5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Vestre Landsret — Danimarka) — Skatteministeriet vs Ecco Sko A/S

(Kawża C-165/07) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura 6403 - Żraben b'uċuħ tal-ġilda - Intestatura 6404 - Żraben b'uċuħ ta' materjali ta' tessuti)

(2008/C 171/15)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuta: Ecco Sko A/S

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni ta' l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000 (li qabel kien Nru 2263/2000), tat-13 ta' Ottubru 2000, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 — Kompatibbiltà tan-nota addizzjonali 1 tal-Kapitlu 64 tan-nomenklatura magħquda, introdotta permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3800/92, tat-23 ta' Diċembru 1992, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 man-nota 4(a) ta' l-istess kapitolu — Żraben b'qigħan ta' barra tal-lastiku, plastiks, ġilda jew imitazzjoni ta' ġilda — Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6403 tan-nomenklatura magħquda (żraben b'uċuħ tal-ġilda) jew taħt l-intestatura 6404 (żraben b'uċuħ ta' materjali ta' tessuti)

Dispożittiv

1)

In-nomenklatura magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2388/2000, tat-13 ta' Ottubru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li sandlija, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-qiegħ ta' barra tal-lastiku, li l-parti ta' fuq tagħha hija magħmula minn żewġ biċċiet tal-ġilda mwaħħlin mal-qiegħ intermedjarju bil-kolla u marbuta bejniethom b'ċineg tal-ġilda li jorbtu koperti bi strixxi tal-Velcro, bil-ġilda tkopri madwar 71 % ta' l-erja tal-parti ta' barra tal-wiċċ u bil-materjal ta' tessut elastiku ta' taħt il-ġilda li jidher f'xi postijiet, taqa':

fl-intestatura 6404 tan-nomenklatura magħquda jekk il-materjal ta' tessut tal-parti ta' fuq ta' din is-sandlija, mingħajr il-biċċiet tal-ġilda, għandu rwol ta' wiċċ, jiġifieri jekk jassigura qagħda tajba biżżejjed tas-sieq sabiex l-utent ta' din is-sandlija jkun jista' jimxi;

fl-intestatura 6403 tan-nomenklatura magħquda jekk il-materjal ta' tessut tal-parti ta' fuq ta' din is-sandlija, mingħajr il-biċċiet tal-ġilda, m'għandux rwol ta' wiċċ, jiġifieri jekk ma jassigurax qagħda tajba biżżejjed tas-sieq sabiex l-utent ta' din is-sandlija jkun jista' jimxi.

2)

In-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 tan-nomenklatura magħquda, introdotta permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3800/92, tat-23 ta' Diċembru 1992, li jemenda r-Regolament Nru 2658/87 hija kompatibbli man-nota 4(a) ta' dan il-kapitolu.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.