28.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 322/1


Image

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) u (4) tat-TFUE u l-Artikoli 148(1) u 162(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikoli 43, 48 u 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 567/2014

il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tagħha tat- 13 ta’ Lulju 2017, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

għas-sena finanzjarja 2016

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

Klaus-Heiner LEHNE (President), Karel PINXTEN, Henri GRETHEN, Ladislav BALKO, Lazaros S. LAZAROU, Hans Gustaf WESSBERG, Pietro RUSSO, Ville ITÄLÄ, Kevin CARDIFF, Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Iliana IVANOVA, George PUFAN, Neven MATES, Alex BRENNINKMEIJER, Danièle LAMARQUE, Nikolaos MILIONIS, Phil WYNN OWEN, Oskar HERICS, Bettina JAKOBSEN, Janusz WOJCIECHOWSKI, Samo JEREB, Jan GREGOR, Mihails KOZLOVS, Rimantas ŠADŽIUS, Leo BRINCAT, João FIGUEIREDO, Juhan PARTS, Ildikó GÁLL-PELCZ.

RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

(2017/C 322/01)

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali 7

Kapitolu 1

— Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u informazzjoni ta’ sostenn 9

Kapitolu 2

— Ġestjoni baġitarja u finanzjarja 39

Kapitolu 3

— Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE 65

Kapitolu 4

— Dħul 133

Kapitolu 5

— “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” 149

Kapitolu 6

— “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 165

Kapitolu 7

— “Riżorsi naturali” 205

Kapitolu 8

— “Sigurtà u ċittadinanza” 241

Kapitolu 9

— “Ewropa Globali” 251

Kapitolu 10

— “Amministrazzjoni” 269

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġiet stabbilita bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) bħala l-awditur estern tal-finanzi tal-UE. F’din il-kapaċità, aħna naġixxu bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini kollha tal-UE, notevolment billi ngħinu fit-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li nwettqu tista’ tinstab fir-rapport tal-attività, fir-rapporti speċjali, u fl-analiżijiet panoramiċi tagħna kif ukoll fl-opinjonijiet tagħna dwar liġijiet ġodda jew liġijiet aġġornati tal-UE jew deċiżjonijiet oħra b’implikazzjonijiet għall-ġestjoni finanzjarja (2).

0.2.

Dan ir-rapport annwali, l-40 wieħed dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, ikopri s-sena finanzjarja 2016. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.

Il-baġit ġenerali tal-UE jiġi approvat kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tagħna, flimkien mar-rapporti speċjali tagħna, jipprovdi bażi għall-proċedura ta’ kwittanza li fiha l-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni tkunx issodisfat ir-responsabbiltajiet baġitarji tagħha b’mod sodisfaċenti. Ladarba jiġi ppubblikat, aħna ngħadduh lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

0.4.

Il-parti ċentrali tar-rapport annwali tagħna hija d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet konsolidati tal-UE u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet (“regolarità tat-tranżazzjonijiet”). Din id-dikjarazzjoni tiġi ssupplimentata minn valutazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE.

0.5.

Din is-sena, ir-rapport tagħna huwa strutturat kif ġej:

il-Kapitolu 1 fih id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u sommarju tar-riżultati tal-awditjar li wettaqna tal-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

il-Kapitolu 2 jippreżenta l-analiżi tagħna tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

il-Kapitolu 3, din is-sena, jifforka fuq il-qafas stabbilit mill-Kummissjoni għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni, jippreżenta riżultati sinifikanti mir-rapporti speċjali tagħna tal-2016 dwar il-prestazzjoni, u janalizza l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna f’selezzjoni ta’ rapporti speċjali minn snin preċedenti;

il-Kapitolu 4 jippreżenta s-sejbiet tagħna dwar id-dħul tal-UE;

il-Kapitoli 5 sa 10 juru, għall-intestaturi prinċipali tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali (3), ir-riżultati tal-ittestjar li wettaqna tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u tal-eżaminar ta’ rapporti annwali tal-attività, elementi oħra tas-sistemi ta’ kontroll intern u arranġamenti ta’ governanza oħra.

0.6.

Billi ma hemmx rapporti finanzjarji separati għall-intestaturi individwali tal-QFP, il-konklużjonijiet għal kull kapitolu ma jikkostitwux opinjoni tal-awditjar. Minflok, il-kapitoli jiddeskrivu kwistjonijiet sinifikanti li huma speċifiċi għal kull intestatura tal-QFP.

0.7.

Aħna għandna l-għan li nippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħna b’mod ċar u konċiż. Mhux dejjem inkunu nistgħu nevitaw li nużaw termini li huma speċifiċi għall-UE, għall-politiki u l-baġit tagħha, u għall-kontabbiltà u l-awditjar. Fis-sit web tagħna, aħna ppubblikajna glossarju bid-definizzjonijiet u t-tifsiriet tal-biċċa l-kbira ta’ dawn it-termini speċifiċi (4). It-termini ddefiniti fil-glossarju jidhru bil-korsiv fejn jintużaw għall-ewwel darba f’kull kapitolu.

0.8.

Ir-risposti tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet tagħna (jew, fejn xieraq, ir-risposti ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE) huma ppreżentati ma’ dan ir-rapport u għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni miegħu. Madankollu, hija r-responsabbiltà tagħna, bħala awditur estern, li nirrappurtaw is-sejbiet tal-awditjar tagħna u li naslu għall-konklużjonijiet neċessarji sabiex nipprovdu valutazzjoni indipendenti u imparzjali tal-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.


(1)  L-Artikoli 285 sa 287 (ĠU C 326, 26.10.2012, pp. 169-171).

(2)  Disponibbli fuq is-sit web tagħna: www.eca.europa.eu.

(3)  Il-Kapitolu 8 jkopri l-Intestatura 3 (“Sigurtà u ċittadinanza”). L-analiżi tal-Intestatura 3 ma tinkludix livell ta’ żball stmat. Aħna ma nipprovdux valutazzjoni speċifika għall-infiq taħt l-Intestatura 6 (“Kumpens”) jew għal infiq li ma jaqax taħt il-QFP.

(4)  http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/GLOSSARY_AR_2016/GLOSSARY_AR_2016_MT.pdf.


KAPITOLU 1

Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u informazzjoni ta’ sostenn

WERREJ

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti pprovduta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — rapport tal-awditur indipendenti I‐XXVIII
Introduzzjoni 1.1‐1.3
Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 1.1‐1.2
L-infiq tal-UE huwa għodda sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika 1.3
Affidabbiltà tal-kontijiet — Sejbiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2016 1.4‐1.7
Il-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali 1.4‐1.6
Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar 1.7
Regolarità tat-tranżazzjonijiet: id-dħul u madwar nofs l-infiq huma ħielsa minn żball materjali 1.8‐1.34
Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2016 juru titjib 1.9‐1.21
L-istimi li l-Kummissjoni wettqet tal-livelli ta' żball … 1.22‐1.24
… huma, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, globalment konformi mas-sejbiet proprji tagħna 1.25‐1.27
Il-Kummissjoni pprovdiet ċifri dwar korrezzjonijiet u rkupri … 1.28‐1.30
Korrezzjonijiet u rkupri jiġu applikati b'diversi modi 1.31‐1.32
F'ċerti ċirkustanzi, aħna nieħdu inkunsiderazzjoni l-azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet meta nistmaw il-livell ta' żball 1.33‐1.34
Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-OLAF 1.35‐1.36
Konklużjonijiet 1.37‐1.38
Riżultati tal-awditjar 1.38

Anness 1.1 —

Approċċ u metodoloġija tal-awditjar

Anness 1.2 —

Frekwenza ta' żbalji li nqabdu fil-kampjun tal-awditjar għas-sena 2016

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI PPROVDUTA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL — RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

Opinjoni

I.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea li jinkludu r-rapporti finanzjarji konsolidati (1) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, approvati mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2017, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

II.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea (UE) għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

III.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha

Pagamenti

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IV.

Fl-opinjoni tagħna, bl-eċċezzjoni tal-effetti tal-kwistjoni deskritta fil-paragrafu li jirrigwarda l-bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Bażi għal opinjoni

V.

Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI (ISSAIs). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawk l-istandards huma deskritti f'aktar dettall fit-taqsima tar-rapport tagħna intitolata Responsabbiltajiet tal-awditur. Aħna awdituri indipendenti f'konformità mal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali tal-Bord tal-Istandards Internazzjonal tal-Etika għall-Kontabilisti (Kodiċi tal-IESBA) kif ukoll mar-rekwiżiti tal-etika li huma rilevanti għall-awditu tagħna, u wettaqna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti u skont il-Kodiċi tal-IESBA. Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

VI.

L-infiq irreġistrat fl-2016, u li jkopri l-infiq fuq bażi ta' rimborżi (3), huwa milqut minn livell materjali ta' żball. Il-livell ta' żball stmat minna għall-pagamenti li saru fuq bażi ta' rimborżi huwa ta’ 4,8  %. Il-livell kumplessiv ta' żball stmat minna (3,1  %) għadu ogħla mis-soll ta' materjalità stabbilit minna, iżda dan mhuwiex pervażiv. Pagamenti li saru fuq bażi ta' drittijiet mhumiex milquta minn livell materjali ta' żball (4). Il-konklużjoni kumplessiva tagħna hija kkorroborata mill-analiżi tal-ammonti f'riskju li twettqet mill-Kummissjoni u li ġiet ippreżentata fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni għall-baġit tal-UE.

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

VII.

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar huma dawk il-kwistjonijiet li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kellhom l-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tal-kontijiet konsolidati tal-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu li wettaqna tal-kontijiet konsolidati fl-intier tagħhom, kif ukoll aħna u nifformulaw l-opinjoni tagħna dwarhom, u ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet.

Aħna vvalutajna l-provvediment għal pensjonijiet u għal benefiċċji oħra tal-impjegati, ippreżentati fil-kontijiet

VIII.

Il-karta tal-bilanċ tal-UE tinkludi pensjonijiet u benefiċċji oħra tal-impjegati, li ammontaw għal EUR 67,2  biljun fi tmiem l-2016. Din hija waħda mill-obbligazzjonijiet l-aktar sinifikanti fil-karta tal-bilanċ, u tirrappreżenta kważi terz mill-obbligazzjonijiet totali ta' EUR 234,8  biljun għall-2016.

IX.

Il-maġġoranza ta' dan il-provvediment għal pensjonijiet u għal benefiċċji oħra tal-impjegati (EUR 58,7  biljun) hija relatata mal-Iskema tal-Pensjonijiet tal-Uffiċjali u l-Aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (il-“PSEO”). Din l-obbligazzjoni tal-pensjonijiet tkopri l-“benefiċċju ddefinit” iggarantit permezz tal-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-“Regolamenti tal-Persunal”), u l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-“TUE”). L-obbligazzjoni rreġistrata fil-kontijiet tirrifletti l-ammont li kien ikun inkluż f'fond ta’ pensjoni li kieku fond ta’ dan it-tip kien ġie stabbilit biex jitħallsu l-obbligi eżistenti għall-pensjonijiet tal-irtirar (5). Minbarra l-pensjonijiet tal-irtirar, dan ikopri pensjonijiet għall-invalidità u pensjonijiet li jitħallsu lin-nisa romol/lill-orfni tal-uffiċjali tal-UE. Skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċji mħallsa taħt l-iskema tal-pensjonijiet jitħallsu mill-estimi (baġit) tal-UE, l-Istati Membri flimkien jiggarantixxu l-pagament tal-benefiċċji u l-uffiċjali jikkontribwixxu terz tal-ispiża għall-finanzjament tal-iskema.

X.

Il-PSEO hija skema tal-pensjonijiet okkupazzjonali obbligatorja għall-impjegati taċ-ċivil tal-UE, li skontha l-kontribuzzjonijiet mill-persunal u mill-istituzzjonijiet u l-korpi li jimpjegawhom jintużaw għall-finanzjament ta' pensjonijiet futuri. Hija maħsuba biex, permezz ta' aġġustamenti għar-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema u għall-età ta' pensjoni, tkun awtomatikament f'bilanċ attwarju. L-għadd u l-varjetà ta' parametri li jintużaw għall-kalkolu ta' projezzjoni fit-tul tal-ispejjeż għall-pensjonijiet jenfasizzaw in-natura attwarja ta' dan il-kalkolu, li itwettaq fl-aħħar nett mill-Eurostat fuq bażi annwali.

XI.

Bħala parti mill-awditu tagħna, aħna evalwajna s-suppożizzjonijiet attwarji u l-valwazzjoni riżultanti għall-provvediment għal pensjonijiet. Aħna vverifikajna d-data numerika, il-parametri attwarji, il-kalkolu tal-provvediment kif ukoll il-preżentazzjoni fil-karta tal-bilanċ konsolidata u n-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. L-awditu li wettaqna tal-valur ġust tal-provvediment qabad xi inkompletezza u impreċiżjonijiet fid-database primarja sottostanti, li ma għandhomx impatt materjali fuq il-kontijiet konsolidati tal-UE. Bħalma ġie ddivulgat fin-Nota 2.9 għar-rapporti finanzjarji konsolidati, il-Kummissjoni se tieħu passi ulterjuri biex issaħħaħ il-proċessi li hija tuża għall-kalkolu tal-obbligazzjoni tal-benefiċċji tal-impjegati, li se nibqgħu eżaminaw.

Aħna vvalutajna l-imposti dovuti li kienu ppreżentati fil-kontijiet

XII.

Fi tmiem is-sena 2016, il-Kummissjoni stmat li l-ispejjeż eliġibbli mġarrba li kienu dovuti lill-benefiċjarji iżda li kienu għadhom ma ġewx irrappurtati, ammontaw għal EUR 102 biljun (fi tmiem is-sena 2015: EUR 106 biljun). Hija rreġistrat dawn l-ispejjeż bħala spejjeż dovuti.

XIII.

Aħna eżaminajna l-metodoloġiji u s-sistemi ta' kontroll għall-istimi ta' tmiem is-sena li ġew applikati fid-direttorati ġenerali prinċipali. Aħna ħadna kampjuni ta' fatturi u ta' pagamenti ta' prefinanzjament u wettaqna xogħol fuq dawn l-elementi biex nindirizzaw ir-riskju li d-dovuti ma ġewx iddikjarati b'mod korrett. Aħna tlabna lis-servizzi tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni biex jagħtuna spjegazzjoni addizzjonali dwar il-metodi ġenerali li ġew applikati, u b'mod partikolari dwar il-metodu l-ġdid li ġie applikat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fil-Koeżjoni.

XIV.

Ix-xogħol li wettaqna jippermettilna nikkonkludu li l-istima tal-ammont kumplessiv ta' imposti dovuti ddikjarati fil-karta tal-bilanċ konsolidata hija ġusta għad-direttorati ġenerali prinċipali. Madankollu, f'xi direttorati ġenerali iżgħar, aħna sibna dgħufijiet fis-sistemi fir-rigward tal-entrati ta' tmiem is-sena. Il-Kummissjoni żviluppat pjan ta' azzjoni f'dan ir-rigward.

Aħna tlabna lill-Kummissjoni tagħtina informazzjoni addizzjonali li tappoġġa l-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża

XV.

L-awtoritajiet fl-Istati Membri jittrasferixxu parti mill-finanzjament li jsir bil-quddiem mill-Kummissjoni lil strumenti finanzjarji fil-forma ta' self, strumenti ta' ekwità jew garanziji.

XVI.

Għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2007-2013, il-leġiżlazzjoni tal-UE ma kinitx tirrikjedi li dawn l-awtoritajiet jipproduċu rapporti perjodiċi dwar l-ammonti miżmuma f'dawn l-istrumenti biex ikunu disponibbli fil-ħin għat-tħejjija tal-kontijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni għamlet stima tal-użu li sar minn dawn il-pagamenti bil-quddiem, fuq il-bażi tar-rapport l-aktar reċenti li kien disponibbli (f'dan il-każ minn tmiem is-sena 2015), bis-suppożizzjoni li l-fondi kienu se jintużaw kompletament u b'mod uniformi matul il-perjodu ta' operat (inizjalment sal-31 ta' Diċembru 2015 iżda aktar tard dan ġie estiż għall-31 ta' Marzu 2017). Aħna nosservaw li għalkemm inqisu li l-użu ta' strumenti finanzjarji fl-2016 kien barra mill-perjodu ta’ eliġibbiltà (ara l-Kapitolu 6, il-paragrafi 6.20 u 6.21), il-Kummissjoni ma tippruvax tirkupra dawn l-ammonti. Għalhekk, il-preżentazzjoni fil-karta tal-bilanċ u fin-Nota 2.5 għar-rapporti finanzjarji konsolidati tirrifletti din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni.

XVII.

Għall-QFP tal-2014-2020, f'kull klejm għall-ispejjeż, l-awtoritajiet huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar pagamenti bil-quddiem li jitħallsu lill-istrumenti finanzjarji u dwar żborżamenti li huma jagħmlu lil benefiċjarji finali. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, ammont stmat jiġi kkalkulat u rrikonoxxut fil-kontijiet għall-perjodu bejn id-data tal-aħħar klejm għall-ispejjeż li jkun ġie riċevut, u tmiem is-sena.

XVIII.

Aħna eżaminajna l-proċedura stabbilita għar-rikonoxximent tal-prefinanzjament relatat, u nqisu li l-ammont iddikjarat fil-karta tal-bilanċ huwa ġust.

Kwistjonijiet oħra

XIX.

Il-maniġment huwa responsabbli għall-informazzjoni l-oħra. Din tinkludi d-Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju, iżda ma tinkludix il-kontijiet konsolidati u r-rapport tal-awditur tagħna dwarhom. L-opinjoni tagħna dwar il-kontijiet konsolidati ma tkoprix l-informazzjoni l-oħra, u aħna ma nesprimu l-ebda forma ta’ konklużjoni dwarhom f'dak li jirrigwarda aċċertament. Fil-kuntest tal-awditu li nwettqu tal-kontijiet konsolidati, ir-responsabbiltà tagħna hija li naqraw l-informazzjoni l-oħra u, filwaqt li nagħmlu dan, inqisu jekk l-informazzjoni l-oħra tkunx materjalment inkonsistenti mal-kontijiet konsolidati jew mal-għarfien li nkunu ksibna fl-awditu, jew jekk ikunx fiha xi tip ta' dikjarazzjoni skorretta materjali oħra. Jekk, ibbażat fuq ix-xogħol li nkunu wettaqna, aħna nikkonkludu li jkun hemm dikjarazzjoni skorretta materjali ta’ din l-informazzjoni l-oħra, għandna l-obbligu li nirrappurtaw dak il-fatt. Aħna ma għandna xejn x’nirrappurtaw f’dan ir-rigward.

Responsabbiltajiet tal-maniġment

XX.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 317 tat-TFUE).

XXI.

Fit-tħejjija tal-kontijiet konsolidati, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-UE li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat dment li l-maniġment ma jkollux l-intenzjoni li jillikwida l-entità jew li jwaqqaf l-operazzjonijiet, jew ma jkollu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel dan.

XXII.

Il-Kummissjoni hija responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-UE.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet konsolidati u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

XXIII.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li nipprovdu, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jirriżultaw minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet konsolidati.

XXIV.

Għad-dħul, l-eżaminar li wettaqna tar-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud u fuq l-introjtu nazzjonali gross jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu l-aggregati makroekonomiċi rilevanti li fuqhom dawn jiġu kkalkulati, u jivvaluta s-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar tagħhom sakemm il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri jkunu ġew riċevuti u rreġistrati fil-kontijiet konsolidati. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, aħna neżaminaw il-kontijet tal-awtoritajiet doganali u nanalizzaw il-fluss tad-dazji sakemm l-ammonti jiġu riċevuti mill-Kummissjoni u rreġistrati fil-kontijiet.

XXV.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta' assi) minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom, u l-Istituzzjoni jew il-korp jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

XXVI.

Bħala parti minn awditu skont l-ISAs u l-ISSAIs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nmantnu x-xettiċiżmu professjonali tul l-awditu. Minbarra dan, aħna:

Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet konsolidati u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditjar li jkunu jirrispondu għal dawk ir-riskji, u niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Ir-riskju li dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità riżultat ta’ frodi ma jinqabdux huwa ogħla milli jekk ikunu b’riżultat ta’ xi żball, billi l-frodi tista' tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonali, rappreżentazzjonijiet skorretti, jew ordnijiet superjuri fuq kontrolli interni.

Niksbu fehim tal-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li nagħtu opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern.

Nevalwaw l-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-maniġment.

Naslu għal konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tal-użu li l-maniġment jagħmel mill-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza għall-awditjar miksuba, nikkonkludu jekk tkunx teżisti inċertezza materjali relatata ma’ avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-entità biex tkompli bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li tkun teżisti inċertezza materjali, aħna meħtieġa li, fir-rapport tal-awditur tagħna, niġbdu l-attenzjoni għad-divulgazzjonijiet relatati fil-kontijiet konsolidati jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza għall-awditjar li tkun inkisbet sad-data tar-rapport tal-awditur tagħna. Madankollu, minħabba avvenimenti jew kundizzjonijiet fil-ġejjieni, entità tista’ ma tibqax tkompli għaddejja bħala negozju avvjat.

Nevalwaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tal-kontijiet konsolidati, inklużi d-divulgazzjonijiet, u jekk il-kontijiet konsolidati ikunux jirrappreżentaw it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ bażi b’mod li tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

Niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u xierqa fir-rigward tal-informazzjoni finanzjarja tal-entitajiet fi ħdan l-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-Unjoni Ewropea, biex nagħtu opinjoni dwar il-kontijiet konsolidati u t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aħna responsabbli mid-direzzjoni, is-superviżjoni u t-twettiq tal-awditu. Aħna nibqgħu l-uniċi responsabbli għall-opinjoni tal-awditjar tagħna.

XXVII.

Aħna nikkomunikaw mal-maniġment dwar, fost affarijiet oħra, l-ambitu u l-għażla taż-żmien ippjanati tal-awditu u dwar sejbiet tal-awditjar li jkunu sinifikanti, inkluża kull defiċjenza sinifikanti li nidentifikaw fil-kontroll intern matul l-awditu tagħna.

XXVIII.

Mill-kwistjonijiet li jkunu ġew ikkomunikati mal-Kummissjoni u ma' entitajiet awditjati oħra, aħna niddeterminaw dawk il-kwistjonijiet li kellhom l-akbar sinifikat fl-awditu tal-kontijiet konsolidati tal-perjodu attwali u li għalhekk huma l-kwistjonjiet ewlenin tal-awditjar. Aħna niddeskrivu dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tal-awditur tagħna, dment li l-ebda liġi jew regolament ma jkun jipprekludi d-divulgazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni jew meta, f'ċirkustanzi estremament rari, aħna niddeterminaw li kwistjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata fir-rapport tagħna minħabba li l-konsegwenzi avversi ta' dan jistgħu jkunu mistennija, b'mod raġonevoli, li jkunu akbar mill-benefiċċji ta' din il-komunikazzjoni għall-interess pubbliku.

It-13 ta’ Lulju 2017

Klaus-Heiner LEHNE

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur indipendenti tal-UE. Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), aħna:

nagħtu l-opinjoni tagħna dwar il-kontijiet tal-UE;

niċċekkjaw jekk il-baġit tal-UE jintużax skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli;

nirrappurtaw dwar jekk l-infiq tal-UE huwiex ekonomiku, effiċjenti u effettiv (6); u

nagħtu parir dwar proposti għal leġiżlazzjoni b’impatt finanzjarju.

 

1.2.

Ix-xogħol li aħna nwettqu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (spjegat fl- Anness 1.1 ) jikkorrispondi għall-ewwel u t-tieni objettivi ta' hawn fuq. Fil-Kapitolu 3 u f'xi oqsma ta' politika (7), ix-xogħol li nwettqu għar-rapport annwali jindirizza wkoll l-ekonomija, l-effiċjenza jew l-effettività tal-infiq. Meħud fit-totalità tiegħu, ix-xogħol tal-awditjar li nwettqu jipprovdi wkoll kontribut importanti għall-opinjonijiet li nagħtu dwar proposti għal leġiżlazzjoni finanzjarja.

 

L-infiq tal-UE huwa għodda sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika

1.3.

L-infiq tal-Unjoni Ewropea (UE) huwa mezz importanti – iżda mhux l-uniku wieħed – għall-ilħuq tal-objettivi ta' politika. Mezzi importanti oħra jinkludu l-użu ta' leġiżlazzjoni u l-moviment liberu ta' oġġetti, servizzi, kapital u persuni madwar l-UE. Fl-2016, l-infiq tal-UE ammonta għal EUR 136,4  biljun (8), li jirrappreżenta 2,0  % tal-infiq totali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE u 0,9  % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE (il- Kaxxa 1.1 ).

 

Kaxxa 1.1 —   Infiq tal-UE bħala proporzjon tal-infiq totali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u tal-introjtu nazzjonali gross

Image

Sors għall-ING tal-Istati Membri: Sett maqbul ta' previżjonijiet għar-riżorsi proprji tradizzjonali u r-riżorsi bbażati fuq il-VAT/l-ING tad-19.5.2016 (il-Kummissjoni Ewropea).

Sors għall-infiq totali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri: L-Eurostat — il-kontijiet nazzjonali annwali.

Sors għall-infiq tal-UE: Data kontabilistika tal-Kummissjoni Ewropea.

Ikkompilata mill-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET — SEJBIET TAL-AWDITJAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 2016

Il-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali

1.4.

L-osservazzjonijiet tagħna jikkonċernaw il-kontijiet konsolidati (9) (il-“kontijiet”) tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016. Aħna rċevejniehom, flimkien mal-ittra tar-rappreżentazzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, fis-26 ta' Ġunju 2017. Il-kontijiet huma akkumpanjati minn “Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju” (FSDA) (10). Din l-analiżi mhijiex koperta mill-opinjoni tal-awditjar tagħna. Madankollu, skont l-istandards tal-awditjar, aħna wettaqna valutazzjoni tal-konsistenza tagħha mal-informazzjoni fil-kontijiet.

 

1.5.

Il-kontijiet ippubblikati mill-Kummissjoni juru li, fil-31 ta’ Diċembru 2016, l-obbligazzjonijiet totali kienu jammontaw għal EUR 234,8  biljun meta mqabbla ma’ assi totali ta' EUR 162,7  biljun. Ir-riżultat ekonomiku għall-2016 ammonta għal EUR 1,7  biljun (11).

 

1.6.

L-awditu tagħna sab li l-kontijiet kienu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. L-osservazzjonijiet tagħna dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja tal-fondi tal-UE huma ppreżentati fil-Kapitolu 2.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

1.7.

Il-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar (12) huma dawk li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kienu tal-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji għall-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji fl-intier tagħhom u aħna u nifformulaw l-opinjonijiet tagħna dwarhom, iżda ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet. Skont l-Istandard Internazzjonali Nru 1701 tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (ISSAI), aħna nirrappurtaw dwar il-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar bħala parti mill-opinjoni tagħna (il-paragrafi VII sa XVIII tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET: ID-DĦUL U MADWAR NOFS L-INFIQ HUMA ĦIELSA MINN ŻBALL MATERJALI

1.8.

Aħna neżaminaw id-dħul u l-infiq tal-UE (13) biex nivvalutaw jekk dawn ikunux konformi mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Aħna nippreżentaw ir-riżultati tal-awditjar tagħna għad-dħul fil-Kapitolu 4 u għall-infiq fil-Kapitoli 5 sa 10 (ara l- Kaxxa 1.2 ). Is-sejbiet ewlenin tagħna kienu:

(a)

Id-dħul kien ħieles minn żball materjali (il-paragrafu 4.21).

(b)

Fl-infiq, aħna nkomplu nsibu livell materjali ta’ żball, iżda dan mhuwiex pervażiv. Aħna nistmaw li l-livell ta' żball fl-infiq fl-intier tiegħu huwa ta' 3,1  %, iżda l-iżball materjali kien limitat prinċipalment għall-infiq ibbażat fuq rimborżi, li jirrappreżenta madwar nofs il-popolazzjoni awditjata (il- Kaxxa 1.4 ).

1.8 u 1.9.

Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjoni li r-riżultati ta’ din is-sena jirrapreżentaw titjib sinifikanti meta mqabblin mar-riżultati tas-sena ta’ qabel.

Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji għall-politika tal-Koeżjoni (imsemmija fil-Kaxxa 1.2), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iżborżamenti li saru lill-benefiċjarji finali, sal-aħħar ta’ Marzu 2017 skont il-linji gwida tagħha dwar l-għeluq, ikunu fil-limiti previsti tal-perjodu stabbilit għall-eliġibbiltà (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.20 u 6.21).

Kaxxa 1.2 —   Sommarju tas-sejbiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet għall-2016

Kapitolu tar-Rapport Annwali

Intestaturi tal-QFP

Tranżazzjonijiet suġġetti għall-awditjar

(biljun EUR)

Livell ta' żball stmat għall-2016

(%)

Intervall ta' fiduċja (%)

Livell ta' żball stmat għall-2015

(%)

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

5.

Kompetittività

Intestatura 1a

15,2

4,1

2,1

6,1

4,4

6.

Koeżjoni

Intestatura 1b

35,7

4,8  (25)

2,2

7,4

5,2

7.

Riżorsi naturali

Intestatura 2

57,9

2,5

1,5

3,5

2,9

8.

Sigurtà u ċittadinanza

Intestatura 3

2,4

9.

Ewropa Globali

Intestatura 4

8,3

2,1

0,6

3,6

2,8

10.

Amministrazzjoni

Intestatura 5

9,4

0,2

0,0

0,8

0,6

Oħrajn (26)

Intestatura 6 u oħrajn

0,4

Total

 

129,3

3,1  (25)

2,2

4,0

3,8

 

Dħul

 

144,7

0

0

0

0

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2016 juru titjib

1.9.

Il-livell ta' żball stmat minna b'mod kumplessiv juri titjib meta mqabbel ma' dak tas-snin reċenti (il- Kaxxa 1.3 ), iżda għadu ogħla mill-punt ta' riferiment tagħna ta' 2 % għall-materjalità. Minkejja dan, madwar nofs l-infiq għall-2016 kien ħieles minn żball materjali (il- Kaxxa 1.4 ).

 

Kaxxa 1.3 —   Il-livell ta’ żball stmat (ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli, MLE) (2014 sa 2016)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Ir-riżultati f’oqsma differenti ta' nfiq juru xejriet distinti ta’ żball

1.10.

Aħna nistmaw li l-livell ta' żball fl-infiq ibbażat fuq rimborżi huwa ta' 4,8  % (2015: 5,2  %), li huwa sinifikattivament ogħla mis-soll ta' materjalità ta' 2 % (il- Kaxxa 1.4 ). F'dan it-tip ta' nfiq, il-benefiċjarji jikklejmjaw fondi tal-UE għal spejjeż eliġibbli li huma jkunu ġarrbu. Pagamenti bħal dawn jinkludu proġetti ta' riċerka (il-Kapitolu 5) u skemi ta' taħriġ (il-Kapitolu 6), kif ukoll proġetti fl-iżvilupp reġjonali u rurali (il-Kapitoli 6 u 7) u proġetti ta' żvilupp (il-Kapitolu 9). F'dawn l-iskemi, ir-riċevituri jridu jipprovdu informazzjoni li turi li huma jkunu involuti f’attività eliġibbli għall-appoġġ kif ukoll l-ispejjeż imġarrba li għalihom huma jistgħu jikklejmjaw rimborż. Meta jagħmlu dan, huma jridu jsegwu regoli kkumplikati rigward x'jista' jiġi kklejmjat (eliġibbiltà) u kif l-ispejjeż jistgħu jiġġarrbu b'mod xieraq (eż. akkwist pubbliku jew regoli dwar l-għajnuna mill-Istat). Dan iwassal għal żbalji li jaffettwaw il-konklużjoni tagħna għall-Intestaturi li ġejjin tal-QFP: 1a “Kompetittività” (il-paragrafi 5.28-5.29), 1b “Koeżjoni” (il-paragrafi 6.38-6.39), 2 “Riżorsi naturali” (globalment – il-paragrafi 7.32-7.33), u 4 “Ewropa Globali” (il-paragrafi 9.34-9.35).

1.10.

Is-simplifikazzjoni tirrapreżenta l-iktar mod effettiv ta’ kif jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piż ta’ kontroll u r-riskju ta’ żbalji. L-oqsma ta’ politika li huma soġġetti għal tmexxija soda u għal sistemi ta’ kontroll u regoli ta’ eliġibbiltà inqas kumplessi huma wkoll inqas soġġetti għal żbalji.

Il-QEA kkonfermat li proġetti li jużaw Għażliet tal-Ispejjeż Issimplifikati (SCOs) huma inqas soġġetti għal żbalji milli r-rimborż tal-ispejjeż attwali. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kienet qed tippromwovi b’mod attiv l-użu tagħhom fil-politika ta’ Koeżjoni u fl-iżvilupp rurali tul dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, l-użu ta’ SCOs inaqqas il-piż amministrattiv u jtejjeb l-enfasi fuq ir-riżultati mill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni, l-Aġenziji ta’ Pagamenti u l-benefiċjarji, b’mod partikolari meta l-SCOs ikunu ffukati fuq il-kisba tal-eżiti tal-proġetti jew fuq ir-riżultati.

L-akkwist pubbliku u r-regoli tal-għajnuna mill-istat mhumiex speċifiċi għall-infiq tal-UE. Sabiex tindirizza d-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom f’dawn l-oqsma, il-Kummissjoni qed timplimenta pjanijiet ta’ azzjoni mal-Istati Membri (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.15 u 6.18).

Fil-qasam tal-agrikoltura, l-iżvilupp rurali jibqa’ qasam li jistħoqqlu skrutinju bir-reqqa, b’mod partikolari għal miżuri f’sura ta’ investiment. Il-Kummissjoni sistematikament titlob lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet ta’ azzjoni meta jiġu identifikati nuqqasijiet fil-kontroll u tappoġġa l-implimentazzjoni tagħhom. Madankollu, meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li l-legalità u r-regolarità jiġu bbilanċjati mal-ilħuq tal-objettivi ta’ politika filwaqt li jinżammu preżenti l-ispejjeż ta’ twassil (il-ġestjoni u l-kontroll), ma jistax ikun verament mistenni b’ċertezza li rata ta’ żball għal pagamenti għal benefiċjarji taħt it-2 % tkun tista’ tinkiseb bi sforzi raġonevoli. Minkejja dan, il-kapaċità korrettiva tal-irkupri tal-Istati Membri u l-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni fis-snin wara s-sena tal-infiq tippermetti lill-Kummissjoni biex takkwista assigurazzjoni fuq l-infiq tal-PAK.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 1.12 u 6.7.

1.11.

Aħna nistmaw li l-livell ta' żball għall-infiq ibbażat fuq drittijiet (inkluża n-nefqa amministrattiva) huwa ta' 1,3  % (2015: 1,9  %, il- Kaxxa 1.4 ). F'dan it-tip ta' nfiq, il-benefiċjarji jirċievu pagament jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Il-pagamenti kkonċernati jinkludu fellowships għall-istudenti u għar-riċerka (il-Kapitolu 5), għajnuna diretta għall-bdiewa u miżuri agroambjentali (il-Kapitolu 7), u salarji u pensjonijiet (il-Kapitolu 10). Aħna rajna titjib fl-oqsma kollha ta' nfiq ibbażat fuq drittijiet, u nikkonkludu li l-livell ta' żball stmat għall-għajnuna diretta lil bdiewa kien taħt is-soll ta' materjalità.

1.11.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-QEA għal infiq ibbażat fuq id-drittijiet.

Kaxxa 1.4 —   Il-pagamenti bbażati fuq drittijiet u l-pagamenti amministrattivi li saru fl-2016 huma ħielsa minn żball materjali

(EUR biljun)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.12.

Kif jidher fil- Kaxxa 1.5 , l-Intestatura “Koeżjoni” kienet dik li kkontribwiet l-aktar għal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016, segwita mill-Intestaturi “Riżorsi naturali”, “Kompetittività” u “Ewropa Globali”. Din id-distribuzzjoni hija konformi mas-sejbiet tagħna għall-2015.

