aħħar każ, in-nuqqas ta’ reġistru legali jew ta’ kontabiltà xieraq ħafna drabi jwassal għal traċċabiltà fqira ħafna. Dan huwa minnu kemm għall-benefiċjarju kif ukoll għall-Istat jew l-korp pubbliku li jipprovdiha u, bħala riżultat, għall-informazzjoni disponibbli għall-partijiet terzi.

1.3.   L-istruttura u l-ambitu ta’ dan il-Kapitolu

Għall-iskop ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

“skema ta’ garanzija” tfisser kwalunkwe strument li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma tkun meħtieġa ebda miżura ulterjuri ta’ implimentazzjoni, ikunu jistgħu jingħataw garanziji lil impriżi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet ta’ tul ta’ żmien, ammont, tranżazzoni sottostanti, tip u daqs ta’ impriżi (bħal SMEs);

(b)

“garanzija individwali” tfisser kwalunkwe garanzija mogħtija lil impriża u li ma tingħatax fuq il-bażi ta’ skema ta’ garanzija.

It-taqsimiet 3 u 4 ta’ dan il-Kapitolu huma mfassla sabiex ikunu direttament applikabbli għal garanziji marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika bħal ma hu self. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li, minħabba l-frekwenza tagħhom u l-fatt li dawn normalment jistgħu jiġu kkwantifikati, dawn huma l-aktar każi fejn il-garanziji jeħtieġ li jiġu kklassifikati skont jekk jikkostitwixux għajnuna mill-Istat jew le.

Peress li l-parti l-kbira tal-każijiet it-tranżazzjoni koperta minn garanzija tkun self, il-Kapitolu għandu jirreferi ulterjorament għall-benefiċjarju prinċipali tal-garanzija bħala “min isellef” u l-korp li jkollu r-riskju mnaqqas minħabba l-garanzija mill-Istat bħala “min isellef.” L-użu ta’ dawn iż-żewġ termini speċifiċi huwa intiż ukoll sabiex jiġi faċilitat l-apprezzament tal-prinċipju li fuqu huwa bbażat it-test, peress li l-prinċipju bażiku ta’ self huwa mifhum b'mod wiesa'. Madankollu, dan ma jfissirx li t-taqsimiet 3 u 4 huma applikabbli biss għal garanzija ta’ self. Dawn japplikaw għall-garanzija kollha fejn ikun hemm trasferiment simili ta’ riskju, bħal investiment fil-forma ta’ ekwità, kemm-il darba jirqies il-profil relevanti tar-riskju (inkluż in-nuqqas ta’ kollateralizzazzjoni li jista' jkun hemm).

Dan il-Kapitolu japplika għas-setturi ekonomiċi kollha, inkluż is-settur tat-trasport, bla ħsara għal regoli speċifiċi relatati ma’ garanziji fis-settur ikkonċernat.

Dan il-Kapitolu ma japplikax għal garanziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

1.4.   Tipi oħra ta’ garanzija

Fejn ċerti forom oħra ta’ garanzija (ara punt 1.2) jinvolvu trasferiment ta’ riskju lill-garanti u fejn ma jurux wieħed jew aktar mill-fatturi speċifiċi msemmija fil-punt 1.3, bħal per eżempju l-garanziji tal-assigurazzjoni, għandha ssir analiżi każ b'każ li għaliha, sa fejn huwa meħtieġ, jiġu applikati t-taqsimiet jew il-metodoloġiji applikabbli deskritti f'dan l-Avviż.

1.5.   Newtralità

Dan il-Kapitolu japplika bla ħsara għall-Artikolu 125 tal-Ftehim taż-ŻEE u għalhekk ma jippreġudikax ir-regoli fl-Istati tal-EFTA li jirregolaw is-sistema tal-proprjetà. Il-Ftehim taż-ŻEE huwa newtrali fir-rigward ta’ proprjetà pubblika jew privata.

B'mod partikolari, is-sempliċi fatt li l-parti l-kbira tal-proprjetà ta’ impriża tkun ta’ entità pubblika mhuwiex biżżejjed fih innifsu sabiex jikkostitwixxi garanzija mill-Istat, u dan sakemm ma hemm ebda elementi espliċiti jew impliċiti ta’ garanzija.

2.   APPLIKABILTÀ TAL-ARTIKOLU 61(1)

2.1.   Rimarki ġenerali

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula li kwalunkwe għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stati Membri tal-KE, Stati Membri tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, safejn tkun tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

Dawn il-kriterji ġenerali japplikaw ugwalment għall-garanziji. Fir-rigward ta’ forom oħra ta’ għajnuna potenzjali, garanziji mogħtija direttament mill-Istat, jiġifieri minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali, kif ukoll garanziji mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-Istati minn korpi oħra kontrollati mill-Istat bħal impriżi u imputabbli lil awtoritajiet pubbliċi (4), jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat għandu għalhekk jiġi ċċarat fir-rigward tal-garanziji mill-Istat. Il-benefiċċju ta’ garanzija mill-Istat huwa li r-riskju assoċjat mal-garanzija jittieħed mill-Istat. It-teħid ta’ dan ir-riskju mill-Istat għandu normalment jiġi remunerat bi premju xieraq. Fejn l-Istat iċedi l-premju kollu jew parti minnu, ikun hemm benefiċċju għall impriża kif ukoll tnaqqis tar-riżorsi tal-Istat. Għalhekk, anke jekk jirriżulta li qatt ma jsir pagament mill-Istat taħt garanzija, xorta waħda jista' jkun hemm għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-għajnuna tingħata fil-mument li ssir il-garanzija, mhux meta l-garanija tiġi invokata u lanqas meta l-pagamenti jsiru skont it-termini tal-garanzija. Jekk garanzija tikkostitwixxix jew le għajnuna mill-Istat, u jekk iva, x'jista' jkun l-ammont ta’ dik l-għajnuna mill-Istat, għandu jiġi evalwat fil-mument meta tingħata l-garanzija.

F'dan il-kuntest l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tirrimarka li l-analiżi taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat ma tiġġudikax minn qabel il-kompatibiltà ta’ miżura partikolari ma’ dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.2.   Għajnuna lil min jissellef

Normalment, l-benefiċjarju tal-għajnuna huwa min jisselleff. Kif indikat taħt il-punt 2.1, normalment it-teħid ta’ riksju għandu jitħallas permezz ta’ premju xieraq. Meta min jissellef mhuwiex meħtieġ li jħallas il-premju, jew iħallas premju baxx, dan jikseb vantaġġ. F'paragun ma’ sitwazzjoni mingħajr garanzija, il-garanzija mill-Istat tippermetti lil min jissellef biex jikseb termini finanzjarji aħjar għal self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji. Tipikament, bil-benefiċċju tal-garanzija mill-Istat, min jissellef jista' jikseb rati aktar baxxi u/jew joffri inqas sigurtà. F'xi każijiet, min jissellef ma jsibx, mingħajr garanzija mill-Istat, istituzzjoni finanzjarji li tkun lesta ssellef bi kwalunkwe termini. Għalhekk il-garanziji mill-Istat jistgħu jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ negozji ġodda li jippermettu lil ċerti impriżi jiġbru flus għat-twettiq ta’ attivitajiet ġodda. Bl-istess mod, garanzija mill-Istat tista' tgħin lil kumpanija f'diffikultajiet biex tibqa' attiva minflok ma tiġi eliminata jew ristrutturata, u b'hekk tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista' tinqala'.

2.3.   Għajnuna lil min isellef

2.3.1.

Anke jekk normalment il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun min jissellef, ma jistax jiġi eskluż li taħt ċerti ċirkostanzi min isellef, ukoll, jibbenefika direttament mill-għajnuna. B'mod partikolari, per eżempju, jekk garanzija mill-Istat tingħata ex post fir-rigward ta’ self jew obbligu finanzjarju ieħor konkluż mingħajr aġġustament tat-termini ta’ dan is-self jew obbligu finanzjarju, jew jekk self garantit jintuża sabiex jitħallas lura self ieħor mhux garantit mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu, jista' jkun hemm ukoll għajnuna lil min isellef, u dan safejn tiżdied is-sigurtà tas-selfiet. Meta l-garanzija tkun tinvolvi għajnuna lil min isellef, għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li din l-għajnuna, filprinċipju, tista' tikkostitwixxi għajnuna għat-tħaddim.

2.3.2.

Il-garanziji huma differenti minn miżuri oħra ta’ għajnuna mill-Istat, bħal għotjiet u eżenzjonijiet mit-taxxa, billi, f'każ ta’ garanzija, l-Istat jidħol ukoll f'relazzjoni ġuridika ma’ min isellef. Għalhekk, għandhom jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi possibbli għal terzi persuni minħabba għajnuna mill-Istat mogħtija kontra l-liġi. Fil-każ ta’ garanziji mill-Istat għal self, dan jikkonċerna prinċipalment l-istituzzjonijiet finanzjarji li jselfu. Fil-każ ta’ garanziji għal bonds maħruġa sabiex jinkiseb finanzjament għall-impriżi, dan jikkonċerna l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fil-ħruġ tal-bonds. Il-kwistjoni dwar jekk l-illegalità tal-għajnuna taffettwax ir-relazzjonijiet ġuridiċi bejn l-Istat u l-partijiet terzi hija kwistjoni li għandha tiġi eżaminata skont il-liġi nazzjonali. Il-qrati nazzjonali jista' jkollhom jeżaminaw jekk il-liġi nazzjonali timpedixxix l-adempiment tal-kuntratti tal-garanzija, u f'dik il-valutazzjoni l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li għandu jitqies il-ksur tal-liġi taż-ŻEE. Minħabba f'hekk, min isellef jista' jkollu interess li jivverifika, bħala miżura standard ta’ prekawzjoni, li r-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat ġewx osservati kull fejn jingħataw garanziji. Stata tal-EFTA għandu jkun jista' jipprovdi numru tal-każ maħruġ mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għal każ individwali jew skema u possibilment kopja mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA flimkien mar-referenza rilevanti għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA min-naħa tagħha tagħmel l-aħjar li tista' sabiex tagħmel disponibbli b'mod trasparenti l-informazzjoni dwar każijiet u skemi approvati minnha.

3.   KUNDIZZJONIJIET LI JESKLUDU L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

3.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Jekk garanzija individwali jew skema ta’ garanzija konkluża mill-Istat ma ġġid ebda vantaġġ għal impriża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

F'dan il-kuntest, sabiex jiġi determinat jekk ikunx qed jingħata vantaġġ permezz ta’ garanzija jew skema ta’ garanzija, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkonfermat fis-sentenzi riċenti tagħha (5) li l-Kummissjoni Ewropea għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq il-prinċipju ta’ investitur li jopera f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem imsemmi il-“prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq”). Għalhekk għandhom jitqiesu l-possibiltajiet effettivi għal impriża benefiċjarja sabiex takkwista riżorsi finanzjarji ekwivalenti billi tirrikorri għas-suq kapitali. L-għajnuna mill-Istat ma tkunx involuta meta sors ġdid ta’ finanzjament isir disponibbli b'kundizzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal operatur privat taħt il-kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq (6).

Sabiex tkun iffaċilitata l-valutazzjoni dwar jekk ikunx ġie sodisfatt il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq fir-rigward ta’ miżura partikolari ta’ garanzija, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA f'din it-taqsima tistipula għadd ta’ kundizzjonijiet suffiċjenti għan-nuqqas ta’ għajnuna. Garanziji individwali huma koperti fil-punt 3.2 b'għażla iktar sempliċi għall-SMEs fil-punt 3.3. L-iskemi ta’ garanzija huma koperti fil-punt 3.4 b'għażla aktar sempliċi għall-SMEs fil-punt 3.5.

3.2.   Ġaranziji individwali

Fir-rigward ta’ garanzija individwali mill-Istat, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li jkun biżżejjed li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin biex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna mill-ista.

(a)

Min jissellef ma jkunx f'diffikultà finanzjarja.

Sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk min isellef ikunx ikkunsidrat f'diffikultà finanzjarja, għanda ssir referenza għad-definizzjoni stabbilita fil-Kapitolu ta’ dawn il-Linji Gwida dwar l-għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f'diffikultà (7). Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-SMEs li ġew inkorporati għal inqas minn tliet snin m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala f'diffikultà matul dak il-perjodu.

(b)

Il-limitu tal-garanzija jista' jitkejjel sewwa meta jingħata.

Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien.

(c)

Il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self jew obbligu finanzjarju ieħor dovut; dan il-limitu ma japplikax għal garanziji li jkopri titoli ta’ dejn (8).

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li jekk obbligu finanzjarju huwa kompletament kopert b'garanzija mill-Istat, min isellef ikollu inqas inċentiv sabiex jevalwa, jassigura u jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li jirriżulta mill-operazzjoni tas-self, u b'mod partikolari sabiex jevalwa kif xieraq il-kapaċità ta’ min jissellef li jħallas lura s-self. Minħabba nuqqas ta’ mezzi, jista' jkun li din il-valutazzjoni tar-riskju ma ssirx mill-garanti statali. Dan in-nuqqas ta’ inċentiv li jitnaqqas ir-riskju li s-self ma jitħallasx lura jista' jinkoraġixxi lil min isellef li jikkonkludi selfiet b'riskju kummerċjali akbar minn dak normali u b'hekk jista' jżid l-ammont ta’ garanziji b'riksju ogħla fil-portafoll tal-Istat.

Din il-limitazzjoni ta’ 80 % ma tapplikax għal garanzija pubblika mogħtija bħala finanzjament lil kumpanija li l-attività tagħha tkun kostitwita biss minn Servizz ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI) (9) fdat lilha u meta din il-garanzija tkun ingħatat mill-awtorità pubblika li tkun daħħlet dan l-affidament fis-seħħ. Il-limitazzjoni ta’ 80 % tapplika jekk il-kumpanija kkonċernata tipprovdi SGEIs jew attivitajiet ekonomiċi oħra.

Sabiex jiġi żgurat li min isellef jassumi b'mod effettiv parti mir-riskju, għandha tingħata attenzjoni dovuta liż-żewġ aspetti liġejjin:

Meta d-daqs tas-self jew tal-obbligu finanzjarju jonqos maż-żmien, per eżempju minħabba li s-self jibda jitħallas lura, l-ammont garantit għandu jitnaqqas proporzjonalment, b'tali mod li f'kull mument il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self jew obbligu finanzjarju dovut;

it-telf għandu jiġi sostnut proporzjonalment u bl-istess mod minn min isellef u mill-garanti. Bl-istess mod, l-irkupri netti (jiġifieri dħul li jeskludi l-ispejjez għat-trattament tal-pretensjoni) iġġenerati mill-irkuprar tad-dejn mill-garanziji mogħtija minn min jissellef għandhom inaqqsu b'mod proporzjonali t-telf li jbatu kemm min isellef kif ukoll il-garanti. Garanziji first-loss, fejn it-telf jiġi attribwit biss lil min jissellef wara li dan jiġi l-ewwel attribwit lill-garanti, għandhom jiġu meqjusa li jistgħu jinvolvu l-għajnuna.

Jekk Stat tal-EFTA jkun jixtieq jagħti garanzija ogħla mil-limitu ta’ 80 % u jikkunsidra li din ma tikkostitwixxix għajnuna, huwa għandu debitament jissostanzja din il-pożizzjoni, per eżempju fuq il-bażi tal-arranġament tat-tranżazzjoni kollha, u jinnotifikaha lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA sabiex il-garanzija tkun tista' tiġi evalwata sew fir-rigward tax-xejriet ta’ għajnuna mill-Istat li jista' jkollha.

(d)

Jitħallas għall-garanzija prezz orjentat għas-suq.

Kif indikat fil-punt 2.1, normalment it-teħid ta’ riksju għandu jitħallas permezz ta’ premju xieraq fuq l-ammont tal-garanzija jew il-kontragaranzija. Meta l-prezz imħallas għall-garanzija jkun mill-anqas għoli daqs il-limitu ta’ premju ta’ garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji, il-garanzija ma tkunx tinkludi għajnuna.

Jekk fis-swieq finanzjarji ma jinstab ebda limitu tal-premju tal-garanzija li jikkorrispondi, l-ispiża finanzjarja totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta’ imgħax tas-self u tal-premju tal-garanzija, għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta’ self simili li mhuwiex garantit.

Fiż-żewġ każijiet, sabiex jiġi determinat il-prezz tas-suq korrispondenti, il-karatteristiċi tal-garanzija u tas-self sottostanti għandhom jitqiesu. Dan jinkludi: l-ammont u t-tul ta’ żmien tat-tranżazzjoni; is-sigurtà mogħtija minn min jissellef u esperjenza oħra li taffettwa l-valutazzjoni tad-dejta ta’ rkupru; il-probabiltà li min jissellef jonqos mill-obbligi tiegħu minħabba l-pożizzjoni finanzjarja, is-settur tal-attività u l-prospetti tiegħu; kif ukoll kundizzjonijiet ekonomiċi oħra. Din l-analiżi għandha b'mod partikolari tippermetti lil min jissellef jiġi kklassifikat permezz ta’ klassifika ta’ riskju. Din il-klassifika tista' tiġi provduta minn aġenzija ta’ klassifika rikonoxxura internazzjonalment jew, fejn disponibbli, bil-klassifika interna użata mill-bank li jipprovdi s-self sottostanti. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tindika r-rabta bejn il-klassifika u r-rata ta’ inadempjenza, magħmula mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, li x-xogħol tagħhom huwa wkoll disponibbli pubblikament (10). Sabiex jiġi evalwat jekk il-premju huwiex f'konformità mal-prezzijiet tas-suq l-Istat tal-EFTA jista' jqabbel il-prezzijiet imħallsa minn impriżi klassifikati fl-istess livell fis-suq.

Għalhekk l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ma’ taċċettax li l-premju tal-garanzija jiġi stabbilit b'rata unika meqjusa li tikkorispondi għal standard ġenerali tal-industrija.

3.3.   Valutazzjoni ta’ garanziji individwali għall-SMEs

Bħala eċċezzjoni, jekk min jissellef ikun SME (11), l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' b'deroga mill-punt 3.2.(d) taċċetta valutazzjoni iktar sempliċi dwar jekk garanzija fuq self tinvolvix għajnuna. f'dak il-każ, u kemm-il darba l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stipulati fil-punti 3.2.(a), (b) u (c) ikunu osservati, garanzija mill-Istat tiġi meqjusa li ma tikkostitwixxix għajnuna jekk jintalab il-premju minimu annwali (“safe harbour premium” (12) stabbilit fi-tabella li jmiss fuq l-ammont effettivament garantit mill-Istat, fuq il-bażi tal-klassifika ta’ min jissellef (13):

Kwalità tal-kreditu

Standard and Poor's

Fitch

Moody's

Safe-harbour premju annwali

L-ogħla kwalità

AAA

AAA

Aaa

0,4  %

Kapaċità ta’ ħlas b'saħħitha ħafna

AA +

AA +

Aa 1

0,4  %

AA

AA

Aa 2

AA –

AA –

Aa 3

Kapaċità ta’ ħlas b'saħħitha

A +

A +

A 1

0,55  %

A

A

A 2

A –

A –

A 3

Kapaċità ta’ ħlas adegwata

BBB +

BBB +

Baa 1

0,8  %

BBB

BBB

Baa 2

BBB –

BBB –

Baa 3

Kapaċità ta’ ħlas vulnerabbli għal kundizzjonijiet avversi

BB +

BB +

Ba 1

2,0  %

BB

BB

Ba 2

BB –

BB –

Ba 3

Kapaċità ta’ ħlas x'aktarx tkun mfixkla minn kundizzjonijiet avversi

B +

B +

B 1

3,8  %

B

B

B 2

B –

B –

B 3

6,3  %

Kapaċità ta’ ħlas dipendenti fuq kundizzjonijiet favorevoli kontinwi

CCC +

CCC +

Caa 1

Ma jista' jiġi provdut l-ebda safe-harbour premju annwali

CCC

CCC

Caa 2

CCC –

CCC –

Caa 3

CC

CC

 

 

C

 

F'każ ta’ inadempjenza jew kważi inadempjenza

SD

DDD

Ca

Ma jista' jiġi provdut l-ebda safe-harbour premju annwali

D

DD

C

 

D

 

Is-safe-harbour premiums japplikaw għall-ammont garantit jew kontrogarantit b'mod effettiv mill-Istat fil-bidu ta’ kull sena kkonċernata. Għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-minimu li għandu jiġi applikat fir-rigward ta’ kumpanija li l-klassifika ta’ kreditu tagħha tkun tal-inqas daqs mogħtija fit-tabella (14).

Fil-każ ta’ premju uniku ta’ garanzija mħallas bil-quddiem, il-garanzija tas-self hija meqjusa ħielsa minn għajnuna jekk tkun tal-inqas daqs il-valur preżenti tal-premji futuri ta’ garanzija kif indikat hawn fuq, bir-rata ta’ tnaqqis li tkun ir-rata ta’ referenza li tikkorrispondi (15).

Kif muri fit-tabella t'hawn fuq, kumpaniji bi klassifika li tikkorrispondi għal CCC/Caa jew agħar ma jistgħux jibbenefikaw minn din il-metodoloġija simplifikata.

Għall-SMEs li m'għandhomx storja ta’ kreditu jew klassifika bbażata fuq metodu ta’ karta tal-bilanċ, bħal fil-każ ta’ ċertu kumpaniji b'għan speċifiku jew kumpaniji start-up, is-safe-harbour premju huwa ffissat għal 3.8 % iżda dan qatt ma jista' jkun anqas mill-premju li kieku jkun applikabbli għall-kumpannija jew kumpaniji prinċipali.

Dawn il-marġni jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tas-suq.

3.4.   Skemi ta’ garanzija

Fir-rigward ta’ skema ta’ garanzija mill-Istat, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat tkun eskluża fil-każ li jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

L-iskema ta’ tkunx tapplika għal min jissellef li jkun f'diffikultà finanzjarja (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(a)).

(b)

Il-limiti tal-garanziji jistgħu jitkejlu sewwa meta jingħataw. Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi, għal ammont massimu fiss u limitati fiż-żmien.

(c)

Il-garanziji ma jkoprux iktar minn 80 % ta’ kull self li għadu jrid jitħallas jew obbligu finanzjarju ieħor (ara d-dettalji u l-eċċezzjonijiet fil-punt 3.2.(c)).

(d)

It-termini tal-iskema huma bbażati fuq valutazzjoni realistika tar-riskju sabiex il-premji imħallsa mill-benefiċjarji, x'aktarx, jagħmluha kapaċi tiffinanzja lilha nfisha. Din in-natura tal-iskema, li hija waħda li tiffinanzja lilha nfisha, u l-orjentazzjoni xierqa tar-riskju huma meqjusa mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bħala indikazzjonijiet li l-premji tal-garanzija li jintalbu taħt l-iskema, huma konformi mal-prezzijiet tas-suq.

Dan jirrikjedi li r-riskju ta’ kull garanzija ġdida għandu jiġi evalwat, fuq il-bażi tal-fatturi rilevanti kollha (il-kwalità ta’ min jissellef, it-titoli ta’ sigurtà, it-tul ta’ żmien tal-garanzija, eċċ). Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi tar-riskju, il-klassijiet ta’ riskju (16) jridu jiġu definiti, il-garanzija trid tiġi kklassifikata f'waħda minn dawn il-klassijiet ta’ riskju u l-premju ta’ garanzija korrispondenti jrid jintalab fuq l-ammont garantit jew kontrogarantit.

(e)

Sabiex ikun hemm valutazzjoni xierqa u progressiva tal-aspett tal-iskema li tiffinanzja lilha nfisha, l-adegwatezza tal-livell tal-premji għandha tiġi riveduta tal-inqas darba f'sena fuq il-bażi tar-rata ta’ telf effettiv tal-iskema fuq perjodu ta’ żmien ekonomikament raġjonevoli, u l-premji aġġustati skont dan jekk ikun hemm riskju li l-iskema ma tibqax tiffinanzja lilha nfisha. Dan l-aġġustament jista' jikkonċerna l-garanziji kollha maħruġa u dawk futuri jew biss dawn tal-aħħar.

(f)

Sabiex jitqiesu konformi mal-prezzijiet tas-suq, il-premji li jintalbu għandhom ikopru r-riskji normali assoċjati mal-għoti tal-garanzija, l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema, u remunerazzjoni annwali ta’ kapital adegwat, anke jekk dan tal-aħħar m'huwiex kostitwit jew huwa biss kostitwit parzjalment.

Fir-rigward tal-ispejjeż amministrativi, dawn tal-inqas għandhom jinkludu l-valutazzjoni tar-riskju inizjali speċifika kif ukoll l-ispejjeż għall-monitoraġġ tar-riskju u l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tar-riskju marbuta mal-għoti u l-ġestjoni tal-garanzija.

Fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-kapital, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tosserva li l-garanti normali huma soġġetti għar-regoli tar-rekwiżit tal-kapital u, skont dawn ir-regoli, huma obbligati jikkostitwixxu valur ta’ ishma sabiex ma jfallux meta jkun hemm varjazzjonijiet fit-telf fis-sena relatat mal-garanziji. L-iskemi ta’ garanzija mill-Istat normalment mhumiex soġġetti għal dawn ir-regoli u għalhekk ma jeħtiġux li jikkostitwixxu dawn ir-riżervi. Fi kliem ieħor, kull darba li t-telf li jirriżulta mill-garanziji jeċċedi d-dħul mill-premji tal-garanziji, id-defiċit ikun sempliċiment kopert mill-baġit tal-Istat. Din il-garanzija mill-Istat għall-iskema tqiegħed lil dan tal-aħħar f'sitwazzjoni aktar favorevoli minn garanti normali. Sabiex din id-disparità tiġi evitata u sabiex l-Istat jiġi remunerat għar-riskju li jkun qed jieħu, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-premji ta’ garanzija għandhom ikopru r-remunerazzjoni ta’ kapital adegwat.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li dan il-kapital għandu jikkorrispondi għal 8 % (17) tal-garanziji li għad iridu jitħallsu. Għal garanziji mogħtija lil impriżi li l-klassifika tagħhom hija ekwivalenti għal AAA/AA- (Aaa/Aa3), l-ammont ta’ kapital li għandu jkun remunerat jista' jitnaqqas għal 2 % tal-garanziji li għad iridu jitħallsu. Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ garanziji mogħtija lil impriżi li l-klassifika tagħhom hija ekwivalenti għal A+/A- (A1/A3), l-ammont ta’ kapital li għandu jkun remunerat jista' jitnaqqas għal 4 % tal-garanziji li għad iridu jitħallsu.

Ir-remunerazzjoni normali ta’ dan il-kapital hija magħmula minn premju ta’ riskju, possibilment miżjud b'rata tal-imgħax ħielsa mir-riskju.

Il-premju tar-riskju għandu jitħallas lill-Istat fuq l-ammont adegwat tal-kapital fil-każijiet kollha. Abbażi fuq il-prattika tagħha u l-prattika tal-Kummissjoni Ewropea, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li premju ta’ riskju normali għal ekwità jammonta għal mill-inqas 400 punti ta’ bażi u li dan il-premju ta’ riskju għandu jkun inkluż fil-premju ta’ garanzija mitlub mill-benefiċjarji (18).

Jekk, bħalma jiġri fil-parti l-kbira tal-iskemi tal-garanziji mill-Istat, il-kapital ma jkunx provvdut għall-iskema u għalhekk ma jkunx hemm kontribuzzjoni ta’ flus mill-Istat, ir-rata ta’ imgħax ħielsa mir-riskju ma jkollhiex għalfejn tiġi meqjusa. Alternattivament, jekk il-kapital sottostanti jingħata effettivament mill-Istat, l-Istat għandu jbati l-ispejjeż tas-self u l-iskema tieħu benefiċċju minn din il-likwidità billi, jekk jista' jkun, tinvestiha. Għalhekk ir-rata tal-imgħax ħielsa mir-riskju trid titħallas lill-Istat fuq l-ammont mogħti. Barra minn hekk, dan il-ħlas għandu jittieħed mid-dħul finanzjarju tal-iskema u mhux neċessarjment iħalli impatt fuq il-premji ta’ garanzija (19). Is-Sorveljanza tal-Awtorità tal-EFTA tikkunsidra li d-dħul mill-bond tal-gvern ta’ 10 snin jista' jintuża bħala sostitut xieraq għar-rata ħielsa mir-riskju meqjus bħala dħul normali mill-kapital.

(g)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, l-iskema għandha tipprovdi għat-termini li fuqhom għandhom jingħataw garanziji futuri, bħal kumpaniji eliġibbli f'termini ta’ klassifika u, meta applikabbli, is-settur u d-daqs, l-ammont massimu u t-tul ta’ żmien tal-garanziji.

3.5.   Il-valutazzjoni ta’ skemi ta’ garanzija għall-SMEs

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tal-SMEs, u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-fondi, speċjalment permezz tal-użu ta’ skemi ta’ garanzija, jeżistu żewġ possibiltajiet speċifiċi għal dawn il-kumpaniji:

l-użu ta’ safe harbour premiums kif definit għal garanziji individwali lil SMEs;

il-valutazzjoni ta’ skemi ta’ garanzija billi tingħata l-possibiltà tal-applikazzjoni ta’ premju uniku u tiġi evitata l-ħtieġa għal klassifiki individwali ta’ SMEs benefiċjarji.

Il-kundizzjonijiet tal-użu taż-żewġ regoli huma mfissra kif ġej:

Użu ta’ safe-harbour premiums fi skemi ta’ garanziji għall-SMEs

B'konformità ma’ dak propost għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni fir-rigward ta’ garanziji individwali, l-iskemi ta’ garanziji favur SMEs jistgħu, bħala prinċipju, ukoll jiġu meqjusa bħala li jiffinanzjaw lilhom infushom u li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jekk jiġu applikati s-safe-harbour premiums minimi stipulati fil-punt 3.3 u bbażati fuq il-klassifika tal-impriżi (20). Il-kundizzjonijiet l-oħra stipulati fil-punti 3.4.(a), (b) u (c) kif ukoll fil-punt 3.4.(g) għandhom xorta waħda jiġu ssodisfati u l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 3.4.(d), (e) u (f) huma meqjusa li jiġu ssodisfati bl-użu tal-premji annwali minimi stipulati fil-punt 3.3.

Użu ta’ premji uniċi fi skemi ta’ garanziji għall-SMEs

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA hija konxja li t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju individwali ta’ kull min jissellef huwa proċess li jinvolvi ħafna spejjeż, li jista' ma jkunx xieraq meta skema tkoprii numru kbir ta’ selfiet żgħar li għalihom hija tirrapreżenta mezz ta’ tqassim tar-riskju.

