23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — European Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lexmark International Technology SA

(Kawża C-56/12 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq tal-cartridges tal-linka - Deċiżjoni li tirrifjuta lment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju - Probabbiltà żgħira li tintwera l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 82 KE - Importanza tal-gravità tal-allegat ksur)

2013/C 344/33

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: European Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) (rappreżentant: D. Ehle, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat), Lexmark International Technology

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011, EFIM vs Il-Kummissjoni (T-296/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 4125, tal-20 ta’ Mejju 2009, dwar ċaħda tal-ilment COMP/C-3/39.391, dwar allegat ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE mill-kumpanniji Hewlett-Packard, Lexmark, Canon u Epson fis-swieq tal-cartridges tal-linka — Kompetenza tal-Kummissjoni — Obbligi fil-qasam tal-investigazzjoni tal-ilmenti — Nuqqas ta’ interess Komunitarju — Proporzjonalità — Assenza ta’ motivazzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ilmenti

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-European Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 21.4.2012.