15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/18


SEJĦA GĦAL PROPOSTI EACEA/41/2016

taħt il-programm Erasmus+

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma tal-politika — Inizjattivi għall-innovazzjoni tal-politika

Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropej Li Jħarsu ’L Quddiem fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ

(2016/C 467/07)

1.   Deskrizzjoni, Objettivi, u Prijoritajiet

Proġetti ta' Kooperazzjoni Progressivi (FLCPs) huma proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali li għandhom l-għan li jidentifikaw, jittestjaw, jiżviluppaw jew jivvalutaw approċċi innovattivi tal-politika li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u jagħtu input għat-titjib fis-sistemi edukattivi u tat-taħriġ. Jenħtieġ li jipprovdu għarfien profond dwar il-grupp(i) fil-mira, sitwazzjonijiet tat-tagħlim jew tat-taħriġ u metodoloġiji u għodda effettivi li jgħinu fl-iżvilupp tal-politiki, kif ukoll konklużjonijiet rilevanti għal dawk li jfasslu l-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha.

Għaldaqstant jenħtieġ li l-FLCPs jitmexxew u jiġu implimentati minn partijiet interessati ewlenin b'rekord ippruvat ta' eċċellenza u għarfien tal-ogħla livell, li għandhom il-kapaċità li jinnovaw jew jilħqu impatt sistemiku permezz tal-attivitajiet tagħhom u l-potenzjal li jixprunaw l-aġenda politika fl-oqsma edukattivi u tat-taħriġ.

Proposti taħt din is-sejħa jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-prijoritajiet ġodda għal kooperazzjoni Ewropea stabbiliti fir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)  (1).

L-objettivi speċifiċi ta' din is-sejħa huma:

li jagħtu bidu għal bidliet fit-tul u soluzzjonijiet innovattivi ttestjati fuq il-post għal sfidi fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ li għandhom il-potenzjal li jiġu integrati u li jiġġeneraw impatt sostenibbli u sistemiku fuq is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ;

li jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-għarfien reċiproku fi kwistjonijiet progressivi fost il-partijiet interessati ewlenin;

li jiffaċilitaw il-ġbir u l-analiżi tal-evidenza biex jissostanzjaw politiki u prattiki innovatttivi.

Il-proposti sottomessi taħt din is-sejħa għandhom jindirizzaw waħda mill-ħames prijoritajiet elenkati hawn taħt:

L-akwiżizzjoni ta’ ħiliet bażiċi minn adulti b’ħiliet baxxi;

Il-promozzjoni ta’ approċċi bbażati fuq il-prestazzjoni f’ETV;

Il-promozzjoni ta’ teknoloġija innovattiva fil-qasam tal-għoti ta’ gwida għall-karriera;

Il-professjonalizzazzjoni tal-persunal (edukazzjoni fl-iskejjel, li tinkludi edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal);

L-ilħuq tal-miri tal-istrateġija tal-UE mġedda għal edukazzjoni għolja.

Il-proposti li ma jindirizzaw l-ebda waħda mill-ħames prijoritajiet tas-sejħa mhumiex se jiġu kkunsidrati.

2.   Applikanti eliġibbli

It-terminu “applikanti” jirreferi għall-organizzazzjoni u l-istituzzjonijiet kollha li jipparteċipaw f’applikazzjoni irrispettivament mir-rwol tagħhom fil-proġett.

L-applikanti eleġibbli huma organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ jew setturi oħra bħal tagħlim mhux formali, li jinkludi fost oħrajn, iż-żgħażagħ, setturi soċjoekonomiċi oħra, u/jew organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet transsettorjali.

L-applikanti meqjusin eliġibbli biex iwieġbu għal din is-sejħa huma:

awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali/reġjonali/lokali responsabbli għal politika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ;

organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (NGOs), privati jew pubbliċi;

ċentri tar-riċerka;

skejjel jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn;

istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja;

kmamar tal-kummerċ;

netwerks tal-partijiet ikkonċernati;

ċentri ta’ rikonoxximent;

korpi tal-valutazzjoni/garanzija tal-kwalità;

organizzazzjonijiet tal-kummerċ u impjegaturi;

trade unions u assoċjazzjonijiet tal-persunal;

servizzi ta’ gwida għall-karriera;

organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u kulturali;

kumpaniji;

organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin biss huma eliġibbli:

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija.

Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ 3 organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw 3 pajjiżi tal-programm.