Konsegwentement, meta skema hija relatata biss ma’ garanziji għall-SMEs u l-ammont garantit ma jaqbiżx limitu ta’ EUR 2.5 miljun għal kull kumpanija, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' taċċetta, b'deroga mill-punt 3.4.(d), premju uniku ta’ garanzija fis-sena għal dawk kollha li jissellfu. Madankollu, sabiex il-garanziji mogħtija taħt din l-iskema ma jitqisux bħala għajnuna mill-Istat, l-iskema għandha tibqa' waħda li tiffinanzja lilha nfisha u għandhom jibqgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-punti 3.4.(a), (b) u (c) kif ukoll fil-punti 3.4.(e), (f) u (g).

3.6.   Ebda klassifikazzjoni awtomatika bħala għajnuna mill-Istat

Nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 3.2 sa 3.5 ma jfissirx li l-garanzija jew skema ta’ garanzija hija awtomatikament meqjusa bħala għajnuna mill-Istat. Jekk hemm xi dubju dwar jekk garanzija jew skema ta’ garanzija tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, dan għandu jkun notifikat lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA.

4.   GARANZIJI B'ELEMENT TA’ GĦAJNUNA

4.1.   Ġenerali

Meta garanzija individwali jew skema ta’ garanzija ma tkunx konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq, din tkun meqjusa li tinvolvi l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk l-element ta’ għajnuna mill-Istat jeħtieġ li jiġi kkwantifikat sabiex jiġi mistħarreġ jekk l-għajnuna tistax tinsab kompatibbli taħt xi eżenzjoni speċifika tal-għajnuna mill-Istat. Bħala punt ta’ prinċjipju, l-element tal-għajnuna mill-Istat jiġi meqjus li jkun id-differenz bejn il-prezz xieraq tas-suq tal-garanzija provduta individwalment jew permezz ta’ skema u l-prezz attwalment imħallas għal dik il-miżura.

L-ekwivalenti f'għotjiet fi flus annwali li jirriżultaw għandhom jiġu mnaqqsa għall-valur preżenti tagħhom bl-użu tar-rata ta’ referenza, u mbagħad magħduda sabiex toħroġ l-ekwivalenti f'għotja totalit.

Fil-kalkolu tal-element tal-għajnuna f'garanzija, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ser tiddedika attenzjoni speċjali lill-elementi li ġejjin:

(a)

Jekk fil-każ ta’ garanziji individwali min jissellef jinsab f'diffikultà finanzjarja. Jekk fil-każ ta’ skemi ta’ garanzija, il-kriterji ta’ eliġibiltà tal-iskema jipprevedu għall-esklużjoni ta’ tali impriżi (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(a)).

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tinnota li għal kumpaniji f'diffikultà, garanti tas-suq, jekk ikun hemm, jitlob fiż-żmien meta ssir il-garanzija ħlas ta’ premju għoli meta wieħed iqis ir-rata mistennija ta’ inadempjenza. Jekk il-probabiltà li min jissellef ma jkunx kapaċi jħallas lura s-self issir partikolarment kbira, huwa possibbli li din ir-rata tas-suq ma tkunx teżisti u f'ċirkostanzi eċċezzjonali l-element tal-għajnuna tal-garanzija jista' jirriżulta li jkun għoli daqs l-ammont effettivament kopert minn dik il-garanzija.

(b)

Jekk il-limitu ta’ kull garanzija jista' jitkejjel sewwa meta tingħata l-garanzija.

Dan ifisser li l-garanziji għandhom ikunu marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien. F'dan ir-rigward l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jikkunsidra fil-prinċipju li l-garanziji mhux limitati huma inkompatibbli mal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(c)

Jekk il-garanzija tkopri aktar minn 80 % ta’ kull self li għad ma tħallasx jew ta’ obbligu finanzjarju ieħor (ara d-dettalji u l-eċċezzjonijiet tal-punt 3.2.(c)).

Sabiex jiġi żgurat li min isellef ikollu inċentiv reali sabiex jevalwa, jassigura u jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li jirriżulta mill-operazzjoni tas-self, u b'mod partikolari sabiex tiġi evalwata kif xieraq il-kapaċità ta’ min jissellef li jħallas lura s-self, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li għandu jinżamm minn min isellef perċentwali ta’ mill-inqas 20 % li ma jkunx kopert minn garanzija mill-Istat (21) sabiex jassigura sewwa s-self tiegħu u jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju assoċjat mat-tranżazzjoni. Għalhekk l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha, b'mod ġenerali, teżamina aktar fid-dettall kwalunkwe garanzija jew skema ta’ garanzija li tkopri l-intier (jew kważi l-intier) ta’ tranżazzjoni finanzjarja ħlief meta Stat tal-EFTA debitament jiġġustifikaha, per eżempju bin-natura speċifika tat-tranżazzjoni.

(d)

Jekk il-karatteristiċi speċifiċi tal-garanzija u tas-self (jew obbligu finanzjarju ieħor) kienu kkunsidrati meta ġie ddeterminat il-premju tas-suq tal-garanzija, li minnu l-element tal-għajnuna huwa kkalkulat billi jitqabbel mal-premju fil-fatt imħallas (ara d-dettalji fil-punt 3.2.(d)).

4.2.   L-element ta’ għajnuna fil-garanziji individwali

Għal garanzija individwali l-ekwivalenti fi flus ta’ garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz li fil-fatt tħallas.

Meta s-suq ma jipprovdix garanziji għat-tip ta’ tranżazzjoni kkonċernata, ma jkun disponibbli l-ebda prezz tas-suq għall-garanzija. f'dak il-każ, l-element tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-ekwivaleni ta’ għotja ta’ self b'kundizzjonijiet favorevoli (“soft loan”), jiġifieri bħad-differenza bejn ir-rata ta’ imgħax speċifika tas-suq li din il-kumpanija kienet tassumi mingħajr il-garanzija u r-rata ta’ imgħax miksuba permezz tal-għajnuna mill-Istat wara li jitqiesu kwalunkwe premji imħallsa. Jekk m'hemmx rata ta’ imgħax tas-suq u jekk l-Istat tal-EFTA jkun jixtieq juża r-rata ta’ referenza minflokha, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tenfasizza li l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu tal-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità dwar ir-rati ta’ referenza (22) huma validi sabiex tiġi kkalkulata l-intensità tal-għajnuna ta’ garanzija individwali. Dan ifisser li hija meħtieġa attenzjoni speċjali għaż-żieda fuq ir-rata bażika sabiex jittieħed kont tal-profil tar-riskju rilevanti marbut mal-operazzjoni koperta, l-impriża garantita u l-kollaterali provduti.

4.3.   L-element ta’ għajnuna fil-garanziji individwali għall-SMEs

Għall-SMEs, is-sistema simplifikata ta’ valutazzjoni spjegata fil-punt 3.3 tista' wkoll tiġi applikata. F'dak il-każ, jekk il-premju għal garanzija partikolari ma jikkorrispondix għall-valur stipulat bħala minimu għall-klassifika tagħha, id-differenzi bejn dan il-livell minimu u l-premju mitlub tiġi kkusnidrata bħala għajnuna. Jekk il-garanzija ddum aktar minn sena, id-defiċits annwali jiġu mnaqqsa bl-użu tar-rata ta’ referenza rilevanti (23).

Huwa biss f'każijiet bi provi ċari u debitament ġustifikati mill-Istat tal-EFTA kkonċernat li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' taċċetta deroga minn dawn ir-regoli. F'dawn il-każi għandu xorta jiġi osservat approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

4.4.   L-element ta’ għajnuna fl-iskemi ta’ garanziji

Għall-iskemi ta’ garanziji, l-ekwivalenti f'għotja ta’ flus għal kull garanzija fi ħdan l-iskema hija d-differenza bejn il-premju effettivament mitlub (jekk ikun hemm) u l-premju li għandu jiġi mitlub fi skema ekwivalenti li m'għandhiex għajnuna mwaqqfa skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.4. Il-premji fit-teorija hawn fuq imsemmija li minnhom huwa kkalkulat l-element tal-għajnuna għandhom għalhekk ikopru r-riskji normali assoċjati mal-garanzija kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi u kapitali (24). Dan il-mod ta’ kalkolu tal-ekwivalenti f'għotja huwa intiż sabiex jiżgura, fuq il-bażi ta’ terminu ta’ żmien medju u twil ukoll, li l-għajnuna totali mogħtija taħt l-iskema hija daqs il-flus investiti mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġi kopert id-defiċit tal-iskema.

Peress li, fil-każ tal-iskemi ta’ garanzija mill-Istat, l-elementi speċifiċi tal-każijiet individwali jistgħu ma jkunux magħrufa fiż-żmien meta l-iskema għandha tiġi evalwata, l-element tal-għajnuna għandu jiġi evalwat b'referenza għad-dispożizzjonijiet tal-iskema.

L-elementi tal-għajnuna fi skemi ta’ garanzija jistgħu jiġu kkalkulati wkoll permezz ta’ metodoloġiji diġà aċċettati mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA wara n-notifika tagħhom taħt Att inkorporat fil-Ftehim ŻEE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, bħar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna ta’ investiment nazzjonali reġjonali, (25) kemm-il darba l-metodoloġija approvata tindirizza espressament it-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjonijiet sottostanti involuti.

Huwa biss f'każijiet bi provi ċari u debitament ġustifikati mill-Istat tal-EFTA kkonċernat li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' taċċetta deroga minn dawn ir-regoli. F'dawn il-każijiet għandu xorta waħda jiġi osservat approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

4.5.   L-element ta’ għajnuna fl-iskemi ta’ garanziji għall-SMEs

Iż-żewġ strumenti ta’ simplifikazzjoni murija fil-punt 3.5 u li huma relatati mal-iskemi ta’ garanzija għall-SMEs jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ta’ kalkolu ta’ għajnuna. Il-kundizzjonijiet tal-użu taż-żewġ regoli huma mfissra kif ġej:

Użu ta’ safe-harbour premji fi skemi ta’ garanzija għall-SMEs

Għall-SMEs, is-sistema simplifikata ta’ valutazzjoni spjegata hawn fuq fil-punt 3.5 tista' wkoll tiġi applikata. F'dak il-każ, jekk il-premju għal kategorija partikolari fi skema ta’ garanzija ma jikkorrispondix għall-valur stipulat bħala minimu għall-klassifika tagħha (26), id-differenza bejn dan il-livell minimu u l-premju mitlub tiġi kkunsidrata bħala għajnuna (27). Jekk il-garanzija ddum aktar minn sena, id-defiċits annwali jiġu mnaqqsa bl-użu tar-rata ta’ referenza (28).

Użu ta’ premji uniċi fi skemi ta’ garanziji għall-SMEs

Minħabba distorsjoni aktar limitata għall-kompetizzjoni li tista' tiġi kkawżata bl-għajnuna mill-Istat ipprovduta fil-qafas ta’ skema ta’ garanzija għall-SMEs, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li jekk skema ta’ għanuna tirrigwarda biss garanzijia għal SMEs, fejn l-ammont garantit ma jaqbiżx il-limitu ta’ EUR 2.5 miljun għal kull kumpanija f'din l-iskema partikolari, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' taċċetta, b'deroga mill-punt 4.4, valutazzjoni tal-intensità tal-għajnuna tal-iskema bħala tali, mingħajr ħtieġa li ssir valutazzjoni għal kull garanzija individwali jew klassi ta’ riskju fi ħdan l-iskema (29).

5.   KOMPATIBILTÀ MAL-APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIL-FORMA TA’ GARANZIJI

5.1.   Ġenerali

Garanziji li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għandhom jiġu eżaminati mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bl-għan li jiġi determinat jekk humiex kompatibbli mal-applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. Qabel ma tkun tista' ssir din il-valutazzjoni ta’ kompatibiltà, għandu jiġi identifikat il-benefiċjarju tal-għajnuna.

5.2.   Valutazzjoni

Il-kwistjoni jekk din l-għajnuna hix kompatibbli mal-applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE tiġi eżaminata mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA skont l-istess regoli kif applikati għall-miżuri tal-għajnuna li jieħdu forom oħra. Il-kriterji konkreti għall-valutazzjoni tal-kompatibiltà ġew iċċarati u dettaljati mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-Linji Gwida tagħha dwar Għajnuna mill-Istat (30). L-eżami għandu jqis, b'mod partikolari, l-intensità tal-għajnuna, il-karatteristiċi tal-benefiċjarji u l-għanijiet imfittxija.

5.3.   Kundizzjonijiet

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha taċċetta garanziji biss jekk il-mobilizzazzjoni tagħhom tkun kuntrattwalment marbuta ma’ kundizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jaslu sa dikjarazzjoni mandatorja tal-falliment tal-impriża benefiċjarja, jew kwalunkwe proċedura simili. Dawn il-kundizzjonijiet ikollhom jiġu maqbula bejn il-partijiet meta inizjalment tingħata l-garanzija. Fil-każ li Stat tal-EFTA ikun irid jimmobilizza l-garanija taħt kundizzjonijiet li ma jkunux dawk inizjalment miftiehma fl-istadju tal-għotja, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra l-mobilizzazzjoni tal-garanzija bħala li toħloq għajnuna ġdida li għandha tiġi notifikata taħt l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

6.   RAPPORTI LI GĦANDHOM JIĠU PPREŻENTATLI LILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA MILL-ISTATI TAL-EFTA

Skont l-obbligi ta’ monitoraġġ ġenerali (31), sabiex żviluppi ġodda fis-swieq finanzjarji jiġu aktar sorveljati u peress li l-valutazzjoni tal-valur tal-garanziji mill-Istat hija diffiċli u dan il-valuri jinbidel maż-żmien, ir-reviżjoni kontinwa skont l-Artikolu 62(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, tal-iskemi ta’ garanziji mill-Istat approvati mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA hija partikolarment importanti. Għalhekk l-Istati tal-EFTA għandhom jissottomettu rapporti lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA.

Għall-iskemi tal-għajnuna b'garanzija, jeħtieġ li dawn ir-rapporti jiġu ppreżentati tal-inqas fl-aħħar tal-perjodu ta’ validità tal-iskema tal-garanzija u għan-notifika ta’ skema emendata. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' tikkunsidra xieraq li titlob rapporti aktar spiss, skont il-każ.

Fir-rigward ta’ skemi ta’ garanzija, li dwarhom l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tkun ħadet deċiżjoni kontra l-għajnuna, u speċjalment fejn ma tkun teżisti l-ebda dejta storika dwar l-iskema, fid-deċiżjoni tagħha dwar in-nuqqas ta’ għajnuna l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tista' titlob li jitressqu tali rapporti, u b'hekk issir kjarifika fuq bażi ta’ każ b'każ dwar il-frekwenza u l-kontenut tar-rekwiżit ta’ rappurtar.

Ir-rapporti għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru u l-ammont ta’ garanzija maħruġa;

(b)

in-numru u l-ammont ta’ garanziji dovuti fl-aħħar tal-perjodu;

(c)

in-numru u l-valur ta’ garanziji inadempjenti (murija individwalment) fuq bażi annwali;

(d)

id-dħul fis-sena:

(1)

dħul mill-premji mitluba;

(2)

dħul mill-irkupri;

(3)

dħul ieħor (e.ż. imgħax li joħroġ minn depożiti jew investimenti);

(e)

l-ispejjeż annwali:

(1)

spejjeż amministrattivi;

(2)

indennizzi mħallsa fuq garanziji mobilizzati;

(f)

il-bilanċ pożittiv jew negattiv annwali (differeza bejn dħul u spejjeż); u

(g)

il-bilanċ pożittiv jew negattiv akkumulat mill-bidu tal-iskema (32).

Għal garanziji individwali, l-informazzjoni rilevanti, prinċipalment dik imsemmija fil-punti (d) sa (g), għandha tiġi rrappurtata bl-istess mod.

Fil-każijiet kollha, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tiġbed l-attenzjoni tal-Istati tal-EFTA għall-fatt li rappurtar tajjeb f'data remota jippresupponi ġbir tajjeb ta’ dejta meħtieġa mill-bidu tal-użu tal-iskema u aggregazzjoni korretta tagħhom fuq bażi annwali.

L-attenzjoni tal-Istati tal-EFTA hija wkoll miġbuda għar-rigward tal-fatt li għal garanziji li mhumiex għajnuna mogħtija individwalment jew taħt skema, għalkemm ma hemm ebda obbligu ta’ notifika, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jista' jkollha tivverifika li l-garanzija jew skema ma tinvolvi ebda elementi ta’ għajnuna, per eżempju għaliex isir ilment. F'dak il-każ, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA titlob informazzjoni simili għal dik stipulata hawn fuq fir-rigward tar-rapporti mill-Istat tal-EFTA kkonċernat.

Fejn rapporti jkunu diġà jridu jkunu ppreżentati minħabba obbligi speċifiċi ta’ rappurtar stabbiliti mir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ta’ kategoriji, linji gwida jew oqfsa applikabbli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, dawk ir-rapporti speċifiċi għandhom jissostitwixxu r-rapporti li għandhom ikunu ppreżentati skont dan l-obbligu ta’ rappurtar tal-garanzija kemm-il darba l-informazzjoni elenkata hawn fuq tkun inkluża.

7.   MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tistieden lill-Istati tal-EFTA biex jaġġustaw il-miżuri ta’ garanzija eżistenti tagħhom mal-istipulazzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu sal-1 ta’ Jannar 2010 f'dak li jirrigwarda garanziji ġodda.


(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Avviż tal-Kumissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10, u Corrigendum ppubblikat fil-ĠU C 244, 25.9.2008, p. 32), u jibdel il-Kapitolu eżistenti tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar garanziji mill-istat (ĠU L 274, 26.10.2000, p. 29, Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 26.10.2000, p. 45).

(2)  ĠU L 274, 26.10.2000, p. 29, Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 26.10.2000, p. 45. Il-Kapitolu kkorrisponda għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14).

(3)  Per eżempju: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/706/KE tat-23 ta’ April 2003 dwar l-iskema tal-għajnuna implimentata mill-Ġermanja intitolata “Guarantee schemes of the Land of Brandenburg for 1991 and 1994” Għajnuna mill-Istat C 45/98 (ex NN 45/97) (ĠU L 263, 14.10.2003, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar l-iskemi ta’ garanzija ta’ ffinanzjar ta’ bastimenti — il-Ġermanja (N 512/03) (ĠU C 62, 11.3.2004, p. 3); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/599/KE tas-6 ta’ April 2005 dwar l-iskema ta’ għajnuna li l-Italja qed tippjana li timplimenta għal finanzjar ta’ bastimenti (ĠU L 244, 7.9.2006, p. 17).

(4)  Ara Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni (Stardust) [2002] Ġabra I-4397.

(5)  Ara Kawża C-482/99 imsemmija fin-nota 4.

(6)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar pussessi ta’ awtoritajiet pubbliċi (ĠU L 231, 3.9.1994, p.1, Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1). Dawn il-Linji Gwida huma bbażati fuq il-Bulletin KE 9-1984 dwar l-Applikazzjoni ta’ [ex] Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KEE għal pussessi ta’ awtoritajiet pubbliċi (Bulletin tal-Komunitajiet Ewropej Nru 9-1984), inkorporati fil-punt 9 tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE. Ara wkoll Kawżi Magħquda 296 u 318/82 l-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek Bv vs il-Kummissjoni [1985] Ġabra 809, paragrafu 17. Ara wkoll il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar għajnuna lis-settur tal-avjazzjoni (ĠU L 124, 23.05.1996, p. 41 (punt 30), Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 23.05.1996, p. 86 (punt 30). Dawn il-Linji Gwida jippreskrivu l-applikazzjoni mill-Awtorità ta’ kriterji li jikkorrispondu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5), punti 25 u 26.

(7)  ĠU L 97, 15.04.2005, p. 41, Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 14.04.2005, p. 1. Il-Kapitolu jikkorrispondi għal-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(8)  Għat-tifsira ta’ “titoli ta’ debitu”, ara l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38), li kienet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġuni taż-ŻEE Nru 120/2005 tat-30.09.2005, li temenda l-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 339, 22.12.2005, p. 26, Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 22.12.2005, p. 15). Id-Direttiva kienet emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/22/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 50) (għadha mhix inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE).

(9)  Dan l-SGEI għandu ikun konformi mar-regoli taż-ŻEE bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat- 28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi li jkunu fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67), li kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2006, li jemenda l-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 289, 19.10.2006, p. 31, Suppliment taż-ŻEE Nru 52, 19.10.2006, p. 24) u l-Kapitolu ta’ dawn il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 44, Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 26.4.2007, p. 1). Il-Kapitolu jikkorrisponfi għall-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(10)  Bħat-Tabella 1 dwar il-klassifiki tal-kreditu ta’ aġenziji li tinstab fid-Dokument ta’ Ħidma Nru 207 tal-Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali, disponibbli fl-indirizz: http://www.bis.org/publ/work207.pdf.

(11)  “SMEs” jirreferu għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fil-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar għajnuna lil impriżi żgħar ħafna, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Id-definizzjoni tikkorrispondi għal dik stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). Ara wkoll l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE ta’ għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33), li kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2002 li temenda l-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 266, 3.10.2002, p. 56, Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 42). Dan ir-Regolament kien emendat l-ahħar mir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85), inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2007 (ĠU L 209, 9.8.2007, p. 50, Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 9.8.2007, p. 33).

(12)  Dawn is-safe-harbour premiums huma stabbilti skont il-marġini stabbiliti għal self lil impriżi kklassifikati b'mod simili fil-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar il-metodu għall-istabbiliment ta’ rati ta’ referenza u ta’ skont. Dawn il-Linji Gwida jikkorrispondu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Wara l-istdju kummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea dwar dak is-suġġett (http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/studies_reports/full_report.pdf — ara paġni 23 u 156-159 tal-istudju), tnaqqis ġenerali ta’ 20 punti ta’ bażi kien ikkunsidrat. Dan it-tnaqqis jikkorrispondi għad-differenza fil-marġni għal riskju simili bejn self u garanzija sabiex ikunu kkunsidrati l-ispejjeż addizjonali marbuta speċifikament ma’ self.

(13)  It-tabella tirreferi għall-klassijiet ta’ klassifiki ta’ Standard and Poor, Fitch u Moody, li huma l-aġenziji ta’ kklassifikar l-aktar frekwentement użati mis-settur bankarju sabiex tintrabat is-sistema tagħhom ta’ klassifika skont kif deskritt fil-punt 3.2.(d). Madankollu, il-klassfiki mhux bilfors li jinkisbu mingħand dawk l-aġenzjiji ta’ kklassifikar speċifiċi. Is-sistemi nazzjonali ta’ kklassifikar jew is-sistemi ta’ kklassfikar użati mill-banek biex jirreflettu r-rati ta’ inadempiment huma wkoll aċċettabbli sakemm dawn jagħtu l-probabbiltà ta’ inadempiment ta’ sena billi din hija ċ-ċifra li tintuża mill-aġenzji ta’ kklassifikar għall-ikklassifikar tal-kumpanniji. Sistemi oħrajn għandhom jippermettu li ssir klassifika simili permezz ta’ dan il-kklassifikar prinċipali.

(14)  Pereżempju, kumpanija li lilha bank jagħti klassifika ta’ kreditu li tikkorrispondi għal BBB-/Baa 3 għandha tintalab tħallas premium annwali ta’ garanzija li jkun tal-inqas 0,8 % fuq l-ammont garantit b'mod effettiv mill-Istat fil-bidu ta’ kull sena.

(15)  Ara l-Linji Gwida msemmija fin-nota 12 li jistabbilixxu li: “Ir-rata ta’ referenza għandha tintuża wkoll bħala rata ta’ tnaqqis, sabiex isir il-kalkolu tal-valuri kurrenti. Għalhekk, fil-prinċipju, ser tintuża r-rata bażi miżjuda b'marġni fiss ta’ 100 punt bażi.” (p. 4).

(16)  Ara iktar dettalji fin-nota 13.

(17)  Tikkorrispondi għar-rekwiżiti tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-ħolqien u l-ġestjoni tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1), li kienu nkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 li temenda l-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 257, 25.9.2008, p. 27, Suppliment taż-ŻEE Nru 58, 25.9.2008, p. 9), interpretat flimkien mal-Anness VI (paragrafu 41 'il quddiem) tiegħu.

(18)  Għal garanzija għal kumpanija klassifikata BBB li tammonta għal 100, ir-riżervi li għandhom jiġu kkostitwiti għalhekk jammontaw għal 8. L-applikazzjoni ta’ 400 punti ta’ bażi (jew 4 %) għal dan l-ammont iwassal għal spejjeż kapitali annwali ta’ 8 %*4 % = 0,32 % tal-ammont garantit, li b'dan il-mod ikollu impatt fuq il-prezz tal-garanzija. Jekk ir-rata ta’ inadempjenza ta’ sena antiċipata mill-iskema għal din il-kumpanija hija, per eżempju, 0,35 % u l-ispejjeż amministrattivi annwali huma stmati li jammontaw għal 0,1 %, il-prezz tal-garanzija li ma tkunx meqjusa bħala għajnuna se tammonta għal 0,77 % fis-sena.

(19)  F'dak il-każ, u kemm-il darba ir-rata ħielsa mir-riskju hija meqjusa 5 %, l-ispiża annwali tar-riżervi li għandhom jiġu kkostitwiti jkunu, għall-istess garanzija ta’ 100 u riżervi ta’ 8 li għandha tiġi kkostitwita, 8 % *(4 %+5 %) = 0,72 % tal-ammont garantit. Skont l-istess suppożizzjonijiet (rata ta’ inadempjenza ta’ 0,35 % u spejjeż amministrattivi ta’ 0,1 %), il-prezz tal-garanzija jkun ta’ 0,7 % fis-sena u ħlas addizzjonali ta’ 0,4 % għandu jitħallas mill-iskema lill-Istat.

(20)  Dan jinkludi d-dispożizzjoni li permezz tagħhom għall-SMEs li m'għandhomx storja ta’ kreditu jew klassifika bbażata fuq metodu ta’ karta tal-bilanċ, il-premium fil-limitu ta’ eżenzjoni huwa ffissat għal 3,8 % iżda dan qatt ma jista' jkun anqas mill-premium applikabbli lill-kumpanija jew kumpanniji prinċipali.

(21)  Dan huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-livell ta’ sigurtà korrispondenti jkun pprovdut mill-kumpanija lill-Istat u lill-istituzzjoni tal-kreditu.

(22)  Ara l-Kapitolu msemmi fin-nota 12.

(23)  Ara iktar dettalji fin-nota 15.

(24)  Dan il-kalkolu jista' jiġi mqassar, għal kull klassi ta’ riskju, bħala d-differenza bejn (a) l-ammont dovut garantit, multiplikat bil-fattur tar-riskju tal-klassi ta’ riskju (u b’ “riskju” nifhmu l-probabilità tal-inadempjenza wara li jiġu inklużi l-ispejjeż amministrattivi u kapitali), li jirrapreżenta il-premium tas-suq, u (b) kwalunkwe premium imħallas, jiġifieri (is-somma garantita × ir-riskju) — premium imħallas.

(25)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29. Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2006 (ĠU L 89, 29.3.2007, p. 33, Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 29.3.2007, p. 26).

(26)  Dan jinkludi l-possibiltà li permezz tagħha SMEs li m'għandhom ebda storja ta’ kreditu jew klassifika bbażata fuq metodu ta’ karta tal-bilanċ, is-safe harbour premium huwa ffissat għal 3,8 % iżda dan qatt ma jista' jkun anqas minn dak applikabbli lill-kumpanija jew kumpanniji prinċipali.

(27)  Dan il-kalkolu jista' jiġi mqassar, għal kull klassi ta’ riskju, bħala s-somma dovuta garantita multiplikata bid-differenza bejn (a) il-perċentwali tas-safe harbour premium fil-limitu ta’ eżenzjoni ta’ dik il-klassi ta’ riskju u (b) il-perċentwali tal-premium imħallas, jiġifieri s-somma garantita × (is-safe harbour premium — il-premium imħallas).

(28)  Ara iktar dettalji fin-nota 12.

(29)  Dan il-kalkolu jista' jiġi mqassar, irrispettivament mill-klassi ta’ riskju, bħala d-differenza bejn (a) l-ammont dovut garantit, multiplikat bil-fattur tar-riskju tal-iskema (b' “riskju” nifhmu l-probabilità tal-inadempjenza wara li jiġu inklużi l-ispejjeż amministrattivi u kapitali), u (b) kwalunkwe premium imħallas, jiġifieri (is-somma garantita × ir-riskju) — premium imħallas.

(30)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(31)  Bħal ma huma dawk stabbiliti b'mod partikolari mid-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 195/04/COL tal-14.7.2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1) kif emendata l-aħħa mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17.12.2008, ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1, Suppliment taż-ŻEE Nru 72, 22.12.2010, p. 1. Din id-Deċiżjoni tikkorrispondi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 271/2008 (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2005, li temenda l-Anness XV u l-Protokoll 26 tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 339, 22.12.2005, p. 32, Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 22.12.2005, p. 18).

(32)  Jekk l-iskema tkun ilha attiva għal aktar minn 10 snin, jiġu pprovduti biss l-ammonti annwali ta’ bilanċ pożittiv jew negattiv ta’ matul l-aħħar 10 snin.


ANNESS III

LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNIET MILL-ISTAT GĦALL-IMPRIŻI FERROVJARJI  (1)

1.   INTRODUZZJONI

1.1   Kuntest ġenerali: is-settur ferrovjarju

(1)

Il-linji tal-ferrovija għandhom vantaġġi uniċi: huma mod tat-trasport sikur u li ma jniġġisx. It-trasport ferrovjarju jista’ għalhekk jagħti kontribut ewlieni għall-iżvilupp tat-trasport sostenibbli fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

(2)

Il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea “Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu” (2) u r-reviżjoni tagħha ta’ nofs il-perjodu (3) jenfasizzaw kemm huwa meħtieġ settur ferrovjarju dinamiku għat-twaqqif ta’ sistema ta’ trasport ta’ oġġetti u ta’ persuni li taħdem sew, b’mod sikur u xieraq, li tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ suq Ewropew uniku bi prosperità fit-tul. Ir-riżoluzzjoni u rapport tal-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE dwar “Politika ta’ Trasport Ambizzjuża” (4) ikomplu jenfasizzaw l-importanza ta’ dan is-settur ferrovjarju dinamiku għaż-ŻEE. Il-konġestjoni tat-toroq li jġarrbu l-ibliet u ċerti żoni taż-ŻEE, il-ħtieġa li tittieħed azzjoni għall-isfidi tat-tibdil fil-klima, iż-żieda fil-prezz tal-idrokarburi juru sa liema punt huwa meħtieġ li jiġi stimulat l-iżvilupp tat-trasport bil-ferrovija. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-għanijiet ambjentali stabbiliti mill-Ftehim taż-ŻEE (5) u t-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom ikunu segwiti ugwalment mill-Politika Komuni tat-Trasport (6).