1.12.

Il-Kummissjoni qed taħdem b’mod kostanti mal-Istati Membri biex ittejjeb is-sistemi tagħhom tal-ġestjoni u tal-kontroll u se tibqa’ tuża l-għodod legali superviżorji disponibbli b’mod strett u f’waqtu biex tiżgura li jiġu kkoreġuti l-iżblaji materjali kollha. Pjanijiet ta’ azzjoni li jindirizzaw kawżi speċifiċi ta’ żbalji qed jiġu implimentati b’mod sistematiku, fejn meħtieġ.

Kaxxa 1.5 —   Kontribut għal-livell kumplessiv ta’ żball stmat għall-2016, skont l-intestatura tal-QFP

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.13.

“Kompetittività” (il-Kapitolu 5): il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 4,1  %, li jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mal-2015 (4,4  %). Il-biċċa l-kbira mill-infiq isir fuq bażi ta’ rimborż tal-ispejjeż, u l-iżbalji hawnhekk essenzjalment jirriflettu kategoriji differenti ta’ spiża ineliġibbli (b'mod partikolari spejjeż għall-persunal, spejjeż diretti oħra u spejjeż indiretti).

1.13.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġibiet tagħha għall-paragrafi 5.9 u 5.10.

1.14.

Koeżjoni (il-Kapitolu 6): il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 4,8  %, li huwa aktar baxx mir-riżultat tal-2015 (5,2  %). L-infiq f'dan il-qasam huwa ddominat minn rimborżi tal-ispejjeż. Spejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-infiq u proġetti ineliġibbli jirrappreżentaw 70 % tal-iżball.

1.14.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafi 1.10, 1.12, 6.7 u 6.11.

1.15.

“Riżorsi naturali” (il-Kapitolu 7): il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 2,5  %, li jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mal-2015 (2,9  %). Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jirrappreżenta aktar minn tliet kwarti tal-infiq f’dan il-qasam u huwa ħieles minn żball materjali (1,7  %), filwaqt li fl-iżvilupp rurali għadna nsibu livell għoli ta’ żball (4,9  %), b’mod partikolari għall-infiq ibbażat fuq rimborżi. Aħna ma sibniex żball materjali fl-infiq ibbażat fuq drittijiet f'dak li jirrigwarda appoġġ dirett lill-bdiewa, li għandu regoli simplifikati ta' eliġibbiltà għall-art kif ukoll sistema effettiva ta' kontroll ex ante (SIAK) li tippermetti li jsiru kontroverifiki awtomatizzati bejn databases differenti.

1.15.

Fir-rigward tal-FAEG, il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-QEA, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-effiċjenza tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), li tagħti kontribut sinifikanti fil-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ livelli ta’ żbalji (ara l-paragrafu 7.13). Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem mal-Istati Membri biex iżżomm il-kwalità tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art u tas-SIAK, b’mod ġenerali.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 1.10 u 1.12.

1.16.

“Ewropa Globali” (il-Kapitolu 9): il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 2,1  %, li jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mar-riżultati fl-2015 (2,8  %). In-nuqqas ta' xi dokumentazzjoni essenzjali ta' sostenn kif ukoll dikjarazzjonijiet eċċessivi ta' approvazzjonijiet interim  (14) mill-Kummissjoni jirrappreżentaw żewġ terzi tat-total.

 

1.17.

“Amministrazzjoni” (il-Kapitolu 10): dan il-qasam mhuwiex milqut minn livell materjali ta' żball. Il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 0,2  %, li jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mar-riżultati tal-2015 (0,6  %). Il-biċċa l-kbira mill-infiq f’dan il-qasam huwa fuq is-salarji, il-pensjonijiet u l-allowances imħallsa mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.

 

1.18.

Aħna ma nistmawx il-livelli ta' żball għal oqsma oħra ta' nfiq, inkluża l-Intestatura 3 tal-QFP (il-Kapitolu 8). B'kollox, l-infiq kopert mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna f'dawn l-oqsma ammonta għal EUR 2,8  biljun (2,2  % tal-infiq kopert mill-awditu tagħna). Ix-xogħol li twettaq f'dawn l-oqsma jkompli jikkontribwixxi għall-konklużjonijiet kumplessivi tagħna dwar l-2016.

 

1.19.

L-iżbalji ta' eliġibbiltà fl-iskemi ta' rimborż tal-ispejjeż għadhom dawk li jikkontribwixxu l-aktar għal-livell ta' żball stmat:

spejjeż ineliġibbli li kienu inklużi fil-klejms għall-ispejjeż; u

proġetti, attivitajiet u benefiċjarji ineliġibbli (il- Kaxxa 1.6 ).

1.19.

Il-Kummissjoni tasal għall-istess konklużjonijiet dwar in-natura u l-kawżi ewlenin tal-iżbalji.

Is-simplifikazzjoni tirrappreżenta l-iktar mod effettiv kif jitnaqqsu kemm ir-riskju ta’ żbalji kif ukoll il-kost u l-piż tal-kontroll. Għal dawk il-programmi b’livelli ta’ żbalji persistentement għoljin, il-Kummissjoni kontinwament tieħu azzjonijiet, kemm preventivi kif ukoll korrettivi, biex tindirizza l-kawżi tagħhom u l-impatt tagħhom. Jistgħu jinkisbu iktar dettalji fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Kawżi ewlenin ta’ żbalji u l-azzjonijiet meħuda (l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju)” – COM(2017)124 tat-28.2.2017.

Kaxxa 1.6 —   Ripartizzjoni tal-livell kumplessiv ta' żball stmat, skont it-tip ta' żball

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Il-modalità ta' ġestjoni għandha impatt limitat fuq il-livelli ta' żball

1.20.

Il-livell ta' żball stmat minna f'diversi oqsma ta' nfiq juri korrelazzjoni ħafna aktar b'saħħitha mal-bażi għall-pagament (jiġifieri rimborż jew dritt) milli mal-modalità ta' ġestjoni (15). Aħna sibna l-ogħla livelli ta' żball fl-Intestatura “Koeżjoni” (taħt ġestjoni kondiviża) u fl-Intestatura “Kompetittività” (immaniġġjata b'mod dirett mill-Kummissjoni u b'mod indirett permezz ta' entitajiet fdati). L-iskemi ta' rimborż jiddominaw l-infiq f'dawn iż-żewġ oqsma (il- Kaxxa 1.7 ).

 

Kaxxa 1.7 —   Livell medju ta' żball stmat, skont il-modalità ta' ġestjoni u skont il-bażi għall-pagament (2016)

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.21.

Għall-2016, il-livell ta’ żball stmat għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża fl-intier tiegħu jammonta għal 3,3  % (2015: 4,3  %), u 3,3  %, (2015: 4,2  %) għall-forom l-oħra kollha ta' nefqa operazzjonali (16). Il-livell ta’ żball stmat għan-nefqa amministrattiva huwa ta' 0,2  % (2015: 0,6  %).

 

L-istimi li l-Kummissjoni wettqet tal-livelli ta' żball …

1.22.

Kull direttorat ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni joħroġ rapport annwali tal-attività (RAA). Dan jinkludi dikjarazzjoni li fiha d-Direttur Ġenerali jipprovdi aċċertament li r-rapport jippreżenta b'mod xieraq l-informazzjoni finanzjarja u li t-tranżazzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tiegħu huma legali u regolari. Ir-rapport jipprovdi wkoll rendikont tal-ilħuq tal-objettivi ewlenin ta' politika (diskussi fil-paragrafi 3.5 u 3.18 sa 3.32) u rapport mid-Direttur Ġenerali lill-Kummissarji dwar il-ġestjoni.

1.22.

Ir-Rapport Annwali tal-Attività (AAR) huwa rapport tad-Direttur Ġenerali lill-Kulleġġ tal-Kummissarji dwar il-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu/tagħha. Ir-rapporti annwali tal-attività jipprovdu spjegazzjoni tal-kisba lejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi, kif stipulati fil-pjan strateġiku u maniġerjali tad-Direttur Ġenerali. Jinkludu wkoll il-kisba fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja, il-kontroll intern kif ukoll il-ġestjoni organizzazzjonali.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

1.23.

Din is-sena, għall-ewwel darba, id-DĠ kollha stmaw il-livell ta' żball fl-“infiq rilevanti”. Id-definizzjoni ta' nfiq rilevanti (17) hija konformi mad-definizzjoni tagħna tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

 

Kaxxa 1.8 —   Riżultati tal-awditjar tal-QEA għall-2016 imqabbla mal-istimi li l-Kummissjoni wettqet tal-ammonti f'riskju fil-pagament fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħha għall-2016

Kapitolu tar-Rapport Annwali

Livell ta’ żball stmat (%)  (27)

Intervall ta' fiduċja (%)

 

Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, skont id-direttorati ġenerali  (28)  (29)

Ammont kumplessiv f'riskju li ġie stmat meta sar il-pagament (%)  (31)  (32)

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

Il-valur l-aktar baxx

L-ogħla valur

Kapitolu 5 – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

4,1

2,1

6,1

 

CNECT, EAC, EACEA, EASME, ECFIN, ENER, ERCEA, FISMA, GROW, INEA, JRC, MOVE, REA, RTD u TAXUD

2,0

2,4

Kapitolu 6 – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

4,8

2,2

7,4

 

EMPL u REGIO

2,2

3,6

Kapitolu 7 – Riżorsi naturali

2,5

1,5

3,5

 

AGRI, MARE, ENV u CLIMA

2,5

2,5

Kapitolu 9 – Ewropa Globali

2,1

0,6

3,6

 

DEVCO, NEAR, ECHO, FPI, TRADE, AGRI, EMPL, REGIO, EACEA u ECFIN

1,3

1,4

Kapitolu 10 – Amministrazzjoni

0,2

0,0

0,8

 

Amministrazzjoni (30)

0,2

0,2

Total

3,1

2,2

4,0

 

Total

2,1

2,6

Sors: Il-QEA.

 

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.24.

Wara l-introduzzjoni tal-kunċett “ammont f'riskju fl-għeluq” fir-Rapport Annwali 2015 dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni (AMPR), id-DĠ inkludew din l-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom. Il-Kummissjoni ffukat fuq l-impatt ta’ mekkaniżmi korrettivi pluriennali, li se jirriżulta fi tnaqqis tal-livell ta' żball stmat minnha.

1.24.

Il-kunċett “l-ammont f’riskju fl-għeluq” jiffinalizza l-istampa globali tal-programmi multiannwali peress li jagħti informazzjoni addizzjonali dwar l-ammont f’riskju li jifdal ladarba jittieħdu inkonsiderazzjoni l-azzjonijiet kollha, inkluż il-“kapaċità korrettiva”, jiġifieri, l-aħjar stima tal-korrezzjonijiet li se jsiru fis-snin wara l-infiq.

…huma, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, globalment konformi mas-sejbiet proprji tagħna

1.25.

F'dak li jirrigwarda l-indikaturi tal-legalità u tar-regolarità, iċ-ċifri ddivulgati fir-rapporti annwali tal-attività għall-ammonti f'riskju fil-pagament huma, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, globalment konformi mal-istimi tagħna tal-livell ta' żball (il- Kaxxa 1.8 ) (18).

1.25.

Fir-rigward tal-ammont f’riskju fil-waqt tal-pagament ġenerali stmat (kif imsemmi fil-Kaxxa 1.8), ta’ min wieħed jinnota li ċ-ċifri fil-AARs tal-2016 u fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) ikopru b’mod dovut l-infiq għall-programmi tal-perjodi ta’ programmar kemm tal-2007-2013 kif ukoll tal-2014-2020. Fil-każ tal-Koeżjoni, iċ-ċifri relatati rrappurtati tal-2007-2013 huma 2,6  % sa 4,2  %. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-programmi ta’ Koeżjoni attwali għandhom riskju inqas skont it-tip, kif spjegat fiċ-ċifri relatati tal-2014-2020 li fihom il-Kummissjoni tirraporta minn 0,9  % sa 1,7  %.

1.26.

Aħna sibna li DĠ fi ħdan l-istess intestatura tal-QFP ħadu approċċi differenti għall-preżentazzjoni tar-rati ta' żball u tal-ammonti f'riskju (19). Sibna wkoll li kien hemm riskji metodoloġiċi fix-xogħol li sar mill-awtoritajiet tal-awditjar għall-infiq tal-perjodu 2014-2020 (20). Minbarra dan, sibna li l-Kummissjoni kellha tagħmel aġġustamenti sinifikanti għall-istatistika ta' kontroll li ġiet ippreżentata mill-aġenziji tal-pagamenti  (21).

1.26.

Il-Kummissjoni għandha metodoloġija soda għall-istima tal-livell ta’ żball fit-tranżazzjonijiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw din il-metodoloġija u jikkunsidraw ir-rekwiżiti tal-qafas legali speċifiku tagħhom u l-modalità tal-ġestjoni. Għalhekk, kull Direttur Ġenerali qed japplika l-approċċ l-iktar adattat biex jipprovdi stima realistika tal-livell ta’ żball għall-oqsma ta’ politika taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha, filwaqt li jqis il-karatteristiċi inerenti ta’ riskju tal-programmi (pereżempju, riskju ogħla fil-SMEs u riskju inqas fil-programmi Marie Curie) u r-riżultati disponibbli ta’ kontroll għal oqsma differenti ta’ infiq (pereżempju d-disponibbiltà ta’ riżultati ex post suffiċjenti, il-kwalità tar-rappurtar mill-entitajiet inkarigati).

Jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.33 u 6.34.

1.27.

Ir-rata kumplessiva ta' żball fil-pagament li ġiet ikkalkulata mill-Kummissjoni għall-2016 fl-AMPR kienet materjali, billi kienet bejn 2,1  % u 2,6  % (meta mqabbel ma' 2,3  % u 3,1  % għall-2015). Il-livell ta' żball stmat minna huwa ta' 3,1  % (2015: 3,8  %).

1.27.

Il-Kummissjoni għamlet progress fuq il-limitazzjoni tar-rata ta’ żbalji ġenerali tal-pagament. L-ammont globali f’riskju fl-għeluq għall-2016 ippreżentat fl-AMPR huwa stmat li hu inqas minn 2 % tal-infiq rilevanti totali wara li jitqiesu l-korrezzjonijiet stmati fil-futur.

Il-Kummissjoni pprovdiet ċifri dwar korrezzjonijiet u rkupri

1.28.

L-FSDA għall-2016 tirrapporta total ta' EUR 3,4  biljun għall-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri li ġew implimentati. Il- Kaxxa 1.9 turi d-distribuzzjoni tal-ammonti rrappurtati skont il-qasam ta' nfiq u l-istadju fiċ-ċiklu ta' nfiq fejn il-Kummissjoni applikat l-azzjonijiet korrettivi (dikjarazzjoni/aċċettazzjoni tal-infiq/pagament mill-baġit).

1.28.

Informazzjoni dettaljata dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri tinsab fl-anness tat-tieni parti tal-AMPR (22).

Kaxxa 1.9 —   Miżuri korrettivi għall-2016: kif ġew implimentati fl-oqsma differenti ta' nfiq?

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-FSDA tal-kontijiet konsolidati tal-UE għall-2016, u d-data sottostanti.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

1.29.

Fl-2016, il-Kummissjoni rreġistrat EUR 0,6  biljun ta' korrezzjonijiet u rkupri f'ras il-għajn qabel ma aċċettat l-infiq. Dawn jieħdu l-forma ta' tnaqqis ta' ammonti ineliġibbli mill-klejms qabel ma jsiru l-pagamenti korrispondenti mill-baġit tal-UE (jiġifieri l-ammonti li jitnaqqsu ma jiġux inklużi sussegwentement fil-popolazzjoni awditjata minna, peress li t-tranżazzjonijiet li nagħżlu għall-ittestjar jittieħdu mill-pagamenti li l-Kummissjoni tkun aċċettat). Irkupri bħal dawn (EUR 0,4  biljun) kienu jirrappreżentaw aktar minn erba' partijiet minn kull ħamsa tal-attività korrettiva kollha fl-oqsma ta' ġestjoni diretta u indiretta fl-2016.

1.29.

L-ammonti tal-korrezzjonijiet u tal-irkupri li saru f’ras il-għajn juru li l-Kummissjoni tiffoka fuq miżuri preventivi sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE qabel ma taċċetta l-infiq.

1.30.

L-ammont ta' EUR 2,8  biljun li kien jifdal kien relatat ma' klejms li l-Kummissjoni kienet diġà aċċettat (u b'hekk ġew inklużi fil-popolazzjoni ta' pagamenti li awditjajna). Minn dan l-ammont:

1.30.

(a)

Għal “Riżorsi naturali”, madwar EUR 2 biljun kienu jikkonċernaw deċiżjonijiet ta' konformità relatati mal-agrikoltura li l-Kummissjoni rreġistrat bħala dħul assenjat disponibbli għall-finanzjament ta' nfiq agrikolu.

 

(b)

Għal “Koeżjoni”, madwar EUR 0,6  biljun kienu jirrappreżentaw l-irtirar, mill-Istati Membri, ta' klejms għar-rimborż ta' proġetti/infiq li qabel kienu ġew aċċettati u s-sostituzzjoni tagħhom bi proġetti ġodda/infiq ġdid. Irtirar bħal dan ma jirriżultax fir-restituzzjoni ta' fondi għall-baġit tal-UE (23).

(b)

Il-leġiżlazzjoni tipprevjeni l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirtiraw l-infiq irregolari u jissostitwixxuh b’wieħed ġdid u regolari. Din tipproteġi l-baġit tal-UE b’konformità mal-prinċipju li f’ġestjoni konġunta, l-Istati Membri huma responsabbli fl-ewwel istanza, għall-identifikazzjoni ta’ irregolaritajiet u biex, fejn ikun hemm bżonn, jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji.

(c)

Għall-oqsma ta' ġestjoni diretta u indiretta (prinċipalment “Kompetittività” u “Ewropa Globali”), madwar EUR 0,1  biljun kienu relatati ma' ammonti rkuprati wara l-pagament.

 

Korrezzjonijiet u rkupri jiġu applikati b'diversi modi

1.31.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu japplikaw korrezzjonijiet u rkupri b'diversi modi, filwaqt li jsegwu l-ordni ssettjat fir-Regolament Finanzjarju (24):

1.31.

(a)

Flus minfuqa indebitament: il-korrezzjonijiet jiġu bbażati fuq il-valur tat-tranżazzjonijiet żbaljati (korrezzjonijiet individwali).

 

(b)

Żbalji sistematiċi f'kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet: bl-estrapolazzjoni tar-riżultati fuq għall-popolazzjoni kollha (korrezzjonijiet estrapolati).

 

(c)

Dgħufijiet fis-sistemi fejn ma jkunx possibbli li jsir kalkolu preċiż tal-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit: bl-applikazzjoni tar-rati ddefiniti fil-linji gwida settorjali għal kull sitwazzjoni (“korrezzjonijiet b'rata fissa”).

(c)

Korrezzjonijiet b’rata fissa jintużaw meta hemm riskju sostanzjali li d-dgħufijiet stabbiliti fis-sistema kellhom impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE imma meta mhuwiex possibbli, bi sforz proporzjonat, li jiġi identifikat id-dannu finanzjarju b’mod iktar preċiż. Jiġu applikati biex jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistema u r-riskji assoċjati li jiġġeneraw għall-baġit tal-UE u b’konsegwenza, jirrimedjaw ukoll l-irregolaritajiet individwali.

Komponent importanti tal-approċċ tal-awditjar ibbażat fuq is-sistemi, li s-soltu jiġi applikat fil-ġestjoni konġunta, il-korrezzjonijiet b’rata fissa jirrapreżentaw it-triq ’il quddiem fil-kuntest attwali tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-korrezzjonijiet b’rata fissa huma inċentiv b’saħħtu għall-Istati Membri biex itejbu s-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u b’hekk, jikkontribwixxu għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet individwali sottostanti. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-korrezzjonijiet b’rata fissa huma ta’ rilevanza għolja meta jiġi analizzat il-livell ta’ żbalji ta’ qasam ta’ politika.

1.32.

Fl-istima tagħna tal-livell ta’ żball, aħna ma nikkwantifikawx ħafna sitwazzjonijiet fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri japplikaw u jirrappurtaw korrezzjonijiet u rkupri:

1.32.

(a)

Korrezzjonjiet b'rata fissa jiġu applikati aktar biex jiġu rimedjati dgħufijiet fis-sistemi milli għall-eliminazzjoni ta' irregolaritajiet individwali. Dgħufijiet fis-sistemi jindikaw riskju ta' nfiq irregolari, iżda mhux dejjem ikun possibbli li nidentifikaw rabta bejn dawn id-dgħufijiet u kwalunkwe pagament irregolari li nsibu u li nikkwantifikaw fl-istima tagħna tal-livell ta' żball.

(a)

Il-Kummissjoni tipproteġi l-baġit tal-UE mill-infiq li sar bil-ksur ta’ liġijiet. Fejn l-ammonti eżatti ma jistgħux jiġu identifikati b’mod preċiż mal-isforz proporzjonat, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa sabiex tissodisfa dan l-obbligu. Korrezzjonijiet b’rata fissa huma inċentiv b’saħħtu għall-Istati Membri biex itejbu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.31(c) u t-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali tal-QEU 4/2017 “Nipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari”.

(b)

Xi wħud mill-każijiet li l-Kummissjoni tivvaluta bħala żbalji li jwasslu għal korrezzjonijiet ma jikkostitwux żbalji (kwantifikabbli) għalina. Pereżempju dati ta' skadenza mhux rispettati, nuqqas ta' pubbliċità u ksur tal-kundizzjonalità ma jitteħdux inkunsiderazzjoni fl-istima tagħna tal-livell ta' żball.

(b)

Il-Kummissjoni tinnota li l-korrezzjonijiet minn ksur tal-kundizzjonalità mhumiex inklużi fl-istima tagħha tal-kapaċità korrettiva.

F'ċerti ċirkustanzi, aħna nieħdu inkunsiderazzjoni l-azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet meta nistmaw il-livell ta' żball

1.33.

Aħna nfittxu li nieħdu kont ta' miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fejn dawn isiru qabel l-eżaminar li nwettqu. Aħna niċċekkjaw jekk dawn il-korrezzjonijiet (li jinkludu rkupri ta' flus imħallsa indebitament lill-benefiċjarji, u korrezzjonijiet fil-livell tal-proġetti) jkunux ġewx applikati u naġġustaw l-istima tal-livell ta' żball kull meta dan ikun xieraq. Madankollu, l-impatt tal-miżuri korrettivi jvarja b’mod sinifikanti bejn l-oqsma differenti ta’ nfiq u l-miżuri korrettivi differenti.

 

1.34.

Għal 41 tranżazzjoni kkampjunati fl-2016, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu applikaw miżuri korrettivi li affettwaw direttament it-tranżazzjoni u li kienu rilevanti għall-kalkoli tagħna. Dawn il-miżuri naqqsu l-livell ta' żball stmat minna b’1,2  punti perċentwali (2015: 0,5  punti perċentwali). Bidliet fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati u fl-impatt tal-miżuri fuq il-livell ta’ żball stmat minna ma jindikawx li l-azzjoni korrettiva saret aktar jew inqas effettiva billi dawn il-miżuri jikkonċernaw parti relattivament żgħira mill-kampjun tagħna u huwa normali li jkun hemm xi ftit ta' fluttwazzjoni minn sena għal oħra.

1.34.

Il-Kummissjoni se tkompli teżerċita r-rwol superviżorju tagħha billi timplimenta l-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji fil-livell li jikkorrispondi mal-livell tal-irregolaritajiet u tan-nuqqasijiet identifikati.

AĦNA NIRRAPPURTAW KAŻIJIET TA’ FRODI SUSPETTATA LILL-OLAF

1.35.

Meta niskopru każijiet ta’ frodi suspettata, sew jekk jiġu identifikati matul l-awditu tagħna (inkluż ix-xogħol li nwettqu fir-rigward tal-prestazzjoni) jew fuq il-bażi ta' informazzjoni li tkun ġiet ipprovduta lilna direttament, aħna ngħadduhom lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għal analiżi preliminarja, u possibbilment, investigazzjoni. Ma nistgħux nikkummentaw fuq każijiet individwali jew fuq ir-rispons tal-OLAF dwarhom. Fl-2016:

 

aħna vvalutajna l-legalità u r-regolarità ta' madwar 1 000  tranżazzjoni għax-xogħol tal-awditjar li wettaqna fir-rigward tar-rapport annwali u, minbarra dan, ħriġna 36 rapport speċjali;

 

aħna rappurtajna lill-OLAF 11-il każ ta' frodi suspettata li nstabu matul l-awditi tagħna (2015: 27), kif ukoll 5 każijiet ibbażati fuq informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta mill-pubbliku (2015:15);

 

il-każijiet ta' frodi suspettata li kienu l-aktar frekwenti kienu jikkonċernaw il-ħolqien artifiċjali ta' kundizzjonijiet biex il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu ssodisfati, in-nuqqas ta' twassil ta' beni/servizzi, u każijiet fejn id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ma ssodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà, segwiti minn kunflitti ta' interess u irregolaritajiet oħra fl-akkwist.

 

1.36.

Fil-31 ta' Diċembru 2016, il-każijiet ta' frodi suspettata li konna rrappurtajna lill-OLAF bejn l-2010 u l-2016 kienu rriżultaw f'67 investigazzjoni, li minnhom 16 kienu għadhom għaddejjin. Mill-51 investigazzjoni li kien temm u għalaq, l-OLAF infurmana li 28 jew kienu ġew konklużi b'rakkomandazzjonijiet li l-flus jiġu rkuprati u li titqies il-possibbiltà ta' proċedimenti ġudizzjarji, jew inkella ngħalqu minħabba li diġà kienet ittieħdet azzjoni mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali. L-OLAF irrapporta li, fil-31 ta' Diċembru 2016, dawn il-każijiet kienu wasslu għal rakkomandazzjonijiet għal irkupri li ammontaw għal total ta' EUR 247 miljun. Fejn l-OLAF għalaq każ mingħajr ma għamel rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri, il-konklużjoni l-aktar komuni tiegħu kienet li ma kienx hemm evidenza ta' frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji, jew interessi oħra, tal-UE.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

KONKLUŻJONIJIET

1.37.

Il-funzjoni ewlenija ta' dan il-kapitolu hija li jsostni l-opinjoni tal-awditjar ippreżentata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

 

Riżultati tal-awditjar

1.38.

Ir-riżultati tal-awditjar tagħna juru li sar titjib matul dawn l-aħħar ftit snin. Aħna nikkonkludu li l-infiq ibbażat fuq drittijiet huwa ħieles minn żball materjali u l-infiq ibbażat fuq rimborżi huwa milqut minn żball materjali. Fuq dan il-bażi, aħna nikkonkludu li l-livell ta' żball mhuwiex pervażiv.

 


(1)  Ir-rapporti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti, u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni (inkluż ir-rappurtar fuq is-segmenti).

(2)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu wkoll in-noti ta' spjegazzjoni.

(3)  EUR 66,0 biljun. Aħna nipprovdu aktar informazzjoni fil-paragrafu 1.10 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(4)  EUR 63,3 biljun. Aħna nipprovdu aktar informazzjoni fil-paragrafu 1.11 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

(5)  Ara l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) 25 – Employee benefits (Benefiċċji tal-impjegati). Għall-PSEO, l-obbligu ta' benefiċċju ddefinit jirrifletti l-valur attwali ta' pagamenti futuri mistennija li l-UE tkun meħtieġa li tagħmel biex tħallas l-obbligi tal-pensjonijiet li jirriżultaw mis-servizz tal-impjegati fil-perjodi attwali u f'dawk preċedenti.

(6)  Ara l-glossarju: ġestjoni finanzjarja tajba.

(7)  Ara l-Partijiet 2 tal-Kapitoli 5, 6 u 7.

(8)  Ara l-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2016, ir-Rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti ta' spjegazzjoni, 4.3 QFP: Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(9)  Il-kontijiet konsolidati jinkludu:

(a)

ir-rapporti finanzjarji konsolidati li jikkonsistu fil-karta tal-bilanċ (li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet fi tmiem is-sena), ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja (li jirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż tas-sena), ir-rapport tal-flussi tal-flus (li juri kif il-bidliet fil-kontijiet jaffettwaw il-flus kontanti u l-ekwivalenti ta' flus kontanti) u r-rapport tal-bidliet fl-assi netti kif ukoll in-noti relatati;

(b)

ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit f'dak li jirrigwarda d-dħul u l-infiq għas-sena kif ukoll in-noti relatati.

(10)  Ara l-Linja Gwida ta' Prattika Rakkomandata 2 (RPG 2) intitolata “Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju”, tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSASB).

(11)  Ara r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja fil-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2016.

(12)  L-awdituri huma meħtieġa jirrappurtaw dwar kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar, b'riżultat tal-introduzzjoni, fl-2016, tal-ISSAI 1701 li segwa l-ISA 701.

(13)  L- Anness 1.1 , il-paragrafi 7 sa 10.

(14)  Approvazzjoni tittrasforma l-prefinanzjament fi nfiq aċċettat. F'approvazzjoni ddikjarata b'mod eċċessiv, parti mill-ammont kontabilizzat fil-kontijiet bħala nfiq ma tkunx iġġustifikata mir-rapporti finanzjarji.

(15)  Ġestjoni diretta (il-baġit jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni Ewropea), ġestjoni indiretta (l-implimentazzjoni tal-baġit tiġi fdata lil pajjiżi sħab mhux membri tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji nazzjonali, il-grupp tal-BEI, eċċ.), ġestjoni kondiviża (l-implimentazzjoni tal-baġit hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri).

(16)  Prinċipalment l-infiq kopert mill-Kapitoli 5 u 8, kif ukoll partijiet mill-infiq kopert mill-Kapitoli 6 u 7 li jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta. L-iżball estrapolat għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża huwa bbażat fuq l-eżaminar ta' 560 tranżazzjoni (meħuda minn popolazzjoni ta' EUR 94,5 biljun); l-estrapolazzjoni għal forom oħra ta' nefqa operazzjonali hija bbażata fuq l-eżaminar ta' 321 tranżazzjoni (meħuda minn popolazzjoni ta' EUR 25,4 biljun).

(17)  Il-pagamenti li saru, bit-tnaqqis ta' prefinanzjament ġdid, iżda bl-inklużjoni ta' prefinanzjament preċedenti li verament ġie approvat matul is-sena finanzjarja (AMPR 2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni, COM(2017) 351 final, l-Anness 3, il-paġna 16).

(18)  Aħna eżaminajna r-rapporti annwali tal-attività ta' BUDG u ESTAT (il-paragrafu 4.20); RTD, EAC u MOVE (il-paragrafu 5.20); REGIO u EMPL (il-paragrafu 6.26); AGRI (il-paragrafu 7.28); MARE, ENV u CLIMA (il-paragrafu 7.31); NEAR (il-paragrafu 9.29); HR, DIGIT, OIB, OIL, OP u PMO (il-paragrafu 10.7) u DEVCO (RA dwar il-FEŻ, il-paragrafu 33).

(19)  L-Intestatura 1a tal-QFP “Kompetittività” (ara l-paragrafu 5.21).

(20)  L-Intestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni” (ara l-paragrafu 6.34).

(21)  L-Intestatura 2 tal-QFP “Riżorsi naturali” (ara l-paragrafu 7.29).

(22)  2016 AMPR (COM(2017)351 final), it-II parti.

(23)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 4/2017.

(24)  L-Artikolu 80(4) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li “Il-Kummissjoni għandha ssejjes il-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqa indebitament, u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit. Meta dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu identifikati b'mod preċiż, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa skont ir-regoli speċifiċi għas-setturi”.

(25)  Il-livell ta' żball stmat għal koeżjoni ma jinkludix kwantifikazzjoni tal-iżborżamenti li saru fl-2016 favur l-istrumenti finanzjarji, li jammontaw għal EUR 2,5 biljun, u li aħna nqisu li kienu barra mill-perjodu ta' eliġibbiltà ddefinit fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25) (il-paragrafi 6.20 sa 6.21). Dawn l-iżborżamenti jkunu jirrappreżentaw livell ta' żball stmat ta' 2,0 % għall-infiq kumplessiv tal-UE.

(26)  Aħna ma nipprovdux valutazzjoni speċifika għall-infiq taħt l-Intestatura 3 tal-QFP (“Sigurtà u ċittadinanza”), l-Intestatura 6 tal-QFP (Kumpensi), jew għal infiq ieħor (strumenti speċjali barra l-QFP 2014-2020 bħar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-Istrument ta' Flessibbiltà). Madankollu, ix-xogħol f'dawn l-oqsma jikkontribwixxi għall-konklużjoni kumplessiva tagħna dwar l-infiq għas-sena 2016.

Sors: Il-QEA.

(27)  Livell ta' żball stmat: ara l- Kaxxa 1.2 u n-noti f'qiegħ il-paġna.

(28)  Xi wħud mid-DĠ jimmaniġġjaw l-infiq allokat taħt aktar minn intestatura waħda tal-QFP (AGRI, EACEA, ECFIN, EMPL u REGIO).

(29)  L-ismijiet (sħaħ) tad-DĠ u l-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni abbrevjati f'din il-kaxxa jistgħu jinstabu fit-Taqsima 9.6 tal-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (http://publications.europa.eu/code/mt/mt-390600.htm).

(30)  BUDG, COMP, DGT, DIGIT, EPSC, EPSO/EUSA, ESTAT, HR, IAS, OIB, OIL, OLAF, OP, PMO, SCIC, SG, SJ u SRSS.

(31)  Perċentwal tal-infiq li jista' ma jkunx konformi mar-rekwiżiti regolatorji u kuntrattwali li jkunu applikabbli, fiż-żmien meta jsir il-pagament.

(32)  Il-biċċa l-kbira mid-DĠ iddivulgaw l-ammont f'riskju bħala ċifra waħda. Xi wħud iddivulgaw firxa ta' valuri mill-minimu sal-massimu (ECFIN, FISMA, CNECT, RTD, REA, OIB u INEA) filwaqt li d-DĠ REGIO ppreżenta firxa ta' valuri mill-medju sal-massimu.

ANNESS 1.1

APPROĊĊ U METODOLOĠIJA TAL-AWDITJAR

1.

L-approċċ tal-awditjar tagħna huwa deskritt fil-Manwal għall-Awditu Finanzjarju u tal-Konformità li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna. Aħna nużaw mudell ta’ aċċertament biex nippjanaw ix-xogħol tagħna. Fl-ippjanar, aħna nqisu r-riskju li jseħħu l-iżbalji (riskju inerenti) u r-riskju li l-iżbalji ma jiġux ipprevenuti jew maqbuda u kkoreġuti (riskju tal-kontroll).

PARTI 1 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għall-affidabbiltà tal-kontijiet

2.

Aħna neżaminaw il-kontijiet konsolidati tal-UE biex niddeterminaw l-affidabbiltà tagħhom. Dawn jikkonsistu:

(a)

fir-rapporti finanzjarji konsolidati; u

(b)

ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

3.

Il-kontijiet konsolidati jridu jippreżentaw b'mod xieraq, fl-aspetti materjali kollha:

(a)

il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fi tmiem is-sena;

(b)

ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha; u

(c)

il-bidliet fl-assi netti għas-sena li tkun intemmet.

4.

Fl-awditu tagħna, aħna:

(a)

nevalwaw l-ambjent tal-kontroll kontabilistiku;

(b)

niċċekkjaw il-funzjonament ta’ proċeduri kontabilistiċi ewlenin u l-proċess ta’ għeluq fi tmiem is-sena;

(c)

nanalizzaw id-data kontabilistika prinċipali għall-konsistenza u r-raġonevolezza;

(d)

nanalizzaw u nirrikonċiljaw kontijiet u/jew bilanċi;

(e)

inwettqu testijiet sostantivi ta' impenji, pagamenti u entrati speċifiċi fil-karta tal-bilanċ, ibbażati fuq kampjuni rappreżentattivi;

(f)

nagħmlu użu minn xogħol awdituri oħra fejn possibbli, skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar, partikolarment waqt l-awditjar ta’ attivitajiet mutwatarji u mutwanti mmaniġġjati mill-Kummissjoni, u li għalihom ikun hemm disponibbli ċertifikati tal-awditjar estern.

