9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/27


Notifika għall-attenzjoni tas-sid tal-bastiment LYNN S, li huwa mniżżel fil-lista msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra bastimenti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). L-elenkar ġie mġedded sat-18 ta’ Jannar 2018 u emendat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2006

(2017/C 377/17)

1.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1) issejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu ordni lill-bastimenti, kif imsemmija fil-lista ppreżentata fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, biex ma jgħabbux, ma jittrasportawx, u ma jħottux żejt mhux maħdum esportat illegalment mil-Libja, biex jiċħdu dħul fil-portijiet tal-Istati Membri u tipprojbixxi l-forniment ta’ ċerti servizzi u ta’ ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ esportazzjonijiet taż-żejt bħal dawn.

2.

Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ġedded u emenda l-elenkar tal-bastiment LYNN S, soġġett għal miżuri restrittivi.

Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1970 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex tkun tista’ tiġi rrikunsidrata d-deċiżjoni li l-elenkar jiġġedded. Dawn it-talbiet jenħtieġ li jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations – Focal point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

Tista' ssib aktar informazzjoni hawn: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting

3.

Sabiex jiġi implimentat l-elenkar il-ġdid, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2006 (2) li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3) skont dan.

Is-sidien tal-bastiment LYNN S jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni biex jiġġedded l-elenkar, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, lill-Kummissjoni Ewropea fuq l-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

4.

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tas-sid tal-bastiment LYNN S għall-possibbiltà li jikkontesta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2006 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 290, 9.11.2017, p. 17.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.