(3)

Għaldaqstant, is-settur tat-trasport ferrovjarju fl-Ewropa mhux qed jiġbed bizzejjed interess. Mis-snin sittin sa tmiem is-seklu 20, kien hemm tnaqqis kontinwu. It-traffiku ferrovjarju kemm tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri naqas, f’termini relattivi, meta mqabbel mal-modi l-oħra. It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija naqas ukoll f’termini assoluti: it-tagħbijiet ittrasportati bil-ferrovija kienu ogħla fl-1970 milli fl-2000. Fil-fatt, l-impriżi ferrovjarji tradizjonali ma kinux aktar f’pożizzjoni li joffru l-affidabiltà u l-osservanza tal-ħinijiet mitluba mill-klijenti tagħhom, u dan iwassal għal trasferiment tat-traffiku bil-linji tal-ferrovija lejn il-modi l-oħra ta’ trasport, u prinċipalment lejn it-triq (7). Għalkemm it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri seta’ jkompli jikber f’termini assoluti, din iż-żieda tidher limitata ħafna meta mqabbla maż-żieda tat-trasport bit-triq u bl-ajru (8).

(4)

Din it-tendenza tidher li ġiet invertita dan l-aħħar (9), iżda xorta fadal triq twila biex it-trasport ferrovjarju isir solidu u kompetittiv. B’mod partikolari, fis-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, għad hemm diffikultajiet kbar li jeħtieġu azzjoni min-naħa tas-settur pubbliku (10).

(5)

It-tnaqqis relattiv tas-setur ferrovjarju Ewropew jirriżulta l-iktar mill-organizzazzjoni storika tal-offerta tat-trasport, essenzjalament skont skemi nazzjonali u monopolistiċi.

(6)

L-ewwelnett, fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni fuq in-netweks nazzjonali, l-impriżi ferrovjarji ma kinux imħeġġa biex inaqqsu l-ispejjeż operattivi tagħhom u biex jiżviluppaw servizzi ġodda. L-attivitajiet tagħhom ma ġabux biżżejjed dħul biex ikopru l-ġabra kollha tal-ispejjeż u l-investimenti meħtieġa. Dawn l-investimenti essenzjali mhux dejjem saru u xi kultant l-Istati taż-ŻEE ġiegħlu lill-impriżi ferrovjarji nazzjonali biex jagħmluhom meta dawn ma kinux f’pożizzjoni li jiffinanzjawhom b’mod suffiċjenti fuq ir-riżorsi tagħhom stess. Dan irriżulta f’dejn imdaqqas għal dawn l-impriżi, dejn li minnu nnifsu kellu impatt negattiv fuq l-iżvilupp tagħhom.

(7)

Fit-tieni lok, l-iżvilupp tat-trasport ferrovjarju fl-Ewropa kien limitat minħabba n-nuqqas ta’ standardizzazzjoni u interoperabiltà tan-netwerks, filwaqt li t-trasportaturi bit-triq u bl-ajru kienu kapaċi jiżviluppaw firxa sħiħ ta’ servizzi internazzjonali. Iż-ŻEE wirtet mużajk ta’ netwerks ferrovjarji nazzjonali kkaratterizzati minn distanzi ta’ linji differenti u minn sistemi ta’ sinjalar u ta’ sigurtà mhux kompatibbli, biex b’hekk l-impriżi ferrovjarji ma setgħux jagħmlu qligħ mill-ekonomiji ta’ skala li jirriżultaw mill-kunċett ta’ infrastrutturi u vetturi ferrovjarji (“rolling stock”) għal suq uniku kbir minnflok għal 27 (11) suq internazzjonali.

(8)

Iż-ŻEE qiegħda twettaq politika maħsuba biex terġa’ tagħti l-ħajja lis-settur ferrovjarju fuq tliet livelli ewlenin:

(a)

bit-twaqqif gradwali ta’ kundizzjonijiet li jippermettu li titrawwem il-kompetizzjoni fuq is-swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju;

(b)

bl-inkuraġġument għall-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni teknika fuq in-netwerks ferrovjarji Ewropej, bil-għan li tinkiseb interoperabiltà sħiħ fuq livell Ewropew;

(c)

bl-għoti ta’ sostenn finanzjarju, fuq il-livell taż-ŻEE (fil-qafas tal-programm TEN-T u l-Fondi Strutturali).

(9)

B’hekk, iż-ŻEE fetħet progressivament is-swieq tat-trasport ferrovjarju għall-kompetizzjoni. L-ewwel pakkett ta’ liberalizzazzjoni ġie adottat fl-2001 u jinkludi d-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferroviji tal-Komunità (12), id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti ta’ liċenzji għal impriżi ferrovjarji (13), id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (14). Dak il-pakkett ġie segwit mit-tieni pakkett fl-2004 li l-miżuri ewlenin tiegħu huma r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (15), id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà fuq il-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 95/18/KE tal-Kunsill fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linja tal-ferroviji u ċ-ċertifikazzjoni ta-sigurtà (16), id-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE dwar l-interoperabiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji konvenzjonali (17) u d-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżbilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (18). Fl-aħħar ġie adottat it-tielet pakkett fl-2007 li jinkludi r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 (19) tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (20), id-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji (21) u d-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (22). B’riżultat ta’ dan, is-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija infetaħ għall-kompetizzjoni fil-15 ta’ Marzu 2003 fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, imbagħad fl-1 ta’ Jannar 2006 għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija u fl-aħħar nett mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-kabotaġġ ferrovjarju. It-tielet pakkett ferrovjarju jistabbilixxi fl-1 ta’ Jannar 2010 il-ftuħ għall-kompetizzjoni tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri. Ċerti Stati taż-ŻEE, bħar-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Italja, diġà fetħu (parzjalment) is-swieq nazzjonali tagħhom tat-trasport tal-passiġġieri.

(10)

Id-dispożizzonijiet relevanti tad-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp ta’ linji tal-ferrovija tal-Komunità (23), stabbiliet qafas istituzzjonali u organizzattiv ġdid tal-partijiet involuti fis-settur ferrovjarju, jinkludu:

(a)

is-separazzjoni tal-impriżi ferrovjarji (24) mill-amministraturi tal-infrastruttura (25) fir-rigward tal-kontabiltà u tal-organizzazzjoni;

(b)

l-indipendenza tal-ġestjoni tal-impriżi ferrovjarji;

(c)

il-ġestjoni tal-impriżi ferrovjarji skont il-prinċipji li japplikaw għall-kumpaniji kummerċjali;

(d)

il-bilanċ finanzjarju tal-impriżi ferrovjarji konformi ma’ pjan ta’ negozju sod;

(e)

il-kompatibiltà tal-miżuri finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE mar-regoli relatati mal-għajnuniet mill-Istat (26).

(11)

B’mod parallel ma’ dan il-proċess ta’ liberalizzazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE qiegħdin jaħdmu, fuq it-tieni livell, biex jippromovu l-interoperabiltà tan-netwerks ferrovjarji Ewropej. Din il-pożizzjoni hija akkumpanjata minn inizjattivi taż-ŻEE biex jirrinfurzaw il-livell tas-sigurtà tat-trasport ferrovjarju (27).

(12)

It-tielet livell ta’ intervent pubbliku favur is-settur ferrovjarju qiegħed fl-appoġġ finanzjarju. Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li dan l-appoġġ jista’ jiġi ġġustifikat f’ċerti ċirkostanzi minħabba l-ispejjeż tal-adattament importanti tas-settur finanzjarju.

(13)

Il-Kummissjoni Ewropea tinnota, barra minn hekk, li minn dejjem kien hemm injezzjoni importanti ta’ fondi pubbliċi fis-settur tat-trasport ferrovjarju.

(14)

L-għoti tal-għajnuniet mill-Istat lis-settur ferrovjarju jista’ jkun awtorizzat biss fejn jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ suq taż-ŻEE integrat, miftuħ għall-kompetizzjoni u interoperabbli, kif ukoll għall-għanijiet taż-ŻEE ta’ mobiltà sostenibbli. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA f’dan il-kunest għandhom jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-poteri pubbliċi ma jkunx jinvolvi tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jmur kontra l-interess komuni. F’ċerta każijiet, il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA jkunu jistgħu jitolbu impenji mill-Istati taż-ŻEE fil-konfront tal-għanijiet taż-ŻEE għall-għoti tal-għajnuniet.

1.2   Għan u ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida

(15)

L-għan ta’ dawn il-linji gwida huwa li jipprovdu orjentament dwar il-kompatibiltà mal-Ftehim taż-ŻEE tal-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi ferrovjarji, hekk kif inhuma definiti mid-Direttiva 91/440/KEE u fil-kuntest spjegat hawn fuq. Barra minn hekk, il-kapitolu 3 japplika wkoll għall-impriżi ta’ trasport urban, suburban jew reġjonali tal-passiġġieri. Il-linji gwida huma bbażati partikolarmnet fuq il-prinċipji stabbiliti mil-leġiżlatur Komunitarju fit-tliet pakketti ferrovjarji suċċessivi. Il-mira tagħhom hija li jtejbu t-trasparenza tal-finanzjamenti pubbliċi u ċ-ċertezza ġuridika fir-rigward tar-regoli tat-Trattat fil-kuntest tal-tal-ftuħ tas-swieq taż-ŻEE. Dawn il-linji gwida ma jikkonċernawx il-finanzi pubbliċi destinati għall-amministraturi tal-infrastruttura.

(16)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula li fil-prinċipju kwalunkwe għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri tal-KE jew l-Istati tal-EFTA li jheddu li jgħawġu l-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti produzzjoni ta’ ċertu merkanzija huma, safejn dawn jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, inkompatibbli mas-suq komuni. Minkejja dan, għajnuniet mill-Istat bħal dawn jistgħu, f’ċerti sitwazzjonijiet, ikunu ġustifikati fir-rigward tal-interess komuni taż-ŻEE. Uħud minn dawn is-sitwazzjonijiet huma msemmija fl-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, u japplikaw għas-settur tat-trasport kif ukoll għal setturi oħra tal-ekonomija.

(17)

Barra minn hekk, l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula li huma kumpatibbli maż-ŻEE “[m]iżuri ta’ għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondi ma’ rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta’ servizz pubbliku”. Dan l-Artikolu jikkostitwixxi lex specialis fl-iskema ġenerali tal-Ftehim taż-ŻEE. Abbażi tal-Artikolu 73 tat-Trattat KE korrispondenti l-leġiżlatur Komunitarju adotta żewġ testi speċifiċi għas-settur tat-trasport: ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (28) u r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 1970 dwar l-għoti ta’ għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (29). Bl-istess mod, ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija (30) jipprovi li l-Istati Membri jistgħu jaqblu fuq l-għoti ta’ ċerti kumpensi lill-impriżi ferrovjarji (31).

(18)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 jistipula li l-Istati taż-ŻEE ma għandhom la jieħdu miżuri ta’ koordinazzjoni u lanqas jimponu obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku li jinvolvu l-għoti ta’ għajnuna skont l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE ħlief fil-każijiet jew ċirkostanzi previsti mir-Regolament imsemmi, bla ħsara, madankollu, għar-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1192/69. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f’Altmark  (32), jirriżulta li l-għajnuniet mill-Istat li ma jistgħux jiġu awtorizzati abbażi tar-Regolamenti (KEE) Nru 1107/70, (KEE) Nru 1191/69 jew (KEE) Nru 1192/69 ma jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli skont l-Artikolu 73 tat-Trattat KE (33). Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-kumpensi ta’ servizz pubbliku li ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE ma jistgħux jkunu ddikjarati kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 59(2) jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-Ftehim taż-ŻEE (34).

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (“ir-Regolament tal-OSP”) (35), li se jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2009 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70, se jistabbilixxi qafas ġuridiku ġdid. Għaldaqstant, l-aspetti marbutin mal-kumpens ta’ servizz pubbliku mhumiex koperti minn dawn il-linji gwida.

(20)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jkun applikat direttament bħala bażi ġuridika għall-istabbiliment tal-kompatibiltàtal-għajnunjiet li mhumiex koperti mir-Regolament tal-OSP, u b’mod partikolari l-għajnuniet għall-koordinament tat-trasport tal-merkanzija. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi żviluppata interpretazzjoni ġenerali għall-eżami tal-kompatibiltà tal-għajnuna skont ir-rekwiżiti ta’ koordinazzoni ma’ l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE. L-għan ta’ dawn il-linji gwida b’mod partikolari huwa li jistabbilixxu kriterji għal dan l-eżami kif ukoll limiti ta’ intensità. Fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 49, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha madankollu tagħti lill-Istati tal-EFTA l-possibiltà li juru, fejn meħtieġ, il-bżonn u l-proporzjonalità tal-miżuri li jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti.

(21)

Dawn il-linji gwida jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 49 u 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-implimentazzjoni tagħhom għall-finanzjamenti pubbliċi maħsuba għall-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva 91/440/KEE. Huma jittratttaw l-aspetti li ġejjin: appoġġ pubbliku għall-impriżi ferrovjarji permezz tal-iffinanzjar tal-infrastrutturi (Kapitolu 2), l-għajnuna għax-xiri u t-tiġid tal-vetturi ferrovjarji (“rollling stock”) (Kapitolu 3), it-tneħħija ta’ djun mill-Istat i sabiex ikun hemm tisħiħ finanzjarju tal-impriżi ferrovjarji (Kaptiolu 4), l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi ferrovjarji (Kapitolu 5), l-għajnuna għall-koordinament tat-trasport (Kapitolu 6), u l-garanziji tal-Istat għall-impriżi ferrovjarji (Kapitolu 7). Madankollu, dawn il-linji gwida ma jittrattawx ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-OSP, li għalih il-Kummissjoni Ewropea u lanqas l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għadhom ma żviluppaw ebda prattika għat-teħid ta’ deċiżjonijiet (36).

2.   APPOĠĠ PUBBLIKU GĦALL-IMPRIŻI FERROVJARJI PERMEZZ TAL-IFFINANZJAR TAL-INFRASTRUTTURI

(22)

L-infrastrutturi ferrovjarji għandhom importanza ewlenija għall-iżvilupp tas-settur tal-ferroviji fl-Ewropa. Kemm jekk huwa għall-interopertabiltà, is-sigurtà jew l-iżvilupp tal-ferroviji ta’ veloċità għolja, investimenti konsiderevoli huma indispensabbli fl-infrastrutturi ferrovjarji (37).

(23)

Dawn il-linji gwida japplikaw biss għall-impriżi finanzjarji. B’hekk, l-għan tagħhom mhuwiex li jiddefinixxu, fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat, il-qafas legali applikabbli għall-finanzjament pubbliku tal-infrastrutturi. Dan il-kapitolu jittratta biss l-effetti tal-finanzjament pubbliku tal-infrastrutturi fuq l-impriżi ferrovjarji.

(24)

Barra minn hekk, il-finanzjamenti pubbliċi għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi jistgħu iġibu magħhom vantaġġ dirett għal xi impriżi ferrovjarji, u b’hekk ikunu jikkostitwixxu għajnuna. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, jeħtieġ li ssir valutazzjoni rigward jekk il-miżura favur l-infrastrutturi jkollhiex l-effett ekonomiku li tnaqqas l-ispejjeż li normalment ikunu ta’ piż għall-baġits tal-impriżi ferrovjarji (38). Sabiex dan ikun il-każ, huwa meħtieġ li jinkiseb vantaġġ selettiv għall-impriżi kkonċernatim u li dan il-vantaġġ joriġina mill-finanzjament tal-infratrutturi kkunsidrat (39).

(25)

Meta l-użu ta’ infratruttura huwa miftuħ għall-utenti potenzjali kollha b’mod ugwali u mhux diskriminatorju, u l-aċċess għal dik l-infrastruttura jitħallas fuq livell li huwa konformi mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE (id-Direttiva 2001/14/KE), il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tas-Sorveljanza taż-ŻEE normalment jikkunsidraw li l-finanzjament pubbliku tal-infrastrutturi ma jikkostitwixxix għajnuniet mill-Istat favur impriżi ferrovjarji (40).

(26)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tindika li, meta l-finanzjament pubbliku ta’ infrastrutturi ferrovjarji jikkostitwixxi għajnuna lil impriża ferrovjarja waħda jew iktar, dan jista’ jiġi awtorizzat, per eżempju abbażi tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm l-infrastruttura kkonċernata taqdi l-bżonnijiet ta’ koordinament tal-mezzi tat-trasport. F’dan ir-rigward, il-Kapitolu 6 ta’ dawn il-linji gwida huwa punt ta’ referenza rilevanti għall-analiżi tal-kontabiltà.

3.   GĦAJNUNIET GĦALL-AKKWIST U GĦAT-TIĠDID TAL-VETTURI FERROVJARAJI (“ROLLING STOCK”)

3.1   Għan

(27)

Il-flottta ta’ lokomotivi u ta’ vaguni għat-trasport tal-passiġġieri hija qadima u ġieli anke antikwata, partikolarment fl-Istati Membri tal-UE l-ġodda. Fl-2005, 70 % tal-lokomotivi (tad-diżil u elettriċi) u 65 % tal-vaguni tal-UE-25 u n-Norveġja kellhom iktar minn 20 sena (41). Jekk inqisu iss l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2004, 82 % tal-lokomotivi u 62 % tal-vaguni fl-2005 kellhom iktar minn 20 sena (42). Skont l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni Ewropea tistima li r-rata ta’ annwali ta’ tiġdid tal-flotta hija ta’ madwar 1 %.

(28)

Din l-evoluzzjoni tirrifletti sew id-diffikultajiet tas-settur ferrovjarju b’mod ġenerali, li jnaqqsu l-inċentivi u l-kapaċita tal-impriżi ferrovjarji biex jinvestu fi sforz għal modernizzazzjoni u/jew ta’ tiġdid tal-vetturi ferrovjarji (“rolling stock”). Investiment bħal dan huwa indispendabbli biex tinżamm il-kompetittività tat-trasport ferrovjarju meta mqabbel mal-mezzi l-oħra tat-trasport li jniġġsu aktar, jew li joħolqu aktar spejjeż esterni. Huwa meħtieġ ukol sabiex jiġi limitat l-impatt tat-trasport ferrovjarju fuq l-ambjent, speċjalment billi jitnaqqas it-tniġġis akustiku li jikkawża, u tittejjeb is-sikurezza tiegħu. Fl-aħħar nett, it-tiijib tal-interoperabiltà bejn in-netwerks nazzjonali jimplika adattamenti għall-vetturi ferrovjarji eżistenti sabiex tkun tista’ tinżamm il-koerenza tas-sistema.

(29)

Minn dak li ntqal qabel, jidher li l-għajnuniet għall-akkwist u għat-tiġdid tal-vetturi ferrovjarji jistgħu jikkontribwixxu, f’ċerti kundizzjonijiet, għal bosta tipi ta’ għanijiet b’interess komuni u għalhekk ikunu kkunsidrati kumpatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE.

(30)

Dan il-kapitolu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha twettaq tali valutazzjoni ta’ kompatibiltà.

3.2   Kompatibiltà

(31)

Il-valutazzjoni tal-kompatibiltà għandu jsir skont l-għan ta’ interess komuni, li għalih tikkontribwixxi l-għajnuna.

(32)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li, fil-prinċipju, il-ħtieġa ta’ modernizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji tista’ titqies biżżejjed, jew fl-implimentazzoni tar-regoli ġenerali applikabbli għall-għajnuniet mill-Istat, jew inkella fl-applikazzjoni tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, jekk dawn l-għajnuniet ikunu għall-koordinament tal-mezzi tat-trasport (ara kapitolu 6).

(33)

Għaldaqstant, fl-eżami tal-kompatibiltà tal-ghajnunjiet għall-vetturi ferrovjarji, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tapplika b’mod ġenerali l-kriterji definiti għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin f’dawn il-linji gwida jew fi kwalunkwe dokumenti relevanti ieħor:

(a)

għajnuniet għall-koordinament tal-mezzi tat-trasport (43);

(b)

għajnuniet għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi ferrovjarji (44);

(c)

għajnuniet għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (45);

(d)

għajnuniet għall-ħarsien tal-ambjent (46);

(e)

għajnuniet għall-kumpens tal-ispejjeż marbutin mal-obbligi ta’ servizz pubbliku u fil-qafas tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku (47);

(f)

għajnuniet għal skopijiet reġjonali (48).

(34)

Fil-każ ta’ għajnuniiet reġjonali għall-investiment inizjali, il-Linji Gwida dwar l-għajnunjiet għal skopijiet reġjonali nazzjonali, “il-linji gwida dwar l-għajnunjiet għal skopijiet reġjonali”, jistipulaw li “fis-settur tat-trasport, l-ispejjeż ta’ akkwist ta’ materjal ta’ trasport (attivi mobbli) ma jistgħux jibbenefikaw minn għajnuniet għall-investimenti inizjali” (punt 39, nota 40). L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkusnidra li hemm lok li tidderoga minn din ir-regola f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija. Dan huwa minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan il-mezz ta’ trasport, u b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-vetturi ferrovjarji f’dan is-settur jistgħu jkunu marbuta b’mod sostenibbli ma’ linji jew servizzi speċifiċi. B’hekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, definiti hawn isfel, l-ispejjeż ta’ akkwist tal-vetturi ferrovjarji fis-settur tat-trasportferrovjarju tal-passiġġieri (jew ta’ mezzi oħrajn bħall-ferrovija ħafifa, il-ferrovija ta’ taħt l-art jew it-tramm) jitqiesu bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-linji gwida kkonċernati (49). Madankollu, l-ispejjeż tal-akkwista tal-vetturi ferrovjarji għall-użu esklussiv tat-trasport tal-merkanzija mhumiex eliġibbli.

(35)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-punti 28 u 29, din id-deroga tapplika għal kull tip ta’ investiment, inizjali jew ta’ bdil, fil-vetturi ferrovjarji, sakemm dawn ikunu assenjati għal linji li jaqdu reġjun regolarment u li jistgħu jgawdu minn għajnuna skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE jew reġjun b’densità baxxa ta’ popolazzjoni fis-sens tal-punti 69 u 70 tal-linji gwida dwar l-għajnuna għal skopijiet reġjonali (50). Fir-reġjuni l-oħra, id-deroga tapplika biss għall-għajnuna għal investiment inizjali. F’dak li jirrigwarda l-għajnuna għall-investiment ta’ bdil, id-deroga tapplika biss fejn is-sett tal-vetturi ferrovjarji modernizzat bl-għajnjnuna jkollu aktar minn 15-il sena.

(36)

Madankollu, sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni kontra l-interess komuni, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, tikkunsidra li din id-deroga trid tkun soggetta għal erba’ kundizzjonijiet, li jridu jintlaħqu b’mod kumulattiv:

(a)

il-vetturi ferrovjarji kkonċernati għandhom ikunu destinati esklussivament għal servizzi ta’ trasport urban,suburban jew reġjonali tal-passiġġieri f’reġjun speċifiku jew għal linja speċifika li taqdi diversi reġjuni; Għal l-għan ta’ dawn il-linji gwida “servizzi ta’ trasport urbani u suburbani” għandha tfisser servizzi ta’ trasport li jaqdu l-bżonnijiet ta’ ċentru urban jew ta’ agglomerazzjoni, kif ukoll il-bżonnijiet ta’ tatrasport bejn dan iċ-ċentru urban jew agglomerazzjoni u l-periferija tagħhom. “Servizzi ta’ trasport reġjonali” għandha tfisser is-servizzi ta’ trasport li jaqdu l-bżonnijiet ta’ trasport ta’ reġjun wieħed jew aktar. Servizzi ta’ trasport li jaqdu ħafna reġjuni, fi Stat taż-ŻEE wieħed jew aktar, jistgħu jidħlu wkoll fl-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-punt fejn l-impatt fuq l-iżvilupp reġjonali tar-reġjuni koperti jista’ jintewera, partikolarmenti bir-regolarità tas-servizz. F’dan il-każ, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tivverifika li l-għajnuna ma tikkompromettix il-ftuħ effettiv tas-suq tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri u tal-kabotaġġ wara d-dħul fis-seħħ tat-tielet pakkett ferrovjarju;

(b)

il-vetturi ferrovjarji kkonċernati għandhom jibqgħu allokalti esklussivament għar-reġjun speċifiku jew għal-linja speċifika li taqsam ħafna reġjuni u li għaliha jkunu gawdew minn għajnuniet matul mill-inqas għaxar snin;

(c)

il-vetturi ferrovjarji ta’ bdil għandhom jilħqu l-istandards tal-interoperabiltà, ta’ sikurezza u tal-ambjent (51) applikabbli fin-netwerk ikkonċernat;

(d)

l-Istat tal-EFTA għandu juri li l-proġett jikkontribwixxi għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali koerenti.

(37)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tiżgura li jigi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, partikolarment billi tqis id-dħul addizzjonali li l-vetturi ferrovjarji mibdula fuq il-linja kkonċernata jistgħu jġibu lill-impriża megħjuna, per eżempju permezz tal-bejgħ lil partijiet terzi jew bl-użu tagħhom fi swieq oħra. Għal dan l-għan, l-għoti tal-għajnuna jista’ jkun suġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja tbiegħ f’kundizzjonijiet normali tas-suq il-vetturi ferrovjarji li ma’ għadhiex tuża, sabiex ikunu jistgħu jitħaddmu minn operaturi oħra; f’dan il-każ id-dħul mill-bejgħ tal-materjal qadim jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli.

(38)

B’mod aktar ġenerali, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tiżgura li ma jsirx użu abbużiv mill-għajnuna. Il-kundizzjonijiet l-oħra kkunsidrati fil-linji gwida jikkonċernaw l-għajnuniet għal skopijiet reġjonali, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-limiti ta’ intensità, il-mapep tal-għajnuniet reġjonali u r-regoli dwar l-akkumulu, huma applikabbli, għajr għad-dispożizzjonijiet rigward l-għajnuniet favur proġetti kbar ta’ investiment. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tinnota li l-linji speċifiċi kkonċernati jistgħu, f’ċerti każijiet, jaqsmu reġjuni li għalihom japplikaw limiti differenti ta’ intensità skont il-mappa tal-għajnuniet reġjonali. F’dan il-każ, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tapplika l-aktar rata ta’ intensità għolja tar-reġjuni regolarment moqdija fuq il-linja kkonċernata, b’mod proporzjonali għar-regolarità tas-servizz (52).

(39)

F’dak li jirrigwarda l-proġetti ta’ investiment fejn l-ispejjeż eliġibbli jaqbżu l-EUR 50 miljun, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, jeħtieġ li ssir deroga mill-punti 49 sa 59 tal-linji gwida dwar l-għajnuna għal skopijiet reġjonali. Madankollu, il-punti 53 u 56 ta’ dawn il-linji gwida jibqgħu japplikaw fejn il-proġett ta’ investiment jirrigwarda vetturi ferrovjarji assenjati għal linja speċifika li taqdi diversi reġjuni.

(40)

Jekk l-impriża benefiċjarja tkun ingħatat ir-responsabbiltà għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li jirrikjedu x-xiri u/jew it-tiġdid tal-vetturi ferrovjarji, u diġà tkun qed tirċievi kumpens għal dan il-għan, dan il-kumpens għandu jitqies fl-ammont ta’ għajnuna reġjonali li tista’ tingħata lil din l-impriża, sabiex jiġi evitat kumpens żejjed.

4.   IT-TĦASSIR TA’ DJUN

4.1   Għan

(41)

Kif issemma fit-taqsima 1.1, fil-passat, l-impriżi ferrovjarji kienu f’sitwazzjoni żbilanċjata bejn id-dħul tagħhom u l-ispejjeż tagħhom, b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ investiment tagħhom. Dan wassal għal dejn kbir, fejn is-servizz finanzjarju jirrappreżenta piż għoli ħafna għall-impriżi ferrovjarji u jillimita l-kapaċità tagħhom li jagħmlu l-investimenti meħtieġa, kemm fuq il-livell ta’ l-infrastrutturi kif ukoll tat-tiġdid tal-vetturi ferrovjarji.

(42)

Id-Direttiva 91/440/KEE qieset din is-sitwazzjoni b’mod espliċitu. Fil-fatt, din id-Direttiva tindika fis-seba’ premessa tagħha li l-Istati taż-ŻEE għandhom “jiżguraw b’mod partikulari li l-impriżi eżistenti tat-trasport li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati jingħataw struttura finanzjarja b’saħħitha”, u tikkunsidra li “arranġament mill-ġdid finanzjarju” jista’ għalhekk ikun neċessarju. L-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva jistipula li l-Istati Membri, “flimkien ma’ l-impriżi eżistenti tal-ferrovija li huma tal-pubbliku jew ikkontrollati,(…) (i)ridu jwaqqfu strutturi xierqa biex inaqqsu d-dejn ta’ dawk l-impriżi fuq kull livell li ma jfixkilx it-tmexxija finanzjarja tajba u li jtejjeb il-qagħda finanzjarja tagħhom”. L-Artikolu 9(3) jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuniet mill-Istat “biex tħassar id-djun li għalih hemm referenza f’dan l-Artikolu”, u jistipula li l-għoti ta’ dawn l-għajnuniet għandu jsir bl-osservanza tal-Artikoli 49, 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE (53).

(43)

Fil-bidu tas-snin disgħin, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 91/440/KEE, l-Istati taż-ŻEE naqqsu b’mod konsiderevoli d-djun tal-impriżi ferrovjarji. Ir-ristrutturazzjoni tad-djun tal-impriżi ferrovjarji għalhekk ħadet forom differenti:

(a)

it-trasferiment tad-djun kollha jew parti minnhom lill-korp inkarigat mill-ġestjoni tal-infrastruttura, biex b’hekk l-impriża ferrovjarja setgħet taħdem fuq bażi finanzjarja aktar b’saħħitha. Dan it-trasferiment seta’ jitwettaq wara s-separazzjoni tal-attivitajiet ta’ sfruttament ta’ servizzi ta’ trasport u ta’ ġestjoni tal-infrastruttura;

(b)

il-ħolqien ta’ entitajiet separati għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura (per eżempju, il-linji ta’ veloċità għolja) biex b’hekk l-impriżi ferrovjarji setgħu jħaffu l-piż finanzjarju tal-ġejjieni li kien jirrappreżenta l-finanzjament ta’ dawn l-infrastrutturi l-ġodda;

(c)

ir-ristrutturazzjoni finanzjarja tal-impriżi ferrovjarji, speċjalment bit-tneħħija tad-djun kollha jew parti minnhom.

