27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Edra Costruzioni Soc. coop., Edilfac Srl vs Comune di Maiolati Spontini

(Kawża C-140/16) (1)

((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Direttiva 2014/24/UE - Parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti - Offerent li naqas milli jsemmi fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol - Obbligu mill-qrati li tissemma din in-nefqa - Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li jiġi rrettifikat dan in-nuqqas))

(2017/C 063/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edra Costruzioni Soc. coop., Edilfac Srl

Konvenut: Comune di Maiolati Spontini

Fil-preżenza ta’: Torelli Dottori SpA

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza, hekk kif implementati mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, provvisti u servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ offerent mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku wara n-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tiegħu tal-obbligu li jindika b’mod distint fl-offerta n-nefqa tal-impriża fir-rigward tas-sigurtà fuq ix-xogħol – li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu huwa ssanzjonat bl-esklużjoni mill-proċedura – li ma jirriżultax espressament mid-dokumenti tal-kuntratt jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda minn interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u mis-soluzzjoni għal-lakuni li jirriżultaw mill-imsemmija dokumenti, min-naħa tal-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza. Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati wkoll fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li tali offerent jingħata l-possibbiltà li jissana s-sitwazzjoni tiegħu u jissodisfa l-imsemmi obbligu f’terminu stabbilit mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016