PARTI 2 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.

L-awditi tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet jinvolvu l-ittestjar ta' jekk dawn it-tranżazzjonijiet jikkonformawx mar-regoli u r-regolamenti rilevanti (il- Kaxxa 1.2 ).

6.

Fix-xogħol tal-awditjar li nwettqu, aħna nqisu jekk inkunux nistgħu nagħmlu użu effiċjenti mill-kontrolli fuq ir-regolarità li jkunu diġà twettqu minn ħaddieħor. Jekk inkunu nixtiequ nużaw ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli, f'konformità mal-istandards tal-awditjar, aħna nivvalutaw l-indipendenza u l-kompetenza tal-parti l-oħra kif ukoll l-ambitu l-adegwatezza ta' xogħolha.

Kif nittestjaw it-tranżazzjonijiet

7.

Taħt kull intestatura tal-QFP (il-Kapitoli 5 sa 10), aħna nittestjaw kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet sabiex nistmaw is-sehem ta' tranżazzjonijiet irregolari fil-popolazzjoni kumplessiva.

8.

Għal kull tranżazzjoni magħżula, aħna niddeterminaw jekk il-klejm jew jekk il-pagament ikunx sar għall-iskop approvat fil-baġit u speċifikat fil-leġiżlazzjoni jew le. Aħna neżaminaw kif l-ammont tal-klejm jew tal-pagament ikun ġie kkalkulat (għal klejms li jkunu akbar: nibbażaw fuq għażla li tkun rappreżentattiva tal-elementi kollha fit-tranżazzjoni). Dan jinvolvi l-ittraċċar tat-tranżazzjoni mill-kontijiet baġitarji sar-riċevitur finali (eż. bidwi, jew l-organizzatur ta' kors ta' taħriġ jew proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp), filwaqt li nwettqu testijiet tal-konformità f'kull livell.

9.

Waqt l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul, l-eżaminar li nwettqu tar-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud u fuq l-ING jieħu bħala punt tat-tluq l-aggregati makroekonomiċi li fuq il-bażi tagħhom dawn jiġu kkalkulati. Aħna neżaminaw il-kontrolli tal-Kummissjoni fuq dawn il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri sal-punt meta l-kontribuzzjonijiet ikunu ġew riċevuti u rreġistrati fil-kontijiet konsolidati. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, aħna neżaminaw il-kontijet tal-awtoritajiet doganali u l-fluss tad-dazji — hawn ukoll sal-punt meta dawn ikunu ġew riċevuti u rreġistrati mill-Kummissjoni.

10.

Min-naħa tal-infiq, aħna neżaminaw il-pagamenti ladarba l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan japplika għall-kategoriji kollha ta’ pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta’ assi). Aħna ma neżaminawx il-pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jkunu saru, iżda pjuttost ladarba:

(a)

ir-riċevitur finali tal-fondi tal-UE (eż. bidwi, istitut ta’ riċerka, kumpanija li tipprovdi xogħlijiet jew servizzi wara proċeduri ta' akkwist pubbliku) ikun ipprovda evidenza dwar l-użu tagħhom; u

(b)

il-Kummissjoni (jew istituzzjoni jew korp ieħor li jimmaniġġja l-fondi tal-UE) tkun aċċettat l-użu finali tal-fondi billi tapprova l-pagament bil-quddiem.

11.

Il-kampjun tal-awditjar tagħna huwa maħsub biex jipprovdi stima tal-livell ta' żball għall-infiq fl-intier tiegħu aktar milli għal tranżazzjonijiet individwali (eż. proġett partikolari). Aħna nużaw kampjunar f'unitajiet monetarji biex nagħżlu klejms jew pagamenti u, f'livell aktar baxx, elementi individwali fi ħdan tranżazzjoni (eż. fatturi ta' proġetti, irqajja' art fi klejm li jsir minn bidwi). Ir-rati ta' żball li jiġu rrappurtati għal dawn l-elementi ma għandhomx jitqiesu bħala konklużjoni dwar it-tranżazzjonijiet rispettivi tagħhom, iżda aktar bħala li jikkontribwixxu direttament għal-livell kumplessiv ta' żball għall-infiq tal-UE fl-intier tiegħu.

12.

Aħna ma neżaminawx tranżazzjonijiet f'kull Stat Membru, stat benefiċjarju u reġjun fi kwalunkwe sena partikolari. Filwaqt li nistgħu nsemmu ċerti Stati Membri, stati benefiċjarji u/jew reġjuni, dan ma jfissirx li l-eżempji ma jseħħux bnadi oħra. L-eżempji illustrattivi ppreżentati f'dan ir-rapport ma jiffurmawx bażi biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-Istati Membri, l-istati benefiċjarji u/jew ir-reġjuni speċifiċi kkonċernati.

13.

L-approċċ tagħna mhuwiex maħsub biex jiġbor data dwar il-frekwenza ta' żbalji fil-popolazzjoni kollha. Għalhekk, iċ-ċifri ppreżentati dwar l-għadd ta’ żbalji li jkunu nqabdu f'intestatura tal-QFP, fl-infiq immaniġġjat minn DĠ jew fl-infiq fi Stat Membru partikolari mhumiex indikazzjoni tal-frekwenza ta’ żbalji fi tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-UE jew fi Stati Membri individwali. L-approċċ tagħna għall-kampjunar japplika ponderazzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet differenti, skont xi jkunu l-valur tal-infiq ikkonċernat u l-intensità tax-xogħol tal-awditjar tagħna. Din il-ponderazzjoni titneħħa fl-informazzjoni dwar il-frekwenza li tagħti l-istess ponderazzjoni għall-iżvilupp rurali bħalma tagħti għall-appoġġ dirett għal riżorsi naturali, u l-istess ponderazzjoni għall-infiq relatat mal-Fond Soċjali Ewropew bħalma tagħti għall-pagamenti relatati mal-politika reġjonali u l-politika ta’ koeżjoni.

Kif nevalwaw u nippreżentaw ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijet

14.

Żball jista' jikkonċerna l-ammont kollu involut fi tranżazzjoni individwali, jew parti minnu. Aħna nqisu jekk l-iżbalji jkunux kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, jiġifieri jekk ikunx possibbli li jitkejjel kemm mill-ammont eżaminat kien milqut minn żball. Żbalji li jkunu nqabdu u ġew ikkoreġuti qabel it-twettiq tal-kontrolli tagħna u independentement minnhom jiġu esklużi mill-kalkolu u l-frekwenza ta’ żbalji, peress li l-fatt li nqabdu u ġew ikkoreġuti juri li s-sistemi ta' kontroll ikunu ħadmu b'mod effettiv.

15.

Il-kriterji tagħna għall-kwantifikazzjoni ta’ żbalji fl-akkwist pubbliku huma deskritti fid-dokument intitolat “Non-compliance with the rules on public procurement — types of irregularities and basis for quantification” (Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku — tipi ta' irregolaritajiet u bażi għall-kwantifikazzjoni) (1).

16.

Il-kwantifikazzjoni tagħna tista' tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri meta jkunu qed jiddeċiedu x'għandu jkun ir-rispons tagħhom għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

Livell ta’ żball stmat

17.

Dak li aħna nistmaw huwa r-rata “tal-iżball l-aktar probabbli” (MLE). Dan nagħmluh għall-biċċa l-kbira mill-intestaturi tal-QFP, u għall-infiq tal-baġit kumplessiv. L-MLE jieħu kont tal-iżbalji kwantifikabbli biss u jiġi espress bħala perċentwal. Eżempji ta’ żbalji huma l-ksur kwantifikabbli tar-regolamenti, tar-regoli, u tal-kundizzjonijiet ta' kuntratti u ta' għotjiet, li jkunu japplikaw. Aħna nissettjaw ukoll il-limitu inferjuri tal-iżball (LEL) u l-limitu superjuri tal-iżball (UEL).

18.

Aħna nużaw il-livell ta’ 2 % bħala s-soll ta' materjalità għall-opinjoni tagħna. Nieħdu wkoll kont tan-natura, l-ammont u l-kuntest tal-iżbalji.

Kif neżaminaw is-sistemi u nirrappurtaw ir-riżultati

19.

Il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-pajjiżi u r-reġjuni benefiċjarji jistabbilixxu sistemi biex jimmaniġġjaw ir-riskji għall-baġit u biex jissorveljaw/jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Huwa utli li dawn is-sistemi jiġu eżaminati sabiex jiġu identifikati oqsma fejn jista' jsir titjib.

20.

Kull intestatura tal-QFP, inkluż id-dħul, tinvolvi ħafna sistemi individwali. Aħna nagħżlu kampjun ta' sistemi kull sena u nippreżentaw ir-riżultati flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

Kif naslu għall-opinjonijiet tagħna fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

21.

Ix-xogħol irrappurtat fil-Kapitoli 4 sa 10 jifforma l-bażi għall-opinjoni tagħna dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet konsolidati tal-UE. L-opinjoni tagħna hija stipulata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni. Ix-xogħol li nwettqu jippermettilna naslu għal opinjoni infurmata dwar jekk l-iżbalji fil-popolazzjoni jaqbżux jew jaqgħux fi ħdan il-limiti ta’ materjalità.

22.

Fejn insibu livell materjali ta' żball u niddeterminaw l-impatt tiegħu fuq l-opinjoni tal-awditjar, irridu niddeterminaw jekk l-iżbalji, jew in-nuqqas ta' evidenza għall-awditjar, ikunux “pervażivi” jew le. Meta nagħmlu dan, aħna napplikaw il-gwida li tinsab fl-ISSAI 1705 (filwaqt li nestendu din il-gwida biex tapplika għal kwistjonijiet ta' legalità u regolarità, skont il-mandat tagħna). Fejn l-iżbalji jkunu materjali u pervażivi, aħna nippreżentaw opinjoni avversa.

23.

Żball jew nuqqas ta' evidenza għall-awditjar jitqiesu “pervażivi” jekk, fil-ġudizzju tal-awditur, ma jkunux ristretti għall-elementi, kontijiet jew affarijiet speċifiċi tar-rapporti finanzjarji (jiġifieri jkunu mifruxa fil-kontijiet jew fit-tranżazzjonijiet ittestjati), jew, jekk ikunu ristretti b'dan il-mod, huma jkunu jirrappreżentaw jew jistgħu jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tar-rapporti finanzjarji, jew ikunu relatati ma' divulgazzjonijiet li jkunu fundamentali għall-fehim tar-rapporti finanzjarji mill-utenti.

24.

L-aħjar stima tagħna tal-livell ta’ żball għall-infiq kumplessiv fl-2016 hija ta' 3,1 %. Aħna ma qisniex li dawn l-iżbalji huma pervażivi, billi huma ristretti għal tip speċifiku ta' nfiq u jinsabu biss f'ċerti oqsma ta' nfiq. Il-livell ta' żball stmat li nstab għall-intestaturi differenti tal-QFP ivarja, kif deskritt fil-Kapitoli 5 sa 7 u l-Kapitoli 9 u 10.

Frodi suspettata

25.

Jekk ikollna raġuni biex nissuspettaw li tkun twettqet attività frodulenti, aħna nirrappurtaw dan lill-OLAF, l-uffiċċju tal-UE kontra l-frodi. L-OLAF huwa responsabbli mit-twettiq ta’ kull investigazzjoni li tirriżulta. Aħna nirrappurtaw bosta każijiet kull sena lill-OLAF.

PARTI 3 — Rabta bejn l-opinjonijiet tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

26.

Aħna ħriġna:

(a)

opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja li ntemmet; u

(b)

opinjonijiet tal-awditjar dwar ir-regolarità tad-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

27.

Ix-xogħol tagħna u l-opinjonijiet tagħna jsegwu l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI.

28.

Fejn l-awdituri joħorġu opinjonijiet tal-awditjar kemm dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, dawn l-istandards jiddikjaraw li opinjoni modifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, fiha nfisha, ma twassalx għal opinjoni modifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet. Ir-rapporti finanzjarji, li dwarhom nesprimu opinjoni, jirrikonoxxu l-eżistenza ta' problema materjali ta' ksur tar-regoli relatati mal-ispejjeż iddebitati għall-baġit tal-UE. Għaldaqstant iddeċidejna li l-eżistenza ta' livell materjali ta' żball li jkun jolqot ir-regolarità mhijiex, fiha nfisha, raġuni biex nimmodifikaw l-opinjoni separata tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet.


(1)  http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/Guideline_procurement/Quantification_of_public_procurement_errors.pdf

ANNESS 1.2

FREKWENZA TA' ŻBALJI LI NQABDU FIL-KAMPJUN TAL-AWDITJAR GĦAS-SENA 2016

Image


KAPITOLU 2

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

WERREJ

Introduzzjoni 2.1-2.3
Ġestjoni baġitarja fl-2016 2.4-2.14
Il-pagamenti kienu sew fi ħdan il-limiti ssettjati mill-baġit annwali 2.4-2.7
L-użu estensiv ta’ strumenti speċjali u ta’ marġnijiet ftit li xejn iħalli flessibbiltà għal rispons għal avvenimenti mhux previsti 2.8-2.10
L-impenji pendenti laħqu l-ogħla livell li qatt intlaħaq 2.11-2.14
Kwistjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja li huma relatati mal-baġit għall-2016 2.15-2.31
L-esponiment finanzjarju tal-baġit tal-UE huwa sinifikanti 2.15-2.20
L-UE qed tagħmel użu dejjem akbar minn strumenti finanzjarji 2.21-2.23
L-Istati Membri jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-fondi tal-UE li huma disponibbli 2.24-2.26
Jeħtieġ li r-rappurtar kumplessiv dwar l-infiq fuq il-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni jkun aktar koerenti u komprensiv 2.27-2.28
Il-kumplessità tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-UE tkompli tiżdied 2.29-2.31
Riskji u sfidi għall-futur 2.32-2.39
Jiġu evitati arretrati oħra ta’ klejms mhux imħallsa 2.32-2.33
Iffinanzjar tal-QFP il-ġdid 2.34-2.39
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 2.40-2.48
Konklużjonijiet 2.40-2.47
Rakkomandazzjonijiet 2.48

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-osservazzjonijiet tagħna dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-UE fl-2016 u jidentifika għadd ta’ riskji u sfidi ewlenin għal baġits futuri.

 

2.2.

Il-baġit għal sena partikolari jrid jirrispetta l-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta’ pagament li huma stipulati fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 (1), li jiddikjara li l-UE tista’, fi prezzijiet attwali, timpenja sa massimu ta’ EUR 1 087,2  biljun u tagħmel pagamenti ta’ mhux aktar minn EUR 1 025,4  biljun bejn l-2014 u l-2020 (2). L-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta’ pagament (3) għas-sena jridu jaqgħu fi ħdan il-limiti stabbiliti bid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (4) (DRP).

 

2.3.

Il-Kummissjoni ppreżentat analiżi ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-QFP attwali, li kienet akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi. Parti minn dan il-kapitolu tibni fuq il-fehmiet li esprimejna qabel dwar dawk il-proposti leġiżlattivi li huma rilevanti għall-proposta għall-QFP li jmiss (5).

 

ĠESTJONI BAĠITARJA FL-2016

Il-pagamenti kienu sew fi ħdan il-limiti ssettjati mill-baġit annwali

2.4.

Il-pagamenti li saru kontra l-approprjazzjonijiet baġitarji kienu EUR 13,7  biljun aktar baxxi mill-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit li ġie adottat inizjalment (EUR 130,2  biljun minn ammont possibbli ta’ EUR 143,9  biljun (6), jew 90,5  % tat-total disponibbli) (ara l- Kaxxa 2.1 ).

 

2.5.

Il-livell baxx ta’ pagamenti rriżulta prinċipalment mill-fatt li l-awtoritajiet fl-Istati Membri ppreżentaw klejms, għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE), li kienu aktar baxxi milli kien antiċipat. Dan kien dovut għal dewmien fl-implimentazzjoni ta’ programmi fl-ewwel snin tal-QFP attwali. Il-Kummissjoni tat l-ispjegazzjonijiet li ġejjin (7) għal dan id-dewmien:

 

(a)

il-konsegwenza ta’ dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-perjodu 2007-2013;

 

(b)

l-adozzjoni tardiva mill-UE tal-bażijiet legali għall-programmi tal-perjodu 2014-2020 (8);

 

(c)

dewmien, min-naħa tal-Istati Membri, fit-twaqqif tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE, u fin-notifika lil din tal-aħħar dwarhom;

 

(d)

iż-żmien meħtieġ biex isiru aġġustamenti dovuti għal bidliet fir-regoli għall-programmi u l-proġetti għall-perjodu l-ġdid;

 

(e)

l-għoti ta’ sena addizzjonali fil-perjodu 2014-2020 biex l-Istati Membri jagħmlu pagamenti kontra l-impenji (ir-“regola n+3”) (9).

 

2.6.

Kif osservat il-Kummissjoni (10), id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi SIE matul l-ewwel tliet snin tal-QFP 2014-2020 kien aktar minn dak li ġie esperjenzat fil-bidu tal-perjodu 2007-2013 għall-programmi tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni.

 

2.7.

Fid-dawl tal-livell baxx ta’ talbiet għal pagament riċevuti matul is-sena, l-awtoritajiet baġitarji emendaw il-baġit għall-2016 biex inaqqsu l-approprjazzjonijiet ta' pagament b’EUR 7,3  biljun (11). Anke b’dan it-tnaqqis, l-għadd baxx ta’ talbiet għal pagament wassal għall-ogħla surplus mill-2002: EUR 6,4  biljun (12) (2015: EUR 1,3  biljun).

 

Kaxxa 2.1 —   Il-baġit fl-2016

(EUR miljun)

Image

Sors: Il-Kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea – Sena finanzjarja 2016, “Rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u noti ta' spjega”, it-Tabelli 4.1 u 4.3.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

L-użu estensiv ta’ strumenti speċjali u ta’ marġnijiet ftit li xejn iħalli flessibbiltà għal rispons għal avvenimenti mhux previsti

2.8.

Il-QFP 2014-2020 għandu għadd ta’ strumenti biex jiffaċilitaw l-operazzjoni tal-baġit u jżommu l-fondi fir-riżerva. L-aktar importanti minn dawn huma:

 

(a)

Il-Marġni Globali għall-Pagamenti (MGP), li, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-QFP, jippermetti li approprjazzjonijiet ta' pagament li ma ntużawx jiġu ttrasferiti għal snin futuri, dment li l-limitu massimu tal-QFP ma jinqabiżx. Għaldaqstant, l-ammont ta’ EUR 13,7  biljun mill-2016 li ma ntużax u li ssemma fil-paragrafu 2.4 jista’ jiġi riportat biex jintuża fi snin futuri. Il-limitu, indikat fil-prezzijiet tal-2011, għat-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament li ma ntużawx, u li huma pprovduti fil-QFP għas-snin 2018-2020, huwa ta’ EUR 31 biljun (2018: EUR 7 biljun; 2019: EUR 11-il biljun; 2020: EUR 13-il biljun).

 

(b)

Erba’ “strumenti speċjali” (13) għal rispons għal avvenimenti mhux previsti u għal prijoritajiet li dejjem jinbidlu. Skont l-analiżi ta' nofs it-terminu li saret mill-Kummissjoni fl-2016 (14), l-ammont totali li għadu disponibbli sal-2020 kien ta’ EUR 7,4  biljun. Skont dikjarazzjoni tal-Kunsill (15), li nħarġet fiż-żmien meta saret ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP, tibqa’ l-prerogattiva tal-awtorità baġitarja li tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk il-pagamenti relatati ma’ strumenti speċjali jistgħux jingħaddu 'l fuq mil-limitu massimu tal-pagamenti.

 

(c)

Marġni ta’ kontinġenza (16) ta’ mhux aktar minn 0,03  % tal-ING (madwar EUR 4,5  biljun) li jippermetti, bħala l-aħħar alternattiva, li jiġu ttrasferiti approprjazzjonijiet bejn is-snin u l-intestaturi b’rispons għal ċirkostanzi mhux previsti, dment li l-limiti massimi tal-QFP ma jinqabżux. Dan il-marġni ntuża għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014, biex jiġi kkumpensat matul il-perjodu 2017-2020. Għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, il-marġni ta’ kontinġenza ntuża biex, fl-2016 u fl-2017, EUR 2,1  biljun jiġu ttrasferiti għall-Intestaturi 3 u 4 tal-QFP minn intestaturi oħra, b’rispons għall-kriżi tar-refuġjati (17).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

(d)

Il-Marġni Globali għall-Impenji (MGI) (18), li jippermetti li approprjazzjonijiet ta' impenn li ma ntużawx jiġu ttrasferiti għal snin futuri, iżda biex jintużaw biss għat-tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ. Kważi l-MGI kollu għall-2014 u l-2015 (EUR 1,8  biljun minn EUR 2,0  biljun (19)) ġie allokat għall-FEIS.

 

2.9.

Dawn l-istrumenti ġew stabbiliti biex sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jiġu ttrattati u biex jiġi pprovdut ċertu ammont ta’ flessibbiltà fil-kuntest ta’ sistema baġitarja tal-UE maħsuba biex tipprovdi finanzjament prevedibbli għall-programmi ta’ nfiq tal-UE fuq terminu twil. Madankollu, billi l-programmi ta’ nfiq tal-UE esperjenzaw dewmien fl-ewwel snin tal-QFP 2014-2020 u huma mistennija li jżidu fir-ritmu fis-snin sal-2020, jista’ ma jkunx għad fadal biżżejjed flessibbiltà fi ħdan il-limiti massimi tal-QFP biex jiġi ffinanzjat ir-rispons tal-UE għal kwalunkwe avveniment mhux mistenni li għad jista’ jseħħ qabel tmiem il-QFP attwali.

2.9.

Aktar flessibbiltà għas-snin li jifdal tal-QFP 2014–2020 hija pprovduta fir-rieżami ta’ nofs it-terminu għall-QFP (ara r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123).

2.10.

Minbarra li jagħmel użu mill-marġnijiet deskritti hawn fuq, il-Kunsill jista’, permezz ta’ deċiżjoni unanima, jemenda huwa stess ir-Regolament dwar il-QFP biex jibdel il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet (20).

 

L-impenji pendenti laħqu l-ogħla livell li qatt intlaħaq

2.11.

Fl-2016, l-UE impenjat EUR 155,2  biljun minn ammont massimu possibbli ta’ EUR 156,1  biljun, li jikkorrispondu għal 99,4  % tat-total disponibbli (21), eskluż id-dħul assenjat.

 

2.12.

B'riżultat tal-użu kważi sħiħ li sar mill-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-pagamenti aktar baxxi milli ppjanat, għall-ewwel, l-impenji pendenti naqsu fl-2014 u mbagħad reġgħu żdiedu fl-2015 u fl-2016, biex laħqu l-EUR 238,8  biljun, l-ogħla livell li qatt intlaħaq (ara l- Kaxxa 2.9 ). Huma wkoll previsti li jiżdiedu aktar fl-2017, billi l-baġit għall-2017 jipprevedi approprjazzjonijiet ta' impenn ta’ EUR 157,9  biljun u approprjazzjonijiet ta' pagament ta’ EUR 134,4  biljun, li jimplika żieda fl-impenji pendenti ta’ ammont li jista’ jlaħħaq it-EUR 23,5  biljun.

 

2.13.

Din it-totalità ta’ impenji pendenti tirrappreżenta d-differenza kumulattiva bejn l-impenji u l-pagamenti li saru fuqhom sa issa, mingħajr id-diżimpenji. Id-diżimpenji kienu jirrappreżentaw proporzjon relattivament żgħir ta’ impenji li saru fil-perjodu 2007-2016 (EUR 27 biljun minn total ta’ EUR 1 446  biljun jew 1,9  %).

 

2.14.

Il-maġġoranza kbira tal-impenji pendenti huma għall-programmi pluriennali ta’ nfiq, fejn l-intervall latenti bejn impenn u l-pagament korrispondenti tiegħu jista’ jkun ta’ aktar minn sena, u spiss ilaħħaq sa tliet snin. Ibbażat fuq iċ-ċifri tal-2016, l-impenji pendenti fi tmiem is-sena kienu 72 % ogħla minn dawk tal-2007 u kienu ekwivalenti għal 2,9  snin (22) ta’ pagamenti, meta mqabbel ma’ 2,2  snin fl-2007. Din iż-żieda fl-impenji pendenti għandha r-riskju li toħloq problemi ta’ finanzjament fil-futur (ara l-paragrafi 2.32 sa 2.39).

2.14.

Iż-żieda fil-livell ta’ impenji pendenti għall-Fondi SIE fit-tielet sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni hija parti miċ-ċiklu normali ta’ implimentazzjoni osservat preċedentement għal dawn il-fondi. Il-profil annwali bla xkiel tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn matul il-perjodu 2014–2020, l-introduzzjoni tar-regola n+3 u l-implimentazzjoni bil-mod iwasslu għal żieda sinifikanti f’impenji pendenti.

KWISTJONIJIET FIL-QASAM TAL-ĠESTJONI FINANZJARJA LI HUMA RELATATI MAL-BAĠIT GĦALL-2016

L-esponiment finanzjarju tal-baġit tal-UE huwa sinifikanti

2.15.

Minbarra l-impenji pendenti, l-UE kellha għadd ta’ obbligazzjonijiet, garanziji u obbligi ġuridiċi sinifikanti u fuq terminu twil li kienu għadhom pendenti fi tmiem l-2016.

 

2.16.

L-akbar obbligazzjoni waħdanija fuq terminu twil tal-UE tikkostitwixxi l-ammont ta’ EUR 67,2  biljun għall-pensjonijiet tal-persunal (2015: EUR 63,8  biljun). Għalkemm l-impjegati tal-UE jikkontribwixxu għall-pensjonijiet tagħhom, dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu ttrattati bħala dħul ġenerali tal-baġit tal-UE u l-obbligazzjoni ma tiġix ikkumpensata minn assi speċifiċi.

 

2.17.

Fi snin reċenti, l-UE għamlet użu dejjem akbar mill-baġit biex tkopri l-garanziji għas-self u għall-istrumenti finanzjarji (ara l- Kaxxa 2.2 ). Dawn huma obbligazzjonijiet kontinġenti ddivulgati fil-kontijiet tal-UE (23). Irid jinżamm marġni bejn il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit u l-livell massimu permissibbli taħt id-DRP sabiex ikopri dawn il-garanziji f’każ ta’ ħtieġa.

 

Kaxxa 2.2 —   Esponiment għall-garanziji

(EUR biljun)

Image

(*)

L-esponiment fil-31 ta’ Diċembru 2016 jinkludi biss ammonti żborżati lill-benefiċjarji finali. Ammont ulterjuri ta’ EUR 17,5  biljun kien ġie kkuntrattat iżda kien għadu ma ġiex żborżat fi tmiem l-2016 (EUR 9,0  biljun taħt il-garanzija tal-mandat ta’ self estern, EUR 6,9  biljun taħt il-garanzija tal-FEIS u EUR 1,6  biljun taħt l-assistenza finanzjarja għal self relatat mal-MFA u l-Euratom).

(1)

Ara n-Nota 4.1.1 tal-“Kontijiet annwali konsolidati tal-UE – Sena finanzjarja 2016” (Il-“Kontijiet tal-UE għall-2016”).

(2)

Ara n-Nota 4.1.2 tal-kontijiet tal-UE għall-2016.

(3)

Ara n-Nota 4.1.3 tal-kontijiet tal-UE għall-2016.

Sors: Il-kontijiet tal-UE għall-2016, in-Noti 4.1.1-3 tar-Rapporti Finanzjarji.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

2.18.

Il-baġit tal-UE għandu żewġ fondi biex ikopru l-garanziji baġitarji: il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, b’valur tal-assi ta’ EUR 2,3  biljun, u l-Fond ta' Garanzija tal-FEIS, b’valur tal-assi ta’ EUR 1,0  biljun fi tmiem l-2016 (24), li se jitla’ għal EUR 8 biljun sal-2022. Huwa jżomm ukoll provvediment kontra telf mistenni fuq garanziji, li kien jammonta għal EUR 0,9  biljun fi tmiem l-2016 (25), wara li matul is-sena nżdiedu provvedimenti li ammontaw għal EUR 0,5  biljun, inkluż għal self lis-Sirja. Għall-garanziji relatati mal-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri, kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta tista’ tiġi koperta minn approprjazzjonijiet lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP (26), iżda trid titħallas permezz tal-baġit tal-UE.

 

2.19.

Il-Kummissjoni pproponiet li jiġi stabbilit fond komuni ta’ proviżjonament biex ikopri l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja (27).

 

2.20.

Kien hemm ukoll obbligi ġuridiċi sinifikanti fuq terminu twil li ma kinux koperti minn impenji baġitarji pendenti, u li ammontaw għal total ta’ EUR 22 biljun (28) fi tmiem is-sena (ara l- Kaxxa 2.3 ), u dawn se jitħallsu minn baġits annwali futuri.

 

Kaxxa 2.3 —   Obbligi ġuridiċi oħra fuq terminu twil fi tmiem l-2016

(EUR miljun)

Image

Sors: Il-kontijiet tal-UE għall-2016, in-Nota 5.3 għar-Rapporti Finanzjarji.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

L-UE qed tagħmel użu dejjem akbar minn strumenti finanzjarji

2.21.

L-istrumenti finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju tal-UE qed jiżdiedu (ara l- Kaxxa 2.4 ) u, skont il-projezzjonijiet, se jkomplu jagħmlu dan sal-2020. Jeħtieġ li l-ġestjoni ssir b’attenzjoni biex jiġi żgurat li jkun hemm użu effettiv, effiċjenti u ekonomiku tal-fondi disponibbli, u li kwalunkwe bidla ssir biss wara li valutazzjoni tal-impatt titwettaq b’attenzjoni.

2.21.

Il-Kummissjoni implimentat miżuri li jiżguraw trasparenza u mmaniġġjar finanzjarju sod fl-użu tal-fondi disponibbli.

Kull meta huma previsti bidliet, jenħtieġ li l-valutazzjoni ex-ante tkun tinkludi analiżi tat-tagħlimiet li ttieħdu fi strumenti simili preċedenti.

Għal strumenti mmaniġġjati ċentralment l-bażijiet ġuridiċi rilevanti jipprevedu rieżamijiet jew evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu.

Għal dawn ir-rieżamijiet futuri ta’ nofs it-terminu tal-istrumenti finanzjarji, il-Kummissjoni se tiżgura li dawn ikopru t-tagħlimiet meħuda u l-effett ta’ kwalunkwe bidla soċjoekonomika kbira fuq ir-raġuni tal-istrument u fuq il-kontribuzzjoni korrispondenti mill-baġit tal-UE.

Kaxxa 2.4 —   Strumenti finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ baġitarju tal-UE

(EUR biljun)

 

Perjodu ta' Programmazzjoni 2007-2013  (*3)

Perjodu ta' Programmazzjoni 2014-2020

Taħt ġestjoni kondiviża

 

 

FEŻR, FSE (42), u Żvilupp Rurali (43) għall-perjodu 2007-2013/Fondi SIE għall-perjodu 2014-2020

12,0

21,5

li minnhom l-inizjattiva favur l-SMEs

0

1,2  (*4)

Taħt ġestjoni diretta/indiretta u garanziji baġitarji

 

 

Strumenti finanzjarji f’ġestjoni indiretta

3,8  (44)

7,4  (*5)

FEIS – garanzija massima tal-baġit tal-UE, li minnha:

Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija

Obbligazzjoni mhux iffinanzjata għall-baġits attwali u futuri tal-UE

0

16

8

8

Total

16,1

45,6

Żieda proposta fil-finanzjament (45)

 

10

Total wara ż-żieda proposta

 

55,6

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.22.

Il-FEIS se jkompli jikber u qed isir sors importanti ta’ finanzjament (29). Sa tmiem l-2016, il-Grupp tal-BEI kien iffirma kuntratti b’valur ta’ EUR 21,3  biljun għall-FEIS (30). Il-perjodu ta’ investiment tal-FEIS għadu ma spiċċax. Il- Kaxxa 2.5 turi d-distribuzzjoni tal-finanzjament mill-FEIS, skont l-Istat Membru sa tmiem l-2016.

2.22.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, sabiex tingħata stampa sħiħa tad-dimensjoni ta’ finanzjament FEIS fid-diversi Stati Membri, il-Kaxxa 2.5 ma għandhiex biss tippreżenta ammonti ta’ interventi tal-FEIS mill-Istati Membri, iżda wkoll il-proporzjon ta’ investimenti tal-FEIS għall-PDG u per capita tal-pajjiżi rispettivi.

Kaxxa 2.5 —   Finanzjament mill-FEIS, skont l-Istat Membru

(EUR miljun)

Image

Sors: Ir-rapport operazzjonali ta’ tmiem is-sena “European Fund for Strategic Investments – IIW and SMEW. Schedule II of the EFSI Agreement” (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi – l-IIW u l-SMEW. L-Iskeda II tal-Ftehim dwar il-FEIS) – data ta’ rappurtar: il-31 ta’ Diċembru 2016.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.23.

Il-FEIS huwa strument ġdid, ċentralizzat u innovattiv, għall-Istati Membri biex jappoġġaw l-investiment ġewwa l-UE. Taħt l-arranġamenti ta’ governanza tal-FEIS, is-setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-BEI, bi skrutinju pubbliku aktar limitat milli jintuża għal strumenti oħra appoġġati mill-baġit tal-UE, kif jidher fil- Kaxxa 2.8 .

2.23.

Il-Kummissjoni tqis li l-FEIS huwa soġġett għal skrutinju pubbliku xieraq.

L-Istati Membri jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-fondi tal-UE li huma disponibbli

2.24.

Minħabba li l-fondi SIE jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika ta’ xi Stati Membri, huwa importanti li jiġi osservat li, f’disa’ Stati Membri, l-impenji pendenti fuq il-fondi SIE jirrappreżentaw aktar minn 15 % tal-infiq tal-amministrazzjoni pubblika fl-2016 (ara l- Kaxxa 2.6 ).

 

2.25.

Minħabba li l-approprjazzjonijiet ta' impenn li għadhom disponibbli taħt il-QFP 2014-2020 huma konsiderevoli, l-Istati Membri fejn il-fondi SIE jirrappreżentaw perċentwal sinifikanti tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika jistgħu jsibuha diffikultuża li jidentifikaw biżżejjed proġetti ta’ kwalità għolja li fuqhom jistgħu jonfqu l-fondi disponibbli tal-UE jew li jipprovdu kofinanzjament.

2.25.

Il-Kummissjoni tqis li huwa kmieni wisq fil-QFP 2014–2020 biex tiġi ġġudikata minn qabel il-kapaċità tal-Istati Membri kkonċernati biex jassorbu l-fondi previsti għalihom.

Kaxxa 2.6 —   Impenji pendenti tal-Fondi SIE fil-31 ta’ Diċembru 2016 bħala perċentwal tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika fl-2016, skont l-Istat Membru

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni. Id-data tal-Eurostat dwar in-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika għall-2016; April 2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

2.26.

Id-dħul mill-baġit tal-UE jikkostitwixxi proporzjon sinifikanti tal-investiment kapitali ta’ xi Stati Membri f’sena partikolari. Dan ifisser li d-daqs u t-twaqqit ta’ tali dħul jista’ jkollu effetti makroekonomiċi sinifikanti, pereżempju fuq l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi, li jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti meta jkun qed jiġi ppjanat l-infiq futur fil-baġit tal-UE (ara l- Kaxxa 2.7 ) (31).

 

Kaxxa 2.7 —   Fondi tal-UE (*1) bħala proporzjon tal-Formazzjoni Grossa tal-Kapital Fiss tal-Istati Membri (*2)

Image

(***)

Il-Kroazja ssieħbet fl-UE fl-2013.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni. Id-data tal-Eurostat dwar il-Formazzjoni Grossa tal-Kapital Fiss (Investimenti).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Jeħtieġ li r-rappurtar kumplessiv dwar l-infiq fuq il-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni jkun aktar koerenti u komprensiv

2.27.