3.   Attivitajiet Eliġibbli u d-Durata tal-Proġett

L-attivitajiet għandhom jibdew fl-1 ta’ Novembru 2017, l-1 ta’ Diċembru 2017 jew fl-1 ta’ Jannar 2018.

Id-durata tal-proġett għandha tkun ta' bejn 24 u 36 xahar. Madankollu, jekk wara l-iffirmar tal-ftehim u l-bidu tal-proġett, għal raġunijiet kompletament iġġustifikati li mhumiex fil-kontroll tagħhom, isir impossibbli għall-benefiċjarji li jtemmu l-proġett fi żmien il-perjodu skedat, tista' tingħata estensjoni għall-perjodu ta' eliġibbiltà. Tingħata estensjoni massima ta' 6 xhur oħra, jekk it-talba ssir qabel id-data ta’ skadenza speċifikata fil-ftehim ta’ għotja.

L-attivitajiet li sejrin jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jistgħu jinkludu (lista mhux eżawrjenti):

Analiżi, studji, eżerċizzji ta’ mmappjar;

Attivitajiet ta’ riċerka;

Attivitajiet ta’ taħriġ;

Abbozzar ta’ rapporti, konklużjonijiet ta’ proġetti, rakkomandazzjonijiet ta’ politika;

Sessjonijiet ta’ ħidma;

Konferenzi/seminars;

Testijiet u valutazzjonijiet ta’ approċċi innovattivi fil-livell bażiku;

Sensibilizzazzjoni u azzjonijiet ta’ tixrid;

Attivitajiet immirati lejn il-ħolqien u t-titjib ta’ netwerks, l-iskambju ta’ prattika tajba;

Żvilupp ta’ għodod tal-ICT (softwer, pjattaformi, applikazzjonijiet, eċċ.) jew riżorsi ta' tagħlim;

Żvilupp ta’ outputs intelletwali.

4.   Kriterji tal-Għoti

L-applikazzjonijiet eliġibbli se jiġu vvalutati abbażi l-esklużjoni, l-għażla u l-kriterji tal-għoti (2).

Il-kriterji tal-għoti huma li ġejjin:

1.

Ir-rilevanza tal-proġett (30 %)

2.

Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (30 %)

3.

Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni (20 %)

4.

L-impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u t-tixrid (20 %)

Il-proposti li jkunu ssodisfaw il-limiti ta’ kwalità minimi biss:

tal-inqas limitu ta’ 50 % għal kull kriterju (jiġifieri minimu ta’ 15-il punt għal “Rilevanza tal-proġett” u “Kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni” rispettivament; 10 punti għal “Kwalità tas-sħubija u arranġamenti ta’ kooperazzjoni” u “Impatt fuq l-iżvilupp tal-politika u t-tixrid” rispettivament; u

tal-inqas limitu ta' 70 % fuq il-punteġġ totali (jiġifieri punteġġ aggregat tal-4 kriterji tal-għoti)

se jiġu kkunsidrati għall-finanzjament tal-UE. L-applikazzjonijiet li jinżlu taħt dawk il-limiti jiġu miċħuda.

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt is-sejħa preżenti huwa ta' EUR 8 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż il-75 % tal-kostijiet totali tal-proġetti eliġibbli.

L-għotja massima għal kull proġett hija ta’ EUR 500 000.

L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli għal din is-sejħa.

6.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Marzu 2017 — 12.00 nofsinhar CET.

L-applikanti huma mitluba jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti, il-proċedura ta’ sottomissjoni u jużaw id-dokumenti li jiffurmaw parti mill-applikazzjoni (Pakkett tal-Applikazzjoni) fuq: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/forward-looking-cooperation-projects-2017-eacea412016_en

Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/PPMT/

Il-Pakkett tal-Applikazzjoni sħiħ għandu jiġi sottomess online permezz tas-sottomissjoni ta’ formola elettronika korretta, jimtela kif suppost u jkun fih l-annessi u d-dokumenti ta' appoġġ rilevanti u applikabbli kollha.

Il-formoli tal-applikazzjoni li ma jinkludux l-informazzjoni meħtieġa kollha u li ma jiġux sottomessi online sad-data ta’ skadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.

7.   Aktar informazzjoni

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida għall-Applikanti.

Il-Linji Gwida għall-Applikanti u l-Pakkett tal-Applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/forward-looking-cooperation-projects-2017-eacea412016_en

Dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu


(1)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(2)  Ara l-Linji gwida għall-Applikanti taqsimiet 7, 8 u 9.