(44)

Dawn it-tliet tipi ta’ azzjonijiet ikkontribwixxew għat-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi ferrovjarji fuq perjodu ta’ żmien qasir. Id-dejn naqas meta mqabbel mal-passiv kollu, l-istess bħall-parti tar-rimborż tal-interessi fl-ispejjeż operattivi. B’mod ġenerali, it-tnaqqis tad-dejn ħalla lill-impriża ferrovjarja ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha minħabba nuqqas tar-rimborżi tal-kapital u tal-imgħaxijiet. Barra minn hekk, tnaqqis bħal dan seta’ jikkontribwixxi għal tnaqqis tar-rati tal-imgħax, li għandu inċidenza sostanzjali fuq is-servizz finanzjarju tad-dejn.

(45)

Madankollu, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li l-livell tad-dejn ta’ bosta impriżi ferrovjarji jibqa’ jkun ta’ tħassib. Ħafna minn dawn l-impriżi għandhom livell ta’ dejn ogħla mil-livelli aċċettabbli għal kumpannija kummerċjali, ma jistgħux dejjem jiffinanzjaw lilhom infushom, u/jew ma jistgħux jiffinanzjaw il-ħtiġijiet tagħhom ta’ investiment permezz tad-dħul li jiġi mill-attivitajiet attwali u futuri ta’ trasport. Barra minn hekk, fl-Istati Membri li ngħaqdu mal-Komunità Ewropea wara l-1 ta’ Mejju 2004, wieħed jinnota li l-livell ta’ dejn tal-kumpaniji tas-settur huwa konsiderevolment ogħla milli fil-bqija taż-ŻEE.

(46)

Dan il-fatt huwa rifless fl-għażla tal-leġiżlatur Komunitarju li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/440/KEE ma jiġux emendati mal-adozzjoni tad-Direttivi 2001/12/KE u 2004/51/KE. Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet jiddaħħlu fil-qafas ġenerali tal-pakketti ferrovjarji suċċessivi.

(47)

Din il-kapitolu jimmira li jiddefinixxi l-mod kif l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA beħsiebha tapplika, fid-dawl ta’ din l-eżiġenza mill-leġiżlazzjoni sekondarja, ir-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat għall-mekkaniżmi għat-tnaqqis tad-djun tal-impriżi ferrovjarji.

4.2   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(48)

L-ewwelnett, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tfakkar li l-prinċipju tal-inkompatibbiltà stabbilit fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE japplika biss għall-għajnuniet li jwasslu għal “distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi”, u biss “safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. Skont ġurisprudenza kostanti, fejn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Istat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża fir-rigward ta’ impriżi oħra kompetituri fil-kummerċ intrakomunitarju, għandu jitqies li dawn tal-aħħar huma influwenzati minn dik l-għajnuna (54).

(49)

Għaldaqstant, kull miżura imputabbli għall-Istat, li twassal għat-tħassir totali jew parzjali tad-dejn speċifikament favur impriża ferrovjarja waħda jew aktar u permezz ta’ fondi statali, taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm l-impriża ferrovjarja kkonċernata hija attiva fi swieq miftuħin għall-kompetizzjoni, u sakemm it-tħassir tad-dejn isaħħaħ il-pożizzjoni tal-impriża f’ mill-inqas wieħed minn dawk is-swieq.

(50)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tinnota li d-Direttiva 2001/12/KE fetħet is-suq tas-servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija għall-kompetizzjoni fuq in-network trans-ewropew tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija kollu mill-15 ta’ Marzu 2003. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, b’mod ġenerali, il-ftuħ tas-suq għall-kompetizzjoni sar sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2003.

4.3   Kompatibiltà

(51)

Fejn it-tħassir ta’ dejn favur impriża ferrovjarja jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat koperta mill-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, dan għandu jiġi nnotifikat lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 62 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(52)

B’mod ġenerali, tali għajnuna għandha tiġi eżaminata abbażi tal-linji gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà tal-2004 (minn issa ’l quddiem, “il-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturazzjoni tal-2004” ), suġġett għall-Kapitolu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida.

(53)

Madankollu, fil-każijiet speċifiċi fejn id-djun ikkanċellati jikkonċernaw esklussivament il-koordinament tat-trasport, il-kumpensi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jew in-normalizzazzjoni tal-kontijiet, il-kompatibbiltà se tkun eżaminata skont l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, skont ir-regolamenti adottati għall-implimentazzjoni tagħha u skont ir-Regolament dwar in-normalizzazzjoni tal-kontijiet (55).

(54)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/440/KEE, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis ukoll li, f’ċerti ċirkostanzi, għandu jkun possibbli li tali għajnuniet jiġu awtorizzati fin-nuqqas ta’ ristruturazzjoni finanzjarja, fejn it-tħassir jikkonċerna djun antiki, imġarrba qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/12/KE, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ftuħ tas-settur għall-kompetizzjoni.

(55)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis effettivament li l-għajnuniet ta’ dan it-tip jistgħu jkunu kompatibbli jekk l-għan tagħhom huwa li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn suq ferrovjarju miftuħ, kif stabbilit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/440/KEE (56). Għalhekk, din tikkunsidra li għajnuniet bħal dawn jistgħu jkunu kkunsidrati kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim (57), sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti.

(56)

L-ewwelnett, l-għajnuna għandha sservi ta’ kumpens għal djun ċarament definit u individwalizzat, u mġarbba qabel il-15 ta’ Marzu 2001, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/12/KE. L-għajnuna ma tista’ taqbeż fl-ebda każ l-ammont ta’ dawn id-djun. Il-loġika tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/440/KEE, imtennija fid-Direttivi ta’ warajha, kienet li jiġi rimedjat livell ta’ dejn akkumulat f’kuntest fejn kien għadu mhux deċiż il-ftuħ tas-suq fuq il-livell taż-ŻEE.

(57)

Fit-tieni lok, id-djun ikkonċernati jridu jkunu direttament marbutin mal-attività ta’ trasport ferrovjarju jew mal-attivitajiet ta’ ġestjoni, kostruzzjoni jew użu ta’ infrastruttura ferrovjarja. Id-djun imġarrba biex isiru investimenti li mhumiex direttament marbuta mat-trasport u/jew mal-infrastrutturi ferrovjarji mhumiex eliġibbli.

(58)

It-tielet, it-tneħħija ta’ djun trid issir favur impriżi li huma ffaċċjati b’livell eċċessiv ta’ dejn, li jostakola l-ġestjoni finanzjarja b’saħħitha tagħhom. L-għajnuna għandha tkun meħtieġa biex tirrimedja din is-sitwazzjoni fis-sens li l-iżvilupp imbassar tal-kompetizzjoni fuq is-suq ma jkunx jippermetti lill-impriża li ssaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fil-futur previst. Il-valutazzjoni ta’ dan il-kriterju għandha tikkunsidra l-benefiċċji ta’ produttività li jistgħu jkunu b’mod raġonevoli mistennija mill-impriża.

(59)

Ir-raba’, l-għajnuna ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan il-għan. Fuq dan il-punt ukoll irid ikun ikkunsidrat l-iżvilupp futur tal-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, dan ma jistax f’perjodu ta’ żmien qasir iqiegħed lill-impriża f’sitwazzjoni iktar favorevoli minn dik ta’ impriża ta’ daqs medju mmexxi tajjeb li għandha l-istess profil ta’ attività.

(60)

Il-ħames, it-tneħħija tad-djun tagħha ma tistax tagħti lill-impriża vantaġġ kompetittiv b’mod li timpedixxi l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva fiż-ŻEE, per eżempju billi tiddisswadi d-dħul, f’ċerti swieq nazzjonali jew reġjonali, ta’ impriżi esterni għal dawn is-swieq jew ta’ atturi ġodda. B’mod partikolari, l-għajnuniet destinati biex ineħħu d-djun ma jistgħux ikunu ffinanzjati mit-tnaqqis impost fuq operaturi ferrovjarji oħrajn (58).

(61)

Meta dawn il-kundizzjonijiet jinġabru, il-miżuri ta’ tneħħija ta’ djun jikkontribwixxu għall-għan stipulat fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/440/KEE, mingħajr ma jgħawġu b’mod sproporzjonat il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Għalhekk dawn jistgħu jkunu kkunsidrati kompatibbli mas-suq komuni.

5.   GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAZZJONI TA’ IMPRIŻI FERROVJARJI – IR-RISTRUTTURAZZJONI TAL-FERGĦA GĦALL-“MERKANIJA”

5.1   Għan

(62)

Ħlief għal dispożizzjoni speċifika, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà fis-settur ferrovjarju abbażi tal-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-’stat għar-ristrutturazzjoni fis-seħħ tal-2004. Dawn il-linji gwida fil-fatt ma jagħmlux provvediment għal deroga għall-impriżi ferrovjarji.

(63)

B’mod ġenerali, fergħa ta’ impriża, jiġifieri entità ekonomika mingħajr natura ġuridika proprja, ma tistax tibbenefika minn għajnuniet għar-ristrutturazzjoni. Il-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturazzjoni japplikaw fil-fatt unikament għal “impriżi f’diffikultà”. Barra minn hekk, il-linji gwida jippreċiżaw fil-punt 12, li kumpannija “li tagħmel parti minn grupp jew tittieħed minn grupp ma tistax bi prinċipju tibbenefika minn għajnuniet … għar-ristrutturazzjoni, ħlief jekk jista’ jintwera li d-diffikultajiet tagħha huma speċifiċi għaliha u ma jirriżultawx minn allokazzjoni arbitrarja ta’ l-ispejjeż fi ħdan il-grupp, u li dawn id-diffikultajiet ikunu serji wisq biex ikunu riżolti mill-grupp innifsu”. Aktar importanti minn hekk, jaqbel li tiġi evitata sitwazzjoni fejn diviżjoni artifiċjali ma tippermettix li attività b’defiċit fi ħdan impriża ddeterminata ma tgawdix minn fondi pubbliċi.

(64)

Madankollu, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li s-settur Ewropew tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija illum jinsab f’sitwazzjoni speċifika ħafna, li timplika, fl-interess komuni, li jiġi pprovdut li, f’ċerti ċirkostanzi, l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni ta’ fergħat ta’ “trasport ta’ merkanzija” ta’ impriżi ferrovjarji jistgħu jkunu kkunsidrati kompatibbli mas-suq komuni.

(65)

Fis-settur ferrovjarju tal-lum, is-sitwazzjoni kompetittiva tal-attivitajiet ta’ trasport tal-merkanzija hija differenti ħafna minn dik tat-trasport tal-passiġġieri. Is-swieq nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija huma miftuħin għall-kompetizzjoni, filwaqt li l-ftuħ għall-kompetizzjoni tas-swieq tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri mhux se jsir qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

(66)

Din is-sitwazzjoni għandha impatt finanzjarju safejn l-attività ta’ trasport ta’ merkanzija hija mmexxija, fil-prinċipju, mir-relazzjonijiet kummerċjali biss bejn min jgħabbi u t-trasportaturi. Min-naħa l-oħra, il-bilanċ finanzjarju tal-attività ta’ trasport tal-passiġġieri jista’ wkoll jiddependi fuq l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ kumpensi ta’ servizz pubbliku.

(67)

Madankollu, diversi impriżi ferrovjarji Ewropej ma firdux ġuridikament l-attivitajiet ta’ trasport tal-passiġġieri u l-attivitajiet ta’ trasport tal-merkanzija, jew wettqu din is-separazzjoni biss dan l-aħħar. Il-leġiżlazzjoni taż-ŻEE fis-seħħ ma tistipula l-ebda obbligu ta’ separazzjoni ġuridika ta’ dan it-tip.

(68)

Barra minn hekk, it-tiġdid tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija ilu ħafna snin fil-qalba tal-prijoritajiet tal-politika Ewropea dwar it-trasport. Ir-raġunijiet għal dan ġew imfakkra fil-kapitolu 1 ta’ dawn il-linji gwida.

(69)

Minn dan il-karattru speċifiku tal-attivitajiet ta’ trasport ferrovjarju tal-merkanzija titnissel il-ħtieġa ta’ strateġija adattata, li ġiet irrikonoxxuta fil-prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (59) abbażi tal-linji gwida Komunitarji għall-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà tal-1999 (60).

(70)

L-għan ta’ dan il-kapitolu huwa li jindika, fid-dawl ta din il-prattika ta’ teħid tad-deċiżjonjiet tal-Awtorità tas-Sorveljanza, u filwaqt li jiqiesu l-emendi mdaħħlin mil-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturazzjoni tal-2004 fil-linji gwida korrispondenti tal-1999, il-mod kif l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA beħsiebha timplimenta din l-istrateġija fil-ġejjieni.

(71)

Fid-dawl tar-riskji enfasizzati hawn fuq, din l-istrateġija twieġeb għal ċirkustanzi speċifiċi u se tiġi applikata biss għall-fergħa tal-impriżi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, u għal perjodu ta’ tranżizzjoni, għar-ristrutturazzjoni notifikata sa l-1 ta’ Jannar 2010, id-data tal-ftuħ għall-kompetizzjoni tas-swieq tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri.

(72)

Barra minn hekk, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tixtieq tqis il-fatt li, f’għadd dejjem jikber ta’ Stati taż-ŻEE, l-impriżi ferrovjarji adattaw l-organizzazzjoni tagħhom għall-evoluzzjonijiet speċifiċi tal-attivitajiet ta’ trasport tal-merkanzija u ta’ trasport tal-passiġġieri, billi wettqu separazzjoni ġuridika tal-attivitajiet tagħhom ta’ trasport tal-merkanzija. Għaldaqstant, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA se teżiġi, fil-qafas tar-ristrutturazzjoni u bħala prerekwiżit għall-għoti ta’ l-għajnuna, is-separazzjoni ġuridika tal-fergħa kkonċernata mat-trasport tal-merkanzija billi din tiġi ttrasformata f’kumpannija kummerċjali tad-dritt kummerċjali komuni. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tinnota li tali separazzjoni ġġib magħha, flimkien ma’ miżuri oħra xierqa, kontribut sinifikanti lejn it-twettieq ta’ għan doppju: l-esklużjoni ta’ kull sussidju komuni bejn il-fergħa ristrutturata u l-bqija tal-impriża, u l-iżgurar li r-relazzjonijiet finanzjarji kollha bejn dawn iż-żewġ attivitajiet isiru fuq bażi kummerċjali u permanenti.

(73)

Biex kull dubju jiġi evitat, il-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni tal-2004 jibqgħu japplikaw fl-intier tagħhom fl-eżaminazzjoni tal-għajnuniet imsemmija f’dan il-kapitolu, għajr għad-derogi espressament previsti hawn taħt.

5.2   Eliġibiltà

(74)

Il-kriterju ta’ eliġibbiltà għandu jiġu adattat biex jinkludi s-sitwazzjoni fejn fergħa tat-trasport tal-merkanzija ta’ impriżi ferrovjarja tikkostitwixxi unità ekonomika koerenti u permanenti, li ser tkun separata ġuridikament mill-bqija tal-impriża matul ir-ristrutturazzjoni u qabel ma tingħata l-għajnuna, u li tħabbat wiċċha ma’ diffikultajiet li minħabba fihom li kieku kienet ġiet separata mill-impriża ferrovjarja, kienet tikkostitwixxi “impriża f’diffikultà” fis-sens tal-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni.

(75)

Dan ifisser, b’mod partikolari, li l-fergħa tal-impriża kkonċernata tkun taffaċċja diffikultajiet intrinsiċi serji, li mhumiex ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fi ħdan l-impriża ferrovjarja.

(76)

Sabiex il-fergħa li għandha tiġi ristrutturata tikkostitwixxi unità ekonomika koerenti u permanenti, għandha tiġbor l-attivitajiet kollha tagħha ta’ trasport tal-merkanzija tal-impriża ferrovjarja, mil-lat industrjali, kummerċjali, finanzjarju u tal-kontabbiltà. Għandu jkun possibbli li jingħatawlha livell ta’ telf u livell ta’ fondi proprji jew ta’ kapital, li jirreflettu biżżejjed ir-realtà ekonomika tas-sitwazzjoni li taffaċċja din il-fergħa, biex jiġi evalwat b’mod koerenti l-kriterju stabbilit fil-punt 10 tal-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni tal-2004 (61).

(77)

Fl-analiżi rigward jekk fergħa tinsabx f’diffikultà fis-sens mogħti hawn fuq, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tqis ukoll il-kapaċità tal-bqija tal-impriża ferrovjarja biex tiżgura l-irkupru tal-fergħa li għandha tiġi ristrutturata.

(78)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li, minkejja li s-sitwazzjoni deskritta mhijiex koperta direttament mil-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristruturazzjoni tal-2004, li, fil-punt 11, jeskludu mill-ambitu tagħhom ta’ applikazzjoni lill-impriżi ġodda, jistgħu jingħataw għajnuniet għar-ristrutturazzjoni f’dan il-kuntest, bil-għan li l-impriża sussidjarja maħluqa bis-separazzjoni ġuridika tkun tista’ topera fis-suq f’kundizzjonijiet vijabbli. Hawnhekk huma kkonċernati biss is-sitwazzjonijiet fejn l-impriża sussidjarja li se tinħoloq bis-separazzjoni ġuridika tiġbor il-fergħa tat-trasport tal-merkanzija kollha kemm hi, hekk kif deskritta mill-kontabbiltà separata stabbilita skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/440/KEE, u tinkludi l-attivi u passivi, il-kapital, l-impenji mhux kontabbilizzati, u l-ħaddiema kollha tal-fergħa.

(79)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tinnota li, għall-istess raġunijiet, meta impriża ferrovjarja tkun għadha kemm isseparat ġuridikament il-fergħa tagħha ta’ trasport tal-merkanzija, filwaqt li din il-fergħa tissodisfa l-kundizzjonijiet iddefiniti hawn fuq, l-impriża sussidjarja kkonċernata ma għandhiex titqies bħala impriża ġdida fis-sens tal-punt 11 tal-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni tal-2004, u għaldaqstant mhijiex eskluża mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.

5.3   Ir-ritorn għall-vijabiltà fuq medda ta’ żmien twila

(80)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tiżgura mhux biss li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni tal-2004 għar-ritorn għall-vijabiltà fuq medda ta’ żmien twila (62), iżda anki li r-ristrutturazzjoni tippermetti li tiġi żgurata t-trasformazzjoni tal-attività ta’ trasport tal-merkanzija minn attività protetta li tgawdi drittijiet esklussivi, għal attività kompetittiva fil-kuntest ta’ suq miftuħ. Għaldaqstant, din ir-ristrutturazzjoni għandha tikkonċerna l-aspetti kollha tal-attività ta’ trasport tal-merkanzija, mil-lat industrjali, kummerċjali u finanzjarju. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni mitlub mil-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturazzjoni (63) għandu jippermetti partikolarment li jiġi żgurat livell ta’ kwalità, affidabbiltà u servizz kompatibbli mal-eżiġenzi tal-klijenti.

5.4   Il-prevenzjoni ta’ kull tgħawwiġ żejjed tal-kompetizzjoni

(81)

Fl-analiżi tal-prevenzjoni ta’ kull tgħawwiġ żejjed tal-kompetizzjoni, kif previst mil-linji gwida tal-2004 dwar l-għajnuniet għar-ristrutturazzjoni, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tistrieħ ukoll fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

id-differenzi tal-mudelli ekonomiċi bejn it-trasport bil-linji tal-ferrovija u l-mezzi l-oħra tat-trasport;

(b)

l-għan taż-ŻEE ta’ bbilanċjar mill-ġdid tal-mezzi tat-trasport;

(c)

is-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq fil-waqt tar-ristrutturazzjoni (il-grad ta’ integrazzjoni, il-potenzjal ta’ tkabbir, il-preżenza ta’ kompetituri, il-prospettivi ta’ żvilupp).

5.5   Għajnuna minima

(82)

Id-dispożizzjonijiet tal-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni tal-2004 japplikaw għall-verifika ta’ dan il-kriterju. Għal dan il-għan, il-kontribut propju tal-impriża tinkludi l-kontribut tal-fergħa ta’ trasport tal-merkanzija li se tiġi separata ġuridikament mill-impriża ferrovjarja. Madankollu, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li s-sitwazzjoni għalkollox speċifika li jinsab fiha s-settur tat-trasport ferrovjarju Ewropew tal-merkanzija, deskritta hawn fuq, tista’ tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-punt 43 ta’ dawn il-linji gwida. Għaldaqstant, tista’ taċċetta kontributi proprji aktar baxxi minn dawk previsti mil-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-ristrutturazzjoni tal-2004, sakemm il-kontribut propju tal-fergħa ta’ trasport tal-merkanzija jkun kemm jista’ jkun għoli mingħajr ma jipperikola l-vijabiltà tal-attività.

5.6   Il-prinċipju tal-għajnuna waħdanija

(83)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna waħdanija, din tapplika għall-impriżi sussidjarja separata ġuridikament, b’kunsiderazzjoni għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni nnotifikata bħala għajnuna inizjali għar-ristrutturazzjoni li tkun gawdiet l-impriża. Min-naħa l-oħra, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni awtorizzata fil-kundizzjonijiet mogħtija f’dan il-kapitolu hija mingħajr rilevanza għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-għajnuna waħdanija għall-bqija tal-impriża ferrovjarja.

(84)

Sabiex kull dubju jiġi evitat, jekk l-impriża ferrovjarja, fl-intier tagħha, tkun diġà rċeviet għajnuniet għar-ristrutturazzjoni, il-prinċipju tal-għajnuna waħdanija tmur kontra l-għoti ta’ għajnuniet għar-ristrutturazzjoni tal-fergħa tagħha ta’ trasport tal-merkanzija, hekk kif inhuma previsti f’dan il-kapitolu.

6.   GĦAJNUNIET GĦALL-KOORDINAMENT TAT-TRASPORT

6.1   Għan

(85)

Kif spjegat qabel, l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE ġie implimentat permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70, li se jkunu mħassra mir-Regolament tal-OSP. Ir-Regolament tal-OSP, madankollu, ma jkunx applikabbli ħlief għat-trasport fuq l-art ta’ passiġġieri. Dan ma jkoprix it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, li għalih l-għajnuniet għall-koordinament tat-trasport jibqgħu suġġetti għall-Artikolu 49 waħdani tal-Ftehim taż-ŻEE.

(86)

Barra minn hekk, l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-OSP dwar l-għajnuniet għall-koordinament tat-trasport u l-għajnuniet għar-riċerka u l-iżvilupp japplikaw espliċitament bla ħsara għall-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, sabiex ikunu possibbli li l-Artikou 49 ikun jista’ jkun użat direttament biex jiġġustifika l-kompatibbiltà ta’ għajnuniet għall-koordinament tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri.

(87)

L-għan ta’ dan il-kapitolu jikkonsisti għalhekk fid-determinazzjoni tal-kriterji li jippermettu lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA teżamina l-kompatibbiltà, fuq bażi tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, tal-għajnuniet għall-koordinament tat-trasport, b’mod ġenerali (it-taqsima 6.2) u f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti forom speċifiċi ta’ għajnuniet (it-taqsima 6.3). L-Awtorità tas-Sorveljanza taż-ŻEE tfakkar li, minkejja li l-prinċipji ġenerali ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 tal-Ftehim huma rilevanti għall-valutazzjoni ta’ għajnuniet mill-Istat fir-rigward tar-Regolament tal-OSP, dawn il-linji gwida ma jittrattawx ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament ikkonċernat.

6.2   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(88)

L-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi għall-kompatibbiltà tal-għajnuniet li jaqdu l-bżonnijiet ta’ koordinament tat-trasport. Il-Qorti tal-Ġustizzja għaddiet b’liġi li dan l-Artikolu “jaċċetta l-kompatibbiltà mat-Trattat ta’ għajnuniet għat-trasport biss f’każijiet determinati sew u li ma jkunux ta’ preġudizzju għall-interessi ġenerali tal-Komunità” (64).

(89)

Il-kunċett ta’ “koordinament tat-trasport” użat fl-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu sinifikat li jmur lil hinn mis-sempliċi fatt li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika. Jimplika intervent tal-awtoritajiet pubbliċi li jimmiraw li jorjentaw l-iżvilupp tas-settur tat-trasport fl-interess komuni.

(90)

Il-progressi tal-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport fl-art, f’ċerti aspetti, b’mod konsiderevoli naqqsu l-bżonnijiet ta’ koordinament. Fil-prinċipju, f’settur liberalizzat effiċjenti, il-koordinament jista’ fil-prinċipju jirriżulta mill-azzjoni tal-forzi tas-suq. Madankollu, kif indikat hawn fuq, jibqa’ l-fatt li l-investiment fl-iżvilupp ta’ infrastrutturi, f’ħafna każi, jibqa’ jsir mill-poteri pubbliċi. Barra minn hekk, anke wara l-liberalizzazzjoni tas-settur, ħafna nuqqasijiet fis-suq jistgħu jippersistu. Partikolarment, dawn huma nuqqasijiet li jiġġustifikaw l-intervent tas-setgħat pubbliċi f’dan il-qasam.

(91)

L-ewwelnett, is-settur tat-trasport jimplika aspetti esterni negattivi importanti, per eżempju bejn utenti (konġestjoni), jew fir-rigward tas-soċjetà kollha (tniġġis). Dawn l-aspetti esterni huma diffiċli biex ikunu kkunsidrati, notevolment minħabba l-fatt tal-limitu inerenti għall-possibbiltà li jkunu inklużi l-ispejjeż esterni, jew anke sempliċement l-ispejjeż diretti tal-użu, fl-iffissar ta’ prezzijiet ta’ aċċess għall-infrastrutturi tat-trasport. Minn dan jirriżultaw differenzi possibbli bejn il-modi differenti ta’ trasport, li jistħoqqilhom ikunu korretti permezz ta’ appoġġ tal-poteri pubbliċi għall-modi ta’ trasport li jikkawżaw l-inqas spejjeż esterni.

(92)

Fit-tieni lok, is-settur tat-trasport jista’ jkollu diffikultajiet ta’ “koordinament” fis-sens ekonomiku tat-terminu, per eżempju bl-adozzjoni ta’ standard ta’ interoperabiltà komuni għal-linji tal-ferrovija, jew fil-kollegamenti bejn netwerks differenti ta’ trasport.

(93)

It-tielet, l-impriżi ferrovjarji jistgħu ma jkunux f’qagħda li jieħdu l-benefiċċji kollha tal-isforzi tagħhom fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (effetti esterni pożittivi), li jikkostitwixxi nuqqas fis-suq.

(94)

Il-preżenza ta’ dispożizzjoni speċifika fil-Ftehim taż-ŻEE li tippermetti li jkunu awtorizzati l-għajnuniet li jikkorrispondu mal-bżonnijiet tal-koordinament tat-trasport hija xhieda tal-importanza ta’ dawn ir-riskji ta’ falliment tas-suq, u tal-impatt negattiv li huma għandhom fuq l-iżvilupp taż-ŻEE.

(95)

Fil-prinċipju, l-għajnuniet li jikkorrispondu għall-bżonnijiet tal-koordinament tat-trasport għandhom ikunu kkunsidrati kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE.

(96)

F’kull każ, biex l-għoti ta’ għajnuna jista’ jitqies li “jaqdi l-bżonnijiet” tal-koordinament tat-trasport, għandu jkun meħtieġ u proporzjonat mal-għan indikat. Barra minn hekk, it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li huwa inerenti għall-għajnuna ma għandux jolqot ħażin l-interessi ġenerali taż-ŻEE. Bħala eżempju, għajnuna li sservi biex tbiddel id-direzzjoni tal-flussi ta’ traffiku tat-trasport marittimu ta’ distanza qasira lejn il-linji tal-ferroviji ma tistax tissodisfa dawn il-kriterji.

(97)

Fl-aħħarnett, fid-dawl tal-iżvilupp mgħaġġel tas-settur tat-trasport, u għaldaqstant fid-dawl tal-bżonnijiet ta’ koordinament li jirrigwardawh, kull għajnuna notifikata lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA minħabba deċiżjoni li tiddikjara li din l-għajnuna hija kompatibbli mal-Ftehim, abbażi tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, trid tkun limitata (65) għal massimu ta’ 5 snin, sabiex tippermetti lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA terġa’ teżaminaha fid-dawl tar-riżultati miksuba u, jekk ikun il-każ, tawtorizza t-tiġdid tagħha (66).

(98)

F’dak li għandu x’jaqsam b’mod iktar speċifiku mas-settur ferrovjarju, l-għajnuniet għall-bżonnijiet tal-koordinament tat-trasport x’aktarx li jieħdu bosta forom:

(a)

għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura, jiġifieri l-għajnuniet mogħtija lil impriżi ferrovjarji li għandhom il-piż tal-ispejjeż relatati mal-infrastruttura li tuża, waqt li l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ trasport li jistrieħu fuq modi oħra ta’ trasport m’għandhomx piżijiet bħal dawn;

(b)

għajnuniet għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, li huma ddestinati biex jinkoraġġixxu trasferiment modali lejn il-linji tal-ferrovija, minħabba li dawn jipproduċu inqas spejjeż esterni mill-modi l-oħra bħat-trasport bit-triq;

(c)

għajnuniet li jiffavorixxu l-interoperabbiltà kif ukoll, safejn iwieġbu għall-bżonnijiet tal-koordinazzjoni tal-mezzi ta’ trasport, l-għajnuna li tiffavorixxi t-tisħiħ tas-sikurezza, it-tneħħija tax-xkiel tekniku u t-tnaqqis tat-tniġġis akustiku (minn issa ’l quddiem “l-għajnuniet favur l-interoperabiltà”);

(d)

għajnuniet għall-izvilupp u r-riċerka, li jaqdu l-bżonnijiet tal-koordinament tat-trasport.

(99)

Fit-taqsimiet li ġejjin, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tagħti dettalji tal-kundizzjonijiet li, skont il-prassi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, jippermettu li jkun żgurat, għal dawn it-tipi differenti ta’ għajnuniet għall-koordinament tat-trasport, li l-għajnuniet ikkonċernati jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fid-dawl tal-karattru speċifiku tal-għajnuniet għar-riċerka u l-iżvilupp, il-kriterji applikabbli għal dan it-tip ta’ miżuri jiġu ttrattati b’mod separat.