Fl-2016, waħda mill-isfidi ewlenin fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja kienet il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi biex jiġu indirizzati l-kriżi tar-refuġjati u l-integrazzjoni tal-migranti, inkluż l-appoġġ ta’ emerġenza ġewwa l-UE. Ir-rispons finanzjarju tal-UE kien jinvolvi ż-żieda fil-finanzjament f’xi oqsma eżistenti, l-istabbiliment ta’ strumenti ġodda ta’ finanzjament u l-promozzjoni ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali minn partijiet terzi (32).

 

2.28.

Fl-2016, il-Kummissjoni ma rrappurtatx l-ammont kumplessiv ta’ fondi mmobilizzati għall-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni, u huwa diffiċli biex dan jiġi stmat. Bħal f’ħafna każijiet, dawn il-fondi jikkostitwixxu parti biss mill-approprjazzjonijiet baġitarji allokati fl-oqsma ta' politika kkonċernati. Għalkemm il-Kummissjoni tirrapporta dwar kull strument individwali, sabiex tkun tista’ tirrapporta ċ-ċifra kumplessiva jkun jeħtieġ li tistabbilixxi stuttura speċifika ta’ rappurtar.

2.28.

Billi l-interventi fil-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni jistgħu jieħdu forom differenti matul iż-żmien, huwa diffiċli li wieħed jiddefinixxi dan is-suġġett b’mod eżawrjenti minn qabel u l-kontenut sottostanti u d-definizzjoni impliċita tal-informazzjoni ppreżentata jistgħu jvarjaw matul iż-żmien. Il-Kummissjoni tirrikjedi li l-OECD taddatta l-kodiċijiet DAC tagħha sabiex ikollha definizzjoni komunement aċċettata tal-migrazzjoni.

Il-Kummissjoni se tanalizza konsolidazzjoni possibbli ta’ rappurtar eżistenti tagħha sabiex tipproduċi informazzjoni komprensiva dwar in-nefqa tar-refuġjati u tal-migrazzjoni.

Il-kumplessità tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-UE tkompli tiżdied

2.29.

Il-baġit tal-UE evolva ħafna matul is-snin, u nżdiedu għadd ta’ mekkaniżmi oħra għall-finanzjament tal-politiki tal-UE. Dan l-iżvilupp kien ir-riżultat tal-ħtieġa li jinstabu fondi addizzjonali biex jingħata rispons għal sfidi ġodda, bħall-kriżi finanzjarja, l-azzjoni klimatika, il-migrazzjoni u r-refuġjati, u biex il-fondi disponibbli jintużaw b’mod aktar effiċjenti u innovattiv, pereżempju għal selfiet, garanziji u investiment ta’ ekwità.

2.29-2.31.

 

L-arkitettura finanzjarja attwali tal-UE għamlitha possibbli li timmobilizza fondi għal prijoritajiet ġodda u li jsir aktar b’inqas. Il-baġit tal-UE mhuwiex l-uniku strument li jiffinanzja l-politiki tal-UE. Madankollu, il-kontijiet tal-UE jinkludu l-istrumenti kollha u jikkonsolidaw l-aġenziji kollha b’impatt fuq il-baġit tal-UE. Il-kontijiet tal-UE huma awditjati mill-QEA. Xi mekkaniżmi nħolqu biex iwieġbu għall-kriżi taż-żona euro u huma ta’ natura intergovernattiva. Għal din ir-raġuni, dawn jaqgħu barra mill-qafas tal-baġit tal-UE. L-istrumenti oħra bħall-FEIS u l-Fond Ewropew tal-Investiment jikkomplimentaw il-mekkaniżmi ta’ konsenja tradizzjonali tal-baġit tal-UE, b’mod li jkabbru l-effett ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ ingranaġġ tagħhom.

Rigward il-mekkaniżmi finanzjarji ġodda, il-korpijiet kollha li qed jimmaniġġjawhom jipprovdu rapporti akkontabilistiċi u opinjoni minn awditur estern. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ akkontabilità u trasparenza, jiġu pprovduti wkoll rapporti speċifiċi pereżempju dwar strumenti finanzjarji, fondi fiduċjarji u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija.

Il-Kummissjoni adottat dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE, li fih tiġi spjegata l-arkitettura finanzjarja attwali tal-UE. Dan is-suġġett se jkun element ewlieni tal-QFP li ġej.

2.30.

B’riżultat ta’ dan, l-għadd ta’ entitajiet u ta’ strumenti involuti fl-iffinanzjar tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE żdied konsiderevolment, u dan ħoloq xibka kumplessa ta’ arranġamenti madwar il-baġit tal-UE (ara l- Kaxxa 2.8 ).

2.31.

Il-baġit tal-UE huwa mekkaniżmu waħdieni li huwa suġġett għal regoli speċifiċi. Dan jgħin biex il-partijiet interessati tagħna ikollhom obbligu ta’ rendikont u trasparenza, u dawn jinkludu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-użu dejjem akbar ta’ mekkaniżmi finanzjarji oħra biex il-politiki tal-UE jiġu attwati id f’id mal-baġit tal-UE għandu r-riskju li jimmina dan il-livell ta’ obbligu ta’ rendikont u trasparenza, billi l-arranġamenti ta’ rappurtar, tal-awditjar u ta’ skrutinju pubbliku mhumiex allinjati. Pereżempju, aħna nawditjaw u nirrappurtaw dwar xi wħud biss mill-mekkaniżmi finanzjarji, u dan jillimita l-iskrutinju pubbliku. Fil-fehma tagħna, l-arranġamenti attwali jagħmluha diffiċli biex il-ġestjoni, l-awditjar, l-iskrutinju u r-rappurtar isiru b’mod effettiv, u biex tingħata stampa ġenerali u adegwata tal-ispiża u l-benefiċċji tal-UE għaċ-ċittadini.

Kaxxa 2.8 —   Entitajiet u strumenti involuti fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE

Image

Didaskalija:

Image

Il-perspettiva usa’ tal-implimentazzjoni tal-Politiki, l-operazzjonijiet u l-attivitajiet ta’ finanzjament tal-UE f’Ġunju 2017

Image

Rapport u kwittanza mill-awtorità baġitarja: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Image

Sa ċertu punt, rapport u kwittanza mill-awtorità baġitarja: il-PE u l-Kunsill

Image

Awditjar imwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Image

Ġestjoni mill-Kummissjoni – ġestjoni diretta/kondiviża

Image

Ġestjoni mill-Grupp tal-BEI

Image

Inizjattiva tal-FEIS

Image

Sa ċertu punt, inizjattiva tal-FEIS

Image

Fil-Kontijiet Annwali Konsolidati tal-UE

Il-kulur tal-kaxxi jindika s-sorsi ta’ finanzjament:

Image

(1)

Inklużi impenji legali li għadhom mhumiex koperti minn approprjazzjonijiet baġitarji ta' impenn: il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), Copernicus, ITER, Galileo, ftehimiet dwar is-sajd u oħrajn.

(2)

L-Inizjattiva favur l-SMEs immaniġġjata mill-BEI f’isem l-Istati Membri permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Kummissjoni; strumenti finanzjarji oħra mmaniġġjati mill-BEI f’isem il-Kummissjoni bħala entità fdata.

(3)

Il-Bord governattiv/maniġerjali, b’membri minn kull Stat Membru bħala korp deċiżjonali.

(4)

Immaniġġjat mill-BEI f’isem il-Kummissjoni bħala entità fdata.

(5)

Il-fondi u l-operazzjonijiet jiġu implimentati mill-Istati Membri.

(6)

Il-Bord governattiv/maniġerjali, b’membri mill-Istati Membri u minn partijiet interessati oħra bħala korp deċiżjonali. Mhux l-Istati Membri kollha huma rrappreżentati f’kull Bord.

(7)

Hija biss dik il-parti tal-Istrumenti ta’ Finanzjament kombinat iffinanzjata mill-Baġit Ġenerali tal-UE li hija suġġetta għal kwittanza mill-awtoritajiet baġitarji.

(8)

Strumenti tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI): Faċilità ta’ investiment tal-Viċinat (NIF); Faċilità ta’ Investiment għall-Asja Ċentrali IFCA) u Faċilità ta’ Investiment għall-Asja (AIF); Faċilità ta' Investiment għall-Amerika Latina (FIAL)

(9)

Iffinanzjat minn banek kummerċjali. Il-Bord maniġerjali jikkonsisti f’membri minn kull Stat Membru.

(10)

Huma biss dawk l-operazzjonijiet garantiti mill-baġit ġenerali tal-UE li jiġu awditjati mill-QEA.

(11)

Rapport ta’ implimentazzjoni tal-baġit mibgħut lill-Kunsill – Kwittanza mill-bordijiet maniġerjali tal-aġenziji. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa, f’isem l-UE, fil-proġetti tal-aġenziji. L-Istati Membri ta’ kull aġenzija jipprovdu finanzjament. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà hija responsabbli għall-organizzazzjoni u l-funzjonament ġenerali tal-aġenziji.

(12)

Entità intergovernattiva.

(13)

Is-setgħat ta’ awditjar li għandha l-QEA huma limitati għall-eżaminar tal-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-BĊE.

(14)

Huwa biss il-mandat UE tal-BEI li jiġi awditjat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-FEI huwa parti mill-Grupp tal-BEI.

(15)

L-azzjonisti huma l-Istati Membri tal-UE, pajjiżi oħra, l-UE u l-BEI.

Akronomi u abbrevjazzjonijiet użati

AKP-UE

Sħubija bejn il-Pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea

FEIS

Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

Approp.

Approprjazzjonijiet

FEMS

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

BĊE

Bank Ċentrali Ewropew

FEŻ

Fond Ewropew għall-Iżvilupp

BEI

Bank Ewropew tal-Investiment

FEŻR

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

BERŻ

Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp

FK

Fond ta' Koeżjoni

BtP

Bilanċ tal-pagamenti

FRT

Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

Copernicus

Il-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja

FSE

Fond Soċjali Ewropew

COSME

Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME)

FSIE

Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

CPVO

Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Galileo

Is-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) tal-Unjoni Ewropea

EaSI

Il-programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

GLF

Greek Loan Facility (Faċilità ta’ Self favur il-Greċja)

EFSF

Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja

H2020

Orizzont 2020 – Riċerka u Innovazzjoni tal-UE

EFSM

Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja

Inizjattiva favur l-SMEs

Inizjattiva favur l-intrapriżi żgħar u medji

ELM

Mandat ta’ Self Estern

IPOL

Politiki Interni

EUIPO

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ITER

Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ftehim u organizzazzjoni)

EUTF Bêkou

Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għar-Repubblika Ċentru-Afrikana

KEFA

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

EUTF Colombia

Fond Fiduċjarju għall-Kolombja

MES

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà

EUTF Madad

Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana

MFA

Assistenza makrofinanzjarja

FAEŻR

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

PE

Parlament Ewropew

FEI

Fond Ewropew tal-Investiment

Prog.

Programm

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

RISKJI U SFIDI GĦALL-FUTUR

Jiġu evitati arretrati oħra ta’ klejms mhux imħallsa

2.32.

Hemm riskju li, fis-snin finali tal-QFP attwali u fl-ewwel snin tal-QFP li jmiss, jinħolqu arretrati ta’ klejms mhux imħallsa simili għal dawk li kien hemm fl-2013-2015. Dan għaliex jista’ jkun li l-approprjazzjonijiet ta' pagament approvati taħt il-QFP attwali ma jkunux adegwati biex il-klejms kollha ippreżentati għall-pagament jitħallsu sal-2020 (33).

2.32.

Ir-riskju ta’ akkumulazzjoni ma jiddependix biss fuq il-limiti massimi disponibbli tal-QFP iżda wkoll fuq l-ammonti mogħtija mill-Kunsill u mill-Parlament fil-baġits annwali, u fuq il-profil tal-parlament attwali tal-programmi. Il-Marġni Globali għall-Pagamenti disponibbli f’dan il-QFP għandha tiżgura li l-limitu massimu sħiħ tal-pagament huwa disponibbli.

2.33.

Fil-previżjoni tagħha li twassal sa tmiem l-2020 u li ġiet ippreżentata fl-analiżi ta' nofs it-terminu (34), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-limiti massimi kumplessivi tal-pagamenti tal-QFP 2014-2020 għandhom ikunu suffiċjenti bl-eżatt, biex b’hekk jiġu evitati arretrati ġodda u anormali ta’ klejms mhux imħallsa fi tmiem il-perjodu. Madankollu, dan kien jiddependi mill-eventwalità li l-istrumenti speċjali jingħaddu lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP u li jitneħħew l-ammonti massimi għall-użu tal-marġni globali għall-pagamenti fil-perjodu 2018-2020, stipulat fir-Regolament dwar il-QFP. Wara r-reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP (35), hemm inċertezza dwar jekk l-istrumenti speċjali fil-fatt humiex se jingħaddu lil hinn mil-limiti massimi (ara l-paragrafu 2.8(b)), u jekk l-ammonti massimi fuq il-marġni globali għall-pagamenti humiex se jitħallew (ara l-paragrafu 2.8(a)). Barra minn hekk, jista’ jkun li l-Istati Membri jippreżentaw ammont ta’ klejms għall-pagamenti li jkun ogħla milli kien antiċipat.

2.33.

Il-Kummissjoni tipproponi dejjem li jingħaddu l-pagamenti għal strumenti speċjali ’l fuq mil-limiti massimi. Madankollu, id-deċiżjoni finali se tittieħed mill-Awtorità Baġitarja fuq bażi ta’ każ b’każ f’konformità mad-dikjarazzjoni mehmuża mar-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-QFP. Rigward l-użu ta’ Marġini Globali għall-Pagamenti, hija pprovduta aktar flessibbiltà għas-snin li jifdal tal-QFP 2014-2020 fir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-QFP.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Iffinanzjar tal-QFP il-ġdid

2.34.

Jekk ix-xejriet eżistenti jkomplu (36), aħna nipprojettaw li l-impenji pendenti (ara l- Kaxxa 2.9 ) se jilħqu rekord ta’ EUR 262 biljun sal-2020, ammont li huwa qrib għall-projezzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata fl-analiżi ta' nofs it-terminu (37).

 

2.35.

Dawn l-impenji pendenti jkollhom jitħallsu bl-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament mill-QFP li jmiss, prinċipalment matul l-ewwel tliet snin tal-QFP li jmiss.

 

Kaxxa 2.9 —   Projezzjonijiet tal-impenji u tal-pagamenti sa tmiem il-QFP fl-2020

(EUR biljun)

Image

Sors: Għas-snin finanzjarji 2007-2016: Il-Kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea, għall-projezzjonijiet fuq is-snin finanzjarji 2017-2020: ir-Regolament dwar il-QFP u l-aġġustament tekniku għall-2017.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

2.36.

Sabiex din iż-żieda fl-impenji pendenti tiġi eliminata, u għaldaqstant sabiex l-esponiment addizzjonali u r-riskju li jinħolqu arretrati jiġu indirizzati, jistgħu jiġu inklużi biżżejjed approprjazzjonijiet addizzjonali ta' pagament b’żieda ma’ dawk meħtieġa biex ikopru l-programmi l-ġodda tal-QFP li jmiss u/jew jistgħu jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi l-ġodda taħt il-QFP li jmiss u jitħallew biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament biex ikopru dawn l-impenji pendenti.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

2.37.

Dan ikun preferibbli milli kieku jintuża dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-QFP il-ġdid sabiex jiġu ġġenerati biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament biex ikopru l-impenji pendenti, kif ġara mingħajr ma kien intenzjonat fl-ewwel snin tal-QFP attwali, peress li dan sempliċiment jipposponi l-problema mill-ġdid.

 

2.38.

L-Artikolu 323 tat-TFUE jipprovdi li “l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi”. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-Riżorsi Proprji (38) tirrikjedi li “għandu jinżamm proporzjon ordnat bejn approprjazzjonijiet għall-impenji u approprjazzjonijiet għall-pagamenti biex jiggarantixxi l-kompatibbiltà tagħhom …”.

 

2.39.

Il-Kummissjoni se jkollha l-opportunità li tindirizza din il-kwistjoni meta tkun qed tippreżenta l-proposti tagħha għall-QFP il-ġdid (39) fuq il-bażi ta’ previżjoni għall-ħtiġijiet tal-infiq fil-perjodu wara l-2020 (40), kif irrakkomandat fir-rapporti annwali tagħna ta’ dawn l-aħħar snin (41).

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

2.40.

Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi fl-ewwel tliet snin tal-QFP attwali wassal biex l-approprjazzjonijiet ta' impenn jiġu ttrasferiti mill-2014, prinċipalment għall-2015 u l-2016, u biex ikun hemm livell baxx ta’ pagamenti fl-2016 (il-paragrafi 2.4 sa 2.10).

 

2.41.

Strumenti speċjali u marġnijiet intużaw b’mod estensiv, iżda l-ammonti li fadal jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiffinanzjaw avvenimenti mhux mistennija li għadhom jistgħu jseħħu qabel l-2020 (il-paragrafi 2.8 sa 2.10).

2.41.

Aktar flessibbiltà hija pprovduta għas-snin li jifdal tal-QFP 2014-2020 fir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-QFP.

2.42.

Inħoloq livell rekord ta’ impenji pendenti, 72 % ogħla minn dak fl-2007. Dan żied l-ammonti dovuti mill-UE u, għaldaqstant, l-esponiment finanzjarju tal-baġit tal-UE (il-paragrafi 2.11 sa 2.14). L-esponiment finanzjarju kumplessiv tal-baġit tal-UE kiber, b’obbligazzjonijiet, garanziji u obbligi ġuridiċi sinifikanti u fuq terminu twil (il-paragrafi 2.15 sa 2.20), li jimplika li jeħtieġ li l-ġestjoni ssir b’attenzjoni fil-futur.

2.42.

Hemm u se jibqa’ jkun hemm monitoraġġ mill-qrib tal-impenji pendenti fil-QFP attwali u futuri.

2.43.

L-UE qed tagħmel użu dejjem akbar minn strumenti finanzjarji. L-istabbiliment tal-FEIS joħloq arranġamenti ġodda ta’ governanza bi skrutinju pubbliku aktar limitat milli jintuża għal strumenti oħra appoġġati mill-baġit tal-UE (il-paragrafi 2.21 sa 2.23).

2.43.

Il-Kummissjoni tqis li hija wriet l-informazzjoni relatata kollha fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2016 u fin-noti ta’ żvelar b’mod komprensiv, ċari u trasparenti u li l-FEIS huwa soġġett għal skrutinju pubbliku xieraq.

2.44.

Il-fondi tal-UE jikkontribwixxu għal sehem sinifikanti mill-infiq ta’ xi Stati Membri, u l-volum ta’ fondi u t-twaqqit ta’ meta jiġu riċevuti jista’ jkollhom impatt makroekonomiku konsiderevoli pereżempju fuq l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi (il-paragrafi 2.24 sa 2.26).

 

2.45.

Il-Kummissjoni mmobilizzat diversi riżorsi biex tindirizza l-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni, iżda ma stabbilietx struttura ta’ rappurtar biex tkun tista’ tirrapporta b’mod komprensiv dwar l-użu tal-fondi involuti (il-paragrafu 2.27 u 2.28).

2.45.

Billi l-interventi dwar il-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni jistgħu jieħdu forom differenti matul iż-żmien, huwa diffiċli li wieħed jiddefinixxi dan is-suġġett b’mod eżawrjenti minn qabel u l-kontenut sottostanti u d-definizzjoni impliċita tal-informazzjoni ppreżentata jistgħu jvarjaw matul iż-żmien. Il-Kummissjoni tirrikjedi li l-OECD taddatta l-kodiċijiet DAC tagħha sabiex ikollha definizzjoni komunement aċċettata tal-migrazzjoni.

Il-Kummissjoni se tanalizza konsolidazzjoni possibbli ta’ rappurtar eżistenti tagħha sabiex tipproduċi informazzjoni komprensiva dwar in-nefqa tar-refuġjati u tal-migrazzjoni.

2.46.

Il-mekkaniżmi għall-finanzjament tal-politiki tal-UE saru dejjem aktar kumplessi, u dan għandu r-riskju li jdgħajjef l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza (il-paragrafi 2.29 sa 2.31).

2.46.

Il-Kummissjoni adottat dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE, li fih tiġi spjegata l-arkitettura finanzjarja attwali tal-UE. Dan is-suġġett se jkun element ewlieni tal-QFP li ġej.

2.47.

Jistgħu jinħolqu arretrati ta’ pagamenti lejn tmiem il-QFP attwali u fl-ewwel ftit snin tal-QFP li jmiss, u l-iffinanzjar tal-QFP il-ġdid se jkun jirrikjedi approprjazzjonijiet baġitarji realistiċi biex ikopru l-impenji pendenti projettati (il-paragrafi 2.32 sa 2.39).

2.47.

Il-funzjonament tal-Marġni Globali għall-Pagamenti għandu jipprevjeni l-akkumulazzjoni anormali ġdid fi tmiem tal-QFP.

Rakkomandazzjonijiet

2.48.

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: fil-previżjoni tagħha tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-QFP li jmiss, tieħu inkunsiderazzjoni ż-żieda fl-impenji pendenti sabiex tgħin biex jinżamm bilanċ ordnat bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta’ pagament.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tiżgura fil-proposti tagħha bilanċ b’mod ordnat bejn l-impenji u l-pagamenti. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjonijiet finali jsiru mill-koleġiżlaturi.

Rakkomandazzjoni 2: flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tiżgura approċċ konsistenti għall-kwistjoni ta’ jekk l-istrumenti speċjali għandhomx jingħaddu jew le fil-limiti massimi applikabbli għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-QFP.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.

Il-Kummissjoni tipproponi dejjem li jingħaddu l-pagamenti għal strumenti speċjali ’l fuq mil-limiti massimi. Madankollu, id-deċiżjoni finali se tittieħed mill-awtorità baġitarja fuq bażi ta’ każ b’każ.

Rakkomandazzjoni 3: għal skopijiet ta’ ġestjoni u rappurtar, tistabbilixxi mod ta’ kif tirreġistra l-infiq baġitarju tal-UE li jippermetti li fil-futur isir rappurtar dwar il-finanzjament kollu relatat mal-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tanalizza konsolidazzjoni possibbli ta’ rappurtar eżistenti tagħha sabiex tipproduċi informazzjoni komprensiva dwar in-nefqa tar-refuġjati u tal-migrazzjoni.

Rakkomandazzjoni 4: fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex iqisu kif is-sistema baġitarja tal-UE tkun tista’ tiġi riformata biex tipprovdi bilanċ aħjar bejn il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta’ rispons, kif ukoll xi jkun l-aħjar mod li jiżgura li l-arranġamenti kumplessivi ta’ finanzjament ma jkunux aktar kumpessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-UE u biex jiġu garantiti l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-possibbiltà li jiġu awditjati.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa fl-2025 nediet dibattitu ġenerali u proċess ta’ riflessjoni li jippreċedu t-tħejjijiet tal-QFP li jmiss. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni adottat dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE f’Ġunju 2017. L-arkitettura finanzjarja tal-UE u kwistjonijiet oħra bħalma huma d-durata, il-flessibilità u l-prevedibilità ser jifformaw parti mill-proċess ta’ riflessjoni ġenerali biex jitħejja l-QFP li jmiss.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ir-“Regolament dwar il-QFP”) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(2)  Dawn iċ-ċifri jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet għal impenn ta’ 1,04 % tal-ING tal-UE u għal approprjazzjonijiet għal pagament ta’ 0,98 % tal-ING tal-UE għall-perjodu 2014-2020, kif stipulat fl-Aġġustament tekniku l-aktar reċenti tal-QFP – COM(2016) 311 final tat-30 ta’ Ġunju 2016: “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f’konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING u mal-aġġustament tal-pakketti għall-politika ta' koeżjoni (l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020)” (“aġġustament tekniku għall-2017”).

(3)  Approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali li jkunu lil hinn mil-limitu tar-riżorsi proprji jistgħu jsiru minn introjtu ieħor li ma jkunx minn riżorsi proprji.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105) tissettja limitu ta’ 1,26 % tal-ING tal-UE għal approprjazzjonijiet għal impenn u ta’ 1,20 % tal-ING tal-UE għal approprjazzjonijiet għal pagament.

(5)  Dokument informattiv dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, “EU budget: time to reform? A briefing paper on the mid-term review of the Multiannual Financial Framework 2014-2020” (Il-baġit tal-UE: wasal iż-żmien għal riforma? Dokument informattiv dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020), opinjoni dwar il-proposta għall-estensjoni u l-espansjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-Opinjoni Nru 2/2016 (ĠU C 465, 13.12.2016), u opinjoni dwar il-proposta għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, l-Opinjoni Nru 1/2017 (ĠU C 91, 23.3.2017).

(6)  Esklużi r-riporti u d-dħul assenjat.

(7)  Għal dan id-dewmien ara l-paġni 45 u 46 tad-dokument “Report on Budgetary and Financial Management of the European Commission – Financial year 2016” (Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja – Sena finanzjarja 2016), u l-Anness 6 “Payment forecast” (Previżjoni tal-pagamenti) – it-Taqsima 3, it-tielet paragrafu tad-dokument SWD(2016)299 final tal-14 ta’ Settembru 2016 li huwa Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-dokument “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (COM(2016) 603 final)”.

(8)  Ir-raġunijiet għalfejn il-proċedura ta’ adozzjoni tal-bażijiet legali għall-programmi tal-perjodu 2014-2020 ħadet fit-tul huma ppreżentati fil-paragrafi 11 u 36 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2017 tagħna (http://eca.europa.eu).

(9)  Ir-Rapport Speċjali Nru 36/2016 (http://eca.europa.eu).

(10)  L-Anness 6 “Payment forecast” (Previżjoni tal-pagamenti) – it-Taqsima 3, it-tielet paragrafu – SWD(2016)299 final.

(11)  Il-Baġit Emendatorju Nru 4. Dan il-baġit emendatorju u baġits emendatorji oħra żiedu l-approprjazzjonijiet ta' impenn b’EUR 273 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b’EUR 31 miljun.

(12)  Ara l-paġna “EU Budget result” (Riżultat tal-Baġit tal-UE) fit-taqsima “Budgetary implementation reports and explanatory notes” (Rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u noti ta’ spjega) tal-“Kontijiet annwali konsolidati tal-UE – Sena finanzjarja 2016 (il-“Kontijiet tal-UE għall-2016”).

(13)  Ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-lstrument ta' Flessibbiltà. Ara l-Artikoli 9-12 tar-Regolament dwar il-QFP.

(14)  L-Anness 6 “Payment forecast” (Previżjoni tal-pagamenti), it-Taqsima 6 tad-dokument SWD(2016)299 final.

(15)  Ara d-Dokument tal-Kunsill 7031/17 ADD 1.

(16)  L-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-QFP.

(17)  Id-Deċiżjonijiet (UE) 2017/339 u (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' kontinġenza (ĠU L 50, 28.2.2017).

(18)  L-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP.

(19)  Ibbażat fuq l-aġġustament tekniku għall-2017.

(20)  L-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-QFP.

(21)  “Impenn” għandu bażi differenti f'oqsma differenti tal-baġit – ara l-paragrafu 2.5 u l-Figura 2.1 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna.

(22)  Biex naslu għal din iċ-ċifra, aħna niddiviedu l-impenji pendenti (2016: EUR 238,3 biljun; 2007: EUR 138,4 biljun) bil-pagamenti differenzjati li saru, jiġifieri pagamenti li saru fuq impenji pluriennali matul is-sena (2016: EUR 81,5 biljun, 2007: EUR 63,3 biljun).

(23)  Ara n-Nota 4 tal-kontijiet tal-UE għall-2016.

(24)  Ara n-Nota 2.4.1 tal-kontijiet tal-UE għall-2016.

(25)  Ara n-Nota 2.10 tal-kontijiet tal-UE għall-2016.

(26)  L-Artikolu 3(3) tar-Regolament dwar il-QFP.

(27)  Fl-Opinjoni Nru 1/2017 tagħna, aħna għamilna rakkomandazzjoni dwar il-proposta.

(28)  Ara n-Nota 5.3 tal-kontijiet tal-UE għall-2016.

(29)  Il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-awtorità baġitarja biex iżżid id-daqs tal-FEIS. Aħna ppubblikajna l-Opinjoni Nru 2/2016 dwar din il-proposta.

(30)  Ir-rapport operazzjonali ta’ tmiem is-sena “European Fund for Strategic Investments – IIW and SMEW. Schedule II of the EFSI Agreement” (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi – l-IIW u l-SMEW. L-Iskeda II tal-Ftehim dwar il-FEIS) – data ta’ rappurtar: il-31 ta’ Diċembru 2016. Il-garanzija tal-FEIS tkopri EUR 11,2 biljun.

(31)  L-ekonomisti spiss iqisu li l-FGKF hija indikatur importanti ta’ tkabbir ekonomiku u produttività fuq terminu aktar fit-tul.

(*1)  Il-fondi tal-UE ma jinkludux l-Intestatura 5 tal-QFP “Amministrazzjoni”.

(*2)  L-Istati Membri fejn, bħala medja, il-fondi tal-UE kienu ogħla minn 5 % tal-Formazzjoni Grossa tal-Kapital Fiss (FGKF) matul il-perjodu 2007-2015. L-FGKF tikkonsisti f’akkwiżizzjonijiet tal-produtturi residenti, bit-tnaqqis tad-disponimenti ta’ assi fissi, tanġibbli jew intanġibbli.

(32)  Il-miżuri li ttieħdu sa issa kienu jinkludu:

l-istabbiliment tal-faċilità għar-refuġjati fit-Turkija (FRT), l-istabbiliment ta’ fond fiduċjarju ta' emerġenza għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (l-EUTF Bêkou);

ir-rinfurzar tal-fond fiduċjarju għas-Sirja (l-EUTF Madad);

iż-żieda fil-finanzjament għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI);

it-trasferiment ta’ fondi għal linja baġitarja ġdida għall-provvediment ta’ appoġġ ta’ emerġenza ġewwa l-UE, u

ir-rinfurzar tal-baġits ta’ aġenziji rilevanti, il-FRONTEX, l-EUROPOL, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u ċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti.

(33)  Ara l-paragrafi 1.46 u 1.52 tar-Rapport Annwali 2012 tagħna.

(34)  Il-konklużjonijiet għall-Anness 6 tad-dokument SWD(2016)299 final.

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 (ĠU L 163, 24.6.2017, p. 1).

(36)  Ibbażat fuq ir-riżultati eżistenti fi tmiem l-2016 u fuq il-QFP, inkluż l-aġġustament tekniku għall-2017, aħna għamilna s-suppożizzjoni konservattiva li 98 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn se jiġu mibdula għal impenji. Aħna ħadna l-istima tad-diżimpenji li ġiet ikkalkulata mill-Kummissjoni fl-analiżi ta' nofs it-terminu, u assumejna li 99 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament se jsiru pagamenti, esklużi pagamenti relatati ma’ strumenti speċjali f’konformità mas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni. Id-dħul assenjat u r-riporti ma ġewx inklużi fil-projezzjonijiet għall-perjodu 2017-2020, minħabba d-diffikultà biex dawn jiġu kkalkulati u minħabba l-impatt minimu tagħhom fuq il-projezzjonijiet.

(37)  L-Anness 6 għad-dokument SWD(2016)299 final jagħti ċifra ta’ EUR 254 biljun. Il-projezzjoni tagħna hija bbażata fuq użu stmat ta’ EUR 648,1 biljun ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 604,3 biljun ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli fil-QFP għas-snin 2017-2020 (ibbażat fuq l-aġġustament tekniku għall-2017).

(38)  L-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom.

(39)  L-Artikolu 25 tar-Regolament dwar il-QFP.

(40)  L-Artikolu 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

(41)  Ara l-paragrafu 2.47, ir-Rakkomandazzjoni 2 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna.

(*3)  Ibbażat fuq ir-rapporti ta’ implimentazzjoni l-aktar reċenti li kienu disponibbli.

(*4)  Ibbażat fuq ammonti massimi ta’ allokazzjonijiet għall-programmi operazzjonali fil-31 ta’ Diċembru 2016.

(*5)  Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, aħna stmajna li l-baġit indikattiv għall-istrumenti finanzjarji f’ġestjoni indiretta kien ta’ EUR 7,4 biljun (Ir-Rapport Annwali 2015, il-Figura 2.10).

(42)  Għall-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u tal-FSE, il-kontribuzzjoni totali korrispondenti mill-UE li tħallset fil-31 ta’ Diċembru 2015 ammontat għal EUR 11,6 biljun, li minnhom EUR 8,5 biljun (73 %) biss waslu għand il-benefiċjarji finali. Dawn l-ammonti jikkorrispondu għal perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ disa’ snin (2007-2015) (Id-dokument EGESIF_16-0011-00 tal-Kummissjoni, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtata mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25), p. 66).

(43)  Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2015 (http://eca.europa.eu).

(44)  Fil-31 ta’ Diċembru 2014, il-kontribuzzjoni kumplessiva mill-UE għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, għall-istrumenti finanzjarji f’ġestjoni indiretta, ammontat għal kważi EUR 3,8 biljun (esklużi l-faċilitajiet ta’ finanzjament kombinat).

(45)  Ara l-paragrafu 2.22 u n-nota 35 f’qiegħ il-paġna.


KAPITOLU 3

Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-UE

WERREJ

Introduzzjoni 3.1

Parti 1 –

Rappurtar dwar il-prestazzjoni: fejn jinsab l-approċċ tal-Kummissjoni meta pparagunat ma’ prattika tajba?

3.2-3.51

Taqsima 1 –

Il-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni

3.3-3.12

Taqsima 2 –

Tqabbil ma’ prattika tajba applikata bnadi oħra fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni

3.13-3.51

Parti 2 –

Riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni mwettqa mill-Qorti: sfidi komuni li ġew identifikati f’xi wħud mir-Rapporti Speċjali tal-2016

3.52-3.59

Parti 3 –

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

3.60-3.71
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 3.72-3.77
Konklużjonijiet 3.72-3.75
Rakkomandazzjonijiet 3.76-3.77

Anness 3.1 —

Status iddettaljat tar-rakkomandazzjonijiet għal kull rapport

Anness 3.2 —

Titjib importanti u dgħufijiet mhux riżolti għal kull rapport

Anness 3.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal kwistjonijiet ta' prestazzjoni

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Kull sena, f’dan il-kapitolu, aħna nanalizzaw għadd ta’ aspetti relatati mal-prestazzjoni: ir-riżultati miksuba mill-baġit tal-UE, li jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri (1). Din is-sena aħna ħarisna speċifikament lejn:

(i)

il-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni applikat mill-Kummissjoni,

(ii)

ir-riżultati sinifikanti mir-rapporti speċjali tagħna dwar il-prestazzjoni fl-2016,

(iii)

l-implimentazzjoni, mill-Kummissjoni, tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna f’selezzjoni ta’ rapporti speċjali preċedenti.

 

PARTI 1 — RAPPURTAR DWAR IL-PRESTAZZJONI: FEJN JINSAB L-APPROĊĊ TAL-KUMMISSJONI META PPARAGUNAT MA’ PRATTIKA TAJBA?

3.2.

Il-biċċa l-kbira mill-organizzazzjonijiet il-kbar u bi struttura kumplessa għandhom proċeduri għall-kejl tal-prestazzjoni u għar-rappurtar dwaru, biex jagħtu indikazzjoni tas-suċċess tal-operazzjonijiet u jiġbdu l-attenzjoni għat-titjib li jeħtieġ isir. Fil-paragrafi 3.3-3.12, aħna nagħtu stampa ġenerali tal-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni. Fil-paragrafi 3.13-3.51, aħna nqabblu dan il-qafas ma’ standards u prattika tajba li jiġu applikati bnadi oħra.

 

Taqsima 1 — Il-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni

3.3.

