15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5879 – Alstom/RZD/Cypriot Companies/TMH)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 278/14

1.

Fl-1 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Alstom Holdings (“Alstom”, Franza) u Russian Railways (“RZD”, ir-Russja) u Ammonis Trading Limited, Latorio Holdings Limited u Mafrido Trading Limited (flimkien “the Cypriot Companies”, Ċipru), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' CJSC Transmashholding (“TMH”, ir-Russja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Alstrom: grupp ta' kumpaniji attivi globalment primarjament fil-manifattura ta' tagħmir u l-forniment ta' servizzi għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, t-trażmissjoni tal-elettriku, u t-trasport bil-ferroviji,

għal RZD: kumpanija ferrovjarja u li topera l-ferroviji kkontrollta mill-istat fir-Russja u f'ċerti stati tas-CIS,

għal Cypriot Companies: kumpaniji ta' investiment finanzjarju li l-attivitajiet tagħhom huma limitati għall-pusses b'mod indirett ta' ishma ta' TMH,

għal TMH: manifattura ta' lokomottivi u tagħmir forrovjarju, attiva primarjament fir-Russja u ċerti stati taż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5879 – Alstom/RZD/Cypriot Companies/TMH, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).