Brussell, 27.9.2019

COM(2019) 436 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati li ġiet ikkonferita lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 u skont it-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006


Werrej

1.    Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006    

1.1.    Introduzzjoni    

1.2.    Bażi ġuridika    

1.3.    Eżerċizzju tad-delega    

1.4.    Konklużjonijiet    

2.    Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006    

2.1.    Introduzzjoni    

2.2.    Bażi ġuridika    

2.3.    Eżerċizzju tad-delega    

2.4.    Konklużjonijiet    

1.Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006

1.1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

L-Artikolu 12(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi f’reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti u li jipprevedu l-eżerċizzju sħiħ, minn operaturi, tad-drittijiet tagħhom li jipparteċipaw fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

L-Artikolu 19(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont ta’ għajnuna mogħtija fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti barra mir-reġjun tal-produzzjoni u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-kwantitajiet ta’ prodotti soġġetti għal din l-għajnuna.

L-Artikolu 21(3) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tad-dritt tal-użu tal-logo speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi u għar-riproduzzjoni u l-użu tiegħu, sabiex jittejjeb l-għarfien ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità għolja mir-reġjuni ultraperiferiċi u biex jiżdied il-konsum tagħhom, irrispettivament minn jekk dawk il-prodotti humiex proċessati jew mhux proċessati.

L-Artikolu 26(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, tadotta atti delegati li, fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Martinique, Guadeloupe u l-Gujana Franċiża, jippermettu l-produzzjoni ta’ ħalib UHT rikostitwit mit-trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni.

L-Artikolu 27(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni fuq annimali bovini għas-simna u l-konsum fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u fil-Madeira.

L-Artikolu 30(4) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għal miżuri għall-finanzjament ta’ studji, proġetti ta’ dimostrazzjoni, taħriġ u assistenza teknika.

1.2.Bażi ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 33(2). Skont din id-dispożizzjoni, is-setgħat tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 12(2), 19(4) 21(3), 26(4), 27(2) u 30(4) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-21 ta’ Marzu 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

1.3.Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni adottat att delegat wieħed abbażi tal-Artikoli 12(2), 19(4), 21(3), 27(2) u 30(4): Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 179/2014 2 . Dan l-att delegat jipprevedi għal regoli għar-reġistru tal-operaturi, għal regoli għall-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti barra mir-reġjun tal-produzzjoni, għal regoli dwar l-għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni għat-tadam u għar-ross, għal regoli għall-użu tal-logo, id-dritt għall-użu tiegħu u l-kundizzjonijiet għar-riproduzzjoni u l-użu tiegħu, għal kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni fuq annimali bovini rġiel żgħar u għall-ammont massimu biex jiġu ffinanzjati studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika.

F’konformità mal-fehim komuni dwar atti delegati 3 , l-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti għall-Pagamenti Diretti — sottogrupp dwar il-POSEI u l-Gżejjer Minuri tal-Eġew. Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 179/2014 fis-6 ta’ Novembru 2013 u r-Regolament ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat. Wara l-iskadenza ta’ xahrejn, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 179/2014 ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 63 tal-4 ta’ Marzu 2014 u daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Marzu 2014.

Is-setgħa mogħtija bl-Artikolu 26(4) ma ntużatx, minħabba li Franza ma wriet l-ebda okkażjoni fejn tippermetti l-produzzjoni ta’ ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Unjoni għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej tal-Martinique, tal-Guadeloupe u tal-Guyana Franċiża.

Il-Kummissjoni mhix biħsiebha tuża s-setgħa fil-futur qrib, iżda ma jistax jiġi eskluż li dan ikun meħtieġ.

1.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat b’mod korrett is-setgħat delegati tagħha. Ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

2.Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006

2.1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-Gżejjer Minuri tal-Eġew

L-Artikolu 11(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-operaturi f’reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti u li jipprevedu l-eżerċizzju sħiħ, minn operaturi, tad-drittijiet tagħhom li jipparteċipaw fl-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

L-Artikolu 15(4) jobbliga lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-ammont tal-għajnuna mogħtija fir-rigward tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u t-trasport ta’ prodotti kemm ipproċessati kif ukoll mhux ipproċessati barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħhom u, fejn ikun il-każ, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-kwantitajiet ta’ prodotti soġġetti għal dik l-għajnuna.

L-Artikolu 18(4) jobbliga lill-Kummissjoni li tadotta att delegati dwar il-kundizzjonijiet biex jiġi determinat l-ammont massimu annwali li jista’ jiġi allokat għall-miżuri ta’ finanzjament ta’ studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ u għajnuna teknika, sakemm tali allokazzjoni tkun raġonevoli u proporzjonata.

2.2.Bażi ġuridika

Ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 21(2). Skont din id-dispożizzjoni, is-setgħat tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 11(2), 15(4) u 18(4) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-21 ta’ Marzu 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

2.3.Eżerċizzju tad-delega

Il-Kummissjoni adottat att delegat wieħed abbażi tal-Artikoli 11(2), 15(4), u 18(4): Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2014 5 . Dan l-att delegat jipprevedi regoli dwar ir-reġistru tal-operaturi, għall-ammont ta’ għajnuna għat-tqegħid fis-suq barra mir-reġjun tal-produzzjoni u għall-ammont massimu biex jiġu ffinanzjati studji, proġetti ta’ dimostrazzjoni, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika.

F’konformità mal-fehim komuni dwar atti delegati 6 , l-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-Grupp ta’ Esperti għall-Pagamenti Diretti — sottogrupp dwar il-POSEI u l-Gżejjer Minuri tal-Eġew. Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 178/2014 fis-6 ta’ Novembru 2013 u r-Regolament ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika tal-att. La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma ħarġu ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat. Wara l-iskadenza ta’ xahrejn, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2014 ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 63 tal-4 ta’ Marzu 2014 u daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Marzu 2014.

Il-Kummissjoni mhix biħsiebha tuża s-setgħa fil-futur qrib, iżda ma jistax jiġi eskluż li dan ikun meħtieġ.

2.4.Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni eżerċitat b’mod korrett is-setgħat delegati tagħha. Ma jistax jiġi eskluż li s-setgħat se jkunu meħtieġa fil-futur.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-Rapport.

(1)      Ir-Regolament (EU) Nru 228/2013 li tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23
(2)      Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 179/2014 tas-6 ta' Novembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ir-reġistru tal-operaturi, l-ammont tal-għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti barra r-reġjun, il-logo, l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal ċerti annimali bovini u l-iffinanzjar ta' ċerti miżuri relatati ma' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, ĠU L 63, 4.3.2014, p. 3
(3)      Fehim Komuni dwar l-atti delegati mill-2011 (mhux ippubblikat).
(4)      Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006, ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41
(5)      Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2014 tas-6 ta’ Novembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, ĠU L 63, 4.3.2014, p. 1
(6)      Ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġna.