26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2015 – Firma Theodor Pfister vs Landkreis Main-Spessart

(Kawża C-58/15)

(2015/C 171/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Theodor Pfister

Konvenut: Landkreis Main-Spessart

Domanda preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, tawtorizza, għall-perijodu tranżitorju tas-sena 2007, l-impożizzjoni ta’ tariffi fil-qasam sanitarju tal-laħam li jkopru l-ispejjeż fuq il-bażi tad-dritt applikabbli preċedentement (Direttiva 85/73/KEE, fil-verżjoni tad-Direttiva 96/43/KE)?


(1)  Regolament (KE) Nru 882/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200).