31.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6610 – CVC/AlixPartners)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 154/15

1.

Fl-24 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (“CVC”), il-Lussemburgu, membru tal-grupp CVC, takkwista l-kontroll totali, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tal-impriża AlixPartners LLP (“Alix”), l-Istati Uniti tal-Amerika, billi tixtri l-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-grupp CVC huwa magħmul minn entitajiet konsultattivi ta' proprjetà privata li l-attivitajiet tagħhom huma l-għoti ta’ pariri fl-investimenti lill-Fondi CVC u/jew il-ġestjoni tal-investimenti f’isimhom. Il-Fondi CVC għandhom interess ta’ kontroll f’għadd ta’ kumpaniji f’industriji varji inklużi l-industriji tal-kimika, tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, prinċiplament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku,

Alix hija impriża globali li tipprovdi servizzi ta' konsulenza korporattiva lin-negozji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6610 – CVC/AlixPartners, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).