6.3   Il-kriterji għall-għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni u għall-interoperabiltà

(100)

Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura, it-tnaqqis tal-ispejjeż esterni u l-interoperabiltà fir-rigward tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE tikkorrispondi għall-prassi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70. Il-kundizzjonijiet dettaljati li ġejjin, fid-dawl ta’ din il-prassi jidhru suffiċjenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna.

6.3.1   L-ispejjeż eliġibbli

(101)

L-ispejjeż eliġibbli huma ddeterminati abbażi tal-elementi li ġejjin.

(102)

Fir-rigward tal-għajnuniet għall-użu ta’ infrastrutturi ferrovjarji, l-ispejjeż eliġibbli huma l-ispejjeż supplementari tal-użu ta’ infrastrutturi appoġġati mit-trasport ferrovjarju iżda mhux b’mezz ta’ trasport kompetitur li jniġġes aktar.

(103)

Fir-rigward tal-għajnuniet għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, l-ispejjeż eliġibbli huma s-sehem tal-ispejjeż esterni li t-trasport ferrovjarju jippermetti li jevita meta mqabbla mal-mezzi kompetittivi.

(104)

F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/14/KE jippermetti b’mod espliċitu lill-Istati taż-ŻEE biex iwaqqfu sistema ta’ kumpens tal-ispejjeż ambjentali, l-ispejjeż marbuta mal-inċidenti u l-ispejjeż ta’ infrastruttura mhux koperti bil-modi kompetittivi ta’ trasport, meta n-nuqqas ta’ kopertura ta’ dawn l-ispejjeż jista’ jkun stabbilit u safejn dawn jaqbżu l-ispejjeż ekwivalenti proprja tal-ferrovija. Jekk għadha ma teżistix leġiżlazzjoni taż-ŻEE li tarmonizza l-metodi ta’ kalkolu tal-ħlasijiet għall-aċċess għall-infrastruttura bejn il-mezzi differenti ta’ trasport fuq l-art, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tqis, għall-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, l-evoluzzjoni tar-regoli applikabbli għall-allokazzjoni tal-ispejjeż ta’ infrastruttura u tal-ispejjeż esterni (67).

(105)

Kemm għall-għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja kif ukoll għal dawk ta’ tnaqqis tal-ispejjeż esterni, l-Istat tal-EFTA għandu jipprovdi analiżi komparattiva, trasparenti, raġunata u kwantifikata tal-ispejjeż, bejn it-trasport ferrovjarju u l-għażliet alternattivi bbażati fuq mezzi oħra ta’ trasport (68). Il-metodu użat u l-kalkoli li jsiru jridu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni pubblika (69).

(106)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuniet għall-interoperabiltà, l-ispejjeż eliġibbli jkopru, safejn jikkontribwixxi għall-għan ta’ koordinazzjoni tat-trasport, l-investimenti kollha relatati mal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà u interoperabiltà (70), jew mat-tnaqqis tat-tniġġis akustiku, kemm fl-infrastrutturi ferrovjarji kif ukoll fil-vetturi ferrovjarji. B’mod partikolari, huma koperti l-investimenti marbuta mat-twettiq tal-ERTMS (European Rail Traffic Management System) u kull miżura oħra simili li tista’ tikkontribwixxi biex tnaqqas l-ostakli tekniċi għas-suq Ewropew ta’ servizzi ferrovjarji (71).

6.3.2   Il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-għajnuna

(107)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li teżisti preżunzjoni ta’ ħtieġa u proporzjonalità tal-għajnuna, meta l-intensità tal-għajnuna tibqa’ inqas mill-valuri li ġejjin:

(a)

għall-għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura, 30 % tal-ispiża totali tat-trasport ferrovjarju, sa ammont massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli (72);

(b)

għall-għajnuniet għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, 30 % (73) tal-ispiża totali tat-trasport ferrovjarju, sa ammont massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (74);

(c)

fil-każ ta’ għajnuniet għall-interoperabiltà, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(108)

Għall-ispejjeż li jmorru lil hinn minn dawn il-livelli massimi, huwa f’idejn l-Istati tal-EFTA li jipprovdu evidenza tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tal-miżuri kkonċernati (75).

(109)

Fir-rigward kemm tal-għajnuniet għall-użu ta’ infrastrutturi ferrovjarji kif ukoll l-għajnuniet għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, l-għajnuna għandha tkun strettament limitata biex tikkumpensa l-ispejjeż ta’ opportunità marbuta mal-użu tat-trasport ferrovjarju minflok għall-użu ta’ mod ta’ trasport li jniġġes aktar. Fejn jeżistu bosta soluzzjonijiet alternattivi kompetittivi li jikkawżaw livelli ta’ tniġġis ogħla mit-trasport ferrovjarju, il-limitu magħżul jikkorrispondi għall-ogħla differenzjali ta’ spejjeż fost dawn is-soluzzjonijiet diversi. Fejn il-limiti ta’ intensità msemmija fil-punt 107 huma osservati, jista’ jkun preżunt li l-kriterju ta’ nuqqas ta’ kumpens żejjed huwa mwettaq.

(110)

Fi kwalunkwe każ, meta l-benefiċjarju tal-għajnuna hija impriża ferrovjarja, irid ikun muri li l-għajnuna hija attwalment effett b’inċentiv ta’ trasferiment modali lejn il-linji tal-ferrovija. Dan jitlob fi prinċipju li l-għajnuna tkun riflessa fil-prezz mitlub lill-passiġġier jew lil min jgħabbi, billi huwa f’dan il-livell li ssir l-għażla bejn il-ferrovija u l-modi ta’ trasport li jniġġsu aktar bħat-triq (76).

(111)

Fl-aħħarnett, f’dak li għandu x’jaqsam speċifikament mal-għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura u t-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, għandu jkun hemm perspettivi realistiċi ta’ manteniment tat-traffiku trasferit lejn il-ferrovija sabiex l-għajnuna twassal għal trasferiment sostenibbli tat-traffiku.

6.3.3   Konklużjoni

(112)

L-għajnuniet għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, it-tnaqqis tal-ispejjeż esterni u l-interoperabiltà li huma meħtieġa u proporzjonati u għaldaqstant ma jgħawġux il-kompetizzjoni b’mod li jolqot ħażin l-interess komuni, għandhom jitqiesu kompatibbli skont l-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE.

6.4   Il-kompatibiltà tal-għajnuniet mar-riċerka u l-iżvilupp

(113)

Fil-qasam tat-trasport fuq l-art, l-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/70, adotta abbażi tal-Artikolu 73 tat-Trattat tal-KE, jipprovdi għall-possibbiltà li jingħataw għajnuniet għar-riċerka u l-iżvilupp. Il-Kummissjoni Ewropea reċentement żviluppat prassi fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (77).

(114)

L-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament tal-OSP jadotta t-test tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/70. Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, l-għajnuniet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ forom u tekniki ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri iktar ekonomiku għall-kollettività, huma limitati għall-fażi sperimentali u ma jaffettwawx il-fażi ta’ sfruttament kummerċjali ta’ dawn il-forom u tekniki, għandhom ikunu ikkunsidrati li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-koordinament tat-trasport.

(115)

L-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament tal-OSP japplika bla ħsara għall-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk, l-għajnuniet għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tat-trasport ta’ passiġġieri, jekk ma jkunux koperti mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-OSP u l-għajnuniet li jikkonċernaw biss it-trasport tal-merkanzija, jistgħu jkunu kkunsidrati kompatibbli abbażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(116)

F’dan ir-rigward, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ddefiniet fil-Linji Gwida għall-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (78) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-linji gwida R&D&I”) il-kundizzjonijiet li taħthom hija ddikjarat kompatibbli maż-ŻEE, fuq bażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-għajnuniet ta’ dan it-tip. Dawn il-linji gwida R&D&I japplikaw “għall-għajnuniet favur ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-setturi kollha rilevanti tal-Ftehim taż-ŻEE. Japplikaw wkoll għas-setturi mmexxija mir-regoli Komunitarji speċifiċi fil-qasam ta’ għajnuniet mill-Istat, sakemm ir-regoli msemmija ma jiddisponux mod ieħor” (79). Il-linji gwida R&D&I japplikaw għalhekk għall-għajnuniet għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-settur tat-trasport ferrovjarju li ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 jew l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-OSP (wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament).

(117)

Mhuwiex eskluż li l-kompatibbiltà tal-għajnuniet għar-riċerka u l-iżvilupp tista’ tiġi analizzata direttament abbażi tal-Artikolu 49 tal-Ftehim taż-ŻEE, fejn l-għan imfittex jaqdi l-bżonn ta’ koordinament tat-trasport. F’dan il-każ, jaqbel li jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, partikolarment il-fatt li l-għajnuna għandha tkun meħtieġa u proporzjonata mal-għan imfittex, u ma għandhiex tolqot ħażin l-interess ġenerali taż-ŻEE. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tqis li l-prinċipji ġenerali stipulati fil-linji gwida R&D&I huma rilevanti għall-analiżi tal-kriterji differenti.

7.   IL-GARANZIJI TAL-ISTAT LILL-IMPRIŻI FERROVJARJI

(118)

Il-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar garanziji tal-Istat (80) jiddefinixxu s-sistema ġuridika applikabbli għall-garanziji tal-Istat, inkluża fil-qasam tat-trasport ferrovjarju.

(119)

Dawn il-linji gwida jiddikjaraw, fil-punt 1.2, li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA “jikkostitwixxu […] għajnuna taħt forma ta’ garanzija, il-kundizzjonijiet ta’ kreditu aktar favorevoli miksuba mill-impriżi li l-istatut legali tagħhom jeskludi l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ falliment jew insolvenza jew jagħmel provvediment b’mod espliċitu għal garanzija tal-Istat jew kopertura tat-telf mill-Istat ”.

(120)

Il-prattika konsistenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kienet li jikkunsidraw li l-garanziji illimitati f’settur miftuħ għall-kompetizzjoni huma inkompatibbli mat-Trattat tal-KE u mal-Ftehim taż-ŻEE rispettivament. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dawn ma jistgħux ikunu ġġustifikati minn missjonijiet ta’ interess ġenerali. Fil-fatt, jidher impossibbli, fil-każ ta’ garanzija illimitata, li jiġi vverifikat li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-ispejjeż netti ta’ provvista ta’ servizz pubbliku (81).

(121)

Meta l-garanziji tal-Istat jingħataw lil impriżi preżenti kemm fuq is-swieq kompetittivi u dawk mhux kompetittivi, il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandhom il-prattika li jitolbu t-tneħħija kompleta tal-garanzija illimitata mogħtija lill-impriża fl-intier tagħha (82).

(122)

Diversi impriżi ferrovjarji jgawdu minn garanziji illimitati. Dawn il-garanziji ġeneralment huma wirt ta’ status partikolari ta’ monopolji storiċi li twaqqfu għall-impriżi tal-ferrovija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE jew qabel il-ftuħ tas-suq tas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju għall-kompetizzjoni.

(123)

Skont l-informazzjoni li għandhom il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, il-biċċa l-kbira minn dawn il-garanziji jikkostitwixxu għajnuniet eżistenti. L-Istati tal-EFTA kkonċernati huma mistiedna jinfurmaw lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bil-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi għal għajnuniet eżistenti, kif ukoll bil-miżuri ppjanati biex ineħħuhom, skont il-proċedura ddefinita fit-taqsima 8.3.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

8.1   Regoli dwar l-akkumulazzjoni ta’ għajnuniet

(124)

Il-limiti għall-għajnuniet stabbiliti f’dawn il-linji gwida japplikaw indipendentement jekk l-għajnuna kkonċernata hijiex finanzjata integralment mir-riżorsi tal-Istat jew mir-riżorsi Komunitarji fit-totalità tagħhom jew parzjalment. L-għajnuniet awtorizzati skont dawn il-linji gwida ma jistgħux jiġu akkumulati ma’ għajnuniet mill-Istat oħrajn skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jew ma’ forom oħra ta’ finanzjamenti Komunitarji, jekk din l-akkumulazzjoni twassal għal livell ta’ għajnuna ogħla minn dak stabbilit minn dawn il-linji gwida.

(125)

F’każ ta’ għajnuniet għal skopijiet differenti u li jinvolvu l-istess spejjeż eliġibbli, japplika l-aktar limitu għall-għajnuna favorevoli.

8.2   Data tal-applikazzjoni

(126)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tapplika dawn il-linji gwida mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tapplika dawn il-linji gwida lill-għajnuniet kollha, kemm jekk notifikati jew jekk mhux notifikati, li fuqhom toħroġ sentenza wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.

8.3   Miżuri xierqa

(127)

F’konformità mal-Artikolu 62(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tipproponi li l-Istati tal-EFTA jemendaw is-sistemi eżistenti ta’ għajnuniet li huma relatati mal-għajnuniet mill-Istat fil-mira f’dawn il-linji gwida biex ikunu konformi ma’ dawn sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE, u dan suġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kapitolu relatat mal-garanziji tal-Istat. L-Istati tal-EFTA huma mistiedna jikkonfermaw bil-miktub li huma jaċċettaw dawn il-proposti għal miżuri utli sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE.

(128)

F’każ fejn Stat tal-EFTA ma jikkonfermax l-aċċettazzjoni tiegħu bil-miktub qabel id-data msemmija, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tapplika l-Artikolu 19(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u, jekk neċessarju, tibda l-proċeduri msemmija f’dik id-dispożizzjoni.

8.4   Il-perjodu ta’ validità u rappurtar

(129)

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA żżomm id-dritt li temenda dawn il-linji gwida. Din għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tagħhom qabel kull emenda, u, mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.


(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għal-Linji Gwida Komunitarji dwar Għajnuna mill-Istat għal impriżi ferrovjarji ppubblikati fil-ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13.

(2)  COM (2001) 370 tat-12.9.2001, p. 18.

(3)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tal-White Paper dwar it-Trasport”, (COM(2006) 314, 22.6.2006, p. 21.

(4)  Disponibbli fis-sit elettroniku tal-EFTA: http://www.efta.int/advisory-bodies/consultative-committee.aspx.

(5)  Paragrafu 9 tal-Preambolu tal-Ftehim taż-ŻEE jirrikonoxxi d-determinazzjoni tal-Partijiet Kontraenti li jippreżervaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent u biex jiżguraw utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali fuq il-bażi, b’mod partiklari, tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, kif ukoll il-prinċipju li azzjoni prekawzjonarja u preventiva għandha tkun meħudha. Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim taż-ŻEE il-partijiet għandhom jikkumbattu għal kooperazzjoni iktar mill-qrib dwar kwistjonijiet ambjentali. Skont l-Artikolu 73 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Partijiet Kontraenti għandu jkollhom, fost oħrajn, l-għan li “jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità tal-ambjent” meta jieħdu azzjoni fil-qasam tal-erba’ libertajiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 78 tal-Ftehim taż-ŻEE jinkoraġixxi lill-Partijiet Kontraenti biex isaħħu u jwessgħu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-attivitajiet tal-Komunità fost affatrijiet oħra fil-qasam tal-ambjent.

(6)  L-Artikolu 2 tat-Trattat jiddikjara, fost l-għanijiet prinċipali tal-Komunità, dik li jkun promoss “it-tkabbir sostenibbli li ma jkunx inflazzjonarju u li jirrispetta l-ambjent”. Dawn id-dispożizzjonijiet huma kompletati bl-għanijiet partikolari ddefiniti fl-Artikolu 174, li jistipula li l-politika tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent tikkontribwixxi notevolment għall-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent. L-Artikolu 6 tat-Trattat jiddikjara li: “Il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 3, partikolarment bl-iskop li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli”.

(7)  Fl-UE, mill-1995 sal-2005 it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija (imfisser f’t/km) żdied b’0,9 % bħala medja kull sena, kontra +3,3 % ta’ żieda medja annwali għat-toroq matul l-istess perjodu (sors: Eurostat).

(8)  Fl-UE, mill-1995 sa l-2004, it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri (imfisser f’passiġġieri/km) żdied b’0,9 % bħala medja fis-sena, kontra +1,8 % ta’ żieda medja annwali għall-vetturi partikolari matul l-istess perjodu (sors: Eurostat).

(9)  Mill-2002 ’l hawn, speċjalment fil-pajjiżi li fetħu s-swieq tagħhom għall-kompetizzjoni. Fl-2006, wieħed jinnota żieda annwali ta’ 3,7 % fir-rendiment tat-trasport ferrovjarju ta’ merkanzija u ta’ 3 % fir-rendiment tat-trasport tal-passiġġieri. Dan it-titjib mistenni li jiġi kkonfermat fl-2007.

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn network ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija” (SEC(2007) 1322, SEC(2007) 1324 u SEC(2007) 1325), 18.10.2007).

(11)  L-Iżlanda, Malta u Ċipru ma għandhomx network ta’ trasport ferrovjarju.

(12)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 1.

(13)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 26.

(14)  ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29. Id-Direttiva kienet emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/58/KE (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44). Inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 130, 28.5.2009, p. 27, u Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 28.5.2009, p. 25). Id-Direttivi 2001/12/KE, 2001/13/KE u 2001/14/KE kienu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 322, 6.12.2001, p. 32, u Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 6.12.2001, p. 29). Din id-Deċiżjoni emendat id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta’ Marzu 1994 dawr l-inkorporazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994, p.1) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/95 tal-15 ta’ Diċembru 1995 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE (ĠU L 57, 7.3.1996, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 7.3.1996, p. 14).

(15)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1. Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2005 tal-10 ta’Ġunju 2005 (ĠU L 268, 13.10.2005, p. 13, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 52, 13.10.2005, p. 7).

(16)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(17)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114.

(18)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164. Id-Direttivi 2004/49/KE, 2004/50/KE u 2004/51/KE kienu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 (ĠU L 102, 21.4.2005, p. 27, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 21.4.2005, p. 17). Din id-Deċiżjoni emendat id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/95 tal-15 ta’ Diċembru 1995 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE (ĠU L 57, 7.3.1996, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 7.3.1996, p. 14), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttivi 2001/12/KE, 2001/13/KE u 2001/14/KE (ĠU L 322, 6.12.2001, p. 32, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 6.12.2001, p.29), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/97 tat-30 ta’ April 1997 dwar l-adozzjoni tad-Direttiva 96/48/KE (ĠU L 242, 4.9.1997, p. 74, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 37, 4.9.1997, p.74), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2002 tal-1 ta’ Marzu 2002 dwar l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/16/KE (ĠU L 110, 25.4.2002, p. 11, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 25.4.2002, p. 8) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta’ Marzu 1994 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994, p. 1).

(19)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1. Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 280, 23.10.2008, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 64, 23.10.2008, p.13).

(20)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14. Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 59, 21.10.2010, p. 12).

(21)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 44. Inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 130, 28.5.2009, p. 27, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 28.5.2009, p. 25).

(22)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51. Inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 47, u s-Supplement taż-ŻEE Nru 16, 19.3.2009, p. 18).

(23)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25. Inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta’ Marzu 1994. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/58/KE.

(24)  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/440/KEE jfisser l-impriżi ferrovjarji bħala: “kull impriża pubblika jew privata liċenzjata skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli, li n-negozju ewlieni tagħha jkun li tipprovdi servizzi għat-trasport ta’ oġġetti u/jew passiġġieri bil-ferrovija b’kondizzjoni li l-impriża trid tassigura trazzjoni, din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss”.

(25)  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/440/KEE jfisser l-amministraturi tal-infrastruttura bħala: “kull korp jew impriża responsabbli b’mod partikolari biex tistabbilixxi u żżomm linfrastruttura ferrovjarja. Din tista’ tinkludi wkoll l-amministrazzjoni ta’ sistemi infrastrutturali ta’ kontroll u sigurtà. Il-funzjonijiet ta’ l-amministratur tal-infrastruttura fuq network jew parti minn network jistgħu jiġu allokati lil korpi jew impriżi differenti”.

(26)  L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 91/440/KEE: “L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri biex tħassar id-djun li għalih hemm referenza f’dan l-Artikolu tista’ tingħata b’mod konformi mal-Artikoli 73, 87 u 88 tat-Trattat”.

(27)  B’mod partikolari, d-Direttiva 2004/49/KE inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE 151/2004 29 ta’ Ottubru 2004.

(28)  ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1893/91 (ĠU L 169, 29.6.1991, p. 1).

(29)  ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1.

(30)  ĠU L 156, 28.6.1969, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(31)  Dawn it-tliet settijiet ta’ regolamenti kienu magħmula parti mill-Ftehim taż-ŻEE mill-bidu tiegħu.

(32)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH and Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (“Altmark”) [2003] ĠabraI-7747.

(33)  Sentenza f’Altmark, paragrafu 107.

(34)  Ara f’dan ir-rigward id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat taħt forma ta’ kumpensi ta’ servizzi pubbliċi mogħtija lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67, punt 17). Din id-Deċiżjoni hija inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2006 tas-7 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 286, 19.10.2006, p. 31, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 52, 19.10.2006, p. 24.). L-Artikolu 86(2) KE jikkorrispondi għall-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(35)  Inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 280, 23.10.2008, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 64, 23.10.2008, p. 13).

(36)  Il-linji gwida ma jikkonċernawx lanqas l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1192/69. Dan ir-regolament kien magħmul parti mill-Ftehim taż-ŻEE mill-bidu tiegħu.

(37)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Inżommu lill-Ewropa miexja — Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna — Reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tal-White Paper dwar it-Trasport”. Ara wkoll ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE dwar “Politika ta’ Trasport Ambizzjuża”.

(38)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2002, Kawża C-382/99 l-Olanda v il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-5163.

(39)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2000, Kawża C-156/98 il-Ġermanja v il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857.

(40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2006, N 478/04, Irlanda — Garanzija tal-Istat għal self ta’ kapital minn Coràs Iompair Eirann (CIÉ) għall-investiment fl-infrastruttura (ĠU C 209, 31.8.2006, p. 8); id-Deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu 2006, N 284/2005, Irlanda — Regional Broadband Programme (Programm reġjunali broadband) (ĠU C 207, 30.8.2006, p. 3), punt 34; u d-Deċiżjonijiet li ġejjin: id-Deċiżjoni tat-2 ta’ Awissu 2003/227/KE dwar il-park Terra Mitica SA (Benidorm, Alicante) implimentata minn Spanja (ĠU L 91, 8.4.2003, p. 23), punt 64; id-Deċiżjoni tal-20 ta’ April 2005, N 355/2004 — il-Belġju — Sħubija pubblika privata għat-tqegħid ta’ tunnel bejn Krijgsbaan sa Deurne, l-għoti ta’ importanza lill-art industrijali u l-isfruttament tal-ajruport ta’ Antwerp (ĠU C 176, 16.7.2005, p. 11), punt 34; id-Deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2001, N 550/2001 Sħubija pubblika privata għall-bini ta’ impjant ta’ tagħbija u ta’ ħatt (ĠU C 24, 26.1.2002, p. 2), punt 24; Deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2001 N 649/2001, United Kingdom, Freight Facilities Grant (ĠU C 45, 19.2.2002, p. 2) punt 45; id-Deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2002, N 356/2002 Renju Unit Network Rail, ĠU C 232, 28.9.2002, p. 2), punt 70; N 511/1995 Jaguar Cars Ltd. Ara wkoll, Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5), punt 12; White paper: ħlasijiet ġusti għall-użu tal-infrastrutturi, (COM(1998) 466 finali, punt 43; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Titjib tal-kwalita’ tas-servizzi fil-portijiet: element ewlieni fis-sistema tat-trasport fl-Ewropa”, (COM(2001) 35 finali, p. 11).

(41)  Sors: UIC Rolling stock fleet in EU-25 + Norway (2005).

(42)  Sors: CER (2005).

(43)  Ara Kapitolu 6.

(44)  Ara kapitolu 5, ara wkoll il-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar għajnuna mill-istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji f’diffikultà adottati mid-Deċiżjoni Nru 305/04/COL tal-1 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 97, 15.4.2005, p. 41 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 28.4.2005, p. 1). Ara l-linji gwida Komunitarji korrispondenti (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(45)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33). Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85). Ir-Regolament kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE Anness XV mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 266, 3.10.2002, p. 56 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 42).

(46)  L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA adottat Linji gwida dwar għajnuna mill-istat għal protezzjoni ambjentali mid-Deċiżjoni Nru 500/08/COL tas-16 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1). Ara l-linji gwida Komunitarji korrispondenti (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).

(47)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 fuq imsemmi, inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mill-bidu tiegħu; ir-Regolament tal-OSP tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fuq imsemmi u inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2008, li minnu ta’ min ifakkar l-Artikolu 3(1): “Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti lill-operatur magħżul minnha dritt esklussiv u/jew kumpens, ta’ kwalunkwe tip, bi tpattija għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, għandha tagħmel dan fi ħdan il-qafas ta’ kuntratt għal servizz pubbliku.”

(48)  Ara punt 8 tal-Linji Gwida tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 adottata mid-Deċiżjoni 85/06/COL tas-6 ta’ April 2006 (ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1). Ara l-Linji Gwida Komunitarji korrispondenti (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13, punt 8).

(49)  L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tinnota li dan ir-raġunament jista’, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, japplika mutatis mutandis għall-vetturi użati fil-qafas tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bit-triq, meta dawn jissodisfaw l-aħħar standards Komunitarji applikabbli għall-vetturi l-ġodda. Meta dan huwa l-każ, biex tieħu ħsieb l-ugwaljanza tat-trattament, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tapplika għal sitwazzjonijiet bħal dawn il-metodu spjegat hawn għall-vetturi ferrovjarji. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fejn jawtorizzaw dan it-tip ta’ għajnuna, jappoġġaw it-teknoloġiji li jniġġsu l-inqas, u ser tistudja safejn huwa xieraq appoġġ finanzjarju speċifiku li jwassal għal intensità ogħla ta’ għajnuna favur tali teknoloġiji.

(50)  Ir-reġjuni l-anqas popolati jikkostitwixxu jew jagħmlu parti minn reġjuni fil-livell NUTS-II, b’densità ta’ popolazzjoni massima ta’ 8 abitanti kull kilometru kwadru, u jitwessgħu għaż-żoni iżgħar tal-madwar bl-istess kriterji tal-popolazzjoni.

(51)  L-għajnuna għall-ksib ta’ vetturi ġodda tat-trasport li jmorru lil hinn mill-istandards Komunitarji jew li jżidu l-livell tal-ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta’ standards Komunitarji huma possibbli fil-qafas tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

(52)  Fejn il-linja jew is-servizz speċifiku jaqdu sistematikament (jiġifieri f’kull vjaġġ) lir-reġjun li għalih tapplika l-ogħla rata, din ir-rata tiġi applikata għall-infiq kollu eliġibbli. Fejn ir-reġjun li għalih tapplika l-ogħla rata jkun moqdi biss b’mod okkażjonali, din ir-rata tapplika biss għal parti mill-infiq eliġibbli allokata għall-qadi ta’ dak ir-reġjun.

(53)  Ara nota 26.

(54)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 1980, Kawża 730/79 Phillip Morris Holland v il-Kummissjoni [1980] Ġabra 2671, paragrafu 11.

(55)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69

(56)  L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tapplika, b’analoġija, ċerti kondizzjonijiet stabbiliti mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-metodogija għall-analiżi ta’ għajnuna mill-istat marbuta tal-istranded costs tas-26 ta’ Lulju 2001, SEC(2001) 1238.

(57)  Bla ħsara għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69, (KEE) Nru 1192/69 u (KEE) Nru 1107/70.

(58)  Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/14/KE.

(59)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2005, N 386/2004, Għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ merkanzija SNCF (ĠU C 172, 12.7.2005, p. 3).

(60)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA adottat Linji Gwida korrispondenti bid-Deċiżjoni Nru 329/99/COL tas-16 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 241, 26.10.2000, p. 1).

(61)  Il-punt 9 tal-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-istat għar-ristrutturazzjoni tal-istati: “Speċifikament, fil-prinċipju u indipendentement mid-daqs tagħha, impriża titqies li tinsab f’diffikultà għall-ħtiġijiet ta’ dawn il-linji gwida fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

a)

jekk hija kumpanija ta’ responsabbiltà limitata, meta aktar minn nofs il-kapital tagħha jkun sparixxa, b’aktar minn kwart tal-kapital mitluf matul l-aħħar tnax-il xahar”; jew

“b)

jekk hija kumpanija li fiha ċerti msieħba jkollhom talanqas responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija, meta aktar minn nofs il-fondi proprji, kif imniżżlin fil-kontijiet tal-kumpanija, ikunu sparixxew, b’aktar minn kwart tal-fondi mitlufin matul l-aħħar tnax-il xahar”; jew

“c)

għal kull forma ta’ impriża, meta tkun laħqet, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-kundizzjonijiet ta’ sottomissjoni għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza”.

(62)  Ara b’mod partikolari punti 33 sa 36 tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat għar-ristrutturazzjoni.

(63)  Ara b’mod partikolari taqsima 3.2 tal-linji gwida ta’ ristrutturazzjoni.

(64)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ottubru 1978, Kawża 156/77 il-Kummissjoni v Belġju [1978] Ġabra 1881, paragrafu 10.

(65)  Ibidem.

(66)  Dan il-perjodu jittawwal sa 10 snin għall-miżuri li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 15(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51); Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100). Ara partikolarment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ April 2008, NN 46/B/2006 — Is-Slovakkja — Eżenzjonijiet u tnaqqis tat-taxxa tas-sisa provduta mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (settur tat-trasport), li għadha ma ġietx ippubblikata. Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE mhix inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE peress li tikkonċerna armonizzazzjoni tat-taxxa li hija barra l-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.

(67)  Fdan ir-rigward it-tielet paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, (ĠU L 187, 20.7.1999 p. 42, inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2002 tal-1 ta’ Frar 2002, (ĠU L 88, 4.4.2002, p. 9 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 4.4.2002, p. 6), kif emendata mid-Direttiva 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344) inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 10.4.2008, p. 1), jistabbilixxi li “Mhux iktar tard mill-10 ta’ Ġunju 2008 il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat l-għażliet kollha, inklużi spejjeż marbuta mal-ambjent, mal-ħsejjes, mal-konġestjoni u mas-saħħa, għandha tippreżenta mudell applikabbli b’mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni tal-ħlasijiet għall-infrastruttura. Dan il-mudell għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni ta’ spejjeż esterni għall-modi kollha ta’ trasport u minn strateġija għal implimentazzjoni fi stadji tal-mudell għall-modi kollha ta’ trasport.” Fil-qafas tat-tfassil ta’ komunikazzjoni dwar l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-ilħiq ta’ dan il-għan, fis-16 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat manwal li jiġbor l-istudji mwettqa sal-lum dwar l-ispejjeż esterni tas-settur tat-trasport (http://ec.europa.eu/transport/costs/handbook/index_en.htm ). Dan il-manwal, imħejji flimkien ma’ istituti varji ta’ riċerki dwar it-trasport, jista’ jintuża fost l-oħrajn għad-determinazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppubblikat, fid-dokument COM(1998) 466, White Paper intitolata “Ħlasijiet ġusti għall-użu ta’ infrastrutturi — Metodu fi stadji għat-twaqqif ta’ qafas komuni fil-qasam tal-iffissar ta’ prezzijiet ta’ infrastrutturi ta’ trasport fl-UE” (Bullettin tal-UE — Suppliment 3/98).

