8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ November 2017 – HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-423/16 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni - Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat - Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Verżjoni bil-lingwa Bulgara - Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi - Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni - Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors))

(2018/C 005/14)

Lingwa tal-proċedura: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: HX (rappreżentant: S. Koev, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2016, HX vs Il-Kunsill (T-723/14,EU:T:2016:332), huwa annullat.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentat minn HX quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn HX kemm fl-ewwel istanza u kemm fil-kuntest ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.