3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5601 – RREEF Fund/UFG/SAGGAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 208/09

1.

Fis-26 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża RREEF Pan-European Infrastructure Fund LP (“RREEF Fund”, ir-Renju Unit), li finalment hija mmexxija minn Deutsche Bank (“DB”, il-Ġermanja) u UNION FENOSA GAS, S.A. (“UFG”, Spanja), li hija impriża konġunta bejn Unión Fenosa S.A. (issa Gas Natural SDG, S.A. “GN”, Spanja), u ENI S.p.A (“ENI”, l-Italja), jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża Planta De Regasification De Sagunto S.A. (“SAGGAS”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’impriża konġunta eżistenti. Bħalissa SAGGAS hija taħt il-kontroll konġunt ta’ UFG, Iberdrola S.A. (Spanja) u Endesa Generación S.A. (Spanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal RREEF Fund: fond tal-investiment attiv f’servizzi bankarji u finanzjarji u servizzi relatati fuq bażi dinjija,

għal UFG: il-forniment tal-gass lil impriżi u individwi fi Spanja,

għal SAGGAS: ir-rigassifikazzjoni tal-gass likwidu naturali fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5601 – RREEF Fund/UFG/SAGGAS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.