(68)  L-Istati Membri tal-EFTA jistgħu jsibu indikazzjonijiet dwar il-metodi differenti ta’ valutazzjoni tal-ispejjeż esterni fl-Anness 2 tal-Green Paper tal-Kummissjoni “Lejn ħlas ġust u effikaċi fit-trasport — Għażliet fil-qasam ta’ assimilazzjoni tal-ispejjeż esterni tat-trasport fl-UE” (Bullettin tal-UE — Suppliment 2/96; Dokument COM(1995) 691 finali) u fl-istudju li l-Kummissjoni se tippreżenta sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Jannar 2008 (ara l-Artikolu 11 tad-Direttiva 1999/62/KE).

(69)  L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/14/KE.

(70)  Ara, b’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-interoperabiltà tas-sistema trans-Ewropea dwar ferroviji ta’ veloċità kbira (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6) inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/97 (ĠU L 242, 4.9.1997, p. 74 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 37, 4.9.1997, p. 74) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar l-interoperabiltà tas-sistema trans-Ewropea ferrovjarja konvenzjonali, (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1) inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2002 (ĠU L 110, 25.4.2002, p. 11 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 25.4.2002, p. 8). Iż-żewġ Direttivi kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 2007/32/KE (ĠU L 141, 25.6.2007, p. 63) kienu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/07 (ĠU L 124, 8.5.2008, p. 30 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 8.5.2008, p. 24).

(71)  Il-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli għandu jqis il-modulazzjonijiet potenzjali tal-ħlasijiet għall-użu tal-infrastruttura skont ir-rendiment tal-vetturi ferrovjarji (partikolarment f’dak li jirrigwarda l-istorbju).

(72)  Ara bħala eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Diċembru 2006, N 574/05, l-estensjoni tal-iskema eżistenti ta’ għajnuna N 335/03 — L-Italja — Friuli-Venezia-Giulia — Għajnuna għat-twaqqif ta’ awtorotot ferrovjarji (ĠU C 133, 15.6.2007, p. 6); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006, N 427/2006 — Ir-Renju Unit — Rail Environmental Benefit Procurement Scheme (REPS) (ĠU C 283, 21.11.2006, p. 10).

(73)  L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II ), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1) inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 70/07 tad-29 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p 54 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 56, 22.11.2007, p.8) jipprovdi fl-Anness 1 tiegħu li l-assistenza finanzjarja tal-Komunità lill-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali hija limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni u li seħħew b’riżultat ta’ l-azzjoni. F’dawn il-linji gwida, għal dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuniet mill-Istat għall-koordinament tat-trasport il-kriterju huwa ta’ 30 % tan-nefqa totali tat-trasport ferrovjarju.

(74)  Ara bħala eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2006, N 552/06, id-Danimarka, l-estensjoni ta’ skema ta’ għajnuna ambjentali għat-trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija (ĠU C 133, 15.6.2007, p. 5) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006, N 427/2006 — Ir-Renju Unit — Rail Environmental Benefit Procurement Scheme (REPS), op. cit.

(75)  Dan jista’ jkun il-każ tal-miżuri favur l-interoperabbiltà fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport kif iddefinit l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1) inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/06 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 245, 7.9.2006, p. 9 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 44, 7.9.2006, p. 8).

(76)  F’dak li jirrigwarda l-miżuri ta’ l-Artikolu 15(1)(e) tad-Direttiva 2003/96/KE, impatt fuq il-prezz tat-trasport jista’ jitqies ovvju, għajr jekk ikun hemm prova bil-kontra. Ara partikolarment id-Deċizjoni tal-Kummussjoni tat-2 ta’ April 2008, NN 46/B/2006 — is-Slovakkja — Eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa u tnaqqis stabbilit fid-Direttiva 2003/96/KE tal-Kunsill, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(77)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007, N 780/06 — l-Olanda — Onderzoek en onttwikkeling composiet scheepsconstructie en multi-purpose laadruim; il-proġett “CompoCaNord” (ĠU C 227, 27.9.2007, p. 5); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2006, N 556/2005 — L-Olanda — Environmental protection and innovation in public transport in the province of Gelderland (ĠU C 207, 30.8.2006); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2005, N 63/2005 — Ir-Repubblika Ċeka — Programm għall-ekonomiji tal-enerġija u użu ta’ fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport (ĠU C 83, 6.4.2006).

(78)  L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA adottat Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-istat għal riċerka u żvilupp u innovazzjoni mid-Deċiżjoni 14/07/COL tas-7 ta’ Frar 2007 (ĠU L 305, 19.11.2009, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 60, 19.11.2009, p. 1. Linji Gwida aġġornati huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fi: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/). Ara l-linji gwida Komunitarji korrispondenti (ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1).

(79)  Ibidem, punt 2.1.

(80)  L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA adottat Linji Gwida dwar Garanziji mill-istat mid-Deċiżjoni 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Ara l-linji gwida Komunitarji korrispondenti (ĠU C 155, 20.6.2008, p.10).

(81)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/145/KE tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuniet tal-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u lis-settur tal-industriji ta’ l-elettriku u l-gass, ĠU L 49, 22.2.2005, p. 9; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007, E 12/2005 Polonja, Garanzija illimitata mogħtija lil Poczta Polska (ĠU C 284, 27.11.2007, p. 2); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2002, E 10/2000 Ġermanja Garanzija mill-Istat favur stabbilimenti pubbliċi ta’ kreditu (ĠU C 150, 22.6.2002, p. 7); id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-Sorveljanza tal-EFTA tal-15 ta’ Lulju 2005, 177/05/COL Garanzija mill-Istat favur Liechtensteinische Landesbank (ĠU C 310, 8.12.2005, p. 17 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 62, 8.12.2005, p. 1).

(82)  Ibidem.


ANNESS IV

IRKUPRU TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT ILLEGALI U INKOMPATIBBLI  (1)

1.   INTRODUZJONI

1.

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) hija ppreparata li tieħu pożizzjoni soda kontra l-għajnuna illegali. Skont il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll 3”) (2) l-Awtorità sistematikament ordnat lill-Istati tal-EFTA biex jirkupraw kwalunkwe għajnuna illegali misjuba inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”), sakemm ma kkunsidratx li dan imur kontra prinċipju ġenerali tal-liġi taż-ŻEE. L-Awtorità adottat 6 deċiżjonijiet ta’ rkupru minn dawn.

2.

Huwa essenzjali għall-integrità tas-sistema tal-Għajnuna mill-Istat li dawn id-deċiżjonijiet li jorndaw lill-Istati tal-EFTA biex jirkupraw għajnuna illegali mill-Istat (minn hawn ’il quddiem imsejħa “deċiżjonijiet ta’ rkupru”) jiġu infurzati b'mod effettiv u immedjat. L-esperjenza tal-Awtorità fis-snin riċenti turi li hemm raġuni għal tħassib reali f'dan ir-rigiward. It-Tabella tal-Għajnuna mill-Istat għall-Istati tal-EFTA ppreżentata fil-ħarifa tal-2008 (3) turi wkoll li minn 6 deċiżjonijiet ta’ rkupru adottati mill-Awtorità, waħda biss kienet implimentata kompletament mill-Istat tal-EFTA kkonċernat (4).

3.

Fl-2004, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) ordnat studju komparattiv dwar l-infurzar tal-politika tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE fi Stati Membri differenti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Istudju dwar l-Infurzar”) (5). Wieħed mill-għanijiet tal-istudju kien li tiġi evalwata l-effettività tal-proċeduri u prattiċi ta’ rkupru f'għadd ta’ Stati Membri. L-awturi tal-Istudju sabu li t-tul eċċessiv tal-proċeduri ta’ rkupru hija tema rikorrenti fir-rapporti tal-pajjiżi kollha.

4.

Fuq bażi tal-esperjenza tagħha, l-Awtorità nnotat li l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli jaffaċċja wkoll numru ta’ ostakli fl-Istati tal-EFTA. Proċeduri ta’ rkupru, li għalihom huma applikabbli dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, huma partikolarment twal, u, fil-prattika, l-irkupru ma kienx imwettaq sa l-iskadenza stabbilita fi kwalunkwe mid-deċiżjonijiet ta’ rkupru tal-Awtorità. Għalhekk, l-Awtorità tixtieq tenfasizza l-ħtieġa għal infurzar effettiv ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru. Huwa ċar li l-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet hija responsabbiltà konġunta tal-Awtorità u l-Istati tal-EFTA, u għandha teħtieġ sforzi konsiderevoli mit-tnejn li huma sabiex tirnexxi.

5.

L-għan ta’ dan il-Kapitolu huwa li tiġi spjegata l-politika tal-Awtorità biex ikunu implimentati d-deċiżjonijiet ta’ rkupru. Mhijiex ser teżamina l-konsegwenzi li l-qrati nazzjonali jistgħu jiġbdu fil-każ li ma jiġux irrispettati n-notifika u l-obbligu ta’ waqfien tal-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3. L-Awtorità tikkunsidra li hemm ħtieġa li jiġu ċċarati l-miżuri li beħsiebha tieħu biex tiffaċilita t-twettiq tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru u biex tistipula azzjonijiet li jistgħu jieħdu l-Istati tal-EFTA biex jassiguraw li jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti mill-korp tal-ligi taż-ŻEE u, b'mod partikolari, l-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti tal-EFTA. Għal dan il-għan, dan il-kapitolu l-ewwelnett għandu jfakkar l-għan tal-irkupru u l-prinċipji bażiċi tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru. Imbagħad ser tippreżenta l-implikazzjonijiet prattiċi ta’ dawn il-prinċipji bażiċi għal kull wieħed mill-atturi involuti fil-proċess ta’ rkupru.

2.   IL-PRINĊIPJI TAL-POLITIKA TA’ RKUPRU

2.1.   Storja qasira tal-politika ta’ rkupru

6.

L-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 jiddikjara li “l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun infurmata fi żmien xieraq biex tkun tista' tissottometti l-kummenti tagħha, dwar xi pjanijiet biex tagħti jew tbiddel l-għajnuna. […] L-Istat ikkonċernat m'għandux iqiegħed il-miżuri proposti tiegħu fis-seħħ sakemm din il-proċedura tirriżulta f'deċiżjoni finali.”

7.

F'każijiet fejn l-Istat tal-EFTA ma jinnotifikax lill-Awtorità bil-pjanijiet tiegħu għall-għoti jew tibdil tal-għajnuna qabel ma din l-għajnuna tidħol fis-seħħ, l-għajnuna tkun kontra l-liġi taż-ŻEEa miż-żmien meta tkun ingħatat.

8.

Fis-sentenza Kohlegesetz tagħha (6) tal-1973, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejħa ECJ) ikkonfermat għall-ewwel darba li l-Kummissjoni kellha l-poter li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. Il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet kompetenti biex tiddeċiedi li Stat Membru għandu jibdel jew jabolixxi għajnuna mill-Istat li kienet inkompatibbli mas-suq komuni. Għandha għaldaqstant tkun ukoll intitolata li teżiġi ħlas lura ta’ din l-għajnuna (7).

9.

Fl-2001, il-Protokoll 3 kien emendat permezz fost l'oħrajn taż-żieda ta’ Part II li fost l-oħrajn tinkludi regoli bażiċi dwar l-irkupru (8). Dispożizzjonijiet ulterjuri ta’ implimentazzjoni dwar l-irkupru kienu inklużi fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004, kif emendata (9).

10.

L-Artikolu 14(1) fil-Parti II tal-Protokoll 3 jikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-ECJ (10) u jistabbilixxi obbligu għall-Awtorità li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli sakemm dan ma jkunx kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. Dan l-artikolu jipprovdi wkoll li l-Istat tal-EFTA kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirkupra l-għajnuna illegali li tinstab li hija inkompatibbli. L-Artikolu 14(2) jistabbilixxi li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata, inklużi l-interessi mid-data meta l-għajnuna illegali kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data effettiva tal-irkupru tagħha. Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL telabora l-metodi li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-interessi ta’ rkupru. Fl-aħħarnett, l-Artikolu 14(3) jiddikjara li “[…] l-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien u skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat tal-EFTA kkonċernat, sakemm dan iħalli li jsir twettiq immedjat u effettiv tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA. […]”.

11.

F'għadd ta’ sentenzi reċenti, l-ECJ kompliet tiċċara l-ambitu u l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 (li jikkorrispondi għall-Artikolu 14(3) fil-Parti II tal-Protokoll 3), u b'hekk enfasizzat il-ħtieġa għat-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru (11). Barra minn hekk, l-Awtorità bdiet ukoll tapplika l-ġurisprudenza Deggendorf  (12) b'mod sistematiku. Din il-ġurisprudenza tippermetti lill-Awtorità, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, li tordna lill-Istati tal-EFTA jissospendu l-ħlas ta’ għajnuna ġdida kompatibbli lil kumpanija sakemm dik il-kumpanija tħallas lura għajnuna antika illegali u inkompatibbli li hija suġġetta għal deċiżjoni ta’ rkupru.

2.2.   L-għan u l-prinċipji tal-politika ta’ rkupru

2.2.1.   L-għan tal-irkupru

12.

L-ECJ iddikjarat f'diversi okkażjonijiet li l-għan tal-ikrupru huwa biex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tal-għajnuna. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li jinżamm il-livell uniformi fis-suq intern. F'dan il-kuntest, l-ECJ enfasizzat li l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mhijiex penalità (13), imma hija l-konsegwenza loġika tas-sejba li hija illegali (14) Ma jistax għalhekk jitqies bħala sproporzjonat għall-għanijiet tat-Trattat tal-KE rigward l-għajnuna mill-Istat (15).

13.

Skont l-ECJ, l-“istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel, jinkiseb meta l-għajnuna illegali u inkompatibbli titħallas lura minn min irċeviha li b'hekk jitlef il-vantaġġ li kellu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u s-sitwazzjoni kif kienet qabel l-għoti tal-għajnuna terġa' għal li kienet” (16) Biex jiġu eliminati l-vantaġġi finanzjarji kollha relatati mal-għajnuna illegali, l-interessi jridu jiġu rkuprati fuq is-somom li ngħataw illegalment. Dan l-interess irid ikun ekwivalenti għall-vantaġġ finanzjarju li joħroġ mid-disponibilità tal-fondi in kwistjoni, mingħajr ħlas, matul perjodu stabbilit (17).

14.

Barra minn hekk, l-ECJ insistiet li biex deċiżjoni ta’ rkupru tiġi eżegwita kollha kemm hi, l-azzjonijiet tal-Istat Membru għandhom jipproduċu effetti konkreti rigward l-irkupru (18) u li l-irkupru għandu jkun immedjat (19). Biex l-irkupru jilħaq l-għan tiegħu, huwa essenzjali li l-ħlas lura tal-għajnuna jseħħ mingħajr dewmien.

2.2.2.   L-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli u l-eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu

15.

L-Artikolu 14(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jispeċifika li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta’ għajnuna illegali, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddeċiedi li l-Istat tal-EFTA kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”.

16.

Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 jimponu żewġ limiti fuq il-poter tal-Awtorità li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli. L-Artikolu 14(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jipprovdi li l-Awtorità m'għandhiex tirrikjedi l-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. Il-prinċipji ġenerali tal-liġi invokati l-aktar f'dan il-kuntest huma l-prinċipji tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittima (20) u taċ-ċertezza legali. (21) Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ECJ tat interpretazzjoni restrittiva ħafna ta’ dawn il-prinċipji fil-kuntest tal-irkupru. L-Artikolu 15 tal-Parti II tal-Protokoll 3 jiddikjara li l-poteri tal-Awtorità li tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għall-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 10 snin (l-hekk imsejjaħ “perjodu ta’ preskrizzjoni”). Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna f'forma ta’ skema ta’ għajnuna. Kull azzjoni meħuda mill-Awtorità jew mill-Kummissjoni (22) jew minn Stat tal-EFTA li jaġixxi fuq talba tal-Awtoritài, dwar l-għajnuna illegali, għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni.

17.

L-Istat tal-EFTA li lilu tkun indirizzata deċiżjoni ta’ rkupru huwa obbligat li jeżegwixxi din id-deċiżjoni (23). L-ECJ irrikonoxxiet eċċezzjoni waħda biss għal dan l-obbligu għal Stat Membru biex jimplimenta deċiżjoni ta’ rkupru indirizzata lilu, jiġifieri l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jagħmluha assolutament impossibbli għall-Istat Membru li jeżegwixxi d-deċiżjoni kif suppost (24).

18.

Skont l-ECJ, l-impossibilità assoluta tista' madankollu ma tkunx sempliċement supposta. L-Istat Membru kkonċernat għandu juri li pprova, in bona fede, jirkupra l-għajnuna illegali u għandu jikkoopera mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tat-Trattat tal-KE, sabiex jegħleb id-diffikultajiet li jaffaċċja (25).

19.

Eżami tal-ġurisprudenza juri li l-ECJ interpretat il-kunċett ta’ “impossibilità assoluta” b'mod restrittiv ħafna. Il-Qorti kkonfermat f'għadd ta’ okkażjonijiet li Stat Membru ma jistax jeċċepixxi rekwiżiti tal-liġi nazzjonali tiegħu, bħal ma huma r-regoli nazzjonali ta’ preskrizzjoni (26) jew in-nuqqas ta’ titolu ta’ rkupru skont il-liġi nazzjonali (27), biex jiġġustifika l-falliment tiegħu li jikkonforma mad-deċiżjoni ta’ rkupru (28). Bl-istess mod, l-ECJ ddeċidiet li l-obbligu ta’ rkupru mhuwiex effettwat minn ċirkostanzi marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-benefiċjarju. Hija ċċarat li l-fatt li kumpanija tkun f'diffikultajiet finanzjarji mhuwiex prova li l-irkupru huwa impossibbli (29) F'ċirkostanzi bħal dawn, il-Qorti enfasizzat li n-nuqqas totali ta’ xi assi li jistgħu jiġu rkuprati huwa l-uniku mod li għandu Stat Membru li juri l-impossibilità assoluta li jirkupra l-għajnuna (30). F'għadd ta’ każijiet, l-Istat Membru argumenta li ma setax jeżegwixxi d-deċiżjoni ta’ rkupru, minħabba d-diffikultajiet amministrattivi jew tekniċi involuti (per eżempju l-għadd kbir ħafna ta’ benefiċjarji involuti). Il-Qorti konsistentement irrifjutat li taċċetta li diffikultajiet bħal dawn jikkostitwixxu impossibilità assoluta ta’ rkupru (31). Fl-aħħarnett, il-biża' ta’ diffikultajiet interni li ma jistgħux jintgħelbu ma tistax tiġġustifika falliment minn Stat Membru li jonora l-obbligi tiegħu skont il-liġi Komunitarja (32).

2.2.3.   L-użu ta’ proċeduri nazzjonali u l-ħtieġa ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva

20.

L-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jispeċifika li “l-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien u skont il-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat tal-EFTA kkonċernat, sakemm jippermettu għall-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA”.

21.

Jekk l-Istati tal-EFTA huma liberi li jagħżlu, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, il-mezzi li bihom jimplimentaw deċiżjonijiet ta’ rkupru, il-miżuri magħżula għandhom jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjoni ta’ rkupru. Jeħtieġ għalhekk li l-miżuri nazzjonali meħuda mill-Istati tal-EFTA jwasslu għall-eżekuzzjoni effettiva u immedjata tad-deċiżjoni tal-Awtorità.

22.

Fis-sentenza tagħha dwar l-Olympic Airways  (33), l-ECJ enfasizzat li l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħuda mill-Istat Membru għandhom ikunu effettivi u jipproduċu riżultat konkret f'dak li jirrigwarda l-irkupru. L-azzjonijiet meħuda mill-Istat għandhom iwasslu biex isir l-irkupru tal-ammonti ta’ flus li għandu jagħti l-benefiċjarju. Fis-sentenza riċenti tagħha Scott  (34), l-ECJ ikkonfermat dik il-linja u enfasizzat li proċeduri nazzjonali li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament Proċedurali (li jikkorrispondi għall-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3) għandhom jitħallew mhux applikati, b'mod partikolari, l-argument tal-Istat Membru li kien ħa l-passi kollha disponibbli fis-sistema nazzjonali tiegħu u insistiet li dawn il-miżuri għandhom iwasslu wkoll biex ikun hemm riżultat konkret f'dak li jirrigwarda l-irkupru, u dan, fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

23.

L-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jirrikjedi li d-deċiżjonijiet ta’ rkupru jiġu implimentati b'mod li huwa kemm effettiv kif ukoll immedjat. Fil-kawża Scott, l-ECJ enfasizzat l-importanza tad-dimensjoni taż-żmien fil-proċess ta’ rkupru. Il-Qorti speċifikat li l-applikazzjoni ta’ proċeduri nazzjonali m'għandhiex timpedixxi li terġa' tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva billi twaqqaf it-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Proċeduri nazzjonali, li jżommu milli terġa' tiġi stabbilita b'mod immedjat is-sitwazzjoni ta’ qabel u li jtawlu l-vantaġġ mill-kompetizzjoni inġusta minħabba għajnuna illegali u inkompatibbli, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3.

24.

F'dan il-kuntest, huwa importanti li jitfakkar li azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni ta’ rkupru skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti) m'għandhiex effett ta’ sospensjoni. Fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ dan it-tip, il-benefiċjarju tal-għajnuna jista' madankollu japplika għas-sospensjoni tat-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Applikazzjonijiet għas-sospensjoni, għandhom jiddikjaraw iċ-ċirkostanzi li jagħtu lok għall-urġenza u għandhom jinkludu eċċezzjonijiet ta’ fatti u liġi li jistabbilixxu każ prima facie għall-miżuri provviżorji li hemm applikazzjoni għalihom (35). Il-Qorti tal-EFTA tista' imbagħad, jekk tikkunsidra li ċ-ċirkostanzi jirrikjedu hekk, tordna li l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tiġi sospiża.

2.2.4.   Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali

25.

L-Artikolu 3 taż-ŻEE jobbliga lill-Istati tal-EFTA biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-ħidmiet taż-ŻEE u jimponi doveri reċiproki ta’ kooperazzjoni fuq l-istituzzjonijiet taż-ŻEE u l-Istati tal-EFTA, biex jinkisbu l-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE.

26.

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru, l-Awtorità u l-awtoritajiet tal-Istati tal-EFTA għandhom għalhekk jikkooperaw biex jiksbu l-għan li jerġgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq intern.

27.

Jekk Stat tal-EFTA jiltaqa’ ma’ diffikultajiet mhux previsti jew mhux prevedibbli fit-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru fil-limitu ta’ żmien stabbilit jew jara li hemm konsegwenzi li tħallew barra mill-Awtorità, għandu jissottometti dawk il-problemi għall-konsiderazzjoni tal-Awtorità, flimkien ma’ proposti għal emendi xierqa (36). F'każ bħal dan, l-Awtorità u l-Istat tal-EFTA kkonċernat għandhom jaħdmu flimkien in bona fede biex jegħlbu d-diffikultajiet filwaqt li josservaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE (37). Bl-istess mod il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jeħtieġ li l-Istati tal-EFTA jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li tippermettilha tistabbilixxi li l-mezzi magħżula jikkostitwixxu implimentazzjoni emendata tad-deċiżjoni (38)

28.

Li l-Awtorità tiġi nfurmata bid-diffikultajiet tekniċi u legali involvuti fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru madankollu ma jeħlisx lill-Istati tal-EFTA mid-dover li jieħdu l-passi possibbli kollha meħtieġa biex jirkupraw l-għajnuna mill-impriża in kwistjoni u li jipproponu lill-Awtorità kull arranġament xieraq biex id-deċiżjoni tkun implimentata (39).

3.   L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ RKUPRU

29.

Kemm l-Awtorità kif ukoll l-Istati tal-EFTA għandhom rwol essenzjali fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru u jistgħu jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tal-politika ta’ rkupru.

3.1.   Ir-rwol tal-Awtorità

30.

Id-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità timponi obbligu ta’ rkupru fuq l-Istat tal-EFTA kkonċernat. Tobbliga lill-Istat tal-EFTA kkonċernat biex jirkupra ċertu ammont ta’ għajnuna minn benefiċjarju jew numru ta’ benefiċjarji f'perjodu ta’ żmien stabbilit. L-esperjenza turi li l-ħeffa li biha deċiżjoni ta’ rkupru titwettaq hija effettwata bil-grad ta’ preċiżjoni jew il-kompletezza ta’ dik id-deċiżjoni. L-Awtorità għalhekk ser tkompli bl-isforzi tagħha biex tassigura li deċiżjonijiet ta’ rkupru jipprovdu indikazzjoni ċara tal-ammont(i) ta’ għajnuna li trid tkun irkuprata, l-impriża(i) li għandhom jagħtu u li fih għandu jseħħ l-irkupru.

L-identifikazzjoni tal-impriżi li għandha tinġabar l-għajnuna minn għandhom

31.

L-għajnuna illegali u inkompatibbli għandha tiġi rkuprata mill-impriżi li effettivament bbenefikaw minnha (40). L-Awtorità għandha tkompli bil-prassi attwali tagħha li tidentifika fid-deċiżjonijiet tagħha ta’ rkupru, fejn possibbli, l-identità tal-impriża(i) li mingħandha(hom) għandha tiġi rkuprata l-għajnuna. Jekk, fl-istadju tal-implimentazzjoni, jidher li l-għajnuna ġiet trasferita lil entitajiet oħra, l-Istat tal-EFTA jista' jkollu jestendi l-irkupru biex ikopri l-benefiċjarji effettivi kollha biex jassigura li l-obbligu ta’ rkupru ma jinkisirx.

32.

L-ECJ tat xi gwida dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jinżammu biex l-obbligu ta’ rkupru jiġi estiż għall-kumpaniji oħra minbarra l-benefiċjarju oriġinali li rċieva l-għajnuna illegali u inkompatibbli. Skont l-ECJ, trasferiment ta’ vantaġġ indebitu jista' jsir meta l-assi tal-benefiċjarju oriġinali jiġu trasferiti lil terzi bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq kultant lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex jiġi evitat l-ordni ta’ rkupru. (41) Skont dik il-ġurisprudenza, l-Awtorità tista' turi li l-assi inbiegħu bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq, speċjalment lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex jiġi evitat l-ordni ta’ rkupru, f'liema każ l-ordni ta’ rkupru tista' tiġi estiża lil dik it-terza persuna. Każijiet tipiċi ta’ ċirkumvenzjoni huma każijiet fejn it-trasferiment ma jirriflettix xi loġika ekonomika għajr l-invalidazzjoni tal-ordni ta’ rkupru (42).

33.

Rigward it-trasferiment ta’ ishma ta’ kumpanija li għandha tħallas lura għajnuna illegali u inkompatibbli (negozju ta’ ishma), l-ECJ iddeċidiet (43) li l-bejgħ ta’ ishma f'kumpanija bħal din lil terzi persuni ma jaffettwax l-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna (44). Meta jista' jiġi stabbilit li x-xerrej tal-ishma ħallas il-prezz tas-suq għall-ishma ta’ dik il-kumpanija, ma jistax jitqies li bbenefika minn vantaġġ li jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (45).

34.

Meta tadotta deċiżjoni ta’ rkupru dwar skemi ta’ għajnuna, l-Awtorità normalment ma tkunx f'pożizzjoni li tidentifika, fid-deċiżjoni nfisha, l-impriżi kollha li rċevew għajnuna illegali u inkompatibbli. Dan għandu jsir fil-bidu tal-proċess ta’ implimentazzjoni mill-Istat tal-EFTA kkonċernat, li għandu jeżamina s-sitwazzjoni individwali ta’ kull impriża kkonċernata (46).

Deċiżjoni dwar l-ammont li għandu jkun irkuprat

35.

L-għan tal-irkupru jintlaħaq “meta l-għajnuna in kwistjoni, flimkien fejn xieraq mal-interessi, titħallas lura minn min irċeviha jew, fi kliem ieħor, mill-impriżi li bbenefikaw minnha. Bil-ħlas lura tal-għajnuna, min irċeviha jitlef il-vantaġġ li gawda minnu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa' għal dak li kienet is-sitwazzjoni qabel il-ħlas tal-għajnuna” (47).

36.

Kif għamlet fil-passat, l-Awtorità għandha tidentifika b'mod ċar il-miżuri ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli li huma soġġetti għall-irkupru fid-deċiżjonijiet tagħha ta’ rkupru. Meta jkollha d-dejta neċessarja għad-dispozizzjoni tagħha, l-Awtorità għandha tipprova wkoll tikkwantifika l-ammont preċiż ta’ għajnuna li trid titħallas lura. Jidher ċar, madankollu, li l-Awtorità ma tistax u mhijiex legalment obbligata li tiffissa l-ammont eżatt li għandu jitħallas lura. Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Awtorità tinkludi informazzjoni li tippermetti lill-Istat tal-EFTA jiddetermina l-ammont, mingħajr wisq diffikultà (48).

37.

Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, l-Awtorità ma tistax tikkwantifika l-ammont ta’ għajnuna inkompatibbli li għandha titħallas lura minn kull benefiċjarju. Dan ikun jeħtieġ analiżi dettaljata minn kull Stat tal-EFTA tal-għajnuna mogħtija f'kull każ individwali fuq il-bażi tal-iskema in kwistjoni. L-Awtorità għalhekk tindika fid-deċiżjoni tagħha li l-Istati tal-EFTA għandhom jirkupraw l-għajnuna kollha, sakemm din ma ngħatatx lill-proġett speċifiku, li, fi żmien l-għotja, issodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ eżenzjoni tar-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet skont il-kategoriji jew fi skema ta’ għajnuna approvata mill-Awtorità.

38.