Fi snin reċenti, il-Kummissjoni introduċiet bosta bidliet f’dan il-qasam – notevolment billi nediet l-inizjattiva ta’ “baġit iffukat fuq ir-riżultati” (BFOR) (2). Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni jinsab fil-qalba tal-inizjattiva, li għandha l-għan li ssib modi ta’ kif jista’ jsir titjib fis-sinċerità, il-puntwalità u l-effiċjenza tal-komunikazzjoni dwar ir-riżultati tal-baġit tal-UE.

3.3.

Il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE u rapportar relatat ġew rinfurzati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali. Sa mit-tnedija tal-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, il-Kummissjoni tejbet b’mod sinifikanti u ssimplifikat ir-rappurtar tal-prestazzjoni tagħha. Pereżempju, il-Kummissjoni pproduċiet għall-ewwel darba fl-2016 Pakkett ta’ Rapportar Finanzjarju Integrat uniku li jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar id-dħul, in-nefqa, il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-baġit tal-UE skont l-aħjar prattiki fl-oqsma tat-trasparenza u r-responsabbiltà.

3.4.

Il- Kaxxa 3.1 tagħti stampa ġenerali tal-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni. Hija tirrifletti d-distinzjoni li l-Kummissjoni tagħmel bejn il-prestazzjoni proprja tagħha u dik tal-baġit tal-UE. F’din it-taqsima, aħna niddeskrivu r-rapporti prinċipali li jidhru fil-kaxxa.

3.4.

Fil-livell korporattiv, ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE jiġbor fih żewġ rapporti ewlenin: id-dikjarazzjonijiet tal-programm u r-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet tal-programm li jakkumpanjaw l-abbozz tal-baġit huma l-istrument li permezz tiegħu il-Kummissjoni tiġġustifika l-allokazzjonijiet tar-riżorsi finanzjarji lill-awtorità baġitarja u jippermettilha li tieħu f’konsiderazzjoni l-informazzjoni tal-prestazzjoni. Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni jipprovdi lill-awtoritajiet tar-rilaxx b’sommarju ta’ livell għoli ta’ kif il-baġit tal-UE appoġġja l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea u dwar ir-riżultati miksuba bil-baġit tal-UE, u rapporti dwar il-ġestjoni tal-baġit min-naħa tal-Kummissjoni.

Kaxxa 3.1 —   Il-qafas għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni applikat mill-Kummissjoni

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

A.   Dikjarazzjonijiet tal-programmi

3.5.

Ir-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li l-Kummissjoni tħejji “dikjarazzjonijiet tal-programmi” (3) biex tiġġustifika l-finanzjament li jintalab għall-programmi tal-UE fl-abbozz tal-baġit. Għal kull programm, id-dikjarazzjonijiet jinkludu aġġornament dwar l-implimentazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni ewlenija, kemm finanzjarja kif ukoll dwar il-prestazzjoni (4), ibbażata fuq indikaturi li se jkunu japplikaw matul il-qafas finanzjarju pluriennali ta’ seba’ snin (ara l- Kaxxa 3.2 ). Dan l-approċċ jippermetti li l-awtorità baġitarja tieħu inkunsiderazzjoni l-prestazzjoni matul il-proċedura baġitarja.

3.5.

Il-kaxxa hija relatata mad-dikjarazzjonijiet tal-programmi tal-2017 li ġew ippubblikati f’Ġunju tal-2016. Dawn jinkludu aktar minn 700 indikatur użati biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-programmi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Għalhekk, għal ċertu għadd ta’ indikaturi, id-dejta kienet għadha mhix disponibbli. Fid-dikjarazzjonijiet tal-programm tal-2018 (5), id-dejta hija disponibbli għal aktar minn 80 % tal-indikaturi, li tirrappreżenta żieda ta’ aktar minn 20 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Id-dejta tal-prestazzjoni ser tkompli tikber bl-implimentazzjoni tal-programmi kofinanzjati mill-baġit tal-UE.

Box 3.2 —   Dikjarazzjonijiet tal-programmi 2017: objettivi u indikaturi

 

Għadd ta’ objettivi ġenerali

Għadd ta’ objettivi speċifiċi

Għadd ta’ indikaturi użati

Indikaturi li tneħħew minħabba nuqqas ta’ data

Baġit tal-Pagamenti 2016

(biljun EUR)

Għadd ta’ indikaturi għal kull biljun EUR

Intestatura 1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

25

90

154

93

17,4

14

Intestatura 1b Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

3

21

8

76

48,8

2

Intestatura 2 Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

6

28

29

69

55,1

2

Intestatura 3 Sigurtà u ċittadinanza

13

48

148

28

3,0

59

Intestatura 4 Ewropa Globali

14

44

97

5

10,2

10

Strumenti speċjali

0

2

2

0

0,4

5

TOTAL KUMPLESSIV

61

233

438

271

134,9

5

 

294 objettiv

709 indikaturi

 

 

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-“Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017” – Dikjarazzjonijiet tal-programmi għan-nefqa operazzjonali (COM(2016) 300 – Ġunju 2016).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

B.   Rapporti settorjali

3.6.

F’xi oqsma ta’ nfiq, it-TFUE, ir-Regolament Finanzjarju jew ir-regoli speċifiċi għas-settur jirrikjedu li l-Kummissjoni tħejji rapporti settorjali. Peress li l-għan, l-istruttura u l-kontenut ta’ dawn ir-rapporti jvarjaw skont ir-rekwiżiti differenti, il-fokus tagħhom fuq aspetti relatati mal-prestazzjoni jvarja wkoll. Xi rapporti settorjali jipprovdu informazzjoni estensiva u kkwantifikata dwar il-prestazzjoni. Il-Kummissjoni timmonitorja online xi data dwar il-prestazzjoni li hija speċifika għas-settur u ta’ spiss taġġorna l-informazzjoni.

 

C.   Pjanijiet strateġiċi, pjanijiet ta’ ġestjoni u rapporti annwali tal-attività

3.7.

Id-direttorati ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni ħejjew “pjanijiet strateġiċi” pluriennali (2016-2020), li jissettjaw għanijiet li jagħtu direzzjoni fuq terminu medju lill-attivitajiet operazzjonali. Fil-“pjanijiet ta’ ġestjoni”, id-direttorati ġenerali jibdlu l-istrateġija u l-objettivi pluriennali tagħhom f’outputs, azzjonijiet u interventi annwali. Ir-rapport annwali tal-attività (RAA) ta’ kull DĠ jippreżenta r-riżultati b’referenza għall-objettivi ssettjati, u valutazzjoni ta' kemm in-nefqa operazzjonali kkontribwiet għal kisbiet politiċi (6). Ir-RAA jinkludu wkoll informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni, bħar-riżultati ta’ kontrolli li jirrigwardaw il-legalità u r-regolarità.

 

D.   Evalwazzjonijiet

3.8.

Fil-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar (BRGs) (7), il-Kummissjoni tiddefinixxi evalwazzjoni bħala ġudizzju, ibbażat fuq l-evidenza, tal-punt sa fejn intervent ikun:

effettiv u effiċjenti,

rilevanti fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-objettivi tiegħu,

koerenti kemm internament kif ukoll ma’ interventi oħra ta’ politika tal-UE, u

qed jikseb valur miżjud tal-UE.

 

3.9.

Il-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jimpenjaw lill-Kummissjoni biex tevalwa, b’mod proporzjonat, l-attivitajiet kollha tal-UE li huma maħsuba biex ikollhom impatt soċjali jew ekonomiku, kemm jekk dawn ikunu relatati mal-infiq kif ukoll jekk le. Kull DĠ huwa responsabbli għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet proprji tiegħu. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu kompletament ċentralizzati f’unità orizzontali, iddelegati kompletament lil unitajiet operazzjonali jew, f’mudell ibridu, deċentralizzati għal skopijiet ta’ ġestjoni operazzjonali iżda b’appoġġ mogħti minn unità ċentrali ta’ evalwazzjoni.

 

3.10.

Sa tmiem l-2015, il-Kummissjoni kellha database tal-evalwazzjonijiet (8) li kien fiha r-rekords ta’ kważi 1 600  evalwazzjoni li twettqu bejn l-1999 u l-2015, medja ta’ 100 kull sena (ara l- Kaxxa 3.3 ). Fl-2016, l-ispiża totali tal-evalwazzjonijiet kienet ta’ aktar minn EUR 60 miljun (EUR 210 miljun jekk jiġu inklużi l-istudji (9)). Minn dak iż-żmien 'il hawn, il-Kummissjoni ma komplietx bid-database pubblika tal-evalwazzjonijiet u introduċiet “database tal-istudji”. Skont il-Kummissjoni, l-iskop prinċipali ta’ din tal-aħħar huwa li tippermetti lill-istituzzjonijiet differenti tal-UE jikkondividu bejniethom is-sejbiet mill-evalwazzjonijiet, filwaqt li l-pjattaforma pubblika għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni rkollha relatata mal-evalwazzjonijiet u l-istudji hija l-EU Bookshop.

 

Kaxxa 3.3 —   Għadd ta’ evalwazzjonijiet imwettqa fil-livell tal-Kummissjoni bejn is-sena 2000 u l-2015 (medja mobbli fuq tliet snin u ċifri annwali)

Image

Sors: Id-database tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni (2000-2015).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

E.   Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni (AMPR)

3.11.

Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni jikkostitwixxi rispons għar-rekwiżiti stipulati kemm fl-Artikolu 318 TFUE (għal valutazzjoni ibbażata fuq ir-riżultati tal-finanzi tal-UE) u l-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju (għal sommarju tar-rapporti annwali tal-attività). Billi għaqqdet flimkien żewġ rapporti li qabel kienu separati, il-Kummissjoni mmirat li tipproduċi dokument uniku għall-awtorità ta’ kwittanza, li jkopri kemm il-ġestjoni tal-baġit tal-UE kif ukoll l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba.

3.11.

Bil-pubblikazzjoni ta’ Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-2015, il-Kummissjoni kompliet tissimplifika u ttejjeb ir-rappurtar tal-prestazzjoni għall-baġit tal-UE. Ir-Rapport Annwali tal-2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jirrappreżenta progress ulterjuri f’dan ir-rigward.

F.   Rapporti oħra li fihom informazzjoni dwar il-prestazzjoni

3.12.

Hemm rapporti oħra tal-Kummissjoni, kemm regolari kif ukoll okkażjonali, li jinkludu informazzjoni dwar l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni, kif ukoll dwar il-benefiċċji jew il-kisbiet tal-proġetti.

 

(i)

Ir-rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea (10), li jiġi ppubblikat f’Marzu, jagħti dettalji dwar l-avvenimenti, l-inizjattivi u d-deċiżjonijiet importanti tas-sena preċedenti, miġburin flimkien skont l-10 prijoritajiet tal-Kummissjoni.

 

(ii)

Ir-rapport finanzjarju annwali dwar il-baġit tal-UE (11), li jiġi ppubblikat f’Lulju bħala parti mill-pakkett integrat ta’ rappurtar finanzjarju tal-Kummissjoni, jittratta l-ġestjoni baġitarja fis-sena preċedenti.

 

(iii)

Id-dokument “Il-Kummissjoni ta’ Juncker: sentejn wara” (12) kien serje ta’ preżentazzjonijiet ippubblikati f’Novembru 2016 biex jagħtu stampa ġenerali tal-progress li sar fuq l-10 prijoritajiet tal-Kummissjoni fl-ewwel sentejn tal-mandat.

 

(iv)

Id-diskors annwali tal-President “L-istat tal-Unjoni” (13) li sar lill-Parlament Ewropew f’Settembru, li għalih jiġu ppubblikati dokumenti ta’ sostenn.

 

(v)

L-għodda għall-web “Riżultati tal-UE” (14), hija ġabra online ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE, li kull wieħed minnhom ikollu rapport tar-riżultati u, xi drabi, data numerika.

 

Taqsima 2 — Tqabbil ma’ prattika tajba applikata bnadi oħra fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni

A.   Introduzzjoni

3.13.

Biex nidentifikaw prattika tajba fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni, aħna:

 

(i)

ikkonsultajna l-istandards internazzjonali rilevanti, bħal-Linja gwida ta’ Prattika Rakkomandata Nru 3 tal-IPSASB – “Reporting Service Performance Information” (Rappurtar ta’ Informazzjoni dwar il-Prestazzjoni tas-Servizz) (15);

 

(ii)

wettaqna stħarriġ dwar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni; minbarra risposta komprensiva mill-Kummissjoni, aħna qisna 17-il risposta mill-Istati Membri tal-UE, amministrazzjonijiet nazzjonali oħra kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

 

(iii)

eżaminajna informazzjoni ppubblikata dwar il-prestazzjoni għal selezzjoni ta’ 14-il amministrazzjoni governattiva u organizzazzjoni internazzjonali (16);

 

(iv)

eżaminajna r-rapporti ta' valutazzjoni maħruġa mill-Multilateral Organization Performance Assessment Network (Netwerk ta’ Valutazzjoni tal-Prestazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Multilaterali) (MOPAN) (17) bejn l-2011 u l-2016; dawn dejjem kienu jinkludu elementi rigward ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet.

 

3.14.

Filwaqt li hemm differenzi importanti bejn l-UE u organizzazzjonijiet u gvernijiet internazzjonali oħra, dawn tal-aħħar ukoll iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legali u huma suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi speċifiċi. Organizzazzjonijiet internazzjonali oħra huma wkoll esposti għal kumplikazzjonijiet meta jiġu biex jistabbilixxu rabta bejn l-azzjonijiet tagħhom u l-impatt/il-prestazzjoni finali. Aħna identifikajna sitt oqsma (il-punti B sa G hawn taħt) fejn il-prattika tajba li osservajna tista’ tgħin lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa r-rappurtar tagħha dwar il-prestazzjoni.

3.14.

Bħala parti mill-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, il-Kummissjoni nediet djalogu dwar l-oqfsa tal-prestazzjoni ma’ esperti relevanti minn amministrazzjonijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, fosthom l-OECD, sabiex jinġabru l-lezzjonijiet meħuda u jiġu identifikati l-prattiki tajbin. Rappreżentanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu sehem ukoll f’dan id-djalogu, li kopra firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet, eż. evalwazzjoni tal-prestazzjoni, u Valur Miżjud tal-UE. Id-diskussjonijiet għamluha ċara li qafas ta’ prestazzjoni għandu jiżviluppa b’mod gradwali u li ma jistax ikun ibbażat fuq approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”. Il-Kummissjoni qed tkompli dan id-djalogu ma’ esperti u partijiet interessati u se tqis ir-riżultati meta tħejji l-qafas tal-prestazzjoni għall-QFP li jmiss.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

B.   Lok għal titjib fil-qafas ta’ prestazzjoni

(a)   Il-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta’ objettivi u indikaturi biex tkejjel il-prestazzjoni tas-servizzi u tal-programmi ta’ nfiq tagħha, rispettivament

Prattika tajba

3.15.

Fl-Awstralja, id-dipartimenti tal-gvern jipproduċu tliet dokumenti prinċipali bħala parti mill-qafas ta’ prestazzjoni: dikjarazzjonijiet baġitarji għall-portafoll li jikkwantifikaw il-baġits tal-programmi, pjanijiet korporattivi li jistipulaw l-iskopijiet u l-attivitajiet ta’ entitajiet pubbliċi, u rapporti annwali bil-feedback dwar ir-riżultati. L-entitajiet iridu jiżguraw il-koerenza (“ċarezza”) bejn dawn id-dokumenti (18). Il-kriterji tal-prestazzjoni f’kull dokument iridu jiġu rrappurtati kollettivament f’dikjarazzjoni annwali unika dwar il-prestazzjoni (li tkun tinsab fir-rapporti annwali fi tmiem is-sena finanzjarja).

 

3.16.

Fi Franza, il-baġit tal-Istat huwa suddiviż f’“missjonijiet”. Kull waħda mill-31 missjoni fil-baġit tinkludi bosta programmi (118 fl-2017). Kull programm għandu strateġija, objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni kkwantifikati, u l-indikaturi l-aktar importanti huma wkoll identifikati bħala indikaturi tal-missjoni. L-użu ta’ indikaturi identiċi jiżgura l-koerenza bejn il-missjonijiet u l-programmi. L-indikaturi jkopru kemm il-prestazzjoni tal-programmi kif ukoll il-prestazzjoni tad-dipartimenti tal-gvern.

 

3.17.

Fil-Kanada, l-organizzazzjonijiet federali kollha li jirċievu approprjazzjonijiet baġitarji jridu jippjanaw u jimmaniġġjaw l-operazzjonijiet tagħhom u jirrappurtaw il-prestazzjoni tagħhom bi tqabbil ma’ serje ta’ 16-il qasam ta’ eżiti fil-livell tal-gvern. Dan il-qafas jistabbilixxi relazzjoni ċara u diretta bejn l-allokazzjonijiet finanzjarji, l-attivitajiet tal-programmi u l-eżiti nazzjonali.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.18.

Qabel il-bidu tal-QFP 2014-2020, il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lis-servizzi tagħha biex “japprofondixxu l-qafas ta’ prestazzjoni” (19). Biex tikseb dan, hija ssettjat regola interna (20) li l-objettivi u l-indikaturi l-ġodda tal-programmi jridu jidhru b’mod ċar fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi, fil-pjanijiet ta’ ġestjoni u fir-RAA. Dan sar għall-ewwel darba fl-2014, li ppermetta li l-Kummissjoni tippreżenta narrattiva koerenti dwar il-prestazzjoni: miri li għalihom ġew allokati xi flus fil-baġit saru parti mill-proċess ta’ ppjanar fil-pjan ta’ ġestjoni tad-DĠ rilevanti, u r-riżultati ġew irrappurtati fir-RAA tagħha.

3.18.

Ix-xogħol tas-servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iġib miegħu wkoll valur miżjud addizzjonali u skrutinju tal-Kummissjoni u d-diversi oqfsa ta’ prestazzjoni u s-sistemi ta’ kejl tad-Direttorati Ġenerali (DĠ).

3.19.

Madankollu, mill-2016 'il hawn, il-Kummissjoni ma komplietx tapplika dan l-approċċ. Minflok, hija ħolqot dokument ta’ ppjanar ġdid, il-pjan strateġiku ta’ ħames snin, li fih id-direttorati ġenerali huma mistennija jissettjaw objettivi u indikaturi organizzazzjonali ġodda li huma allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni iżda li huma distinti mill-objettivi u l-indikaturi li diġà jeżistu għall-programmi. Issa, ir-RAA jirrappurtaw dwar il-qafas ta’ prestazzjoni ssettjat fil-pjanijiet strateġiċi u l-pjanijiet ta’ ġestjoni, u għandhom jagħmlu referenza għad-dikjarazzjonijiet tal-programmi f’dak li jirrigwarda r-riżultati tal-programmi. Madankollu, mis-sitt RAA tal-2016 li eżaminajna, wieħed biss uża kontroreferenzi għall-prestazzjoni li ġiet irrappurtata fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi. Dan jillimita l-kumparabbiltà bejn it-tipi differenti ta’ dokumenti dwar il-prestazzjoni, u ma jirriflettix il-fatt li l-Kummissjoni hija fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

3.19.

Il-QEA osservat fir-Rapport Annwali tagħha għall-2015 li bosta mill-objettivi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni ma kinux stabbiliti f’livell xieraq ta’ responsabbiltà. Minn dak iż-żmien’l hawn, il-Kummissjoni għamlet rieżami taċ-ċiklu tal-Ippjanar u l-Ipprogrammar Strateġiku. L-objettiv kien li jiġi pprovdut qafas aktar ċar għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni/Direttorati Ġenerali u biex l-ippjanar tad-dokumenti jsir aktar issimplifikat u aktar iffukat fuq il-prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-kompetenzi tad-Direttorat Ġenerali. L-objettivi u l-indikaturi magħżula għall-pjanijiet strateġiċi huma issa mfassla skont il-kompetenzi speċifiċi tagħhom u jirriflettu l-fatt li r-responsabbiltajiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni huma usa’ mill-eżekuzzjoni tal-baġit u l-ġestjoni tal-programm.

Għal din ir-raġuni, ma għadux meħtieġ l-allinjament tal-objettivi u l-indikaturi fil-qafas tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni ma’ dawk definiti fil-bażijiet ġuridiċi tal-programmi. Madankollu, is-servizzi tal-Kummissjoni huma mistiedna jagħmlu referenza għad-dikjarazzjonijiet tal-programm meta jiddeskrivu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-programmi. Dan jgħin biex tiġi limitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tad-dejta u se jissaħħaħ fil-ġejjieni.

Il-Kummissjoni tqis li r-responsabbiltà tagħha biex timplimenta l-baġit hija ċara. Kull Direttur Ġenerali fir-Rapport Annwali ta’ Attività tiegħu/tagħha jiffirma dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni fejn jistqarr li r-riżorsi ntużaw għall-għan maħsub u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari. Fil-livell korporattiv, il-Kulleġġ jieħu r-responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE billi jadotta kull sena r-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni għall-baġit tal-UE.

3.20.

Il-Kummissjoni tuża ripartizzjoni differenti ta’ rappurtar għall-infiq u għall-prestazzjoni. Ir-RAA jirrappurtaw dwar il-pagamenti annwali tad-direttorati ġenerali skont it-tip ta’ attività/programm ta’ nfiq, iżda jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni skont l-ilħuq ta’ objettivi ġenerali u speċifiċi mingħajr l-ebda indikazzjoni tal-infiq korrispondenti. B’konsegwenza ta’ dan, mhuwiex possibbli li jiġi eżaminat kemm intnefqu flus fuq l-ilħuq tal-objettivi ssettjati. B’mod simili, ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni ma jinkludix informazzjoni dwar l-infiq relatat mal-prestazzjoni tal-programmi, ripartita skont l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi.

3.20.

Il-Kummissjoni tqis li l-istruttura ta’ rapportar tagħha fir-RAA hija xierqa għall-kuntest istituzzjonali u organizzattivi tagħha. L-objettivi ġenerali u speċifiċi jkopru mhux biss il-ġestjoni tal-programmi ta’ nfiq iżda wkoll l-attivitajiet mingħajr infiq (bħalma huma t-tfassil ta' politika jew attivitajiet regolatorji).

(b)   Il-Kummissjoni għandha għadd kbir ta’ objettivi u indikaturi

Prattika tajba

3.21.

Fl-2016, l-OECD wettqet stħarriġ dwar l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fil-pajjiżi tal-OECD u fil-Kummissjoni. Iċ-ċart fil- Kaxxa 3.4 tqabbel l-eżistenza, l-użu u l-konsegwenzi (21) tal-oqfsa ta’ prestazzjoni fid-diversi ġurisdizzjonijiet. L-OECD qieset li l-qafas ta’ prestazzjoni tal-Kummissjoni kien l-aktar estensiv, li jista’ jiġi parzjalment spjegat mill-volum ta’ rekwiżiti legali fl-UE. Madankolu, iċ-ċart tal-OECD tindika li l-użu u l-konsegwenzi tal-qafas għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ma jirriflettux dan il-livell ogħla ta’ speċifikazzjoni.

3.21.

Il-qafas ta’ prestazzjoni tal-baġit tal-UE ġie żviluppat kemm biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali u biex ikun hemm reazzjoni għat-talbiet mill-partijiet ikkonċernati u l-ħtiġijiet tal-Kummissjoni stess.

L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-programmi tal-infiq hija użata mill-Kummissjoni għal (a) l-immonitorjar tal-progress tal-programm, (b) l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, (c) l-alimentar tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ programm; (d) l-iġġustifikar jew il-proponiment ta’ aġġustament tal-allokazzjoni ta’ fondi lill-awtoritajiet baġitarji; (e) l-iżvilupp ta’ proposti għal tibdil fil-bażi legali jew għal programmi futuri.

Il-Kummissjoni tinnota, madankollu, li filwaqt li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni hija kkunsidrata waqt il-proċedura baġitarja annwali, din mhijiex l-uniku fattur tad-deċiżjonijiet baġitarji.

Kaxxa 3.4 —   Riżultati tal-istħarriġ dwar l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, li twettaq mill-OECD fl-2016

Image

Sors: Il-preżentazzjoni tal-OECD fit-12-il laqgħa annwali tan-netwerk tal-uffiċjali għolja tal-OECD inkarigati mill-baġit, dwar il-prestazzjoni u r-riżultati, il-25 ta’ Novembru 2016.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.22.

Xi pajjiżi naqqsu progressivament il-kumplessità tal-qafas ta’ prestazzjoni tagħhom u l-għadd ta’ objettivi u indikaturi.

 

(i)

F’Awwissu 2001, il-Parlament Franċiż għadda leġiżlazzjoni (22) li tistabbilixxi regoli ġodda għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istat. Bejn l-2014 u l-2017, il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi kellu għalhekk inaqqas l-għadd ta’ objettivi u indikaturi b’20 % u 24 % rispettivament.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

(ii)

Fl-2012 u l-2013, in-Netherlands introduċa riforma għall-“ibbaġitjar responsabbli” li ssettjat kundizzjonijiet aktar stretti għall-użu li l-gvern jagħmel minn informazzjoni relatata ma’ politiki (indikaturi tal-prestazzjoni u testi li jispjegaw l-objettivi ta' politika). L-għadd ta’ indikaturi tal-prestazzjoni fid-dokumenti tal-baġit naqas bin-nofs.

 

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.23.

Id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-UE għall-2017 fihom 294 objettiv u 709 indikaturi (ara l- Kaxxa 3.2 ). Dawn huma partikolarment numerużi taħt l-Intestaturi 1a, 3 u 4 tal-QFP. Permezz tal-inizjattiva ta’ baġit iffukat fuq ir-riżultati, il-Kummissjoni qiegħda attwalment teżamina l-indikaturi tagħha biex tipprovdi input għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi ta’ nfiq. Il- Kaxxa 3.5 turi l-progress li l-Kummissjoni tista’ timmira li tikseb, għalkemm għandu jittieħed ukoll kont ta’ ċerti fatturi li huma speċifiċi għall-istituzzjoni.

3.23.

Aktar minn 700 indikatur huma inklużi fil-bażijiet legali tal-programmi 2014-2020 biex jgħinu fl-immonitorjar tal-prestazzjoni tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Dawn huma riżultat tal-proċess leġiżlattiv u għalhekk jirriflettu l-aspettattivi tal-koleġiżlaturi fir-rigward tat-tip u l-livell tal-granularità tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi rintraċċata l-prestazzjoni. Ir-rappurtar dwar dawn l-indikaturi fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi jippermetti li l-awtorità baġitarja tieħu f’konsiderazzjoni l-informazzjoni tal-prestazzjoni matul il-proċess baġitarju. Skont l-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, il-Kummissjoni qed tagħmel rieżami tal-indikaturi għal programmi ta’ nfiq kif stabbilit fil-bażi legali bil-ħsieb li tikseb l-esperjenza għat-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi ta’ nfiq.

Il-paragun li sar mill-QEA ma jiħux inkunsiderazzjoni l-fatturi kuntestwali ewlenin bħan-numru u n-natura tal-interventi, l-oqsma ta’ politika koperti jew il-mod ta’ implimentazzjoni, u lanqas ma jkejjel il-kwalità jew ir-rilevanza tal-indikaturi.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-għadd ta’ objettivi u indikaturi użati fil-pjanijiet strateġiċi tas-servizzi tal-Kummissjoni tnaqqas b’mod sinifikanti bir-riforma riċenti. L-għadd ta’ objettivi ġenerali ġie mnaqqas minn 84 għal 11, tal-indikaturi tal-impatt minn 187 għal 37, tal-objettivi speċifiċi minn 426 għal 386, u tal-indikaturi tar-riżultati mid-969 għal 825.

Kaxxa 3.5 —   L-UE għandha aktar objettivi u indikaturi (għal kull biljun EUR) minn Franza jew min-Netherlands

 

Objettivi

Indikaturi

għal kull biljun EUR

għal kull biljun EUR

Franza – Spejjeż netti tal-Baġit Ġenerali tal-Istat

1,0

2,0

In-Netherlands – Baġit tal-Istat

0,6

2,5

UE – Approprjazzjonijiet ta' pagament

2,0

5,0

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni dwar il-baġit tal-UE u nazzjonali.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

C.   Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni mhuwiex eżawrjenti

(a)   Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni mhuwiex ibbilanċjat tajjeb, peress li jipprovdi informazzjoni limitata dwar l-isfidi u l-fallimenti

Prattika tajba

3.24.

Gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ħadu passi biex jiżguraw rappurtar bilanċjat dwar il-prestazzjoni kif irrakkomandat mill-istandards internazzjonali (23).

 

(i)

Fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni huma meħtieġa jipprovdu stampa ċara tar-riżultati tal-prestazzjoni, juru x-xejriet matul iż-żmien, juru r-rabta mas-sors tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u jittrattaw il-progress u l-lakuni.

 

(ii)

Il-“valutazzjoni fi tmiem perjodu ta’ sentejn” tal-WHO għall-2014-2015 kienet tinkludi “Ħarsa ġenerali lejn il-kisbiet u l-isfidi l-kbar” għal kull qasam tal-programm (24). Fid-daħla tar-rapport prinċipali tal-WHO dwar il-prestazzjoni għall-perjodu 2014-2015 (25), id-Direttur Ġenerali rrimarka li l-fallimenti kif ukoll is-suċċessi kienu ppreżentati b’mod sinċier. F’konformità ma’ dan, it-test iddeskriva b’mod sistematiku l-isfidi flimkien mar-riżultati.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

(iii)

Il-Bank Dinji vvaluta (26) kemm il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni li jwettaq huma adegwati biex jipprovdi input għall-isforzi li għaddejjin għat-titjib tal-effettività tiegħu u l-promozzjoni ta’ kultura għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet u teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. Huwa identifika nuqqasijiet sinifikanti fit-tfassil u l-użu tas-sistemi tiegħu.

 

(iv)

Fil-valutazzjoni tal-Bank Interamerikan tal-Iżvilupp għall-perjodu 2015-2016 (27), li l-MOPAN wettaq, dan osserva li kien hemm taqsima ġdida intitolata “learning from failure” (nitgħallmu mill-fallimenti), fir-Rapport tal-bank dwar l-Effettività tal-Iżvilupp (“Development Effectiveness Overview”).

 

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.25.

Filwaqt li l-istruzzjonijiet tar-RAA 2016 (28) ma jsemmux espliċitament il-prinċipju ta’ rappurtar bilanċjat, huma fil-fatt jiddikjaraw li s-sommarju eżekuttiv ilaqqa’ flimkien, f’perspettiva realistika, il-messaġġi prinċipali f’dak li jirrigwarda l-kisbiet ta’ politika u l-konklużjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll intern.

3.25.

Il-prinċipju ta’ rappurtar bilanċjat huwa spjegat f’iktar dettall fil-mudell tar-Rapport Annwali tal-Attività tal-2016 li akkumpanja l-istruzzjonijiet tar-Rapporti Annwali ta’ Attività tal-2016 (29).

3.26.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, ir-RAA li eżaminajna kien fihom informazzjoni limitata dwar il-lakuni u l-problemi fil-qasam tal-prestazzjoni relatati mal-objettivi tad-direttorati ġenerali. Huwa wkoll diffiċli biex dawn il-lakuni u l-problemi jiġu identifikati, peress li ma hemm l-ebda post speċifiku riservat għalihom fir-RAA.

3.26.

Il-mudell għar-Rapport Annwali tal-Attività tal-2016 li akkumpanja l-istruzzjonijiet għar-Rapporti Annwali ta’ Attività tal-2016 jitlob id-Direttorati Ġenerali biex ikunu eżawrjenti fir-rappurtar dwar l-objettivi, l-indikaturi u l-outputs kollha (inklużi dawk li r-riżultati tagħhom juru devjazzjonijiet importanti mill-valuri ppjanati stabbiliti) imħabbra fil-Pjanijiet Strateġiċi 2016-2020 u fil-Pjanijiet ta' Ġestjoni tal-2016.

3.27.

Fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2015, il-Kummissjoni kellha l-għan li tipprovdi stampa ġenerali komprensiva tal-prestazzjoni bbażata fuq baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati. Madankollu, ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni ma pprovdiex kopertura komprensiva tal-prestazzjoni u kien pożittiv iżżejjed, billi jsemmi biss id-dewmien fl-implimentazzjoni bħala lakuna. Barra minn hekk, ir-rapport:

3.27.

Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni hu sommarju ta’ livell għoli ta’ kif il-baġit tal-UE appoġġja l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea u r-riżultati ewlenin li jkunu nkisbu mill-baġit tal-UE. Mhuwiex maħsub li jkun rapport eżawrjenti u dettaljat dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE. Ir-rapport jirreferi għal rapporti oħrajn ta' prestazzjoni li fihom informazzjoni aktar dettaljata tal-prestazzjoni (evalwazzjonijiet, dikjarazzjonijiet tal-programm, ir-Rapporti Annwali tal-Attività, eċċ.).

Ir-Rapport Annwali tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jirreferi għal għadd ta’ nuqqasijiet u problemi li għandhom jiġu indirizzati. It-Taqsima 1 tar-rapport tindika mhux biss l-isfidi li jaffettwaw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-programmi iżda wkoll il-limitazzjonijiet fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm (eż. referenzi għal evalwazzjonijiet tal-programmm tas-Saħħa 2007–2013 u l-programmi fl-intestatura tal-baġit 4 li tindika r-restrizzjonijiet fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni globali ta’ dawn il-programmi).

ipprovda fehim approfondit limitat dwar ir-riżultati tal-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li dan kien intalab mill-Parlament Ewropew fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014,

Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni mhuwiex rapport speċifiku dwar l-Ewropa 2020 (30). Madankollu, ir-rapport jinkludi rendikont sommarju dwar il-progress fuq il-miri ewlenin u l-indikaturi rilevanti tal-Ewropa 2020 u jkopri kemm l-istat tal-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 kif ukoll ir-riżultati mill-programmi 2007-2013 strutturati madwar il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Il-Kummissjoni timmonitorja u tirrapporta dwar l-istrateġija Ewropa 2020 permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew. Rappurtar iddettaljat u komprensiv dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri lejn il-miri nazzjonali tagħhom ta’ Ewropa 2020 huwa inkluż fir-Rapporti tal-Pajjiżi fil-qafas tas-Semestru Ewropew, kif ukoll fl-aġġornamenti annwali dwar l-indikaturi ta’ Ewropa 2020 ippubblikati mill-Eurostat. Id-dikjarazzjonijiet tal-programm jipprovdu wkoll rabta bejn l-infiq u l-istrateġija Ewropa 2020. Dawn juru stima tal-kontribuzzjoni tal-programmi għall-miri ewlenin (rabta teoretika) u għall-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

mhux dejjem spjega b’mod ċar l-influwenza tal-fatturi esterni fuq ir-riżultati,

Ir-Rapport Annwali tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jiddeskrivi l-kuntest operatorju billi fl-introduzzjoni jirreferi għall-isfidi politiċi u ekonomiċi maġġuri tas-sena. Jiddikkjara b’mod ċar li l-baġit tal-UE huwa biss strument wieħed, użat flimkien ma’ oħrajn (jiġifieri baġits nazzjonali u għodod oħrajn regolatorji u ta’ politika fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri) biex iwassal għal riżultati politiċi u li 80 % tal-baġit tal-UE jintefaq mal-Istati Membri. Ir-rapport jikkonkludi taħt it-taqsima 1 dwar il-prestazzjoni u r-riżultati li “… Hemm limiti sa liema grad l-indikaturi jistgħu jagħtu stampa preċiża tal-prestazzjoni … Barra minn hekk, fatturi kuntestwali għandhom influwenza importanti fuq ir-riżultati finali, u l-indikaturi ma jistgħux jeliminaw jew jagħmlu tajjeb għal dawn il-fatturi” u li “l-prestazzjoni hija responsabbiltà kondiviża: ir-responsabbiltà għall-ksib tar-riżultati fir-rigward tal-istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll fir-rigward tal-objettivi tal-oqfsa finanzjarji hija kondiviża fil-maġġorparti mal-Istati Membri”.

ġie ppubblikat tard wisq biex jiġi eżaminat fir-rapport annwali tagħna (31).

