23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Linz — l-Awstrija) — Proċeduri kriminali kontra Ernst Engelmann

(Kawża C-64/08) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet għall-operat ta’ logħob tal-ażżard fil-kasinos - Possibbiltà ta’ ksib ta’ konċessjoni miftuħa biss għall-kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti fit-territorju nazzjonali - Għoti tal-konċessjonijiet kollha mingħajr ebda forma ta’ kompetizzjoni)

(2010/C 288/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Linz

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Ernst Engelmann

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Landesgericht Linz — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operat ta’ logħob tal-ażżard fil-kasinos fin-nuqqas ta’ konċessjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti, iżda li tirriżerva l-possibbiltà li tinkiseb tali konċessjoni, għal tul ta’ żmien massimu ta’ 15-il sena, biss lill-kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti fit-territorju nazzjonali u li ma jkollhomx kumpanniji sussidjarji barra mill-pajjiż.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-operat tal-logħob tal-ażżard fl-istabbilimenti tal-logħob esklużivament għall-operaturi li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

(2)

L-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll mill-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza jipprekludi l-għoti, mingħajr ebda forma ta’ kompetizzjoni, tal-konċessjonijiet kollha għall-operat ta’ stabbilimenti tal-logħob fit-territorju ta’ Stat Membru.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.