Skont l-Artikolu 14(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi l-interessi f'livell xieraq li għandu jiġi ffissat mill-Awtorità. L-imgħax għandu jitħallas mid-data meta l-għajnuna illegali kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data meta tinġabar lura (49). Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tistabbilixxi li r-rata ta’ interessi għandha tapplika fuq bażi komposta sad-data tal-irkupru tal-għajnuna. (50).

Skeda għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni

39.

Fil-passat, id-deċiżjonijiet ta’ rkupru tal-Kummissjoni kienu jispeċifikaw terminu wieħed ta’ xahrejn, li fih l-Istat Membru kkonċernat kellu jikkomunika lill-Kummissjoni, il-miżuri li kien ħa biex jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni meħuda. L-ECJ irrikonoxxiet li dan it-terminu għandu jitqies ukoll bħala t-terminu għat-twettiq tad-deċiżjoni nfisha (51).

40.

L-ECJ ikkonkludiet ukoll li l-kuntatti u n-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, fil-kuntest tat-twettiq tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ma setgħux iħollu lill-Istat Membru mid-dover li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iwettaq id-deċiżjoni fit-terminu preskritt (52).

41.

L-Awtorità tagħraf li, fil-maġġoranzja tal-każijiet, it-terminu ta’ xahrejn għat-twettiq tad-deċiżjonijiet tagħha huwa qasir wisq. Għaldaqstant, hija ddeċidiet li testendi t-terminu għat-twettiq ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru għal erba’ xhur. Minn issa 'l quddiem, l-Awtorità għandha tispeċifika żewġ termini għad-deċiżjonijiet tagħha:

terminu inizjali ta’ xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni, li matulu l-Istat tal-EFTA għandu jinforma lill-Awtorità bil-miżuri ppjanati jew meħuda;

it-tieni terminu ta’ erba’ xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni, li matulu d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun twettqet.

42.

Jekk Stat tal-EFTA jiltaqa’ ma’ diffikultajiet serji li jżommuh milli jirrispetta xi wieħed minn dawn l-iskadenzi, huwa għandu jinforma lill-Awtorità b'dawn id-diffikultajiet, u jagħti ġustifikazzjoni xierqa. L-Awtorità tista' f'dak il-każ ittawwal l-iskadenza skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali (53).

3.2.   Ir-rwol tal-Istati tal-EFTA: l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru

3.2.1.   Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru?

43.

L-Istat tal-EFTA huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru. L-Artikolu 14(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3 jipprovdi li l-Istat tal-EFTA kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.

44.

F'dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li l-ECJ fakkret f'diversi okkażjonijiet li deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru torbot lill-organi kollha ta’ dak l-Istat, inklużi l-qrati ta’ dak l-Istat (54). Dan jimplika li kull organu tal-Istat tal-EFTA involut fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura l-applikazzjoni immedjata u effettiva ta’ deċiżjoni bħal din.

45.

Il-liġi taż-ŻEE ma tispeċifikax liema organu tal-Istat EFTA għandu jkun inkarigat mill-implimentazzjoni prattika tad-deċiżjoni ta’ rkupru. Hija s-sistema legali nazzjonali ta’ kull Stat tal-EFTA li għandha taħtar l-entitajiet li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru. Ġeneralment, l-għażla fl-Istati tal-EFTA kienet li jaħtru korp uniku ċentrali (per eżempju Ministeru) li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-proċess ta’ rkupru u li huwa f'kuntatt kostanti mal-Awtorità (55).

3.2.2.   L-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ rkupru

46.

L-Artikolu 14(3) tal-Protokoll 3 jobbliga lill-Istati tal-EFTA biex jibdew il-proċeduri ta’ rkupru mingħajr dewmien. Kif imsemmi fit-taqsima 3.1 hawn fuq, id-deċiżjoni ta’ rkupru għandha tispeċifika t-terminu li fih l-Istat tal-EFTA għandu jissottometti informazzjoni preċiża dwar il-miżuri li ħa u li ppjana biex iwettaq id-deċiżjoni. B'mod partikolari, l-Istat tal-EFTA jkun meħtieġ jipprovdi informazzjoni sħiħa dwar l-identità tal-benefiċjarji tal-għajnuna illegali u inkompatibbli, l-ammont ta’ għajnuna involuta u l-proċedura nazzjonali applikata biex jinkiseb l-irkupru. Barra minn hekk, l-Istat tal-EFTA jkun meħtieġ jipprovdi dokumentazzjoni li turi li nnotifika lill-benefiċjarju bl-obbligu tiegħu li jħallas lura l-għajnuna li rċieva.

L-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna u l-ammont li jrid jitħallas lura

47.

Id-deċiżjoni ta’ rkupru ma jkunx dejjem fiha informazzjoni sħiħa dwar l-identità tal-benefiċjarji, u lanqas fuq l-ammonti ta’ għajnuna li jridu jitħallsu lura. F'każijiet bħal dawn, l-Istat tal-EFTA għandu jidentifika mingħajr dewmien l-impriżi kkonċernati bid-deċiżjoni u jikkwantifika l-ammont preċiż tal-għajnuna li jrid jitħallas lura minn kull wieħed minnhom.

48.

Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, l-Istat tal-EFTA jkun meħtieġ jagħmel analiżi dettaljata ta’ kull għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi tal-iskema kkonċernata. Biex jikkwantifika l-ammont preċiż tal-għajnuna li għandha tkun irkuprata minn kull benefiċjarju individwali, ikun irid jiddetermina safejn l-għajnuna tkun ingħatat għal proġett speċifiku, li, meta ssir l-għotja, kien jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fir-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet skont il-kategorija jew fl-iskema ta’ għajnuna approvata mill-Awtorità. F'każijiet bħal dawn, l-Istat tal-EFTA jista' japplika wkoll il-kriterji sostantivi de minimis applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna illegali u inkompatibbli li tkun is-suġġett tad-deċiżjoni ta’ rkupru.

49.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu l-inċidenza tas-sistema tat-taxxa biex jiddeterminaw l-ammont li jrid jitħallas lura. Meta benefiċjarju ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli jkun ħallas it-taxxa fuq l-għajnuna li rċieva, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, skont ir-regoli nazzjonali tagħhom tat-taxxa, iqisu l-ammont tat-taxxa mħallsa qabel billi jirkupraw biss l-ammont nett li l-benefiċjarju jkun irċieva (56). F'każijiet bħal dawn, il-Awtorità tqis li l-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġ li jassiguraw li l-benefiċjarju ma jkunx jista' jgawdi minn tnaqqis ieħor mit-taxxa billi jiddikjara li l-ħlas lura naqqas id-dħul taxxabbli tiegħu, peress li dan ikun ifisser li l-ammont nett ta’ l-irkupru jkun inqas mill-ammont nett li jkun inizjalment irċieva.

Il-proċedura ta’ rkupru applikabbli

50.

Il-liġi taż-ŻEE ma tispeċifikax liema proċedura li l-Istat tal-EFTA għandu japplika biex iwettaq deċiżjoni ta’ rkupru. Madankollu, l-Istati tal-EFTA għandhom ikunu jafu li l-għażla u l-applikazzjoni ta’ proċedura nazzjonali hija soġġetta għall-kundizzjoni li proċedura bħal din tippermetti għat-twettiq immedjat u effettiv tad-deċiżjoni tal-Awtorità. Dan jimplika li l-awtoritajiet responsabbli għandhom jikkunsidraw sew il-firxa sħiħa ta’ strumenti ta’ rkupru disponibbli fil-liġi nazzjonali u jagħżlu l-proċedura li l-aktar tista' twassal għat-twettiq immedjat tad-deċiżjoni. Għandhom jużaw proċeduri rapidi fejn possibbli skont il-liġi nazzjonali. Skont il-prinċipju ta’ ekwivalenza u effettività, dawn il-proċeduri m'għandhomx ikunu anqas vantaġġużi minn dawk li jmexxu azzjonijiet domestiċi simili, u m'għandhomx jagħmluha prattikament impossibbli jew diffiċli wisq li jiġu eżerċitati d-drittijiet mogħtija mil-liġi taż-ŻEE (57).

51.

B'mod aktar ġenerali, l-Istati tal-EFTA m'għandhom ikunu jistgħu jagħmlu ebda ostakolu biex titwettaq deċiżjoni ta’ rkupru (58). Għalhekk, l-awtoritajiet ta’ Stat tal-EFTA huma obbligati li jwarrbu kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali, li tista' tfixkel it-twettiq immedjat tad-deċiżjoni ta’ rkupru (59).

In-notifika u l-infurzar ta’ ordnijiet ta’ rkupru

52.

Meta jkunu ġew determinati l-benefiċjarju, l-ammont li jrid jitħallas lura u l-proċedura applikabbli, l-ordnijiet ta’ rkupru għandhom jintbagħtu lill-benefiċjarji tal-għajnuna illegali u inkompatibbli mingħajr dewmien u fit-terminu preskritt mid-deċiżjoni tal-Awtorità. L-awtoritajiet responsabbli li jwettqu l-irkupru għandhom jassiguraw li dawn l-ordnijiet ta’ rkupru jiġu infurzati u li l-irkupru jitlesta fit-terminu speċifikat fid-deċiżjoni. Meta benefiċjarju ma jonorax l-ordni ta’ rkupru, l-Istati tal-EFTA għandhom ifittxu li jseħħ infurzar immedjat tal-irkupru skont il-liġi nazzjonali.

3.2.3.   Kawżi quddiem il-qrati nazzjonali

53.

L-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru tista' twassal għal kawżi fil-qrati nazzjonali. Żewġ kategoriji ewlenin ta’ kawżi relatati ma’ rkurpu jistgħu jiġu identifikati: kawżi mwettqa mill-awtorità ta’ rkupru għal digriet tal-qorti biex iġegħlu benefiċjarju, li jkun qiegħed jirrifjuta, biex iħallas lura l-għajnuna illegali u inkompatibbli u kawżi mwettqa minn benefiċjarji li jkunu qegħdin jikkontestaw ordni ta’ rkupru.

54.

It-twettiq ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tista' tiddewwem għal ħafna snin meta l-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru jiġu kkontestati fil-qorti. Dan huwa aktar il-każ meta d-deċiżjoni ta’ rkupru stess tiġi kkontestata quddiem il-qrati tal-EFTA, speċjalment jekk l-imħallfin nazzjonali jintalbu jissospendu l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali sakemm il-Qrati tal-EFTA jiddeċiedu fuq il-validità tad-deċiżjoni ta’ rkupru.

55.

Skont il-ġurisprudenza tal-ECJ, l-benefiċjarju ta’ għajnuna li bla dubju seta' jikkontesta deċiżjoni ta’ rkupru skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti quddiem il-Qorti tal-EFTA ma jistax jikkontesta aktar il-validità tad-deċiżjoni fi proċedimenti quddiem qorti nazzjonali fuq il-bażi li d-deċiżjoni kienet illegali (60). B'riżultat ta’ dan, il-benefiċjarju ta’ għajnuna li seta' talab eżenzjoni provviżorja quddiem il-Qorti tal-EFTA skont l-Artikoli 40 u 41 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u m'għamilx hekk, ma jistax jitlob għal sospensjoni tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw dik id-deċiżjoni minħabba raġunijiet marbuta mal-validità tad-deċiżjoni.

56.

Min-naħa l-oħra, f'każijiet fejn m'huwiex ċar li azzjoni għall-annullament miġjuba kontra d-deċiżjoni kkontestata mill-benefiċjarju tal-għajnuna setgħet tkun ammissibbli, għandha tiġi offruta protezzjoni legali xierqa lill-benefiċjarju tal-għajnuna. F'każ li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkontesta l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni fil-proċedimenti quddiem il-qorti nazzjonali fuq il-bażi li deċiżjoni ta’ rkupru bħal din kienet illegali, l-imħallef nazzjonali għandu jiddependi fuq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (61).

57.

F'każ li benefiċjarju jitlob ukoll eżenzjoni provviżorja mill-miżuri nazzjonali adottati biex tiġi implimentata deċiżjoni ta’ rkupru minħabba illegalità allegata tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità, l-imħallef nazzjonali għandu jevalwa jekk il-każ quddiemu jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ECJ fil-kawżi Zuckerfabrik  (62) u Atlanta  (63). Dan ifisser li qorti nazzjonali għandh tordna eżenzjoni provviżorja biss f'każ li:

(1)

il-qorti jkollha dubji serji dwar il-validità tal-att u, jekk il-validità tal-att ikkontestat ma tressqitx diġà quddiem il-Qorti tal-EFTA, hija stess taġixxi skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 56 fuq imsemmi;

(2)

hemm każ ta’ urġenza, minħabba li l-eżenzjoni provviżorja hija meħtieġa biex tiġi evitata ħsara serja u irreparabbli lill-parti li qed titlob l-eżenzjoni;;

(3)

ilqorti tqis l-interess taż-ŻEE; u

(4)

fIl-valutazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet kollha, tirrispetta kull deċiżjoni tal-Qorti tal-EFTA dwar il-legalità tal-att Komunitarju jew dwar applikazzjoni għal miżuri provviżorji biex ikun hemm eżenzjoni provviżorja simili fil-livell taż-ŻEE (64).

3.2.4   Il-każ speċifiku ta’ benefiċjarji falluti

58.

Bħala osservazzjoni preliminari, huwa importanti li jitfakkar li l-ECJ dejjem qalet li l-fatt li benefiċjarju huwa fallut jew suġġett għal proċedimenti fallimentari m'għandu ebda effett fuq l-obbligu li jħallas lura l-għajnuna illegali u inkompatibbli (65).

59.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet li jinvolvu benefiċjarju ta’ għajnuna fallut, mhuwiex ser ikun possibbli li jitħallas lura l-ammont sħiħ ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli (inklużi l-interessi), minħabba li l-assi tal-benefiċjarju mhux ser ikunu biżżejjed biex jissodisfaw it-talbiet kollha tal-kredituri. Għalhekk, mhuwiex possibbli li terġa' tiġi stabbilita kompletament is-sitwazzjoni ex ante bil-mod tradizzjonali. Minħabba li l-għan aħħari tal-irkupru huwa biex jispiċċa d-distorsjoni fil-kompetizzjoni, l-ECJ iddikjarat li l-likwidazzjoni tal-benefiċjarju tista' titqies bħala għażla aċċettabbli għall-irkupru f'każijiet bħal dawn (66). Għalhekk l-Awtorità hija tal-opinjoni li deċiżjoni li tordna lil Stat tal-EFTA biex jirkupra għajnuna illegali u inkompatibbli minn benefiċjarju fallut tista' għalhekk titqies li twettqet kif suppost jew meta jsir l-irkupru sħiħ jew, fil-każ ta’ rkupru parzjali, meta l-kumpanija tiġi likwidata u l-assi tagħha jinbiegħu skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

60.

Meta jimplimentaw deċiżjonijiet ta’ rkupru dwar benefiċjarji falluti, l-awtoritajiet tal-Istati tal-EFTA għandhom jassiguraw li jitqies kif dovut l-interess taż-ŻEE matul il-proċeduri ta’ insolvenza u, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tintemm immedjatament id-distorsjoni fil-kompetizzjoni kkawżata mill-għoti ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli.

61.

Madankollu, is-sempliċi reġistrazzjoni ta’ pretensjonijiet fi proċedimenti ta’ falliment tista' mhux dejjem tkun biżżejjed biex tiżgura l-implimentazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru tal-Awtorità. L-applikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar il-falliment jistgħu jippreġudikaw l-effett ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru billi jħallu lill-kumpanija tkompli topera minkejja n-nuqqas ta’ rkupru sħiħ u billi b'hekk iħallu d-distorsjoni fil-kompetizzjoni tissokta. L-Awtorità għalhekk tqis li hemm ħtieġa li l-obbligi tal-Istati tal-EFTA fl-istadji varji tal-proċedimenti ta’ falliment jiġu definiti.

62.

L-Istat tal-EFTA għandu immedjatament jirreġistra l-pretensjonijiet tiegħu fil-proċedimenti fallimentari (67). Skont il-ġurisprudenza tal-ECJ, l-irkupru għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali tal-falliment (68). Id-dejn li għandu jiġi rkuprat għandu jitħallas lura bis-saħħa tal-istatus li jingħatalu mil-liġi nazzjonali.

63.

Fil-passat, kien hemm każijiet, trattati mill-Kummissjoni, meta l-amministratur fallimentarju rrifjuta li jirreġistra pretensjoni ta’ rkupru fi proċedimenti ta’ falliment minħabba t-tip ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli li ngħatat (per eżempju meta l-għajnuna tkun ingħatat bħala injezzjoni ta’ kapital). Din is-sitwazzjoni hija problematika, b'mod partikolari jekk dan ir-rifjut iċaħħad lill-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru minn kull mezz biex jiżguraw li jitqies kif dovut l-interess Komunitarju u taż-ŻEE matul il-proċedimenti ta’ insolvenza. Għaldaqstant l-Awtorità tikkunsidra li l-Istat tal-EFTA għandu jikkontesta kwalunkwe rifjut tal-amministratur tal-insolvenza li jirreġistra l-pretensjonijiet tiegħu (69).

64.

Biex tiżgura l-implimentazzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni ta’ rkupru, l-Awtorità hija tal-opinjoni li l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru għandhom ukoll jappellaw kull deċiżjoni mill-amministratur fallimentarju jew mill-qorti fallimernarja li tippermetti li titkompla l-attività tal-benefiċjarju fallut lil hinn mit-termini stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ rkupru. Bl-istess mod, il-qrati nazzjonali, meta affaċċjati b'talba bħal din, għandhom iqisu totalment l-interess taż-ŻEE u, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi assigurat li t-twettiq tad-deċiżjoni tal-Awtorità jkun immedjat u li d-distorsjoni fil-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna illegali u inkompatibbli tintemm kemm jista' jkun malajr. L-Awtorità tikkunsidra li huma, għalhekk, m'għandhomx jippermettu t-tkomplija tal-attività ta’ benefiċjarju fallut fin-nuqqas ta’ rkupru sħiħ.

65.

F'każ li pjan ta’ kontinwazzjoni jiġi propost lill-kumitat tal-kredituri li jimplika kontinwazzjoni tal-attività tal-benefiċjarju, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq jistgħu biss jappoġġjaw dan il-pjan jekk jassigura li l-għajnuna titħallas lura kollha kemm hi fit-termini previsti fid-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Awtorità. B'mod partikolari, l-Istat tal-EFTA ma jistax jirrinunzja għal parti mit-talba tiegħu ta’ rkupru, u lanqas ma jista' jaċċetta xi soluzzjoni oħra li ma tirriżultax fit-tmiem immedjat tal-attività tal-benefiċjarju. Fl-assenza ta’ ħlas lura sħiħ u immedjat tal-għajnuna illegali u inkompatibbli, l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq għandhom jieħdu l-miżuri kollha disponibbli biex jopponu l-adozzjoni ta’ pjan ta’ kontinwazzjoni u għandhom jinsistu fuq it-tmiem tal-attività tal-benefiċjarju fit-terminu stabbilit fid-deċiżjoni ta’ rkupru.

66.

F'każ ta’ likwidazzjoni, u sakemm l-għajnuna ma tkunx għadha tħallset kollha lura, l-Istat tal-EFTA għandu jopponi kull trasferiment ta’ assi li ma jsirx skont il-kundizzjonijiet tas-suq u/jew li huwa organizzat biex jevita d-deċiżjoni ta’ rkupru. Biex jinkiseb “trasferiment korrett ta’ assi”, l-Istat tal-EFTA għandu jassigura li l-vantaġġ inġust maħluq mill-għajnuna ma jiġix trasferit lix-xerrej tal-assi. Dan jista' jiġri jekk l-assi tal-benefiċjarju oriġinali tal-għajnuna jiġu trasferiti lil terza persuna bi prezz orħos mill-valur tagħhom tas-suq jew lil kumpanija aventi kawża mwaqqfa biex tiġi evitata l-ordni ta’ rkupru. F'każ bħal dan, l-ordni ta’ rkupru jeħtieġ li tiġi estiża lil dik it-terza persuna (70).

4.   KONSEGWENZI TA’ NUQQAS TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAD-DEĊIŻJONIJIET TA’ RKUPRU TAL-AWTORITÀ

67.

Stat tal-EFTA huwa meqjus li kkonforma mad-deċiżjoni ta’ rkupru meta l-għajnuna kollha titħallas lura fit-terminu preskritt jew, fil-każ ta’ benefiċjarju fallut, meta l-kumpanija tkun likwidata skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

68.

L-Awtorità tista' taċċetta wkoll, f'każijiet li jkunu debitament iġġustifikati, implimentazzjoni provviżorja tad-deċiżjoni, meta tkun suġġetta għal proċedimenti quddiem qorti nazzjonali jew il-Qorti tal-EFTA (per eżempju l-ħlas tal-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali u inkompatibbli f'kont ibblukkat (71). L-Istat tal-EFTA għandu jassigura li l-kumpanija ma tibqax tgawdi mill-vantaġġ marbut mal-għajnuna illegali u inkompatibbli (72). L-Istat tal-EFTA għandu jissottometti, għall-approvazzjoni tal-Awtorità, ġustifikazzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji bħal dawn u deskrizzjoni sħiħa tal-miżura provviżorja prevista.

69.

Meta l-Istat tal-EFTA kkonċernat ma kkonformax ruħu mad-deċiżjoni ta’ rkupru, u meta ma setax juri l-eżistenza ta’ impossibilità assoluta, l-Awtorità tista' tagħti bidu għal proċedimenti ta’ ksur. Barra minn hekk, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, tista' tobbliga lill-Istat tal-EFTA kkonċernat biex jissospendi l-ħlas ta’ għajnuna ġdida kompatibbli lill-benefiċjarju jew benefiċjarji kkonċernati bl-applikazzjoni tal-prinċipju Deggendorf.

4.1.   Proċeduri ta’ ksur

—   Azzjonijiet skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti I flimkien mal-Artikolu 23(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3

70.

Jekk l-Istat tal-EFTA kkonċernat ma jikkonformax ruħu mad-deċiżjoni ta’ rkupru fit-terminu preskritt u jekk ma setax juri l-impossibilità assoluta, l-Awtorità, jew kwalunkwe Stat tal-EFTA ieħor interessat, tista' tirreferi l-kwistjoni direttament lill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti I interpretat flimkien mal-Artikolu 23(1) tal-Parti II tal-Protokoll 3. L-Awtorità tista' mbagħad tqanqal argumenti dwar l-imġiba tal-organi eżekuttivi, leġiżlattivi jew ġudizzjarji tal-Istat tal-EFTA kkonċernat, minħabba li l-Istat tal-EFTA għandu jitqies fl-intier tiegħu (73).

71.

Skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimxu b'konformità mas-sentenzi tal-Qorti tal-EFTA.

—   Azzjonijiet skont l-Artikolu 23(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3

72.

Jekk l-Awtorità tikkunsidra li l-Istat tal-EFTA kkonċernat ma kkonformax mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA, l-Awtorità tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-EFTA direttament skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti II interpretat flimkien mal-Artikolu 23(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3.

4.2.   L-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Deggendorf

73.

Fis-sentenza tagħha fil-każ Deggendorf, il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li, “meta l-Kummissjoni tikkunsidra l-kompatibilità ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, hija għandha tqis il-fatturi kollha relevanti, inklużi, fejn relevanti, iċ-ċirkostanzi li tqisu diġà f'deċiżjoni preċedenti u l-obbligi li dik id-deċiżjoni preċedenti setgħet imponiet fuq Stat Membru. Għalhekk il-Kummissjoni għandha l-poter li tqis, l-ewwel, kull effett akkumulat tal-għajnuna […] antika u l-għajnuna […] ġdida u, t-tieni, il-fatt li l-għajnuna [l-antika] ddikjarata illegali […] ma tħallsitx lura” (74). Fl-applikazzjoni ta’ din is-sentenza u biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni kontra l-interess komuni, l-Awtorità tista' tordna lil Stat tal-EFTA biex jissospendi l-ħlas ta’ għajnuna ġdida kompatibbli lil impriża li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għajnuna illegali u inkompatibbli suġġetta għal deċiżjoni preċedenti ta’ rkupru, u dan sakemm l-Istat tal-EFTA jkun assigura ruħu li l-impriża kkonċernata ħallset lura l-għajnuna antika illegali u inkompatibbli.

74.

Fil-prattika, matul l-investigazzjoni preliminari ta’ miżura ġdida ta’ għajnuna, l-Awtorità għandha titlob impenn mill-Istat tal-EFTA biex jissospendi l-ħlas ta’ għajnuna ġdida lil xi benefiċjarju li għad irid iħallas lura għajnuna illegali u inkompatibbli suġġetta għal deċiżjoni ta’ rkupru preċedenti. Jekk l-Istat tal-EFTA ma jagħtix dan l-impenn u/jew fl-assenza ta’ dejta ċara dwar il-miżuri ta’ għajnuna involuti (75) li żżomm lill-Awtorità milli tivvaluta l-impatt globali tal-għajnuna antika u ġdida fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ser tieħu deċiżjoni finali, suġġetta għal kundizzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 7(4) tal-Parti II tal-Protokoll 3, li tirrikjedi lill-Istat tal-EFTA kkonċernat jissospendi l-ħlas ta’ għajnuna antika u ġdida sakemm tkun sodisfatta li l-benefiċjarju kkonċernat ħallas lura l-għajnuna antika illegali u inkompatibbli, inklużi l-interessi ta’ rkupru dovuti.

75.

Il-prinċipju Deggendorf sadattant ġie integrat fil-Kapitolu dwar l-għajnuna biex jiġu salvati u ristrutturati azjendi f'diffikultà tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità (76) u fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL kif ukoll fir-Regolamenti tal-Eżenzjonijiet li kienu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE (77). L-Awtorità beħsiebha tintegra dan il-prinċipju fir-regoli u d-deċiżjonijiet kollha ta’ għajuna mill-Istat li ġejjin.

5.   KONKLUŻJONI

76.

Iż-żamma ta’ sistema ta’ kompetizzjoni libera u mingħajr xkiel hija waħda mill-pilastri taż-Żona Ekonomika Ewropea. Bħala parti mill-politika ta’ kompetizzjoni taż-ŻEE, id-dixxiplina fl-għajnuna mill-Istat hija essenzjali biex tassigura li s-suq intern jibqa’ uniformi fis-setturi ekonomiċi kollha fl-Ewropa. F'din il-ħidma ewlenija, l-Awtorità u l-Istati tal-EFTA għandhom ir-responsabbiltà konġunta li jassiguraw l-infurzar xieraq tad-dixxiplina tal-għajnuna mill-Istat u b'mod partikolari tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru.

77.

Bil-ħruġ ta’ dan il-Kapitolu, l-Awtorità hija lesta li żżid l-għarfien tal-prinċipji tal-politika ta’ rkupru definiti mill-Qrati tal-Komunitajiet Ewropej u tiċċara l-prattika tal-Awtorità dwar il-politika tagħha ta’ rkupru. L-Awtorità hija kommessa li tkun konformi ma’ dawn il-prinċipji msemmija u tistieden lill-Istati tal-EFTA biex jitolbu parir meta jiffaċċjaw diffikultajiet fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru. Is-servizzi tal-Awtorità jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Istati tal-EFTA biex jipprovdu aktar gwida u assistenza jekk meħtieġa.

78.

L-Awtorità tistenna li l-Istati tal-EFTA jonoraw il-prinċipji tal-politika ta’ rkupru. Huwa biss bi sforz konġunt tal-Awtorità u tal-Istati tal-EFTA li d-dixxiplina tal-għajnuna mill-Istat tkun assigurata u twassal għall-għan mixtieq, jiġifieri ż-żamma ta’ kompetizzjoni mingħajr xkiel fi ħdan is-suq intern.


(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-avviż tal-Kummissjoni intitolat Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi, ĠU 2007 C 272, 15.11.2007, p. 4.

(2)  Il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti kien emendat biex jirrifletti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 (issa l-Artikolu 88) tat-Trattat KE, ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(3)  http://www.eftasurv.int/media/scoreboard/stateaidscoreboardeea_eftastatesautumn2008.pdf

(4)  Ara r-Rapport Annwali tal-Awtorità 2006, p. 56.

(5)  Studju dwar l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat f'livell nazzjonali, Studji dwar il-Kompetizzjoni 6, il-Lussemburgu, Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej - http://www.concurrences.com/IMG/pdf/Study_2006.pdf

(6)  Kawża C-70/72, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, [1973] Ġabra 813, paragrafu 13.

(7)  L-Artikolu 6 tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi li, bla ħsara għall-iżviluppi futuri tal-ġurisprudenza, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, safejn huma identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Faħam u l-Azzar u għal atti adottati fl-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ trattati, għandhom fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, ikunu interpretati b'konformità mad-deċiżjonijiet relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej moghtija qabel id-data tal-firma tal-Ftehim taż-ŻEE. Rigward id-deċiżjonijiet relevanti mill-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija wara d-data tal-firma tat-Trattat taż-ŻEE, jirriżulta mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA u l-Qorti tal-EFTA għandhom jikkunsidraw kif xieraq il-prinċipji stabbiliti f'dawn id-deċiżjonijiet.

(8)  Ara nota 2 fuq imsemmija.

(9)  Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istat tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, ĠU L 139 of 25.5.2006, p. 37, kif emendata. Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tikkorrispondi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.04.2004, pp 1-134), kif emendat.

(10)  Kawża C-301/87 Franza vs il-Kummissjoni [1990] Ġabra I-307.

(11)  Kawża C-415/03 il-Kummissjoni vs il-Greċja (“Olympic Airways”) [2005] Ġabra I-3875 u Kawża C-232/05 il-Kummissjoni vs Franza (“Scott”) [2006] Ġabra I-10071.

(12)  Kawża C-188/92 TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Ġermanja (“Deggendorf”) Ġabra [1994] I-833.

(13)  Kawża C-75/97 il-Belġju vs il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 65.

(14)  Kawża C-183/91 il-Kummissjoni vs Greċja [1993] Ġabra I-3131, paragrafu 16.

(15)  Kawżi magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, paragrafu 75.

(16)  Kawża C-348/93 il-Kummissjoni vs l-Italja [1995] Ġabra I-673, paragrafu 27.

(17)  Kawża T-459/93, Siemens vs il-Kummissjoni [1995] Ġabra II-1675, paragrafi 97 sa 101.

(18)  Kawża C-415/03, il-Kummissjoni vs il-Greċja, imsemmija fin-nota 11 fuq imsemmija.

(19)  Kawża C-232/05, il-Kummissjoni vs Franza, imsemmija fuq nota 11.

