3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Novembru 2016 – Juhler Holding A/S vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-613/16)

(2017/C 104/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juhler Holding A/S

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (issa l-Artikolu 49 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE) jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ ħlasijiet ta’ dividendi fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija permanentement isseparata bħala kumpannija holding fi ħdan grupp li jeżerċita attività fl-Istat fejn hija għandha s-sede tagħha,

meta ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk dawn ikunu irċevew id-dħul direttament u

1)

ma jkunx hemm raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-involviment tal-kumpannija barranija jew

2)

il-kumpannija omm barranija ma tkunx tiġġenera iktar minn 10 % tad-dħul gross totali tagħha għas-sena finanzjarja kkonċernata permezz tal-attività tagħha stess (b’mod partikolari, ma huwiex iġġenerat mill-attività ekonomika stess tal-kumpannija dħul li joriġina mill-ġestjoni tal-attivi) jew

3)

il-kumpannija omm barranija ma tkunx tipparteċipa fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża organizzata b’mod adegwat fid-dawl tal-għan korporattiv tagħha,

filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji omm stabbiliti fit-territorju nazzjonali irrispettivament mill-kundizzjonijiet indikati hawn fuq?

2)

L-Artikolu 5(1) moqri flimkien mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435/KEE (1) jipprekludi dispożizzjoni fiskali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ ħlasijiet ta’ dividendi fuq id-dħul mill-kapital lil kumpannija omm barranija permanentement isseparata bħala kumpannija holding fi ħdan grupp li jeżerċita attività fl-Istat fejn hija għandha s-sede tagħha,

meta ishma f’din il-kumpannija jkunu miżmuma minn persuni li ma jkollhomx dritt għar-rimbors jew għall-eżenzjoni jekk dawn ikunu rċevew id-dħul direttament u

1)

ma jkunx hemm raġunijiet ekonomiċi jew raġunijiet importanti oħra li jiġġustifikaw l-involviment tal-kumpannija barranija jew

2)

il-kumpannija omm barranija ma tkunx tiġġenera iktar minn 10 % tad-dħul gross totali tagħha għas-sena finanzjarja kkonċernata permezz tal-attività tagħha stess (b’mod partikolari, ma huwiex iġġenerat mill-attività ekonomika stess tal-kumpannija dħul li joriġina mill-ġestjoni tal-attivi) jew

3)

il-kumpannija omm barranija ma tkunx tipparteċipa fl-attività ekonomika ġenerali ma’ impriża organizzata b’mod adegwat fid-dawl tal-għan korporattiv tagħha,

filwaqt li l-eżenzjoni tingħata lill-kumpanniji omm stabbiliti fit-territorju nazzjonali irrispettivament mill-kundizzjonijiet indikati hawn fuq?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).