28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm fl-4 ta’ Mejju 2010 — KHS AG vs Winfried Schulte

(Kawża C-214/10)

()

2010/C 234/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KHS AG

Konvenut: Winfried Schulte

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni u/jew prattiċi nazzjonali li jipprovdu li d-dritt għal-leave annwali mħallas minimu jiskadi fi tmiem il-perijodu ta’ referenza u/jew tal-perijodu ta’ tkomplija anki fil-każ fejn il-ħaddiem kien inkapaċi li jwettaq xogħlu matul perijodu twil (f’sitwazzjoni fejn dan il-perijodu twil ta’ inkapaċità ta’ xogħol għandu l-konsegwenza li l-ħaddiem seta’ jakkumula dritt għal leave annwali mħallas minimu għal diversi snin jekk il-possibbiltà tal-perijodu ta’ tkomplija ta’ tali dritt ma kinitx limitata ratione temporis)? Jekk tingħata risposta negattiva, il-possibbiltà li jitkompla l-leave għandha tkun teżisti minn tal-inqas għal perijodu ta’ 18-il xahar?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)