(20)  Fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jekk jogħġbok ara l-Kawża C-24/95, Alcan, [1997], Ġabra p. I-1591, paragrafu 25, u l-Kawża C-5/89, BUG-Alutechnik, [1990], Ġabra p. I-3437, paragrafi 13 u 14, u l-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04, Fesil and Finnfjord a. o. vs l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, [2005] Rapport tal-Awtorità tas-Sorveljanza, p.121, paragrafu 171. Għal eżempju fejn l-ECJ irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarju, jekk jogħġbok ara l-Kawża C-223/85, RSV, [1987], Ġabra p. 4617.

(21)  war il-prinċipju taċ-ċertezza legali, jekk jogħġbok ara l-kawża T-115/94, Opel Austria GmbH vs il-Kunsill, [1997] Ġabra p. II-00039 u l-kawża C-372/97, l-Italja vs l-Kummissjoni, [2004] Ġabra p. I-3679, punti 116 sa 118, kawżi magħquda C-74/00P u C-75/00, P Falck u Acciaierie di Bolzano vs l-Kummissjoni [2002] Ġabra p. I-7869, punt 140 u l-Kawżi Magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04, Fesil and Finnfjord a. o. vs l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, fuq imsemmija fin-nota 20, paragrafu 172. Ara wkoll il-kawża T-308/00, Saltzgitter vs l-Kummissjoni [2004], Ġabra p. II-01933, punt 166.

(22)  Għal interpretazzjoni ta’ “kull azzjoni Komunitarja”, jekk jogħġbok ara l-kawża T-369/00, Département du Loiret vs il-Kummissjoni, [2003] Ġabra p. II-01789.

(23)  Kawża 94/87 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1989] Ġabra 175.

(24)  Kawża C-404/00 il-Kummissjoni vs Spanja [2003] Ġabra I-6695.

(25)  Kawża C-280/95 il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-259.

(26)  Kawża C-24/95 Alcan, imsemmija fuq nota 20, paragrafi 34 sa 37.

(27)  Kawża C-303/88 l-Italja vs il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1433.

(28)  Kawża C-52/84 il-Kummissjoni vs il-Belġju [1986] Ġabra p. 89, paragrafu 9.

(29)  Kawża C-52/84 il-Kummissjoni vs il-Belġju imsemmija fuq nota 28, paragrafu 14.

(30)  Kawża C-499/99 il-Kummissjoni vs Spanja [2002] Ġabra I-6031.

(31)  Kawża C-280/95 il-Kummissjoni vs l-Italja, imsemmija fuq nota 25.

(32)  Kawża C-6/97 Italy v Commission [1999] Ġabra I-2981, paragrafu 34.

(33)  Kawża C-415/03 il-Kummissjoni vs il-Greċja imsemmija fuq nota 11.

(34)  Kawża C-232/05 il-Kummissjoni vs Franza imsemmija fuq nota 11.

(35)  L-Artikolu 80(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-EFTA.

(36)  Kawża C-404/00 il-Kummissjoni vs Spanja, imsemmija fuq nota 24.

(37)  Kawża C-94/87 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, imsemmija fuq nota 23, paragrafu 9, u Kawża C-348/93 il-Kummissjoni vs l-Italja, imsemmija fuq nota 16, paragrafu 17.

(38)  Għal eżempju ta’ proposti għall-implimentazzjoni ara Kawża C-209/00 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [2002] Ġabra I-11695.

(39)  Kawża 94/87 il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, imsemmija fuq nota 23, paragrafu 10.

(40)  Kawża C-303/88 l-Italja vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq nota 27, paragrafu 57, u Kawża C-277/00 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni (“SMI”) [2004] Ġabra I-3925, paragrafu 75.

(41)  Kawża C-277/00 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq nota 40.

(42)  Kawża C-328/99 u C-399/00, l-Italja u SIM 2 Multimedia Spa vs il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-4035. Għal eżempju ieħor ta’ ċirkumvenzjoni, ara kawża C-415/03, il-Kummissjoni v Greċja, imsemmija fuq nota 11.

(43)  Kawża C-328/99 u C-399/00 l-Italja u SIM 2 Multimedia vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq nota 42, paragrafu 83.

(44)  Fil-każ ta privatizzazzjoni ta’ kumpanija li rċeviet l-għajnuna mill-Istat ddikjarata kompatibbli mill-Awtorità, l-Istat tal-EFTA jista' jintroduċi klawsola ta’ responsabbiltà fil-ftehim ta’ privatizzazzjoni biex tipproteġi x-xerrej tal-kumpanija mir-riskju li d-deċiżjoni inizjali tal-Awtorità li tapprova l-għajnuna tinbidel mill-Qorti tal-EFTA u tiġi sostitwita b'deċiżjoni tal-Awtorità li tordna l-irkupru ta’ dik l-għajnuna mill-benefiċjarju. Klawżola bħal din tista' tagħti lok għall-aġġustament tal-prezz imħallas mix-xerrej għall-kumpanija privatizzata biex titqies b'mod xieraq ir-responsabbiltà ġdida ta’ rkupru.

(45)  Kawża C-277/00, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq fin-nota 37, paragrafu 80.

(46)  Kawża C-310/99 l-Italja vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-2289, paragrafu 91.

(47)  Kawża C-277/00 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq nota 40, paragrafi 74-76.

(48)  Kawża C-480/98 Spanja vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-8717, paragrafu 25, u Kawżi magħquda C-67/85, C-68/85, u C-70/85 Kwekerij van der Kooy BV u oħrajn vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra p. 219.

(49)  Ara f'dak il-kuntest, l-eċċezzjoni tal-kawża C-480/98, Spanja vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq fin-nota 45, punti 36 et seq.

(50)  Gwida ulterjuri dwar il-kalkolu tal-interessi tinstab fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL.

(51)  Ara Kawża C-207/05 il-Kummissjoni vs l-Italja [2006] Ġabra I-70, paragrafi 31 sa 36, Kawża C-378/98 il-Kummissjoni vs il-Belġju [2001] Ġabra I-5107, paragrafu 28, u Kawża C-232/05 il-Kummissjoni v Franza, imsemmija fuq nota 11.

(52)  Kawża C-5/86 il-Kummissjoni / il-Belġju [1987] Ġabra p. 1773.

(53)  Kawża C-207/05 il-Kummissjoni vs l-Italja, imsemmija fuq nota 51.

(54)  Kawża 249/85 Albako Margarinefabrik Maria von der Linde GmbH & Co. KG v Bundesanstalt für landwirtschaftliche Marktordnung [1987] Ġabra p. 2345.

(55)  L-awturi tal-Istudju ta’ Infurzar fuq imsemmi jinnotae li “prinċipju komuni għall-pajjiżi kollha riveduti huwa li l-irkupru għandu jkun effettwat mill-awtorità li tat dik l-għajnuna”. Huma jindikaw ukoll li, f'pajjiżi li jaħtru korp ċentrali wieħed bir-rwol li jissorvelja l-proċess ta’ rkupru, l-eżistenza ta’ dan il-korp tidher li tikkontribwixxi għal implimentazzjoni iktar effiċjenti ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru (ara paġna 521 tal-Istudju).

(56)  Kawża T-459/93 Siemens vs il-Kummissjoni, fuq imsemmija nota 17, paragrafu 83. Ara wkoll Kawża C-148/04 Unicredito Spa v Agenzia delle Entrate, Ufficio Genova I [2005] Ġabra I-11137, paragrafi 117 sa 120.

(57)  Kawża C-13/01 Safalero [2003] Ġabra I-8679, paragrafi 49-50.

(58)  Kawża C-48/71 il-Kummissjoni vs l-Italja [1972] Ġabra p. 529.

(59)  Kawża C-232/05 il-Kummissjoni vs Franza, fuq imsemmija nota 11.

(60)  Kawża C-188/92 TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Ġermanja, fuq imsemmija nota 12.

(61)  Kawża C-346/03 Atzeni a.o. [2006] Ġabra I-1875, paragrafu 30-34.

(62)  Kawżi magħquda C-143/88 u C-92/89 Zuckerfabrik Süderdithmarschen A.G. a.o. [1991] Ġabra I-415, paragrafu 23 'il quddiem.

(63)  Kawża C-465/93 Atlanta Fruchthandelsgesellschaft mbH a.o. [1995] Ġabra I-3761, paragrafu 51.

(64)  Kawża C-465/93 Atlanta Fruchthandelsgesellschaft mbH a.o., imsemmija fuq nota 63, paragrafu 51.

(65)  Kawża C-42/93 Spanja vs il-Kummissjoni (“Merco”) [1994] Ġabra I-4175.

(66)  Kawża C-52/84 il-Kummissjoni vs il-Belġju, imsemmija fuq nota 28.

(67)  Kawża C-142/87 il-Kummissjoni vs il-Belġju [1990] Ġabra I-959, paragrafu 62.

(68)  Kawża C-142/87 il-Kummissjoni vs il-Belġju, imsemmija fuq nota 67, u Kawża C-499/99 il-Kummissjoni vs Spanja, imsemmija fuq nota 30, paragrafi 28-44.

(69)  Ara, f'dan il-kuntest, is-sentenza tal-Awla Kummerċjali tal-Qorti ta’ Amberg tat- 23 ta’ Lulju 2001 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Ġermanja lil “Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH” (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/178/KEFA, ĠU L 53, 2.3.1996, p. 41. F'dik il-kawża, il-Qorti Ġermaniża ħassret ir-rifjut ta’ amministratur fallimentarju li jirreġistra pretensjoni ta’ rkupru li kienet tirriżulta minn għajnuna illegali u inkompatibbli mogħtija fil-forma ta’ injezzjoni tal-kapital, għaliex din kienet tagħmel it-twettiq tad-deċiżjoni ta’ rkupru impossibbli.

(70)  Kawża C-277/00 il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, imsemmija fuq nota 40.

(71)  F'termini prattiċi, il-ħlas ta’ l-ammont totali ta’ l-għajnuna u l-interessi f'kont ibblukkat jista' jaqa' taħt kuntratt speċifiku, iffirmat mill-bank u mill-benefiċjarju, u li permezz tiegħu il-partijiet jaqblu li s-somma għandha titħallas favur parti jew oħra meta tintemm il-litigazzjoni.

(72)  Għall-kuntrarju tal-istabbiliment ta’ kont ibblukkat, l-użu ta’ garanziji bankarji ma jistax jitqies bħala miżuri provviżorja xierqa minħabba li l-ammont totali tal-għajnuna għadu għad-dispożizzjoni ta’ min irċevih.

(73)  Kawża C-224/01, Köbler, [2003], Ġabra I-10239, paragrafi 31-33; Kawża C-173/03, Traghetti del Mediterraneo, [2003], paġna I-05177, paragrafi 30-33.

(74)  Kawża T-244/93 u T-486/93 TWD Deggendorf vs il-Kummissjoni [1995] Ġabra II-2265, paragrafu 56.

(75)  Per eżempju fil-każ ta’ skemi illegali u inkompatibbli fejn l-ammont u l-benefiċjarji ma jkunux magħrufa mill-Awtorità.

(76)  Il-kapitolu dwar għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji f'diffikultà kien adottat fl-1 ta’ Diċembru 2004.

(77)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna ta’ investiment reġjonali nazzjonali, ĠU L 302, tal-1 ta’ Novembru 2006, p 29, kif imsemmi fil-punt 1i tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 89 tad-29 ta’ Marzu 2007, p. 33 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15 tad-29 ta’ Marzu 2007, p. 26, dħul fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2006 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna kumpatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-Regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ġenerali), ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3, kif imsemmi fil-punt 1j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, dħul fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 2008.


ANNESS V

GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL XOGĦLIJIET ĊINEMATOGRAFIĊI U XOGĦLIJIET AWDJOVIŻIVI OĦRA

1   INTRODUZZJONI

1.

Ix-xogħlijiet awdjoviżivi, u ċ-ċinema b’mod partikolari, għandhom rwol importanti fil-formazzjoni ta’ identitajiet Ewropej, kemm f’aspetti komuni maqsuma madwar l-Ewropa u fid-diversità kulturali li tikkaratterizza it-tradizzjonijiet u l-istorja differenti tagħna. Huma element essanzjali għall-funzjonament tajjeb tad-demokraziji tagħhom minħabba l-influwenza wiesa’ tagħhom fuq is-soċjetà. Huma wkoll fil-qalba tat-trasformazzjonijiet li jirriżultaw mill-iżvilupp tas-soċjetà ta’ informazzjoni: żviluppi teknoloġiċi ġodda joffru opportunitajiet ġodda għall-promozzjoni tal-kultura u konservazzjoni tal-wirt, u ż-żieda ta’ ftehim reċiproku madwar l-Ewropa.

2.

Ix-xogħlijiet awdjoviżivi għandhom karatteristiċi uniċi minħabba n-natura doppja tagħhom: huma prodotti ekonomiċi, li joffru opportunitajiet importanti għall-ħolqien ta’ ġid u impjieg. Huma wkoll prodotti kulturali li fl-istess ħin jirriflettu u jiffurmaw is-soċjetajiet tagħna. Din hija r-raġuni għala l-iżvilupp ta’ dan is-settur qatt ma tħalla biss f’idejn il-forzi tas-suq.

3.

Fost ix-xogħlijiet awdjoviżivi, ix-xogħlijiet ċinematografiċi għandhom prominenza partikolari, minħabba l-ispejjeż tagħhom ta’ produzzjoni u importanza kulturali: baġitx għall-produzzjonijiet ta’ films taċ-ċinema huma sostanzjalment ogħla milli għal kontenut awdjoviżiv ieħor, huma iktar frekwentement is-suġġett ta’ ko-produzzjonijiet internazzjonali u t-tul ta’ żmien tal-ħajja ta’ esplojtazzjoni tagħhom hija itwal, bil-potenzjal li jużaw il-mezzi ta’ distribuzzjoni kollha, ċinemas, DVDs u videocassettes (kemm għall-bejgħ kif ukoll tal-kiri), downloading minn fuq l-Internet, u televixin (pay-per-view, pay-per-channel, free-to-air). Ix-xogħlijiet ċinematografiċi jaffaċċjaw kompetizzjoni b’saħħitha minn barra l-Ewropa (1).

4.

Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-prinċipji li għandhom ikunu applikati fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat għas-settur taċ-ċinema u għal produzzjoni tat-TV. Huma bbażati fuq Kapitolu 2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ċerti aspetti legali li jirrigwardaw xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (2). Kapitolu 2 jistabbilixxi l-orjentazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur taċ-ċinema.

2   ORJENTAZZJONI ĠENERALI FIR-RIGWARD TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAS-SETTUR TAĊ-ĊINEMA

5.

Iċ-ċinema u l-programmi tat-TV huma tnejn mill-iktar żewġ mezzi universali tad-divertiment, b’impatt b’saħħtu fuq numru kbir ta’ nies internazzjonalment. L-istadju kurrenti ta’ żvilupp u l-karatteristiċi speċjali ta’ produzzjoni awdjoviżiva fiż-Żona Ekonomika Ewropea, ifissru li huwa diffiċli għal produtturi li jiksbu livell suffiċjenti ta’ appoġġ kummerċjali minn quddiem sabiex joħolqu pakkett finanzjarju sabiex il-proġetti ta’ produzzjoni jkunu jistgħu jitwettqu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, it-trawwim ta’ produzzjoni awdjoviżiva mill-Istati taż-ŻEE għandu rwol ewlieni sabiex jiżgura li l-kultura indiġena u l-kapaċità kreattiva tagħhom tista’ tkun espressa, b’hekk jirriflettu d-diversità u r-rikkezza tal-kultura Ewropea.

6.

Fil-pilastru Komunitarju, it-Trattat ta’ Maastricht ta rikonoxximent fuq livell Komunitarju ta’ importanza kbira għall-promozzjoni ta’ kultura għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha billi inkorpora kultura fost il-politiki tal-Komunità speċifikament imsemmija fit-Trattat KE (ara l-Artikolu 151 KE). Fl-istess ħin, huwa inkluda fl-Artikolu 87(3)(d) KE possibiltà speċifika ġdida ta’ eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali ta’ inkompatibbiltà tal-Artikolu 87(1) KE għal għajnuna mogħtija mill-Istati Membri għall-promozzjoni tal-kultura.

7.

Il-Ftehim taż-ŻEE jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għal tisħiħ tal-kooperazzjoni kulturali fl-Artikolu 13 tal-Protokoll 31. Il-Ftehim taż-ŻEE ma jinkludix “eżenzjoni kulturali” simili għall-Artikolu 87(3)(d) KE. Madankollu, l-Awtorità tikkunsidra li, skont il-prattika kostanti tagħha (3), miżuri ta’ appoġġ tal-produzzjoni ta’ films u TV jistgħu jkunu approvati għal raġunijiet kulturali fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE. FIl-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità għandha tapplika l-istess kriterji bħal dawk applikati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskopijiet tal-Artikolu 87(3)(d) KE.

8.

L-Istati taż-ŻEE jimplimentaw firxa wiesa’ ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni awdjoviżiva ta’ films u programmi tat-TV. Dan l-appogġ jiffoka fuq il-ħolqien u l-fażijiet ta’ produzzjoni tat-tagħmil ta’ films u ġeneralment jieħu l-għamla ta’ sussidji jew avvanzi li jitħallsu lura. Ir-raġuni għal dawn il-miżuri hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet kemm kulturali kif ukoll industrijali. Huma għandhom l-għan kulturali primarju li jiżguraw li l-kulturi u l-potenzjal kreattiv nazzjonali u reġjonali jkunu espressi fil-mezz awdjoviżiv tal-film u tat-televixin. Min-naħa l-oħra, huma jimmiraw li jiġġeneraw il-massa kritika ta’ attività li hija meħtieġa biex tinħoloq id-dinamika għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tal-industrija permezz tal-ħolqien ta’ impriżi ta’ produzzjoni bbażati sew u l-iżvilupp ta’ ġabra permanenti ta’ ħiliet u esperjenzi tal-bnedmin.

9.

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux l-applikazzjoni tal-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (prattiċi kontra l-kompetizzjoni minn kumpaniji) għas-settur awdjoviżiv (4).

2.1   Kumpatibiltà mal-Ftehim taż-ŻEE tal-iskemi ta’ għajnuna għal produzzjoni taċ-ċinema u tat-TV

10.

Ir-regoli bażiċi dwar l-Għajnuna mill-Istat skont il-Ftehim taż-ŻEE huma kif ġej: l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3, tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi li l-Istati tal-EFTA (5) huma obbligati li jinfurmaw lill-Awtorità bi kwalunkwe pjanijiet ta’ għotja jew tibdil ta’ għajnuna qabel ma dan jidħol fis-seħħ. L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jipprojbixxi għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Madankollu, l-Awtorità tista’ teżenta ċertu għajnuna mill-Istat minn din il-projbizzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jniżżel ċertu tipi ta’ għajnuna li minħabba l-effetti tagħhom, l-Awtorità tista’ tawtorizza. Wieħed minn dawn l-eżenzjonijiet huwa l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuna għal faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ ċertu attivitajiet ekonomiċi meta din l-għajnuna ma taffettwax kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni u ta’ kummerċ sa punt kuntrarju għall-interess komuni. Fil-prattika tagħha l-Awtorità, fuq il-bażi ta’ dik id-dispożizzjoni, awtorizzat appoġġ għal produzzjoni tat-TV u ċ-ċinema għall-iskop tal-promozzjoni tal-kultura, skont il-kriterji żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea.

2.2   Valutazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna għall-produzzjoni taċ-ċinema u tat-TV

11.

Meta tevalwa l-iskemi ta’ għajnuna għal produzzjoni taċ-ċinema u tat-TV, l-Awtorità għandha tivverfika:

l-ewwel, jekk l-iskema ta’ għajnuna tirrispettax il-prinċipju ta’ “legalità ġenerali”, jiġifieri l-Awtorità għandha tivverifika li l-iskema ma tinkludix klawżoli li jkunu kuntrarji għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE f’oqsma li mhumiex dawk tal-għajnuna mill-Istat;

it-tieni, jekk l-iskema tissodisfax il-kriterji speċifiċi ta’ kumpatibiltà għall-għajnuna, stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha u kif spjegat iktar ’il quddiem (6).

It-tieni kundizzjoni hija speċifika għall-iskemi ta’ għajnuna tal-produzzjoni taċ-ċinema u tat-TV, filwaqt li l-ieħor huwa test ta’ rutina applikat għall-iskemi kollha ta’ għajnuna irrispettivament mis-settur.

a)   Rispett tal-kriterju tal-legalità ġenerali

12.

L-Awtorità għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibiltà tal-iskemi tal-għajnuna tal-Istat ma jinkludux klawżoli kuntrarji għall-Ftehim taż-ŻEE f’oqsma li mhumiex tal-għajnuna tal-Istat. L-Awtorità għandha tiżgura, fost l-oħrajn, li l-prinċipji li jipprojbixxu diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità, liberta tal-istabbiliment, moviment ħieles tal-merkanzija u libertà tal-provvista ta’ servizzi kienu rispettati (Artikoli 4, 11, 13, 28, 31, 34 u 36 tal-Ftehim taż-ŻEE). L-Awtorità tinforza dawn il-prinċipji flimkien mal-applikazzjon ita’ regoli tal-kompetizzjoni meta d-dispożizzjonijiet li jiksru dawn il-prinċipji huma marbuta mal-operazzjoni tal-iskema.

13.

B’konformità mal-prinċipji fuq imsemmija, l-iskemi ta’ għajnuna m’għanfhomx: e.ż. jirriżervaw l-għajnuna esklussivament għal ċittadini; jeħtieġ lil benefiċjarji biex ikollhom l-Istat ta’ impriża nazzjonali stabbilit skont il-liġi kummerċjali nazzjonali (impriżi stabbiliti f’wieħed mill-Istati taż-ŻEE u li joperaw f’ieħor permezz ta’ fergħa jew aġenzija permanenti għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna; barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ aġenzija għandu jkun infurzabbli biss mal-pagament tal-għajnuna); jeħtieġu li ħaddiema ta’ kumpaniji barramin li jipprovdu servizzi ta’ tagħmil ta’ films jkunu konformi mal-istandards tax-xogħol nazzjonali.

14.

Ċertu skemi ta’ għajnuna lill-produzzjoni taċ-ċinema u tat-TV huma ffinanzjati minn ħlasijiet parafiskali. Skont il-prattika ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-prattika tal-Awtorità hija tali li meta dawn l-iskemi jibbenefikaw biss lil produtturi nazzjonali jew jagħmlu dan għal estent ogħla milli għal kompetituri allokati fi Stat taż-ŻEE ieħor, sabiex ikunu kumpatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE, prodotti importati ma jistgħux ikunu intaxxati u l-produzzjoni nazzjonali ma tistax tgawdi rata iktar baxxa ta’ tassazzjoni meta jkunu esportati.

b)   Il-kriterji speċifiċi ta’ kumpatibiltà għall-għajnuna mill-Istat għal produzzjoni taċ-ċinema u ta’ programmi tat-TV

15.

Il-kriterji speċifiċi li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni Ewropea preżentament tevalwa l-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni taċ-ċinema u tal-programmi tat-TV skont id-deroga tal-kultura tal-Artikolu 87(3)(d) KE kienu stabbiliti fid-deċiżjoni tagħha ta’ Ġunju 1998 dwar l-iskema ta’ għajuna awtomatika Franċiża għall-produzzjoni tal-films. Dawn il-kriterji speċifiċi, li l-Awtorità għandha tapplika fl-analiżi tagħha ta’ każijiet simili skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Fteħim ŻEE, huma:

(1)

L-għajnuna hija indirizzata lejn prodott kulturali. Kull Stat tal-EFTA għandu jiżgura li l-kontenut tal-produzzjoni megħjuna hija kulturali skont kriterji nazzjonali verifikabbli.

(2)

Il-produttur għandu jkun liberu li jonfoq mill-inqas 20 % tal-baġit tal-film fi Stati taż-ŻEE oħra mingħajr ma jġarrab tnaqqis fl-għajnuna provduta skont l-iskema. Fi kliem ieħor, l-Awtorità aċċettat bħala kriterji ta’ eliġibiltà territorjalizzazzjoni fit-termini ta’ spiża sa 80 % tal-baġit ta’ produzzjoni ta’ xogħol tal-films jew TV mhux megħjuna.

(3)

L-intensità tal-għajnuna għandu fil-prinċipju jkun limitat għal 50 % tal-baġit ta’ produzzjoni sabiex jistimula inizjattivi kummerċjali normali inerenti f’ekonomija tas-suq u jevita kuntest ta’ offerti bejn l-Istati taż-ŻEE. Films diffiċli u ta’ baġit baxx huma esklużi minn dan il-limitu. L-Awtorità tqis li huwa f’idejn kull Stat tal-EFTA biex jistabbilixxi definizzjoni ta’ film diffiċli u ta’ baġit baxx skont il-parametri nazzjonali.

(4)

Supplimenti ta’ għajnuna għal attivitajiet speċifiċi ta’ tagħmil ta’ films (e.ż. wara l-produzzjoni) mhumiex awtorizzati sabiex ikun żgurat li l-għajnuna jkollha effett ta’ inċentiv newtrali u konsegwentement li l-protezzjoni/attrazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet speċifiċi fi/għall-Istat tal-EFTA li jagħti l-għajnuna tkun evitata.

Diversi kunsiderazzjonijiet jinħolqu fir-rigward tal-kriterji fuq imsemmija:

16.

L-Awtorità tikkunsidra li l-għajnuna għandha tkun lejn il-baġit ġenerali ta’ proġett speċifiku ta’ tagħmil ta’ films u l-produttur għandu jkun liberu li jagħżel l-oġġetti tal-baġit li għandhom jintnefqu fi Stati oħra taż-ŻEE. L-impriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-films u l-programmi tat-TV jistgħu jibbenefikaw ukoll minn tipi ta’ għajnuna oħra mogħtija skont skemi ta’ għajnuna nazzjonali orizzontali awtorizzati mill-Awtorità skont l-eżenzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE tal-Artikolu 61(3)(a) u (c) (e.ż. għajnuna reġjonali, għajnuna għal SMEs, għajnuna ta’ riċerka u żvilupp, għajnuna għal taħriġ, għajnuna għal impjieg).

17.

L-Awtorità taċċetta li l-Istati tal-EFTA jistgħu jeħtieġu li ċertu parti tal-baġit tal-produzzjoni tal-film jintnefaq fit-territorju tagħhom bħala kriterju ta’ eliġibiltà għall-għajnuna. Dan hu bbażat fuq ir-raġunament li ċertu livell ta’ territorjalizzazzjoni tal-ispiża tista’ tkun neċessarja sabiex tiżgura l-preżenza kontinwa tal-ħiliet tal-bnedmin u ħila esperta teknika meħtieġa għal kreazzjoni kulturali. Dan għandu jkun limitat għal-livell minimu meħtieġ għall-promozzjoni ta’ għanijiet kulturali.

18.

Barra minn hekk, minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-produzzjoni tal-films, l-Awtorità tikkunsidra li l-baġit ġenerali ta’ produzzjoni awdjoviżiva huwa l-ħlas fir-riskju li huwa neċessarju għall-ħolqien tiegħu u, konsegwentement, tammetti li r-referenza għall-kalkolu tal-għajnuna huwa l-baġit ġenerali, indipendentement min-natura tal-oġġetti tal-ispiża individwali li minnu huwa magħmul. L-identifikazzjoni ta’ għajnuna għal oġġetti speċifiċi individwali ta’ baġit ta’ film jista’ jibdel din l-għajnuna fi preferenza nazzjonali għas-setturi li jipprovdu l-oġġetti speċifiċi megħjuna, li jistgħu jkunu inkompatibbli.

19.

Fondi provduti direttament minn programmi KE bħal MEDIA 2007 ma jgħoddux għall-iskopijiet ta’ rispett tal-limitu ta’ għajnuna ta’ 50 %. Din l-assistenza tippromovi d-distribuzzjoni ta’ films nazzjonali barra mill-pajjiż u, konsegwentement, l-effetti tagħha ma jaqblux ma dawk ta’ skemi nazzjonali li jiffokaw fuq produzzjoni u distribuzzjoni nazzjonali.

20.

Obbligazzjonijiet legali imposti mill-Istati tal-EFTA fuq xandara tat-TV sabiex jinvestu fi produzzjoni awdjoviżiva ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, meta dawn l-investimenti jipprovdu kumpens raġonevoli għax-xandara. Il-limitu safejn dawn l-obbligi legali jistgħu jkunu kkunsidrati bħala għajuna mill-Istat bħala tali għandu jkun ikkunsidrat skont l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja wara s-sentenza tagħha tat-13.3.2001 fil-Kawża C-379/98 (PreussenElektra).

21.

Skont l-Awtorità, il-kriterji fuq imsemmija joħolqu bilanċ bejn l-għanijiet ta’ kreazzjoni kulturali, l-iżvilupp ta’ produzzjoni awdjoviżiva taż-ŻEE u r-rispett tar-regoli taż-ŻEE fuq l-għajnuna mill-Istat.


(1)  L-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew: l-ishma tas-suq ta’ films taċ-ċinema Amerikani fl-Ewropa fl-2006 kienu ta’ 62,7 %.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar ċertu aspetti legali fir-rigward ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet oħra awdjoviżivi, Com(2001) 534 final, ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6, minn hawn ’il quddiem “il-Komunikazzjoni”. Il-parti tal-Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-istat kienet prolongata fl-2004 (COM(2004) 171 final, ĠU C 123, 30.4.2004, p. 1) u 2007, ĠU C 134, 16.06.2007, p. 5. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li testendi l-Komunikazzjoni iktar sakemm linji gwida ġodda oħra jidħlu fis-seħħ, jew, bħala l-iktar tard, sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(3)  Deċiżjoni Nru 32/02/COL tal-20 ta’ Frar 2002, Nru 169/02/COL tat-18 ta’ Settembru 2002, Nru 186/03 tad-29 ta’ Ottubru 2003, Nru 179/05/COL tal-15 ta’ Lulju 2005 u Deċiżjoni Nru 342/06/COL tal-14 ta’ Novembru 2006.

(4)  Per eżempju, prattiċi bħal bookings ta’ kategorija jew ir-raggruppar ta’ drittijiet, li jistgħu jkunu inkumpatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE.

(5)  Minn hawn ’il quddiem, it-terminu “Stati tal-EFTA” tfisser ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja.

(6)  Il-kriterji speċifiċi ta’ kumpatibiltà kienu l-ewwel żviluppati f’deċiżjoni tal-1998 mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema awtomatika Franċiża, Deċiżjoni tal-Kummissjoni N3/98.