24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2012 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/11) (1)

(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar studju fuq l-ispejjeż u benefiċċji għan-negozjanti li jaċċettaw metodi differenti ta’ ħlas - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 89/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); MasterCard International, Inc. (Wilmington); MasterCard Europe (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-aċċess lir-rikorrenti għal ċerti dokumenti fformulati minn terz dwar studju fuq “Spejjeż u benefiċċji lil negozjaturi rigward l-aċċettazzjoni ta’ metodi differenti ta’ ħlas”.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjon dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.