L-iskadenza għall-adozzjoni tar-rapport skont ir-Regolament Finanzjarju hija l-15 ta’ Ġunju. Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq id-dejta finanzjarja mill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ programmi ta’ ġestjoni konġunta li ssir disponibbli biss matul ix-xahar ta’ Marzu. Għalhekk mhuwiex possibbli li r-rapport jiġi adottat ħafna aktar kmieni.

(b)   Informazzjoni limitata dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni taffettwa t-trasparenza

Prattika tajba

3.28.

Fin-Netherlands, il-kejl tal-indikaturi u r-rappurtar dwarhom huwa suġġett għall-awditjar. Ir-Rapporti annwali tal-ministri fihom taqsima obbligatorja għall-feedback dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

 

3.29.

Fl-Istati Uniti, l-aġenziji kollha tal-gvern jippubblikaw rapport annwali dwar il-prestazzjoni għas-sena fiskali u pjan annwali tal-prestazzjoni għas-sena fiskali n+2. Dan id-dokument jiddeskrivi kif l-aġenziji se jiżguraw il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-data użata biex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet tagħhom tal-prestazzjoni.

 

3.30.

Fl-Awstralja, ir-Rapport tal-2017 dwar is-Servizzi tal-Gvern jappoġġa l-użu li jsir minn data imperfetta għal raġunijiet ta’ rappurtar aktar komprensiv (32). Biex jagħmlu tajjeb għal dan in-nuqqas, kull indikatur fir-rapport fih valutazzjoni tal-kumparabbiltà u l-kompletezza taċ-ċifri sottostanti.

 

3.31.

Aspett ieħor tal-kwalità tad-data huwa l-puntwalità. F’rapporti reċenti ta’ valutazzjoni, il-MOPAN iddeskriva xejriet interessanti fir-rappurtar f’ħin reali fl-Alleanza Mondjali għat-Tilqim, l-UNAIDS u l-Bank Dinji. L-istħarriġ li wettaqna (33) wera wkoll li kważi nofs il-wiġġieba jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni aktar ta’ spiss minn darba fis-sena (ara l- Kaxxa 3.6 ).

 

Kaxxa 3.6 —   Frekwenza tar-rappurtar għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq stħarriġ dwar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.32.

Attwalment, id-dokumenti tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni ma jinkludux b’mod sistematiku valutazzjoni dwar il-kwalità tad-data użata. In-nuqqasijiet fil-kwalità tad-data jistgħu jiġu ddivulgati, iżda ma hemm l-ebda obbligu biex dan isir. Ir-rapporti dwar il-prestazzjoni jidentifikaw sorsi tad-data, iżda ma għandhomx taqsima speċifika ddedikata għal kwistjonijiet ta’ preċiżjoni u ta’ affidabbiltà tad-data. Skont l-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar (34), l-evalwaturi esterni jistgħu jintalbu jikkummentaw dwar il-kwalità tad-data u jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kif tinkiseb data aħjar, iżda din mhijiex ir-regola.

3.32.

Il-Qafas ta’ Kontroll Intern implementat minn kull servizz tal-Kummissjoni hu mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward ta’, inter alia, l-affidabilità tar-rappurtar finanzjarju. Kull Direttorat Ġenerali jirrapporta dwar dan l-aspett skont il-parti 2 tar-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, u t-taqsima 2 tar-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni tiġbor fil-qosor u tirrapporta dwar il-valutazzjoni tad-Direttorati Ġenerali dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll interni tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-evalwazzjonijiet, is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipula li d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-evalwazzjoni mħejjija mis-servizzi tal-Kummissjoni fi tmiem evalwazzjoni għandu jkun fihom espożizzjoni ċara ta’ kull nuqqas fid-dejta użata biex jiġu sostnuti l-konklużjonijiet u r-robustezza tar-riżultati. Barra minn hekk, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipulaw li kull limitazzjoni fuq il-provi użati u l-metodoloġija applikata, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tagħhom biex appoġġaw il-konklużjonijiet, iridu jiġu spjegati b’mod ċar fir-rapporti ta’ evalwazzjoni. Dan huwa msaħħaħ aktar fil-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar/Sett ta’ għodod għar-reviżjoni (SWD(2017) 350 finali, 07.07.2017).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

D.   Ir-rapporti dwar il-prestazzjoni huma pjuttost narrattivi u jistgħu jagħmlu użu aħjar minn għajnuna viżiva u għajnuna għan-navigazzjoni

Prattika tajba

3.33.

Eżempji ta’ prattika tajba fl-Awstralja, fi Franza u fil-Bank Dinji jingħataw hawn taħt.

 

Kaxxa 3.7 —

L-Awstralja: ir-rapporti dipartimentali jridu jinkludu għodod biex jgħinu lill-qarrejja jinnavigaw

Image

Sors: Id-Dipartiment Awstraljan tas-Servizzi Soċjali, Ir-Rapport Annwali għall-perjodu 2015-2016 (35) (p. 253 u 258) u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, Ir-Rapport Annwali għall-perjodu 2015-2016 (36) (p. 225 u 238).

Kaxxa 3.8 —   Franza: Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-Baġit Ġenerali tal-Istat juża stampi aktar milli test

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ir-Rapport dwar il-Baġit Ġenerali tal-Istat 2015.

© Direction du Budget, ministère de l'Action et des Comptes publics, Franza.

Kaxxa 3.9 —   Il-Bank Dinji: Ir-Rapport Annwali 2016 juża ħafna għodod biex ikun hemm aċċessibbiltà aħjar

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ir-Rapport Annwali 2016 tal-Bank Dinji.

“World Bank. 2016. The World Bank Annual Report 2016. Washington, DC. © World Bank (Il-Bank Dinji. 2016. Ir-Rapport Annwali 2016 tal-Bank Dinji. Washington, DC. © World Bank). https://openknowledge.worldbank.org/handle/10986/24985 Liċenzja: CC BY 3.0 IGO.”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.34.

Il-Kummissjoni tuża data kwantitattiva u kwalitativa biex tippreżenta informazzjoni dwar il-prestazzjoni permezz ta’ kombinament ta’ deskrizzjonijiet grafiċi u narrattivi. Il- Kaxxa 3.10 turi li — għal selezzjoni ta’ rapporti — għalkemm iċ-ċarts, il-graffs u t-tabelli huma komuni, hemm predominanza ta’ informazzjoni testwali. L-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar għandhom taqsima dwar l-użu ta’ għajnuna viżiva, iżda din hija limitata għal tliet tipi ta’ għodod biss (dijagrammi f’għamla ta’ siġra, tal-problemi u tal-objettivi, kif ukoll dijagrammi tal-loġika ta’ intervent). Għodod oħra, aktar ġenerali, għat-titjib tal-preżentazzjoni viżiva — bħall-użu ta’ kowds tal-kuluri jew infografika — ma jissemmewx.

3.34.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-użu ta’ għajnuniet viżivi fid-diversi rapporti tal-prestazzjoni u għamlet titjib f’dan il-qasam. Pereżempju, il-verżjoni tal-2015 tar-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni tuża textboxes biex ir-rimarki ewlenin u l-eżempji jkunu aktar viżibbli u jiffaċilitaw il-qari tar-rapport. L-edizzjoni tal-2016 fir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni tejbet iktar il-preżentazzjoni bl-użu ta’ grafiki, tabelli u stampi u kienet tinkludi sommarju eżekuttiv. Dan u rapporti oħra fil-Pakkett Integrat ta’ Rappurtar Finanzjarju huma akkumpanjati minn skedi informattivi ta’ paġna waħda li jipprovdu faċilment sommarju aċċessibbli tal-informazzjoni prinċipali għal min jaqrahom. Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet għar-Rapporti ta’ Attività Annwali jistiednu d-Direttorati Ġenerali biex jużaw l-elementi viżwali fir-Rapporti ta’ Attività Annwali biex dawn id-dokumenti jkunu jinqraw aħjar.

Is-sett ta’ għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jinkludi għodda ddedikata dwar għajnuniet viżwali. Din l-għodda timmira li tippreżenta xi eżempji ta’ strumenti li huma kkunsidrati bħala partikolarment rilevanti għal interventi ta’ politika bħala mezz ta’ kif titqajjem kuxjenza fost is-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-valur miżjud ta’ dawn l-għajnuniet. Bl-ebda mod ma huwa maħsub li tiġbor flimkien l-għajnuniet viżivi eżistenti kollha.

3.35.

L-għajnuna għan-navigazzjoni — pereżempju glossarji, listi ta’ abbrevjazzjonijiet u indiċijiet alfabetiċi — kważi qatt ma jintużaw. Il-Kummissjoni ma adottatx il-prattika li toħroġ verżjonijiet interattivi online ta’ rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni.

 

Kaxxa 3.10 —   Użu ta’ għajnuna viżiva u għajnuna għan-navigazzjoni fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni

 

Għadd ta’ paġni

Għadd ta’ graffs u ċarts

Għadd ta’ tabelli

L-użu ta’ kowds tal-kuluri

Verżjoni interattiva online

Sommarju viżiv tal-messaġġi prinċipali

Glossarju

Indiċi alfabetiku

Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-2015

58

8

2

Le

Le

Le

Le

Le

RAA 2015 tad-DĠ ENER

(mingħajr annessi)

99

27

19

Le

Le

Le

Le

Le

RAA 2015 tad-DĠ HOME

(mingħajr annessi)

64

6

18

Le

Le

Le

Le

Le

RAA 2015 tad-DĠ MOVE

(mingħajr annessi)

123

13

23

Le

Le

Le

Le

Le

RAA 2015 tad-DĠ TRADE

(mingħajr annessi)

38

3

5

Le

Le

Le

Le

Le

L-UE fl-2016

95

18

0

Iva

Le

Iva

Le

Le

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq rapporti tal-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

E.   Il-Kummissjoni ma turix li hija tuża r-riżultati tal-evalwazzjonijiet b’mod sistematiku

(a)   Mhux dejjem isiru rakkomandazzjonijiet

Prattika tajba

3.36.

L-evalwazzjonijiet tal-UNESCO li eżaminajna fihom rakkomandazzjonijiet flimkien ma’ “possibbiltajiet strateġiċi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni”. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha jsegwu l-istess mudell: huma jiddefinixxu għan u l-mezz biex dan jintlaħaq, kif ukoll lista ta’ suġġerimenti azzjonabbli għall-implimentazzjoni.

 

3.37.

Evalwazzjoni reċenti tal-WHO (37) tivvaluta l-ilħuq, l-utilità u l-użu ta’ kampjun ta’ bejn wieħed u ieħor 15 000  pubblikazzjoni fuq 10 snin. L-evalwazzjoni tagħmel sitt rakkomandazzjonijiet strateġiċi u tippreżenta azzjonijiet speċifiċi flimkien mat-test ta’ kull rakkomandazzjoni sabiex tispjega x’jinvolvu u tippromwovi segwitu.

 

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.38.

Il-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar ma jirrikjedux li l-evalwaturi jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jitqiesu mill-Kummissjoni; aħna nqisu li din għandha tkun il-bażi għal sistema ta’ segwitu li tiffunzjona tajjeb, inklużi pjanijiet ta' azzjoni li jindirizzaw id-dgħufijiet. Il-prattika fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet kienet tvarja fost it-12-il evalwazzjoni li eżaminajna:

sitt evalwazzjonijiet kien fihom rakkomandazzjonijiet u kienu jipproponu azzjonijiet ta’ implimentazzjoni;

erba’ evalwazzjonijiet kien fihom rakkomandazzjonijiet ġenerali iżda ma kienu jipproponu l-ebda azzjoni konkreta għat-titjib tas-sitwazzjoni;

żewġ evalwazzjonijiet ma kien fihom l-ebda rakkomandazzjoni.

3.38.

Il-linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipulaw lid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-evalwazzjoni jkunu inkludu konstatazzjonijiet u konklużjonijiet li huma l-bażi għal azzjoni possibbli ta’ segwitu mill-Kummissjoni. Dawn jinkludu wkoll rekwiżiti għad-disseminazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-evalwazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ segwitu xierqa. Rapport formali lill-leġiżlatur b’mod tipiku jistabbilixxi l-azzjonijiet ta’ segwitu li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni.

3.39.

Mill-2005 'l hawn, il-Kummissjoni ma wettqitx studju dwar l-użu li hija tagħmel mir-riżultati tal-evalwazzjoni u lanqas ma talbet li jsir studju ta’ dan it-tip.

3.39.

Fil-pakkett dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-2015 il-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta l-funzjonament tas-sistema qabel tmiem l-2019. Ix-xogħol preparatorju għal din l-evalwazzjoni issa qed jibda.

(b)   Il-Kummissjoni ma turix li r-rakkomandazzjonijiet li jingħataw fl-evalwazzjonijiet jingħataw segwitu b’mod sistematiku

Prattika tajba

3.40.

Aħna sibna bosta eżempji ta’ prattika tajba fis-segwitu tal-evalwazzjonijiet u l-mod kif dan jiġi rrappurtat:

 

(i)

Permezz tal-Management and Action Record (Reġistru għall-Ġestjoni u l-Azzjoni) (38), il-Bank Dinji jitraċċa u jirrapporta l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru fl-evalwazzjonijiet, inklużi reazzjonijiet tal-maniġment u pjanijiet ta’ azzjoni b’indikaturi, miri, dati ta' skadenza u entitajiet responsabbli. Dan jippermetti li jinsiltu konklużjonijiet aggregati rigward it-tipoloġija u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet (39).

 

(ii)

L-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti jirreaġixxu għar-rakkomandazzjonijiet li jsiru fl-evalwazzjonijiet billi jipprovdu reazzjonijiet tal-maniġment u pjanijiet ta' azzjoni marbutin biż-żmien u li jidentifikaw l-unitajiet responsabbli.

 

(iii)

Fil-Kanada, il-politika dwar ir-riżultati (40) tirrikjedi li r-rapporti ta’ evalwazzjoni jkun fihom reazzjonijiet tal-maniġment u pjanijiet ta’ azzjoni. Dan kien il-każ għat-tliet evalwazzjonijiet li eżaminajna, li ddeżinjaw ukoll il-korpi responsabbli, issettjaw data tal-ikkompletar u ddefinew ir-riżultati tanġibbli.

 

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.41.

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda sistema istituzzjonali ddokumentata li tippermetti li jsir segwitu regolari tal-evalwazzjonijiet. Mill-2015 'il hawn, il-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar (41) irrikjedew li għall-evalwazzjonijiet kollha, jitħejja dokument ta' ħidma tal-persunal li jagħti sommarju ta’ u jippreżenta r-riżultati finali tal-proċess ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għadha ma implimentatx bis-sħiħ dan ir-rekwiżit il-ġdid.

3.41.

Is-segwitu għall-evalwazzjonijiet huwa parti intrinsika mis-sistema ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni fejn ir-riżultati tal-evalwazzjoni jalimentaw il-valutazzjonijiet tal-impatt, li huma dokumenti disponibbli għall-pubbliku, u l-programmazzjoni annwali u l-ippjanar tal-attivitajiet tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tagħmel xogħol ta’ segwitu tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tagħha fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. Fl-ippjanar tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni teżamina sistematikament ir-riżultati tal-evalwazzjoni u tiddetermina s-segwitu tagħhom. Is-segwitu għal xi konstatazzjonijiet tal-evalwazzjoni huwa stipulat ukoll fit-tabella ta’ valutazzjoni ta’ REFIT li tiġi aġġornata kull sena u f’rapporti tal-Kummissjoni għal-leġiżlatur li jakkumpanjaw l-evalwazzjonijiet.

3.42.

Il-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jispeċifikaw li l-pjanijiet ta’ ġestjoni huma meħtieġa jirreġistraw l-azzjoni ta’ segwitu li tkun ittieħdet b’rispons għall-evalwazzjonijiet, tkun xi tkun il-forma tagħha (42). Madankollu, dan mhuwiex rekwiżit fl-istruzzjonijiet rilevanti, u fil-prattika l-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-2016 ma stabbilew l-ebda bażi għall-monitoraġġ ta’ azzjoni ta’ dan it-tip. Billi l-Kummissjoni ma għandhiex stampa ġenerali tal-konklużjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet jew tal-pjanijiet ta’ azzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet tagħha, u ma tittraċċax l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell istituzzjonali jew fil-livell tad-direttorati ġenerali, hija ma tistax tinforma lill-partijiet interessati dwar l-impatt pożittiv tal-evalwazzjonijiet.

3.42.

L-istruzzjonijiet għal Pjanijiet ta’ Ġestjoni tal-2018 ser jinkludu b’mod espliċitu referenza għat-taqsima rilevanti tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar.

Ir-riżultati ta’ xi evalwazzjonijiet u s-segwitu tagħhom fiċ-ċiklu leġiżlattiv huma ppreżentati fit-tabella ta’ valutazzjoni REFIT. L-ambitu tar-REFIT ġie estiż b’mod konsiderevoli fl-2017. Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu reazzjoni dwar ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet u dwar is-segwitu permezz tal-Portal dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar. Huwa previst li t-t-tabella ta’ valutazzjoni REFIT tiġi integrata kompletament f’dan il-Portal fil-futur.

F.   Ir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni ma jinkludux dikjarazzjoni jew informazzjoni dwar il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Prattika tajba

3.43.

Id-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni jingħataw f’forom differenti u f’livelli differenti ta’ responsabbiltà. F’termini tal-ambitu u/jew tal-livell ta’ responsabbiltà, il-prattika ta’ xi gvernijiet tmur lil hinn mid-dikjarazzjoni(jiet) mogħtija fil-Kummissjoni:

 

(i)

It-Taqsima 39 tal-Public Governance, Performance and Accountability Act (Att tal-2013 dwar il-Governanza, il-Prestazzjoni u l-Obbligu ta’ Rendikont tas-Settur Pubbliku) tal-Awstralja (43) tistipula li l-awtorità responsabbli ta’ entità tal-Commonwealth trid tħejji dikjarazzjonijiet annwali dwar il-prestazzjoni.

 

(ii)

Fl-Istati Uniti tal-Amerka, id-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni jvarjaw. Ir-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni 2015 u l-Pjan Annwali tal-Prestazzjoni 2017 tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinkludu dikjarazzjoni mis-Segretarju tal-Edukazzjoni, li tgħid li sa fejn jaf hu, il-proċess ta’ verifikazzjoni u validazzjoni tad-data, kif ukoll is-sorsi tad-data użati jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, data kompleta u affidabbli dwar il-prestazzjoni li tirrigwarda l-għanijiet u l-objettivi definiti fil-Pjan Strateġiku tad-Dipartiment għas-snin finanzjarji 2014-18.

 

(iii)

Fir-Renju Unit, ir-Rapport dwar l-Obbligu ta’ Rendikont li huwa parti mir-rapport u l-kontijiet annwali ppreżentati mid-dipartimenti jinkludi dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà. Fil-paragrafu rilevanti ta’ din id-dikjarazzjoni, l-uffiċjal tal-kontabbiltà jikkonferma li, fl-intier tiegħu, dan ir-rapport annwali huwa ġust, ibbilanċjat u jinftiehem, u jiddikjara li huwa jassumi personalment ir-responsabbiltà għar-rapport u l-kontijiet annwali, kif ukoll għall-ġudizzju meħtieġ biex jiġi ddeterminat li dawn huma ġusti, ibbilanċjati u jinftiehmu.

 

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.44.

F’kull RAA, id-Direttur Ġenerali jiddikjara li l-informazzjoni fir-rapport tagħti stampa vera u ġusta (44). Madankollu, fid-dikjarazzjoni mhuwiex ċar li dan l-aċċertament ma jestendix għall-informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba (45).

3.44 u 3.45.

Il-prinċipji sovrastanti tal-katina tar-responsabbiltà huma minquxa fit-Trattati tal-UE. Fil-Kummissjoni, b’segwitu għall-White Paper dwar il-governanza, il-katina tal-responsabbiltà ġiet definita bi rwol prominenti għall-Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega f'sistema deċentralizzata li topera taħt ir-responsabbiltà politika tal-Kulleġġ bħala Uffiċjal Awtorizzanti. Dan huwa partikolarment minnu għall-organizzazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja. Fi tmiem iċ-ċiklu ta’ rappurtar, il-Kulleġġ jadotta Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE u jieħu r-responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE abbażi tad-dikjarazzjonijiet annwali tal-Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega.

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE hija inkluża biex tagħmilha ċara li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-UE, filwaqt li responsabbiltà għar-riżultati miksuba bil-baġit tal-UE hija kondiviża ma’ firxa wiesgħa ta’ atturi fil-livell Ewropew u dak nazzjonali.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.32.

3.45.

Minħabba li r-RAA ma jinkludux dikjarazzjoni dwar il-kwalità tad-data rrappurtata dwar il-prestazzjoni, jittieħed approċċ simili fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni. Meta jkun qed jadotta dan tal-aħħar, il-Kulleġġ tal-Kummissarji jassumi r-responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE (46) iżda mhux għall-informazzjoni dwar il-“Prestazzjoni u r-riżultati” (47).

G.   L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni mhijiex faċilment aċċessibbli

Prattika tajba

3.46.

Fin-Netherlands, il-Ministeru tal-Finanzi għandu sit web (48) uniku li fih id-dokumenti uffiċjali kollha tal-baġit Olandiż b’informazzjoni dwar l-ippjanar u l-ksib tar-riżultati, il-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjonijiet u l-bidliet importanti li saru fil-politiki. Id-dokumenti huma elenkati skont it-tip u s-sena (u subkategoriji rilevanti oħra) biex jgħinu fin-navigazzjoni. Deskrizzjonijiet fil-qosor jagħtu stampa ġenerali tal-iskop u l-kontenut tad-diversi tipi ta’ dokumenti.

 

3.47.

Il-Gvern tal-Istati Uniti jopera sit web (www.performance.gov) biex jinforma lill-pubbliku dwar il-progress li jkun sar mill-aġenziji federali prinċipali lejn l-ilħuq tal-objettivi kemm komuni kif ukoll individwali tagħhom. Ir-riżultati huma ppreżentati skont l-aġenzija, l-għanijiet, l-inizjattivi ta’ ġestjoni u l-programmi.

 

3.48.

Il-Gvern tar-Renju Unit jittraċċa l-prestazzjoni tas-servizzi tiegħu permezz ta’ “pjattaforma tal-prestazzjoni” (https://www.gov.uk/performance). Il-pjattaforma hija parti mis-sit web tal-gvern ċentrali, li jinkludi wkoll database tal-pubblikazzjonijiet tal-Gvern (49). Id-database għandha interfaċċja ta’ tiftix li tista’ tintuża faċilment mill-utenti u bosta filtri utli (tip ta’ pubblikazzjoni, qasam ta' politika, dipartiment, status tad-dokumenti uffiċjali, lokalità ġeografika, u data tal-pubblikazzjoni).

 

3.49.

Il-Bank Dinji għandu hub ċentrali (50) biex isib informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Bank u l-oqsma tal-iżvilupp li fihom huwa jopera. Biex ir-riżultati jkunu aktar aċċessibbli, huma miġburin flimkien f’kategoriji sempliċi u ta’ spiss jiġu ppreżentati bħala links għal graffs fuq siti web oħra. L-aċċessibbiltà hija msaħħa wkoll mill-fatt li l-qarrejja jistgħu jagħżlu l-livell ta’ dettall mixtieq — ara pereżempju s-sit tal-Unità Eżekuttiva tal-President (51).

 

Is-sitwazzjoni fil-Kummissjoni

3.50.

Ma hemm l-ebda sit web ċentrali għall-prestazzjoni li fih informazzjoni mid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni dwar kull qasam tal-baġit tal-UE. Is-sit web għall-“Pubblikazzjonijiet” (52) iservi bħala portal ta’ aċċess għal diversi sorsi ta’ informazzjoni, iżda ma għandux mappa biex tispjega x’jista’ jinstab u fejn, għal liema skop, u kif l-elementi differenti jiffunzjonaw flimkien. Minbarra dan, is-sit web mhuwiex komplet: il-lista ta’ dokumenti strateġiċi la tinkludi dikjarazzjonijiet tal-programmi (ara l-paragrafu 3.5) u lanqas rapporti settorjali jew rapporti oħra dwar il-prestazzjoni.

3.50.

Fil-qafas tal-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, ġie żviluppat sit tal-internet tar-Riżultati tal-UE. Is-sit huwa bażi tad-dejta li għandha l-għan li ssir punt ta’ aċċess uniku għal proġetti kollha ffinanzjati mill-UE – permezz ta’ ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża. Sal-aħħar ta’ Mejju 2017, il-bażi tad-dejta se tospita madwar 1 600 proġett ffinanzjat mill-UE fl-UE u lil hinn minnha.

3.51.

Fost il-110 000  titolu tiegħu, l-EU Bookshop jinkludi studji u evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa ma għandux taqsima ddedikata għal dawn id-dokumenti (bl-istess mod bħalma għandu għal “awturi”, “temi” jew “kotba elettroniċi”), għalhekk l-uniku mod ta’ kif jistgħu jinstabu studju jew evalwazzjoni huwa permezz ta’ funzjoni ta’ tiftix avvanzat. Għalkemm il-funzjoni ta’ tiftix għandha filtri għall-istudji u l-evalwazzjonijiet, ir-riżultati tar-riċerka ma jiġux ippreżentati b’mod li jistgħu jintużaw faċilment mill-utenti (eż. dokumenti li jissupplimentaw l-istudji jew l-evalwazzjonijiet jintwerew bħala riżultati separati).

3.51.

Il-Kummissjoni qed taħdem kontinwament biex ittejjeb il-preżentazzjoni ta’ studji u evalwazzjonijiet fuq il-paġna web tal-EU Bookshop bl-għan li l-kontenut isir aktar ċar u aktar faċilment aċċessibbli għall-qarrej estern. Il-verżjoni attwali tal-Linji gwida dwar l-EU Bookshop dalwaqt se titneħħa gradwalment u tiġi sostitwita bi pjattaforma ġdida u mtejba.

PARTI 2 — RIŻULTATI TAL-AWDITI TAL-PRESTAZZJONI MWETTQA MILL-QORTI: SFIDI KOMUNI LI ĠEW IDENTIFIKATI F’XI WĦUD MIR-RAPPORTI SPEĊJALI TAL-2016

Introduzzjoni

3.52.

Kull sena, aħna nipproduċu għadd ta’ rapporti speċjali li fihom aħna neżaminaw kemm il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba qed jiġu applikati tajjeb fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Fl-2016, aħna adottajna 36 rapport speċjali (53) – aktar minn fi kwalunkwe sena oħra sa issa (ara l- Kaxxa 3.11 ). Dawn koprew l-intestaturi kollha tal-QFP (54) (il- Kaxxa 3.12 ) u kien fihom total ta’ 337 rakkomandazzjoni (il- Kaxxa 3.13 ). Ir-Rapporti Speċjali tagħna tal-2016 inkludew ukoll osservazzjonijiet pożittivi speċifiċi għal kull qasam individwali eżaminat. Ir-risposti ppubblikati għar-rapporti tagħna juru li kważi tliet kwarti tar-rakkomandazzjonijiet tagħna kienu aċċettati bis-sħiħ mill-parti awditjata, li normalment kienet il-Kummissjoni (il- Kaxxa 3.14 ).

3.52.

Il-Kummissjoni tinnota li l-ħarsa ġenerali tal-QEA tal-isfidi komuni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni ppreżentata fir-rapporti speċjali fil-ħin tal-preżentazzjoni tagħhom u ma tqisx l-azzjoni li tkun ħadet il-Kummissjoni minn dak iż-żmien. Xi wħud mill-konstatazzjonijiet enfasizzati mill-Qorti tal-Awdituri fil-paragrafi 3.54–3.59 għalhekk diġà ġew indirizzati.

Kaxxa 3.11 —   Aktar rapporti speċjali minn qatt qabel (medja mobbli fuq tliet snin u ċifri annwali)

Image

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 3.12 —   Ir-rapporti speċjali tagħna jkopru l-intestaturi kollha tal-QFP u aktar

Image

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 3.13 —   Ir-rakkomandazzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti

Image

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 3.14 —   Kemm aħna persważivi?

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.53.

Il-prijoritajiet li ġew stabbiliti mill-Qorti fl-istrateġija tagħha għall-2013-2017 u li fuqhom iffukat xogħolha huma: (i) is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, (ii) l-ambjent u t-tibdil fil-klima u (iii) il-valur miżjud u t-tkabbir. Fil-paragrafi li ġejjin, aħna niġbdu l-attenzjoni għal selezzjoni ta’ rapporti speċjali li huma relatati ma’ dawn il-prijoritajiet. Ir-rapporti magħżulin jirrappreżentaw madwar terz tas-36 rapport għall-2016. Minn dawn ir-rapporti, aħna nippreżentaw serje ta’ sfidi komuni li wasslu għal rakkomandazzjonijiet, mingħajr ma nippruvaw intennu l-konklużjonijiet ġenerali. Il- Kaxxi 3.15 , 3.16 3.17 jagħtu stampa ġenerali li tiġbed l-attenzjoni għal dawn l-isfidi għal kull prijorità tal-istrateġija għall-2013-2017.

3.53.

Il-Kummissjoni tenfasizza li għal xi rapporti speċjali magħżula fil-Kaxxi 3.15, 3.16 u 3.17, il-QEA identifikat ukoll riżultati u kisbiet tajbin pereżempju:

F’SR 19/2016, il-QEA identifikat li fir-rigward tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, il-leġiżlazzjoni ttejbet b’mod sinjifikanti billi ġew ipprovduti limiti massimi fuq l-ammonti kumulattivi, li huma taħt dawk applikabbli matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013.

F’SR 10/2016, il-QEA identifikat li fis-snin reċenti, il-Kummissjoni għamlet sforzi ta’ min ifaħħarhom biex ittejjeb it-trasparenza.

F’SR 31/2016, il-QEA identifikat li kien għaddej xogħol ambizzjuż u li, b’mod ġenerali, sar progress biex tintlaħaq il-mira. L-implimentazzjoni tal-mira wasslet għal finanzjament tal-azzjoni dwar il-klima miżjud u ffukat aħjar mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni.

F’SR 04/2016, il-QEA identifikat li bis-saħħa tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), it-tliet Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) imnedija fl-2010 ġabu flimkien aktar minn 500 sieħeb minn madwar dixxiplini, pajjiżi u setturi. Il-KICs huma awtonomi, u din hija karatteristika tal-EIT li hi partikolarment għal qalb l-imsieħba tal-KIC. Permezz tal-EIT, il-KICs offrew opportunitajiet ġodda għat-twettiq ta’ attivitajiet innovattivi, u promwovew kultura intraprenditorjali. Il-QEA kienet sodisfatta bid-deċiżjoni tal-EIT li jirrieżamina l-indikaturi tiegħu fl-2015 billi jimplimenta sistema ġdida tal-ġestjoni tal-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni.

Sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi

3.54.

Tliet rapporti speċjali li ġew adottati fl-2016 kienu jittrattaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Għalkemm il-fokus kien fuq strumenti differenti maħsuba biex jissalvagwardjaw il-baġits tal-UE jew dawk tal-Istati Membri, huma identifikaw xi dgħufijiet komuni fl-implimentazzjoni. Żewġ elementi tas-sejbiet tagħna (tħassib dwar il-kwalità tad-data u dwar it-trasparenza) huma problemi li identifikajna f’ħafna oqsma.

3.54.

Il-Kummissjoni tenfasizza dan li ġej fir-rigward ta’ “gwida” u “kwalità tad-dejta” imsemmija għall-SR 19/2016 fil-Kaxxa 3.15:

Fil-mument tal-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni kienet qed tipprovdi gwida estensiva, manwali u possibbiltajiet għall-iskambju ta’ esperjenza. Dawn kollha huma disponibbli hawn: https://www.fi-compass.eu/resources/ec. Is-suġġetti koperti fost l-oħrajn jinkludu valutazzjoni ex ante, modalitajiet ta’ pagament, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, il-kombinament tal-FSIE u FEIS, l-għażla ta’ korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji. Is-suġġetti ntgħażlu abbażi tal-ħtieġa għal gwida espressa mill-Istati Membri.

Fil-każijiet imsemmija fir-rapport tal-QEA, ħlief il-gwida dwar it-trattament preferenzjali (ippreżentat lill-Istati Membri f’Ottubru 2015), huma marbuta ma’ rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni biex tipprovdi gwida addizzjonali lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu mill-ekonomiji tal-kobor, jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-taxxa jew biex jieħdu miżuri xierqa li jżommu n-natura rotanti tal-fondi matul il-perjodu meħtieġ ta’ tmien snin wara t-tmiem tal-perjodu tal-eliġibbiltà għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. L-unika referenza fl-SR 19/2016 fir-rigward tal-kwalità tad-dejta hija fir-rigward tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni rrappurtati mill-awtoritajiet tal-ġestjoni. Għal għadd ta’ strumenti finanzjarji, ir-rapport tal-QEA jindika li d-dejta dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jew ma ġewx irrappurtati jew ma kinux plawżibbli. Rappurtar obbligatorju dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni mġarrba u mħallsa kien legalment previst biss mal-għeluq, sa Marzu 2017.

Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li, abbażi tal-esperjenza tal-perjodu 2007-2013, ir-rekwiżiti għall-perjodu 2014-2020 huma ħafna iktar iddettaljati u hu previst forniment aktar strutturat tad-dejta.

Kaxxa 3.15 —   Problemi komuni identifikati fir-rapporti dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi

 

Gwida

Kwalità tad-data

Trasparenza

RS Nru 10/2016 –

Proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP)

X

X

X

RS Nru 19/2016 –

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji

X

X

M/A

RS Nru 29/2016 –

Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU)

X

X

X

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.55.

Eżempji ta’ sejbiet komuni f’dawn ir-rapporti

3.55.

(i)

Gwida mhux żviluppata biżżejjed (RS Nru 29/2016): biex jittejjeb il-proċess deċiżjonali tal-Bord Superviżorju tal-MSU u tiġi żgurata l-effiċjenza u l-effettività tal-laqgħat tal-Bord, jenħtieġ li tiġi żviluppata gwida ulterjuri fil-forma ta’ listi ta’ kontroll, mudelli u flowcharts.

(i)

Gwida żviluppata b’mod insuffiċjenti (SR 29/2016): Il-Kummissjoni tinnota li SR 29/2016 ma kinitx tinkludi rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni iżda lill-BĊE.

(ii)

Kwalità tad-data (RS Nru 19/2016): il-Kummissjoni ma kellhiex stampa ġenerali komprensiva tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew. B’mod simili, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar l-ispejjeż amministrattivi kumplessivi addizzjonali li kull Stat Membru kellu jġarrab għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej permezz ta’ għotjiet jew strumenti finanzjarji, matul il-perjodu 2014-2020.

(ii)

Kwalità tad-dejta (SR 19/2016): Għall-2013-2007, il-Kummissjoni timmonitorja l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni permezz ta’ sommarju tad-dejta għal strumenti finanzjarji bbażati fuq ir-rappurtar mill-Istati Membri. Dan ir-rekwiżit ġie introdott fl-2011.

Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni ser ikollha sett ta’ dejta aktar komplut u affidabbli biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha, inklużi l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni. Għaż-żewġ perjodi, l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli biex jiżguraw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni f’konformità mar-regoli applikabbli u l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(iii)

Trasparenza (RS Nru 10/2016): b’mod ġenerali, l-analiżijiet li fuqhom kienu bbażati l-proposti tal-Kummissjoni għad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-EDP ma kinux trasparenti. Aħna identifikajna l-ħtieġa li l-kumplessità akbar u l-ambitu usa’ għal ġudizzju ekonomiku jiġu bbilanċjati, bit-tiħiħ tat-trasparenza biex b’hekk jiġi ffaċilitat l-iskrutinju pubbliku. L-Eurostat ma kkomunikax lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, u lanqas ma ppubblika l-parir bilaterali ex ante/ex post kollu li ta lill-Istati Membri. Ir-raġunijiet għar-riżervi u l-emendi tal-Eurostat, kif ukoll għall-proċeduri li fuqhom kienu bbażati dawk ir-riżervi, jistgħu wkoll ikunu aktar trasparenti.

