27.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 160/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : L-Italja

L-okkażjoni tal-kommemorazzjoni : Il-200 Anniversarju tal-fondazzjoni tal-Arma dei Carabinieri.

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri reinterpretazzjoni tal-iskultura “Pattuglia di Carabinieri nella tormenta” li kienet saret fl-1973 minn Antonio Berti; fuq il-lemin, l-ittri sovraposti tal-monogramma tar-Repubblika Taljana “RI”/2014; fuq ix-xellug, 1814; fuq in-naħa ta’ fuq, l-ittri sovraposti R (il-monogramm taz-Zekka ta’ Ruma); enfasizzat, LDS (il-monogramm tal-Kittieba Luciana De Simoni)/CARABINIERI.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Ġunju 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).