6.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 438/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.6800 — PRSfM / STIM / GEMA / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 438/13)

1.

Fit-28 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi PRS for Music Limited (“PRSfM”, United Kingdom), Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (“STIM”, Sweden), u Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (“GEMA”, Germany) (flimkien: “il-Partijiet”) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt permezz tax-xiri ta' ishma f'impriża konġunta ġdida.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-Partijiet: l-immaniġjar tad-drittijiet kollettivi tad-drittijiet tal-awturi f'xogħlijiet mużikali;

—   għall-impriża konġunta: attivitajiet ta' liċenzjar multiterritorjali multirepertorji għal drittijiet tal-awtur mekkaniċi u ta' prestazzjoni f'xogħlijiet mużikali għal sfruttament onlajn u mobbli; ġestjoni tal-bażi tad-dejta tad-drittijiet tal-awtur u pproċessar onlajn tal-liċenzji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.6800 — PRSfM / STIM / GEMA / JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).