(iii)

Trasparenza (SR 10/2016): Il-Eurostat għandu proċedura li tispeċifika l-passi, l-iskeda taż-żmien u r-rwol ta’ kull attur għall-analiżi tad-dejta tal-PŻE notifikata. Dan jinkludi laqgħat regolari mal-maniġment superjuri u mad-Direttur Ġenerali. Bħala riżultat tal-awditjar tal-QEA, l-Eurostat fil-fatt, mis-sajf tal-2016, beda jippubblika pariri ex anteex post li jingħataw lil Stati Membri fuq is-sit tal-internet tagħha, u dawn jiġu rrapportati lill-KEF. Dawn huma disponibbli fit-taqsima li ġejja fuq is-sit tal-internet tal-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/web/government-finance-statistics/methodology/advice-to-member-states

Rigward ir-raġunijiet għar-riżervi u l-emendi tal-Eurostat, li huma bbażati fuq ġudizzju professjonali, il-Eurostat stabbilixxa proċeduri għall-issettjar ta’ riżervi u emendi għad-dejta, bħala riżultat tal-awditjar tal-QEA.

Ambjent, enerġija u tibdil fil-klima

3.56.

Fl-2016, aħna ppubblikajna erba’ rapporti dwar l-ambjent, l-enerġija u t-tibdil fil-klima. Filwaqt li dawn ir-rapporti indirizzaw suġġetti differenti, huma qajmu wkoll xi kwistjonijiet komuni. Bħal f’oqsma oħra, il-kwalità tad-data u l-monitoraġġ dehru li huma oqsma komuni ta’ tħassib. Deher ukoll li hemm tħassib dwar il-puntwalità f’dan il-qasam.

3.56.

Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.57.

Kaxxa 3.16 —   Problemi komuni identifikati fir-rapporti dwar l-ambjent, l-enerġija u t-tibdil fil-klima

 

Kwalità tad-data

Implimentazzjoni f’waqtha

Monitoraġġ u sorveljanza

RS Nru 3/2016 –

Tniġġis minn nutrijenti fil-Baħar Baltiku

X

X

X

RS Nru 18/2016 –

Ċertiifkazzjoni ta’ bijokarburanti

X

M/A

X

RS Nru 22/2016 –

Dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Litwanja, fil-Bulgarija u s-Slovakkja

M/A

X

X

RS Nru 31/2016 –

Azzjoni klimatika tal-UE

X

X

X

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.57.

Eżempji ta’ sejbiet komuni f’dawn ir-rapporti

3.57.

(i)

Kwalità tad-data (RS Nru 3/2016): il-proċedura għall-monitoraġġ tat-tniġġis mill-iskariki ta’ nutrijenti fil-Baħar Baltiku ma ggarantietx l-affidabbiltà tad-data għall-iskopijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mal-miri tal-HELCOM (55).

 

(ii)

Puntwalità (RS Nru 22/2016): kważi l-proġetti ewlenin kollha ta’ infrastruttura fit-tliet Stati Membri awditjati kienu esperjenzaw dewmien. L-itwal dewmien seħħ fil-Litwanja, fejn id-data ta’ tmiem tad-dekummissjonar ġiet posposta b’disa’ snin għall-2038; (RS Nru 31/2016): aħna sibna li kien qed isir xogħol ambizzjuż biex tintlaħaq il-mira li mill-inqas 20 % tal-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 jintnefaq fuq azzjoni relatata mal-klima, iżda hemm riskju serju li din il-mira ma tintlaħaqx. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tistma li se jkun intnefaq 18,9  % fuq l-azzjoni klimatika, u b’hekk l-objettiv ta’ 20 % ma jintlaħaqx.

(ii)

Puntwalità (SR 22/2016): Il-Kummissjoni nnotat li l-programmi ta’ dekommissjonar jinsabu f’livell differenti ta’ progress u maturità fit-tliet Stati Membri. Il-programmi Bohunice (SK) u Kozloduy (BG) huma l-aktar avvanzati u jinsabu skedati sabiex jitlestew fl-2025 u fl-2030 rispettivament. Il-programm tal-aħħar ġie mnaqqas b'ħames (5) snin meta ġie rivedut fl-2011.

F’Ignalina (LT), id-dekummissjonar ta’ reatturi tat-tip ta’ Chernobyl huwa l-ewwel proċess tat-tip tiegħu li attwalment jinvolvi l-akbar sfidi. Kien hemm dewmien fil-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti. Biex jittaffew il-kwistjonijiet li nqalgħu ġew sussegwentement rinfurzati l-istrutturi ta’ kontrolli u ġestjoni. Minkejja l-progress diġà miksub, il-Kummissjoni tagħraf il-ħtieġa għal titjib kontinwu fil-programmi tad-dekummissjonar.

(iii)

Monitoraġġ (RS Nru 18/2016): il-Kummissjoni ma kinitx qed tissorvelja l-operazzjonijiet tal-iskemi volontarji taċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, u għalhekk ma setgħetx tiżgura li dawn verament applikaw l-istandards li għalihom kienu ġew iċċertifikati, jew taqbad il-ksur tar-regoli.

(iii)

Monitoraġġ (SR 18/2016): Il-Kummissjoni nnotat li l-“poter tagħha ta’ supervizjoni” rigward l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet kollha ġie limitat mil-leġiżlatur. Il-Kummissjoni qed tissorvelja l-iskemi volontarji skont il-kompetenzi legali previsti mid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/1513 li tirrikjedi li l-iskemi volontarji jirrapportaw kull sena dwar it-tħaddim tagħhom.

Il-Kummissjoni qablet li s-superviżjoni u t-trasparenza, inklużi l-proċeduri għall-ilmenti, jistgħu jissaħħu.

Valur miżjud/tnaqqis tal-ispejjeż

3.58.

Il-ħolqien ta’ valur miżjud huwa tema rikorrenti fir-rapporti speċjali kollha tagħna, u f’ħafna każijiet kellna nagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni jew ta’ proċeduri jew, f’każijiet aktar rari, dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż. F’dan ir-rigward, aħna identifikajna problemi komuni f’erba’ rapporti dwar l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Bħal f’ħafna mir-rapporti tagħna, kien hemm ukoll tħassib frekwenti dwar il-monitoraġġ u t-trasparenza f’dan il-qasam.

 

Kaxxa 3.17 —   Problemi komuni identifikati fir-rapporti dwar l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE

 

Valur miżjud/tnaqqis tal-ispejjeż

Monitoraġġ

Trasparenza

RS Nru 4/2016 –

Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT)

X

X

X

RS Nru 7/2016 –

Binjiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

X

X

M/A

RS Nru 12/2016 –

L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet

X

X

X

RS Nru 17/2016 –

Akkwist tal-istituzzjonijiet tal-UE

M/A

X

X

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

3.59.

Eżempji ta’ sejbiet komuni f’dawn ir-rapporti

3.59.

(i)

Valur miżjud (RS Nru 4/2016): minkejja ġustifikazzjoni valida, il-qafas operazzjonali kumpless tal-EIT u l-problemi ta’ ġestjoni tiegħu kienu qed jimpedixxu l-effettività kumplessiva tiegħu, u jenħtieġ li l-EIT jiffoka mill-ġdid l-approċċ tiegħu lejn it-twassil tal-impatt.

(i)

Valur miżjud (SR 4/2016): L-EIT adotta għadd ta’ miżuri biex jindirizza n-nuqqasijiet fl-effikaċja tiegħu. L-EIT indirizza l-kumplessitajiet fil-qafas operazzjonali permezz tat-Task Force għas-Simplifikazzjoni, l-istrateġija ta’ monitoraġġ tal-EIT kif ukoll il-prinċipji ta’ governanza tajba u sostenibbiltà finanzjarja. Fl-aħħar nett, l-EIT saħħaħ l-istrutturi tiegħu ta’ tmexxija, ġestjoni u governanza.

(ii)

Monitoraġġ (RS Nru 7/2016): is-SEAE ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha meta kien qed jimmonitorja l-ispazju disponibbli għal kull persuna fil-binjiet tiegħu, u lanqas ma żgura dejjem li l-kera li ħallas għall-ispazju għal uffiċċji u dak residenzjali kienet konformi mar-rati tas-suq, jew li l-ispejjeż li ġew iffatturati lil inkwilini oħra kienu jkopru l-integralità tal-kost.

 

(iii)

Trasparenza (RS Nru 12/2016): aħna sibna nuqqasijiet fejn l-aġenziji awditjati applikaw proċeduri speċifiċi ta’ selezzjoni tal-esperti u ta’ aġġudikazzjoni tal-għotjiet, ibbażati fuq eżenzjonijiet fir-regolament fundatur; b’riżultat ta’ dan, kien hemm riskji għall-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza, u problemi potenzjali ta’ kunflitti ta’ interess ma kinux ġew indirizzati bis-sħiħ; (RS Nru 17/2016): il-viżibbiltà tal-attivitajiet ta’ akkwist tal-Istituzzjonijiet tal-UE fuq l-internet kienet baxxa; l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-akkwist ma kinitx aċċessibbli biex ikun jista’ jsir monitoraġġ effettiv mill-awtorità tal-kwittanza, u mill-pubbliku ġenerali, li kien iżid it-trasparenza u l-fiduċja.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

PARTI 3 — SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET

3.60.

Is-segwitu li wettaqna tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti tal-awditjar tagħna huwa pass essenzjali fiċ-ċiklu tal-awditjar tal-prestazzjoni. Minbarra li jipprovdi feedback dwar l-impatt tax-xogħol tagħna, kemm lilna kif ukoll lil partijiet interessati oħra (prinċipalment il-Parlament Ewropew u l-Kunsill), is-segwitu jgħin biex iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħna.

 

3.61.

Din it-taqsima fiha r-riżultati tal-analiżi annwali li wettaqna tal-punt sa fejn il-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva relatata mar-rakkomandazzjonijiet tagħna.

 

Ambitu u approċċ

3.62.

Din is-sena għażilna 13-il rapport li:

 

ippubblikajna mill-inqas tliet snin ilu,

 

kienu għadhom rilevanti u

 

qatt ma ngħataw segwitu qabel fir-rapport speċjali jew ir-rapporti annwali tagħna.

Ir-rapporti kien fihom total ta’ 131 rakkomandazzjoni li nħarġu bejn l-2010 u l-2013 dwar diversi suġġetti (ara l- Kaxxa 3.18 ). Dettalji dwar l-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom jingħataw fl- Anness 3.1 .

 

Kaxxa 3.18 —   Ingħata segwitu għal aktar rakkomandazzjonijiet milli sar f’kull sena preċedenti

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.63.

Aħna wettaqna s-segwitu tagħna fuq il-bażi ta’ analiżi dokumentarja u intervisti mal-persunal tal-Kummissjoni. Biex niżguraw li ssir analiżi ġusta u bbilanċjata, aħna mbagħad bgħatna s-sejbiet tagħna lill-Kummissjoni u ħadna kont tar-risposti tagħha fl-analiżi finali tagħna. Aħna ħriġna konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ 108 rakkomandazzjonijiet. Ma stajniex noħorġu konklużjonijiet dwar it-23 rakkomandazzjoni l-oħra minħabba li jew ma kinux indirizzati direttament lill-Kummissjoni, jew inkella minħabba li ma kinux għadhom rilevanti.

 

Il-Kummissjoni kif indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet tagħna?

3.64.

Mill-108 rakkomandazzjonijiet, aħna kkonkludejna li l-Kummissjoni kienet implimentat 72 bis-sħiħ, filwaqt li 18 ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, 12 f’xi wħud mill-aspetti, u 6 ma ġewx implimentati (ara l- Kaxxa 3.19 ).

 

Kaxxa 3.19 —   Għadd kbir ta’ rakkomandazzjonijiet ġew implimentati

Image

Sors: Il-QEA.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

3.65.

B’mod ġenerali, dan l-eżitu huwa simili għal dak tas-snin preċedenti. Madankollu, il-perċentwal tar-rakkomandazzjonijiet li ġew implimentati bis-sħiħ kien l-ogħla li qatt kien minn meta bdejna nippubblikaw ċifri konsolidati.

 

3.66.

Anke fejn ma ġewx implimentati bis-sħiħ, ir-rakkomandazzjonijiet tagħna ta’ spiss kienu ta’ impetu biex jittieħdu miżuri korrettivi (ara l- Kaxxa 3.20 ). Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-miżuri ġew implimentati fi żmien sentejn.

 

Kaxxa 3.20 —   Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ spiss wasslu għal azzjonijiet korrettivi sinifikanti

Image

Sors: Il-QEA.

3.67.

Aħna ma stajniex nivverifikaw l-implimentazzjoni ta’ 21 rakkomandazzjoni (16 % tat-total globali) minħabba li kienu indirizzati esklussivament lill-Istati Membri (56).

 

3.68.

Il-Kummissjoni ddikjarat li kien biħsiebha teżamina ċerti problemi sinifikanti mal-Istati Membri għal każijiet speċifiċi relatati ma’ ġestjoni kondiviża fejn hija kellha rwol superviżorju. Attwalment, grupp ta' ħidma konġunt magħmul mill-Qorti/il-Kummissjoni qed jiddiskuti mekkaniżmu possibbli għar-rappurtar u l-verifikazzjoni ta’ dawn ir-riżultati. Aħna qed nippjanaw ukoll li naħdmu mal-Kumitat ta’ Kuntatt (57) u mal-Kunsill biex nidentifikaw arranġamenti kollaborattivi li jistgħu jrendu aktar informazzjoni utli dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Ir-riżultati kienu varjati

3.69.

Is-segwitu li wettaqna juri li r-rakkomandazzjonijiet tagħna wasslu għal ħafna titjib importanti. Id-dgħufijiet li ma ġewx riżolti huma deskritti fl- Anness 3.2 .

 

3.70.

Sitt rakkomandazzjonijiet ma ġewx implimentati (ara t-titoli tar-rapporti fl- Anness 3.1 ):

3.70.

Ir-RS Nru 20/2012 (il-paragrafu 77(a)). Il-proposti leġiżlattivi tal-2015 dwar l-iskart ma kkunsidrawx ir-rakkomandazzjoni tagħna li jissettjaw miri vinkolanti fil-livell tal-UE. Dan minħabba li l-Kummissjoni aktar milli tissettja miri qed tippreferi tappoġġa azzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ skart, bħat-tnaqqis fl-iskart tal-ikel u l-ekodisinn.

SR 20/2012. Il-Kummissjoni tkompli tappoġġja legalment u finanzjarjament il-prevenzjoni tal-iskart bħala l-ogħla grad tal-ġerarkija tal-iskart, pereżempju, permezz ta’ fondi ta’ koeżjoni tal-UE. Irrispettivament minn jekk il-leġiżlazzjoni riveduta dwar l-iskart ikunx fiha jew le referenzi għal prevenzjoni tal-iskart (inkluż l-użu mill-ġdid) il-miri ma istgħux ikunu previsti f’dan l-istadju minħabba li l-proċess leġiżlattiv dwar proposti tal-Kummissjoni rigward l-iskart għadu għaddej (u se jkompli matul it-tieni nofs tal-2017).

Ir-RS Nru 14/2012 (il-paragrafu 54(b)). Għadha ma twettqet l-ebda evalwazzjoni tal-impatt tal-fondi tal-UE li ġew allokati mill-UE għall-implimentazzjoni tal-istandards tal-iġjene u s-sigurtà tal-ikel fil-biċċeriji.

SR 14/2012. Jekk l-Istati Membri jkunu koprew is-sigurtà alimentari u l-istandards tal-iġjene tagħhom fl-evalwazzjoni ex post tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali 2007-2013, il-Kummissjoni se tinkludi r-riżultati ta’ din fl-evalwazzjoni fil-qosor tagħha. Fi kwalunkwe każ, il-miżura ma tkomplietx fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali.

Ir-RS Nru 14/2012 (il-paragrafu 54(c)). Minħabba li l-evalwazzjoni msemmija hawn fuq ma twettqitx, ma kienx possibbli li jitqies jekk jenħtieġx li tittieħed azzjoni ulterjuri.

SR 14/2012. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020), il-miżura ma tkomplietx.

Ir-RS Nru 2/2013 (l-ewwel parti tar-Rakkomandazzjoni 7, il-paragrafu 104). Il-Kummissjoni ma kinitx implimentat miżuri effettivi biex tiggarantixxi l-addizzjonalità tas-suċċessur tagħha għall-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji. Dan ġie kkonfermat f’Novembru 2016 minn evalwazzjoni indipendenti li fiha ntwera tħassib dwar in-nuqqas ta’ addizzjonalità għal 28 % tal-proġetti, u ġie rrakkomandat li jiġu stabbiliti kriterji ċari tal-għażla biex l-addizzjonalità tkun tista’ tiġi ggarantita.

SR 2/2013. Dejjem se jkun diffiċli biex tiġi żgurata l-addizzjonalità ta’ kull proġett ex ante, din il-valutazzjoni tiddependi fuq firxa ta’ fatturi li qed jinbidlu kontinwament, u marbuta ma’ kundizzjonijiet ekonomiċi li qed jinbidlu. Madankollu, l-istrumenti finanzjarji 2014-2020 ġew imtejba f’termini tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni, monitoraġġ u rrappurtar u l-evalwazzjoni interim tal-INNOVFIN tfasslet biex tipprovdi tweġibiet għat-tħassib tal-QEA. Aċċess diffiċli għall-finanzi jibqa’ problema għall-SMEs.

Ir-RS Nru 12/2012 (il-paragrafu 108(d)). Għall-kuntrarju tar-rakkomandazzjoni tagħna, id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għadu jinħatar mingħajr l-involviment minn qabel tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika jew tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

SR 12/2012. Jeżisti qafas legali xieraq u s-salvagwardji neċessarji biex jiżguraw li l-proċeduri tal-ħatra u t-tkeċċija li jikkonċernaw id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat ikunu trasparenti, billi jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipju tal-indipendenza kif previst mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 f’dan ir-rigward.

It-trasparenza ġiet ikkonfermata mill-proċedura reċenti rigward il-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Eurostat li kienet miftuħa għal applikanti esterni. Barra minn hekk, ir-rappurtar indipendenti tal-ESGAB dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika mill-Kummissjoni (Eurostat) hu servut l-aħjar billi ma jkunx direttament involut fil-ħatra tad-Direttur Ġenerali tal-Eurostat. Fl-aħħar nett, ir-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma stabbiliti sew, pereżempju f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċedura leġislattiva iżda wkoll billi l-Kummissjoni ssir kollha kemm hi responsabbli quddiem il-Parlament. Id-djalogu statistiku annwali previst fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu l-għan li jiżgura l-involviment xieraq tal-Parlament, u li jinfurmah dwar materji statistiċi, inkluż billi jipprevedi li d-Direttur Ġenerali tal-Eurostat li għadu kif inħatar jidher quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew immedjatament wara l-ħatra.

Ir-RS Nru 23/2012 (il-paragrafu 73(e), l-aħħar sentenza). Inizjalment, il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni, dwar is-segwitu tal-użu ta’ klawżoli ta’ rimborż fid-deċiżjonijiet ta’ għotja għall-proġetti ta’ riġenerazzjoni, fuq il-bażi li s-segwitu kien ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri.

SR 23/2012. Kif imsemmi fit-tweġiba tagħha għal din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-inklużjoni tal-klawżola tar-rimborż fl-ittra tal-għotja maħruġa mill-awtorità ta’ ġestjoni hija każ ta’ prassi tajba li tista’ tiġi inkluża utilment mill-Istati Membri fir-regoli nazzjonali tagħhom.

Madankollu, skont il-prinċipju ta' ġestjoni kondiviża, peress li l-Awtoritajiet ta' Ġestjoni joħorġu d-deċiżjonijiet ta' għotja, għandhom ukoll jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-klawżola tar-rimbors peress li huma jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-proġetti.

3.71.

Inizjalment, il-Kummissjoni ma aċċettatx 11-il rakkomandazzjoni, li 9 minnhom kienu jikkonċernaw lid-DĠ DEVCO (inklużi 6 mill-RS Nru 9/2013). Madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet kollha minbarra waħda mbagħad ġew implimentati parzjalment jew bis-sħiħ (ara l- Kaxxa 3.21 ).

3.71.

Wara r-riorganizzazzjoni tal-2015 tal-Kummissjoni, tnejn mid-disa’ rakkomandazzjonijiet li ġew irrifjutati fil-bidu mid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO) jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR).

Il-kumplament tas-seba’ rakkomandazzjonijiet li ġew irrifjutati fil-bidu kienu koperti mill-eżerċizzju ta’ segwitu tal-QEA għall-2016:

rakkomandazzjoni waħda mill-SR 13/2013, li tirrikjedi li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) iwaqqfu sistema ġdida għall-kalkolu u r-rappurtar dwar l-ispejjeż amministrattivi kumplessivi involuti fit-twassil ta’ għajnuna ta’ assistenza għall-iżvilupp fl-Asja Ċentrali, ġiet miċħuda fuq il-bażi li ġie kkunsidrat li bidla fis-sistema ABB eżistenti kellha tkun imqajma mill-Qorti tal-Awdituri fil-livell tal-Kummissjoni u bi ftehim ulterjuri mal-awtorità baġitarja.

fl-SR 9/2013, id-DĠ DEVCO u s-SEAE ma qablux ma’ sitta' (6) minn 12-il rakkomandazzjoni, minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet kienu kkunsidrati bħala diġà implimentati kif spjegat fis-SEAE u r-risposti konġunti tal-Kummissjoni lill-QEA. Għalhekk dan l-eżitu pożittiv ma għandux ikun sorprendenti.

It-tweġiba Komuni tal-Kummissjoni rigward il-paragrafu 3.70 b’rabta mal-SR 12/2012.

Kaxxa 3.21 —   Kważi r-rakkomandazzjonijiet kollha li inizjalment ma ġewx aċċettati, xorta waħda ġew implimentati

Numru tar-RS

Rifjutati u mhux implimentati

Rifjutati u implimentati parzjalment

Rifjutati u implimentati bis-sħiħ

RS Nru 23/2012

Riġenerazzjoni

 

 

Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas issa huwa kundizzjoni għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni.

RS Nru 14/2013

L-Awtorità Palestinjana

 

Inizjalment, il-programm Pegase ta’ appoġġ finanzjarju dirett lill-Palestina ġie pprovut mingħajr kundizzjonalità espliċita; dan inbidel bl-introduzzjoni ta’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati.

 

SR Nru 13/2013

L-Asja Ċentrali

 

Sistema ġdida għall-kalkolu u r-rappurtar dwar l-ispejjeż amministrattivi kumplessivi marbutin mat-twassil tal-assistenza għall-iżvilupp fl-Asja Ċentrali ma tqisitx li kienet meħtieġa minħabba li s-sistema eżistenti ta’ bbaġitjar ibbażat fuq l-attività kienet suffiċjenti.

 

RS Nru 9/2013

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

 

Ma kienx hemm qbil dwar perjodu ta’ żmien standard għal proġetti ta’ governanza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo minħabba li l-Kummissjoni ppreferiet tipproċedi fuq bażi tal-aqwa għarfien, u l-proġetti setgħu jiġu emendati u estiżi. Madankollu, b’mod ġenerali, ġew stabbiliti indikaturi realistiċi marbutin mal-ħin.

Għalkemm ir-rakkomandazzjoni tagħna li tikkonċerna l-bilanċ tal-għajnuna fil-provinċji kollha tar-RDK ma kinitx aċċettata, aħna sibna bilanċ tal-għajnuna reġonevolment ġust bejn ir-reġjuni ċentrali u dawk imbiegħda.

 

Minflok ma saħħet l-użu li hija tagħmel mill-kundizzjonalità u d-djalogu ta' politika, il-Kummissjonhi qalet li hija applikat il-prinċipji għal Stati fraġli, li sar qbil dwarhom fuq livell internazzjonali. Madankollu, aħna sibna li l-kundizzjonalità u d-djalogu ta' politika huma stabbiliti, għalkemm għadhom mhumiex kompletament effettivi.

Ma kienx jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji minħabba li l-Kummissjoni u s-SEAE jfassluhom apposta għas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa. Aħna sibna li għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, il-Kummissjoni ħadet kont akbar tar-riskji possibbli u intensifikat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tagħha kif meħtieġ.

 

 

Il-Kummissjoni ma aċċettatx il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà matul l-implimentazzjoni tal-programmi, peress li l-emendi għall-programmi kienu parti minn prattika normali. Aħna sibna li issa l-programmi huma aġġustati fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni, monitoraġġ u awditjar regolari.

 

 

Il-Kummissjoni ma aċċettatx il-ħtieġa li tħeġġeġ djalogu ta' politika kkoordinat, aktar milli diġà kienet qed tagħmel. Aħna sibna evidenza għal laqgħat fil-livelli kollha, kif ukoll għal dikjarazzjonijiet konġunti.

RS Nru 4/2013

L-Eġittu

 

 

Il-Kummissjoni qalet li l-kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u ta’ frodi fl-Eġittu se jiġu diskussi permezz ta’ djalogu ekonomiku informali. Aħna sibna li kien ġie stabbilit kumitat nazzjonali għall-ġleda kontra l-korruzzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjoni tagħna.

RS Nru 12/2012

ESTAT

Il-Kummissjoni temmen li l-qafas legali u s-salvagwardji meħtieġa huma stabbiliti biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ ħatra u ta’ tneħħija mill-kariga tal-Eurostat ikunu trasparenti, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipju tal-indipendenza.

 

 

Sors: Il-QEA u d-database tal-Kummissjoni dwar rakkomandazzjonijiet, azzjonijiet u kwittanza.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

3.72.

Il-kejl tajjeb tal-prestazzjoni kif ukoll ir-rappurtar dwarha jippermettu li tingħata indikazzjoni tas-suċċess tal-operazzjonijiet u jiġbdu l-attenzjoni għal fejn ikun jenħtieġ li jsir titjib. Il-Kummissjoni tapplika qafas kumpless u diversifikat għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni li jikkonsisti f’diversi mezzi ta’ komunikazzjoni (ara l-paragrafi 3.3-3.12).

 

3.73.

Bħal gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, il-Kummissjoni bħalissa qed timmira li tiffoka aktar fuq il-prestazzjoni. Aħna identifkajna sitt oqsma ta’ prattika tajba applikata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali madwar id-dinja, li fihom il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li jsir titjib (ara l-paragrafi 3.13-3.51):

3.73.

1.   Lok għal titjib fil-qafas ta’ prestazzjoni (il-paragrafi 3.15-3.23)

Minħabba li l-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta’ objettivi u indikaturi, għall-programmi minn naħa waħda u għad-direttorati ġenerali min-naħa l-oħra, dan ma jirriflettix il-fatt li l-Kummissjoni hija fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fir-rigward tal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Aħna nagħtu eżempji ta’ gvernijiet li għamlu sforzi, billi allinjaw il-parametri ta’ evalwazzjoni li użaw, biex joħolqu qafas ċar u jżidu l-fehim appofondit dwar il-prestazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni ma tikkomunikax informazzjoni dwar l-infiq, ripartita skont l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi.

Il-QEA osservat fir-Rapport Annwali tagħha għall-2015 li bosta mill-objettivi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni ma kinux stabbiliti f’livell xieraq ta’ responsabbiltà. Minn dak iż-żmien’l hawn, il-Kummissjoni għamlet rieżami tal-Ippjanar Strateġiku u ċ-ċiklu tal-Ipprogrammar. L-objettiv kien li jiġi pprovdut qafas aktar ċar għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni/Direttorati Ġenerali u biex l-ippjanar tad-dokumenti jsir aktar issimplifikat u aktar iffukat fuq il-prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-kompetenzi tad-Direttorat Ġenerali. L-objettivi u l-indikaturi magħżula għall-pjanijiet strateġiċi huma issa mfassla skont il-kompetenzi speċifiċi tagħhom u jirriflettu l-fatt li r-responsabbiltajiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni huma usa’ mill-eżekuzzjoni tal-baġit u l-ġestjoni tal-programm.

Għal din ir-raġuni, ma għadux meħtieġ l-allinjament tal-objettivi u l-indikaturi fil-qafas tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni ma’ dawk definiti fil-bażijiet legali tal-programmi. Madankollu, is-servizzi tal-Kummissjoni huma mistiedna jagħmlu referenza għad-dikjarazzjonijiet tal-programm meta jiddeskrivu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-programmi. Dan jgħin biex tiġi limitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tad-dejta u biex tissaħħaħ fil-ġejjieni.

Il-Kummissjoni tqis li r-responsabbiltà tagħha biex timplimenta l-baġit hija ċara. Kull Direttur Ġenerali fir-Rapport Annwali ta’ Attività tiegħu/tagħha jiffirma dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni fejn jistqarr li r-riżorsi ntużaw għall-għan maħsub u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari. Fil-livell korporattiv, il-Kulleġġ jieħu r-responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE billi jadotta kull sena r-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni għall-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni tuża ħafna objettivi u indikaturi differenti. Filwaqt li qiegħda attwalment teżamina dan fil-qafas tal-inizjattiva ta’ baġit iffukat fuq ir-riżultati, entitajiet oħra diġà avvanzaw aktar fis-simplifikazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni tagħhom.

Il-qafas ta’ prestazzjoni tal-baġit tal-UE ġie żviluppat kemm biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali u biex ikun hemm reazzjoni għat-talbiet mill-partijiet interessati u l-ħtiġijiet tal-Kummissjoni stess.

L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-programmi tal-infiq hija użata mill-Kummissjoni għal (a) l-immonitorjar tal-progress tal-programm, (b) l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, (c) l-alimentar tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ programm; (d) l-iġġustifikar jew il-proponiment ta’ aġġustament tal-allokazzjoni ta’ fondi lill-awtoritajiet baġitarji; (e) l-iżvilupp ta’ proposti għal tibdil fil-bażi ġuridika jew għal programmi futuri.

Il-Kummissjoni tinnota, madankollu, li filwaqt li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni hija kkunsidrata waqt il-proċedura baġitarja annwali, mhijiex l-uniku fattur tad-deċiżjonijiet baġitarji.

Aktar minn 700 indikatur huma inklużi fil-bażijiet legali tal-programmi 2014-2020 biex jgħinu fl-immonitorjar tal-prestazzjoni tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Dawn huma riżultat tal-proċess leġiżlattiv u għalhekk jirriflettu l-aspettattivi tal-koleġiżlaturi fir-rigward tat-tip u l-livell tal-granularità tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi rintraċċata l-prestazzjoni. Ir-rappurtar dwar dawn l-indikaturi fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi jippermetti li l-awtorità baġitarja tieħu f’konsiderazzjoni l-informazzjoni tal-prestazzjoni matul il-proċess baġitarju. Skont l-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, il-Kummissjoni qed tirrieżamina l-indikaturi għal programmi ta’ nfiq kif stabbilit fil-bażi legali bil-ħsieb li tikseb l-esperjenza għat-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi ta’ nfiq.

Il-Kummissjoni tinnota li l-għadd ta’ objettivi u indikaturi użati fil-pjanijiet strateġiċi tas-servizzi tal-Kummissjoni tnaqqas b’mod sinifikanti bir-riforma riċenti. L-għadd ta’ objettivi ġenerali ġie mnaqqas minn 84 għal 11, tal-indikaturi tal-impatt minn 187 għal 37, tal-objettivi speċifiċi minn 426 għal 386, u tal-indikaturi tar-riżultati mid-969 għal 825.

2.   Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni mhuwiex eżawrjenti (il-paragrafi 3.24-3.32)

Meta mqabbla ma’ entitajiet oħra, il-Kummissjoni ftit tikkomunika informazzjoni dwar l-isfidi u l-fallimenti. Rappurtar ibbilanċjat ifisser analiżi aktar ċara tal-prestazzjoni fl-imgħoddi, sabiex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar għall-futur; huwa jirrinforza wkoll l-oġġettività tal-informazzjoni miksuba.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tipproduċi rapporti dwar il-prestazzjoni ta’ kwalità għolja li jiddeskrivu r-riżultati b’mod ibbilanċjat.

Ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni hu sommarju ta’ livell għoli ta’ kif il-baġit tal-UE appoġġja l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea u r-riżultati ewlenin li jkunu nkisbu mill-baġit tal-UE. Mhuwiex maħsub li jkun rapport eżawrjenti u dettaljat dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE. Ir-rapport jirreferi għal rapporti oħrajn tal-prestazzjoni li fihom informazzjoni aktar dettaljata tal-prestazzjoni (evalwazzjonijiet, dikjarazzjonijiet tal-programm, ir-Rapporti Annwali tal-Attività, eċċ.).

Ir-Rapport Annwali tal-2015 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jirreferi għal għadd ta’ nuqqasijiet u problemi li għandhom jiġu indirizzati. It-Taqsima 1 tar-rapport tindika mhux biss l-isfidi li jaffettwaw l-implimentazzjoni f’waqtha tal-programmi iżda wkoll il-limitazzjonijiet fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm (eż. referenzi għal evalwazzjonijiet fuq programmm tas-Saħħa 2007-2013 u l-programmi fl-intestatura tal-baġit 4 li tindika r-restrizzjonijiet fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni globali ta’ dawn il-programmi).

L-informazzjoni limitata dwar il-kwalità tad-data fir-rapporti tal-Kummissjoni taffettwa t-trasparenza. Entitajiet oħra jirrappurtaw b’mod aktar komprensiv dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni.

Il-Qafas ta’ Kontroll Intern implementat minn kull servizz tal-Kummissjoni hu mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward ta’, inter alia, l-affidabilità tar-rappurtar finanzjarju. Kull Direttorat Ġenerali jirrapporta dwar dan l-aspett skont il-parti 2 tar-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, u t-taqsima 2 tar-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni tiġbor fil-qosor u tirrapporta dwar il-valutazzjoni tad-Direttorati Ġenerali dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll interni tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-evalwazzjonijiet, is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipula li d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-evalwazzjoni mħejjija mis-servizzi tal-Kummissjoni fi tmiem evalwazzjoni għandu jkun fihom espożizzjoni ċara ta’ kwalunkwe nuqqasijiet fid-dejta użata biex jiġu sostnuti l-konklużjonijiet u r-robustezza tar-riżultati. Barra minn hekk, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipulaw li kull limitazzjoni fuq il-provi użati u l-metodoloġija applikata, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tagħhom biex jappoġġaw il-konklużjonijiet, iridu jiġu spjegati b’mod ċar fir-rapporti ta’ evalwazzjoni. Dan huwa msaħħaħ aktar fir-reviżjoni tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar/Sett ta’ Għodod.

3.   Ir-rapporti dwar il-prestazzjoni huma pjuttost narrattivi u jistgħu jagħmlu użu aħjar minn għajnuna viżiva u għajnuna għan-navigazzjoni (il-paragrafi 3.33-3.35)

Il-Kummissjoni qed tagħmel sforzi biex toħloq rapporti li jkunu aktar attraenti għall-qarrejja u għall-partijiet interessati. Xi entitajiet oħra jiffukaw aktar fuq dak li hu essenzjali, filwaqt li jżidu l-użu ta’ grafika, tabelli, kowds tal-kuluri, infografika, siti web interattivi b’għodod għan-navigazzjoni, eċċ.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-użu ta’ għajnuniet viżivi fid-diversi rapporti tal-prestazzjoni u għamlet titjib f’dan il-qasam. Pereżempju, il-verżjoni tal-2015 tal-AMPR tuża textboxes biex dawn ir-rimarki ewlenin u l-eżempji jkunu aktar viżibbli u jiffaċilitaw il-qari tar-rapport. L-edizzjoni tal-2016 fl-AMPR tejbet iktar preżentazzjoni bl-użu ta’ grafiki, tabelli u stampi u kienet tinkludi sommarju eżekuttiv. Dan u rapporti oħra fil-Pakkett Integrat ta’ Rappurtar Finanzjarju huma akkumpanjati minn skedi informattivi ta’ paġna waħda li jipprovdu faċilment sommarju aċċessibbli tal-informazzjoni prinċipali għal min jaqrahom. Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet għar-RAA jistiednu d-DĠ biex juża l-elementi viżwali fir-RAA biex jagħmel dawn id-dokumenti b’mod li jinqraw aħjar.

Is-sett ta’ għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jinkludi għodda ddedikata dwar għajnuniet viżwali. Din l-għodda timmira li tippreżenta xi eżempji ta’ strumenti li huma kkunsidrati bħala partikolarment rilevanti għal interventi ta’ politika bħala mezz ta’ kif titqajjem kuxjenza fost is-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-valur miżjud ta’ dawn l-għajnuniet. Bl-ebda mod ma huwa maħsub li tiġbor flimkien l-għajnuniet viżivi eżistenti kollha.

4.   Il-Kummissjoni ma turix li hija tuża r-riżultati tal-evalwazzjonijiet b’mod sistematiku (il-paragrafi 3.36-3.42)

Mhux l-evalwazzjonijiet kollha mwettqa mill-Kummissjoni jew għaliha jinkludu rakkomandazzjonijiet u proposti għal azzjonijiet ta’ implimentazzjoni, bħalma huwa l-każ tal-aħjar eżempji minn organizzazzjonijiet internazzjonali u gvernijiet oħra. Mill-2005 'l hawn, il-Kummissjoni ma wettqitx studju dwar l-użu li hija tagħmel mir-riżultati tal-evalwazzjoni u lanqas ma talbet li jsir studju ta’ dan it-tip.

Il-linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jipprevedu li d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-evalwazzjoni jkunu jinkludu konstatazzjonijiet u konklużjonijiet li huma l-bażi għal azzjoni possibbli ta’ segwitu mill-Kummissjoni. Dawn jinkludu wkoll rekwiżiti għad-disseminazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-evalwazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ segwitu xierqa. L-evalwazzjonijiet mill-karattru ġuridiku tagħhom ma jistgħu jimpenjaw lill-Kummissjoni għall-ebda azzjoni direttament. Rapport formali lill-leġiżlatur b’mod tipiku jistabbilixxi l-azzjonijiet ta’ segwitu li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni.

Fil-pakkett dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-2015 il-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta l-funzjonament tas-sistema qabel tmiem l-2019. Ix-xogħol preparatorju għal din l-evalwazzjoni issa qed jibda.

Għall-kuntrarju ta’ xi organizzazzjonijiet u gvernijiet oħra, il-Kummissjoni ma għandhiex sistema istituzzjonali ddokumentata stabbilita li tippermetti li jsir segwitu regolari tar-rakkomandazzjonijiet li jingħataw fl-evalwazzjonijiet, tal-pjanijiet ta' azzjoni jew tar-reazzjonijiet tal-maniġment.

Is-segwitu għall-evalwazzjonijiet huwa parti intrinsika mis-sistema ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni fejn ir-riżultati tal-evalwazzjoni jalimentaw il-valutazzjonijiet tal-impatt, li huma dokumenti disponibbli għall-pubbliku, u l-proċess tal-programmazzjoni annwali u l-ippjanar tal-attivitajiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tagħmel xogħol ta’ segwitu tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tagħha fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. Fl-ippjanar tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni teżamina sistematikament ir-riżultati tal-evalwazzjoni u tiddetermina s-segwitu tagħhom. Is-segwitu għal xi konstatazzjonijiet tal-evalwazzjoni huwa stipulat ukoll fit-tabella ta’ valutazzjoni ta’ REFIT li tiġi aġġornata kull sena u f’rapporti tal-Kummissjoni għal-leġiżlatur li jakkumpanjaw l-evalwazzjonijiet.

5.   Ir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni ma jinkludux dikjarazzjoni jew informazzjoni dwar il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni (il-paragrafi 3.43-3.45)

Il-Kulleġġ tal-Kummissarji u d-Diretturi Ġenerali ma jassumux ir-responsabbiltà għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li jipprovdu.

Il-prinċipji sovrastanti tal-katina tar-responsabbiltà huma minquxa fit-Trattati tal-UE. Fil-Kummissjoni, b’segwitu għall-White Paper dwar il-governanza, il-katina tal-responsabbiltà ġiet definita bi rwol prominenti għall-Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega f'sistema deċentralizzata li topera taħt ir-responsabbiltà politika tal-Kulleġġ bħala Uffiċjal Awtorizzanti. Dan huwa partikolarment minnu għall-organizzazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja. Fi tmiem iċ-ċiklu ta’ rappurtar, il-Kulleġġ jadotta Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE u jieħu r-responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE abbażi tad-dikjarazzjonijiet annwali tal-Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega.

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE hija inkluża biex tagħmilha ċara li l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-UE, filwaqt li responsabbiltà għar-riżultati miksuba bil-baġit tal-UE hija kondiviża ma’ firxa wiesgħa ta’ atturi fil-livell Ewropew u dak nazzjonali.

6.   L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni mhijiex faċilment aċċessibbli (il-paragrafi 3.46-3.51)

Il-Kummissjoni tipproduċi kwantità kbira ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni. Gvernijiet u organizzazzjonijiet oħra jiġbru flimkien l-informazzjoni tagħhom dwar il-prestazzjoni b’mod aktar razzjonali, pereżempju f’sit web iddedikat b’magna tat-tiftix żviluppata sew, gwidi għall-utenti u għodod oħra għan-navigazzjoni.

Fil-qafas tal-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, ġie żviluppat sit tal-internet tar-Riżultati tal-UE. Il-sit huwa bażi tad-dejta li għandha l-għan li ssir punt ta’ aċċess uniku għal proġetti kollha ffinanzjati mill-UE – permezz ta’ ġestjoni diretta, indiretta u kondiviża. Sal-aħħar ta’ Mejju 2017, il-bażi tad-dejta se tospita madwar 1 600 proġett ffinanzjat mill-UE fl-UE u lil hinn minnha.

3.74.

Fil-paragrafi 3.52-3.59, aħna nippreżentaw sfidi komuni li ġew identifikati f’xi wħud mir-Rapporti Speċjali tagħna tal-2016.

 

3.75.

Din is-sena, is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet li saru fl-imgħoddi (ara l-paragrafi 3.60-3.71) wera li:

 

il-Kummissjoni taċċetta u timplimenta proporzjon kbir ta’ rakkomandazzjonijiet fit-tliet snin ta’ wara l-awditi tagħna;

 

ir-rakkomandazzjonijiet li inizjalment ma jiġux aċċettati, xi kultant jiġu implimentati parzjalment jew bis-sħiħ aktar tard.

 

Rakkomandazzjonijiet

3.76.

L- Anness 3.3 juri r-riżultat tal-analiżi li wettaqna tal-progress tal-Kummissjoni fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru dwar kwistjonijiet ta’ prestazzjoni fir-Rapport Annwali tagħna tal-2013. Dik is-sena, il-Kapitolu 10 kien fih tliet rakkomandazzjonijiet. Tnejn ġew implimentati f'xi wħud mill-aspetti u waħda ma ġietx implimentata.

 

3.77.

Ibbażat fuq il-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tissimplifika r-rappurtar dwar il-prestazzjoni  (58) billi

 

 

(a)

tkompli tnaqqas l-għadd ta’ objettivi u indikaturi li hija tuża għad-diversi rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, u tiffoka fuq dawk li jkejlu bl-aħjar mod il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE. Fit-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi inqas indikaturi, u indikaturi aktar xierqa għall-qafas legali tal-ġenerazzjoni ta’ programmi li jmiss. F’dan il-kuntest, jenħtieġ ukoll li hija tqis ir-rilevanza tal-indikaturi li għalihom l-informazzjoni ma tistax tinkiseb qabel ma jkunu għaddew bosta snin;

(a)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni bħalissa qed twettaq rieżami taħt inizjattiva tal-UE Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati dwar indikaturi għall-programmi ta’ nfiq kif stabbilit fil-bażi ġuridika. Dan se jalimenta t-tħejjija tal-proposti għall-QFP li jmiss.

 

(b)

tippreżenta informazzjoni finanzjarja b’mod li jagħmilha kumparabbli mal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, sabiex ir-rabta bejn l-infiq u l-prestazzjoni tkun ċara;

(b)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Hija tqis li din ir-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata permezz ta’ dikjarazzjonijiet tal-programm, li huma strument li permezz tiegħu il-Kummissjoni tiġġustifika r-riżorsi finanzjarji għall-programmi ta’ nfiq fl-abbozz tal-baġit. Għall-abbozz tal-baġit 2018, dawn jinkludu informazzjoni, għal kull programm, dwar l-ipprogrammar finanzjarju u l-implimentazzjoni finanzjarja flimkien ma’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni. Hija għalhekk tikkunsidra li dikjarazzjonijiet tal-programm jippreżentaw l-informazzjoni b’mod li jippermettu li jkun hemm rabta bejn l-infiq u l-prestazzjoni.

 

(c)

tispjega u ttejjeb il-koerenza ġenerali bejn iż-żewġ settijiet tagħha ta’ objettivi u indikaturi, għall-programmi minn naħa waħda u għad-direttorati ġenerali min-naħa l-oħra.

(c)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Fl-eżerċizzji tar-Rapport Annwali ta’ Attività li jmiss il-Kummissjoni bi ħsiebha ssaħħaħ dan l-aspett billi tagħmel użu akbar mill-kontroreferenza fir-Rapporti Annwali tal-Attività fid-dikjarazzjonijiet tal-programm.

Rakkomandazzjoni 2: tibbilanċja aħjar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi tippreżenta b’mod ċar informazzjoni, fir-rapporti ewlenin tagħha dwar il-prestazzjoni, dwar l-isfidi prinċipali għall-ksib tar-riżultati.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tipproduċi rapporti dwar il-prestazzjoni ta’ kwalità għolja li jiddeskrivu r-riżultati b’mod ibbilanċjat.

Fir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-isfidi l-kbar tal-ġestjoni f’taqsima separata ddedikata (taħt it-Taqsima 2). Fejn inqalgħu intoppi matul is-sena, ir-rapport jiddeskrivi kif id-dipartimenti tal-Kummissjoni indirizzaw dawn l-isfidi. Fil-futur il-Kummissjoni ser tistinka biex tagħti aktar tagħrif dwar l-isfidi ewlenin għall-ksib ta’ riżultati fir-rapporti ċentrali tagħha (ir-Rapporti Annwali tal-Attività, ir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni u dikjarazzjonijiet tal-programm).

Rakkomandazzjoni 3: tkompli ttejjeb il-faċilità tal-użu, mill-utenti, tar-rappurtar tagħha dwar il-prestazzjoni billi żżid l-użu ta’ metodi u għodod bħal grafika, tabelli sommarji, kowds tal-kuluri, infografika u siti web interattivi.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tibqa’ ttejjeb il-faċilità tal-użu tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni tagħha. Ir-Rapport Annwali tal-2016 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni diġà tjieb b’mod konsiderevoli bi grafika, tabelli u stampi.

Rakkomandazzjoni 4: turi aħjar li r-riżultati tal-evalwazzjoni jintużaw tajjeb billi:

 

 

(a)

tirrikjedi li l-evalwazzjonijiet dejjem jinkludu konklużjonijiet li tista’ tittieħed azzjoni fir-rigward tagħhom, jew rakkomandazzjonijiet, li mbagħad jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq segwitu tagħhom;

(a)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u s-segwitu tagħhom diġà huma parti intrinsika ta’ sistema ta’ regolamentazzjoni aħjar fil-Kummissjoni u l-proċess ta’ programmazzjoni annwali u l-ippjanar tal-attivitajiet tal-Kummissjoni. Din is-sistema hija msaħħa aktar permezz tar-reviżjoni ta’ Linji Gwida u Sett ta’ Għodda għal Regolamentazzjoni Aħjar.

 

(b)

twettaq studju ġdid, jew titlob li jsir studju, dwar l-użu u l-impatt, kif ukoll il-puntwalità, tal-evalwazzjonijiet fl-istituzzjoni.

(b)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Fil-pakkett dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-2015 il-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta l-funzjonament tas-sistema, inkluzi l-evalwazzjonijiet qabel tmiem l-2019. Ix-xogħol preparatorju għal din l-evalwazzjoni issa beda.

Rakkomandazzjoni 5: tindika fir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni jekk, sa fejn taf hi, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni pprovduta tkunx ta’ kwalità suffiċjenti.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Sabiex ittejjeb it-trasparenza, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar is-sors u l-kwalità ta’ dejta fejn din tkun disponibbli. Minħabba li ammont sinifikanti ta’ dejta dwar il-prestazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tanalizza sa liema punt huma jipprovdu informazzjoni dwar il-kwalità tad-dejta tal-prestazzjoni.

Rakkomandazzjoni 6: tiffaċilita l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni billi tiżviluppa portal tal-internet u magna tat-tiftix iddedikati.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.

Il-Kummissjoni se taħdem biex tagħmel l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni iktar faċilment aċċessibbli. Hija impenjata li twettaq valutazzjoni biex tevalwa l-fattibilità, l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali ta’ tali preżenza fuq l-internet. L-azzjoni kif rakkomandata tkun implimentata soġġett għall-eżitu ta’ din il-valutazzjoni. F’konformità mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Sinerġiji u Effiċjenzi minn April tal-2016, portal tal-web apposta u magna tat-tiftix ma għandhomx ikunu fil-mira, iżda pjuttost preżenza fuq il-web rilevanti bl-użu ta’ search engine korporattiva fis-sit tal-internet Europa.


(1)  L-Artikolu 317 TFUE.

(2)  L-inizjattiva hija strutturata madwar erba’ mistoqsijiet ewlenin: “Fejn nonfqu l-flus? Kif nonfqu l-flus? Kif niġu vvalutati? Kif nikkomunikaw?” http://ec.europa.eu/budget/budget4results/index_en.cfm

(3)  L-Artikolu 38(3)(e). Sa tmiem l-2017, ir-Regolament Finanzjarju juża t-terminu “dikjarazzjoni tal-attività”.

(4)  Mill-2017, l-istruttura u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet ġew modifikati. Din id-deskrizzjoni tirrifletti d-dikjarazzjonijiet modifikati.

(5)  http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/2018/DB2018_WD01_en.pdf

(6)  L-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju.

(7)  Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Better Regulation Guidelines (Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar), SWD(2015)111 final, 19.5.2015, p. 49.

(8)  http://ec.europa.eu/smart-regulation/evaluation/search/search.do

(9)  Skont il-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, ir-rekwiżit li jsiru ġudizzji jista’ jkun fattur kruċjali li jippermetti li ssir distinzjoni bejn evalwazzjoni u studju.

(10)  https://ec.europa.eu/commission/news/eu-2016-general-report-activities-european-union_en

(11)  http://ec.europa.eu/budget/financialreport/2015/foreword/index_en.html

(12)  http://europa.eu/rapid/press-release_AC-16-3892_en.htm?locale=EN

(13)  https://ec.europa.eu/commission/state-union-2016_en

(14)  https://ec.europa.eu/budget/euprojects/search-projects_en

(15)  Maħruġa mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSASB), f’Marzu 2015.

(16)  Gvernijiet: l-Awstralja, il-Kanada, Franza, in-Netherlands, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerka. Organizzazzjonijiet internazzjonali oħra: il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO); il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA); l-OECD; l-UNESCO; is-Segretarjat Ġenerali tan-NU; il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

(17)  Il-MOPAN huwa netwerk ta’ pajjiżi donaturi bl-istess fehma għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ organizzazzjonijiet multilaterali ta’ żvilupp fil-livell tal-pajjiżi. Ara http://www.mopanonline.org/

(18)  Id-Dipartiment tal-Finanzi, Resource management guide 131-137 (Gwida għall-ġestjoni tar-riżorsi Nru 131-137) http://www.finance.gov.au/resource-management/performance/

(19)  Ara r-Rapport ta’ Sinteżi għall-2012, COM(2013) 334 final, p. 3.

(20)  Ara “Standing Instructions for 2013 annual activity reports” (Struzzjonijiet permanenti għar-Rapporti Annwali tal-Attività 2013) p. 3, u “Instructions for the 2014 Management Plans” (Struzzjonijiet għall-Pjanijiet ta’ Ġestjoni 2014), p. 9.

(21)  Eżistenza = l-ammont ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-prestazzjoni; użu = il-punt sa fejn l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tintuża fit-teħid ta’ deċiżjonijiet baġitarji; konsegwenzi = l-impatt fuq il-ġestjoni u/jew il-baġit.

(22)  “Loi Organique relative aux Lois de Finance”.

(23)  Ara pereżempju l-Linja gwida ta’ Prattika Rakkomandata Nru 3 tal-IPSASB.

(24)  http://extranet.who.int/programmebudget/Biennium2014/Programme/Overview/12

(25)  http://www.who.int/about/finances-accountability/reports/en/

(26)  Il-Grupp Indipendenti ta’ Evalwazzjoni: Behind the mirror – A report on the self-evaluation systems of the World Bank Group (Perspettiva differenti – Rapport dwar is-sistemi ta’ awtoevalwazzjoni tal-Grupp tal-Bank Dinji) (2016).

(27)  http://www.mopanonline.org/assessments/iadb2015-16/index.htm

(28)  Ref. Ares(2016)6517649 – 21/11/2016.

(29)  

“Id-DĠ jiġu offruti flessibbiltà waqt li jintgħażlu l-objettivi ġenerali u speċifiċi li jixtiequ jirrapportaw dwarhom fin-narrattiva tat-taqsima 1. L-istorja tal-prestazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-għażla u d-deskrizzjoni ta’ riżultati ‘ewlenin’ (pożittivi jew negattivi) bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi ‘ewlenin’. Mhux l-objettivi u l-kisbiet kollha jeħtieġ li jkunu koperti, iżda biss:

dawk li huma ta’ tali importanza li l-qarrej jista’ jistenna li jiġu rrapportati fir-RAA (minħabba li l-ommissjoni tista’ twassal għal opinjoni distorta fir-rigward tal-prestazzjoni tad-DĠ; jew minħabba li d-devjazzjonijiet mill-miri jkunu notevoli; jew minħabba ċerti attivitajiet li attiraw attenzjoni kbira mill-media, …) anki jekk id-DĠ jqis li ma għandhom l-ebda impatt reali fuq l-assigurazzjoni, u;

dawk li jidhru r-riżultati tagħhom fit-tabelli tal-prestazzjoni fl-anness juru devjazzjonijiet importanti mill-valuri ppjanati stabbiliti.”

(30)  Id-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal mehmuż ma’ dan ir-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-Deċiżjonijiet ta’ Rilaxx tal-2014 jippreżenta l-approċċ għar-rappurtar tar-riżultati dwar l-Istrateġija Ewropa 2020.

(31)  L-Opinjoni Nru 1/2017 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, il-paragrafu 97.

(32)  L-approċċ huwa spjegat hawn: http://www.pc.gov.au/research/ongoing/report-on-government-services/2017/approach/performance-measurement

(33)  Ara l-paragrafu 3.13(ii).

(34)  L-istrumenti jikkomplementaw l-Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, li japplikaw għall-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwzzjonijiet u l-kontroll tal-idoneità. Ara http://ec.europa.eu/smart-regulation/guidelines/toc_tool_en.htm, p. 287 u p. 290.

(35)  https://www.dss.gov.au/about-the-department/publications-articles/corporate-publications/annual-reports/dss-annual-report-2015-16-0

(36)  https://docs.education.gov.au/documents/department-education-and-training-annual-report-2015-16

(37)  http://www.who.int/about/finances-accountability/evaluation/evaluation-report-nov2016.pdf

(38)  https://ieg.worldbankgroup.org/managementactionrecord

(39)  Il-Kapitolu 3 tar-rapport ġenerali “Results and performance of the World Bank Group 2015” (Riżultati u prestazzjoni tal-Grupp tal-Bank Dinji għall-2015).

(40)  http://www.tbs-sct.gc.ca/pol/doc-eng.aspx?id=31300

(41)  SWD(2015)111 final, il-Kapitolu VI “Guidelines on evaluation and fitness checks” (Linji gwida dwar l-evalwazzjoni u l-kontrolli tal-idoneità).

(42)  Valutazzjoni tal-impatt, gwida, aktar monitoraġġ…

(43)  http://www.finance.gov.au/resource-management/pgpa-act/

(44)  F’dan il-kuntest, “stampa vera u ġusta” tfisser stampa affidabbli, kompleta u korretta tas-sitwazzjoni fid-DĠ.

(45)  Aħna rreferejna wkoll għal din il-problema fl-Opinjoni Nru 1/2017 tagħna, il-paragrafu 95.

(46)  Il-Kummissjoni spjegat ir-responsabbiltà politika ġenerali tagħha għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE b’risposta għall-paragrafu 21 tar-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tagħna: “Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan jinkludi r-responsabbiltà għall-ħidma tas-servizzi tagħha”.

(47)  http://ec.europa.eu/info/files/2015-annual-management-and-performance-report-eu-budget-com-2016-446-final_en, p. 5 u 58.

(48)  http://www.rijksbegroting.nl/

(49)  https://www.gov.uk/government/publications

(50)  http://www.worldbank.org/en/results

(51)  http://pdu.worldbankgroup.org/

(52)  https://europa.eu/european-union/documents-publications_mt

(53)  http://www.eca.europa.eu/mt/Pages/AuditReportsOpinions.aspx?ty=Special%20report&tab =tab4

(54)  1a (“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”), 1b (“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”), 2 (“Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali”), 3 (“Sigurtà u ċittadinanza”), 4 (“Ewropa Globali”), 5 (“Amministrazzjoni”).

(55)  Il-HELCOM hija l-korp governattiv tal-Konvenzjoni ta’ Helsinki dwar il-protezzjoni tal-ambjent marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku.

(56)  Fir-RS Nru 20/2012 u r-RS Nru 23/2012.

(57)  Il-Kumitat ta’ Kuntatt huwa assemblea tal-kapijiet tas-SAIs tal-UE, inkluża l-QEA.

(58)  Ara wkoll l-Opinjoni Nru 1/2017 tagħna dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (il-paragrafi 90-99): http://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=40627

ANNESS 3.1

STATUS IDDETTALJAT TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL KULL RAPPORT

Nru

RS

Titolu tar-Rapport

Paragrafu tar-RS

Implimentata bis-sħiħ

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Implimentata f’xi aspetti

Mhux implimentata

Ma għadhiex rilevanti

Ma setgħetx tiġi vverifikata

1

RS Nru 14/2010

Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-kontrolli veterinarji għal importazzjonijiet tal-laħam wara r-riformi fil-leġiżlazzjoni tal-iġjene tal-2004

(Riżorsi naturali)

Il-para 90, il-punt 1

x

 

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 2

x

 

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 3

x

 

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 4

 

x

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 5

 

x

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 6

x

 

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 7

x

 

 

 

 

 

Il-para 90, il-punt 8

x

 

 

 

 

 

Il-para 91

x

 

 

 

 

 

2

RS Nru 11/2012

Għajnuna diretta għall-baqar li jreddgħu u n-nagħaġ u l-mogħoż skont l-implimentazzjoni parzjali tal-arranġamenti tal-SPU

(Riżorsi naturali)

Il-para 58

x

 

 

 

 

 

Il-para 60

x

 

 

 

 

 

Il-para 64

x

 

 

 

 

 

Il-para 64

 

 

x

 

 

 

3

RS Nru 14/2012

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem

(Riżorsi naturali)

Il-para 52(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 52(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 52(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 52(d)

x

 

 

 

 

 

Il-para 53(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 53(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 53(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 53(d)

 

x

 

 

 

 

Il-para 54(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 54(b)

 

 

 

x

 

 

Il-para 54(c)

 

 

 

x

 

 

4

RS Nru 20/2012

Il-finanzjament minn miżuri strutturali għal proġetti infrastrutturali għall-immaniġġjar ta’ skart muniċipali huwa effettiv biex jgħin lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iskart?

(Riżorsi naturali)

Il-para 72(a)(i)

 

 

 

 

 

x

Il-para 72(a)(ii)

 

 

 

 

 

x

Il-para 72(a)(iii)

 

 

 

 

 

x

Il-para 72(b)

 

 

x

 

 

 

Il-para 74(a)

 

 

 

 

 

x

Il-para 74(b)

 

x

 

 

 

 

Il-para 74(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 76(a)(i)

 

 

 

 

 

x

Il-para 76(a)(ii)

 

 

 

 

 

x

Il-para 76(a)(iii)

 

 

 

 

 

x

Il-para 76(b)(i)

x

 

 

 

 

 

Il-para 76(b)(ii)

 

 

x

 

 

 

Il-para 77(a)

 

 

 

x

 

 

Il-para 77(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 77(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 77(d)

 

 

 

 

x

 

5

RS Nru 23/2012

Il-miżuri strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?

(Koeżjoni)

Il-para 65(a) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 65(b) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 65(c) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 65(a) (Kummissjoni)

 

 

x

 

 

 

Il-para 65(b) (Kummissjoni)

x

 

 

 

 

 

Il-para 68(a) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 68(b) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 68(c) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 68(d) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 68(e) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 68(f) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 68(a) (Kummissjoni u Stati Membri)

x

 

 

 

 

 

Il-para 73(a) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 73(b) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 73(c) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 73(d) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 73(e) (Stati Membri)

 

 

 

 

 

x

Il-para 73(a) (Kummissjoni)

x

 

 

 

 

 

Il-para 73(b) (Kummissjoni)

x

 

 

 

 

 

Il-para 73(e) (Stati Membri, l-aħħar sentenza)

 

 

 

x

 

 

6

RS Nru 5/2013

Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE jintnefqu sew fuq it-toroq?

(Koeżjoni)

Il-para 55, ir-rakkomandazzjoni 1

 

 

x

 

 

 

Il-para 55, ir-rakkomandazzjoni 2(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 55, ir-rakkomandazzjoni 2(b)

 

x

 

 

 

 

Il-para 55, ir-rakkomandazzjoni 2(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 55, ir-rakkomandazzjoni 3

x

 

 

 

 

 

Il-para 55, ir-rakkomandazzjoni 4

 

 

x

 

 

 

7

RS Nru 17/2013

Finanzjament għall-klima mill-UE fil-kuntest ta' għajnuna esterna

(Azzjonijiet esterni)

Il-para 69, ir-rakkomandazzjoni 1

x

 

 

 

 

 

Il-para 69, ir-rakkomandazzjoni 2

x

 

 

 

 

 

Il-para 69, ir-rakkomandazzjoni 3

 

 

x

 

 

 

Il-para 69, ir-rakkomandazzjoni 4

 

x

 

 

 

 

Il-para 69, ir-rakkomandazzjoni 5

x

 

 

 

 

 

8

RS Nru 14/2013

Appoġġ finanzjarju dirett mill-UE lill-Awtorità Palestinjana

(Azzjonijiet esterni)

Il-para 81(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 81(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 81(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 82(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 82(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 83

 

x

 

 

 

 

Il-para 84

 

x

 

 

 

 

Il-para 85

 

 

x

 

 

 

9

RS Nru 13/2013

Assistenza għall-iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali

(Azzjonijiet esterni)

Il-para 87, l-ewwel inċiż

x

 

 

 

 

 

Il-para 87, it-tieni inċiż

x

 

 

 

 

 

Il-para 87, it-tielet inċiż

 

 

x

 

 

 

Il-para 87, ir-raba’ inċiż

x

 

 

 

 

 

Il-para 87, il-ħames inċiż

x

 

 

 

 

 

Il-para 87, is-sitt inċiż

 

x

 

 

 

 

10

RS Nru 9/2013

Appoġġ tal-UE għall-governanza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(Azzjonijiet esterni)

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 1(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 1(b)

 

x

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 1(c)

 

x

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 1(d)

 

x

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 2(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 2(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 3(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 3(b)

 

x

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 3(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 4(a)

 

x

 

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 4(b)

 

 

x

 

 

 

Il-para 94, ir-rakkomandazzjoni 4(c)

x

 

 

 

 

 

11

RS Nru 4/2013

Kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu fil-qasam tal-Governanza

(Azzjonijiet esterni)

Il-para 80(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 80(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 80(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 80(d)

x

 

 

 

 

 

Il-para 80(e)

x

 

 

 

 

 

Il-para 81(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 81(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 81(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 82

x

 

 

 

 

 

12

RS Nru 12/2012

Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?

(Oħrajn)

Il-para 107

 

 

x

 

 

 

Il-para 108(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 108(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 108(c)

 

 

x

 

 

 

Il-para 108(d)

 

 

 

x

 

 

Il-para 108(e)

 

x

 

 

 

 

Il-para 108(f)

x

 

 

 

 

 

Il-para 108(g)

x

 

 

 

 

 

Il-para 109(a)

x

 

 

 

 

 

Il-para 109(b)

x

 

 

 

 

 

Il-para 109(c)

x

 

 

 

 

 

Il-para 109(d)

x

 

 

 

 

 

Il-para 109(e)

 

x

 

 

 

 

Il-para 109(f)

 

x

 

 

 

 

Il-para 109(g)

x

 

 

 

 

 

13

RS Nru 2/2013

Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka?

(Tkabbir intelliġenti u inklużiv)

Il-para 99, ir-rakkomandazzjoni 1, l-inċiżi 2 u 3

x

 

 

 

 

 

Il-para 99, ir-rakkomandazzjoni 1, l-inċiżi 1 u 4

x

 

 

 

 

 

Il-para 99, ir-rakkomandazzjoni 2

 

x

 

 

 

 

Il-para 100, ir-rakkomandazzjoni 3, l-inċiż 1

x

 

 

 

 

 

Il-para 100, ir-rakkomandazzjoni 3, l-inċiż 2

x

 

 

 

 

 

Il-para 101

x

 

 

 

 

 

Il-para 102

x

 

 

 

 

 

Il-para 103

x

 

 

 

 

 

Il-para 104, l-ewwel parti

 

 

 

x

 

 

Il-para 104, it-tieni parti

 

 

 

 

x

 

Total tal-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet

131

72

18

12

6

2

21

Ir-Risposti mill-Kummissjoni

SR 14/2012:

Tweġiba għall-paragrafu 54 (c) Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni ma għadhiex relevanti. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020), il-miżura ma tkomplietx.

ANNESS 3.2

TITJIB IMPORTANTI U DGĦUFIJIET MHUX RIŻOLTI GĦAL KULL RAPPORT

Nru

RS

Titolu tar-rapport

Titjib

Dgħufijiet

1

RS Nru 14/2010

Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-kontrolli veterinarji għal importazzjonijiet tal-laħam wara r-riformi fil-leġiżlazzjoni tal-iġjene tal-2004

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ kontroll fuq l-importazzjonijiet ġiet adottata. Hija tissmplifika u tikkjarifika l-qafas regolatorju. Armonizzazzjoni tar-regoli għal kontrolli rinfurzati.

Titjib fin-netwerk tas-sistemi tal-IT.

Żvilupp ta’ dokumenti ta’ gwida u programmi ta’ taħriġ.

Titjib fil-mudell tal-valutazzjoni tar-riskji użat għall-programmazzjoni ta’ awditi tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.

L-Istati Membri jieħdu azzjoni korrettiva wara r-rakkomandazzjonijiet indirizzati mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.

L-istrateġija tal-UE għall-benessri tal-annimali inkluża fil-ftehimiet internazzjonali dwar il-miżuri sanitarji u fitosanitarji.

Xi ftehimiet internazzjonali dwar il-miżuri sanitarji u fitosanitarji għadhom qed jiġu negozjati. Il-pajjiżi terzi (b’xi eċċezzjonijiet) għadhom ma jridux jirrikonoxxu lill-UE bħala entità unika.

Ir-Regolament il-ġdid tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali huwa mistenni li jibda japplika sa tmiem l-2019. L-atti ta’ implimentazzjoni għadhom iridu jiġu adottati.

Il-Kunsill u l-Parlament ma qisux l-artikolu, fil-proposta tal-Kummissjoni, li fih jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni rigward l-istabbiliment ta’ regoli dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni.

Il-verifikazzjoni tal-ammonti speċifiċi ta’ tariffi għall-kontrolli għal importazzjonijiet titqies bħala prijorità baxxa fi ħdan l-ambitu tal-awditi dwar l-importazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.

2

RS Nru 11/2012

Għajnuna diretta għall-baqar li jreddgħu u n-nagħaġ u l-mogħoż skont l-implimentazzjoni parzjali tal-arranġamenti tal-Iskema ta' Pagament Uniku

Żieda ta’ rekwiżiti għall-immirar għal appoġġ akkoppjat volontarju. Issa jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu definizzjoni ta’ tip speċifiku ta’ produzzjoni fil-ġustifikazzjoni tal-miżuri. Il-Kummissjoni stabbiliet qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, flimkien ma’ regoli u indikaturi speċifiċi.

Minkejja li xi xogħol ta’ evalwazzjoni diġà sar jew qed isir, il-Kummissjoni għadha ma wettqet l-ebda evalwazzjoni komprensiva tal-impatt tal-iskemi.

3

RS Nru 14/2012

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-UE fil-biċċeriji tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem

Awditi ta’ segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tad-DĠ SANTE lill-Istati Membri jitwettqu regolarment.

Linji gwida, korsijiet ta' taħriġ u sessjonijiet ta’ ħidma huma disponibbli. Ġiet żviluppata database elettronika tal-gwidi settorjali nazzjonali tal-iġjene.

Qafas ta’ proċeduri operattivi standard ġie adottat biex jikkjarifika r-responsabbiltajiet relazzjonali bejn id-DĠ SANCO u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel.

Ma hemm l-ebda rapport ġenerali li jittratta l-awditjar/l-analiżi tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali tal-Istati Membri. Ma hemm l-ebda rapport ta’ evalwazzjoni dwar ix-xejriet fl-iżvilupp ta’ gwidi nazzjonali jew il-kwalità tagħhom.

L-Istati Membri ma jikkomunikawx biżżejjed statistika dwar it-taħriġ indirizzat għall-operaturi tan-negozji tal-ikel.

Ma hemm l-ebda evalwazzjoni dwar l-impatt tal-fondi tal-UE użati għall-implimentazzjoni tal-istandards tal-iġjene u s-sigurtà tal-ikel.

4

RS Nru 20/2012

Il-Finanzjament minn miżuri strutturali għal proġetti infrastrutturali għall-immaniġġjar ta’ skart muniċipali huwa effettiv biex jgħin lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-iskart?

Il-kundizzjonalità ex ante tiżgura l-eżistenza ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-iskart u torbot l-appoġġ mill-UE mal-kisbiet. Definizzjoni aħjar ta’ kwantitajiet ta’ skart. Gwida u kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-pjanijiet tal-iskart. Passi li ttieħdu fil-prevenzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ ta’ prodotti. Kjarifika fir-rigward tat-trattament tal-iskart.

Ma hemm l-ebda aċċertament li l-azzjonijiet deskritti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-iskart jiżguraw li l-iskart jiġi ttrattat qabel jintrema fil-miżbliet u li hemm fokus fuq l-infastrutturi għall-immaniġġjar tal-iskart li jittrattaw l-iskart li jiġi ssegregat f’ras il-għajn. Ma hemm l-ebda aċċertament li s-sistemi u d-databases ta’ monitoraġġ tal-iskart jipprovdu data affidabbli. Ir-rati mnaqqsin tal-assistenza ma jiġux applikati sistematikament. Ma ġiet stabbilita l-ebda mira għall-prevenzjoni tal-iskart.

5

RS Nru 23/2012

Il-miżuri strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?

L-iżvilupp urban sostenibbli integrat u r-riġenerazzjoni huma promossi b’mod ċar.

Ir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ siti abbandunati huma prijorità għall-perjodu 2014-2020.

Ġew stabbiliti definizzjoni u linji gwida għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

Tiġi ċċekkjata l-konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u l-pagamenti interim jistgħu jiġu sospiżi f’każ ta’ nuqqas ta' konformità.

Inħarġet gwida ulterjuri biex tfakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jiddeterminaw id-diskrepanza fil-finanzjament.

Ma hemm l-ebda standard tal-UE għad-definizzjoni ta’ siti kontaminati u s-sinifikat tar-riskji ambjentali u għas-saħħa li dawn jippreżentaw.

Ma hemm l-ebda metodoloġija tal-UE għad-definizzjoni ta’ standards ta’ rimedju speċifiċi għas-sit.

Ma hemm l-ebda segwitu tal-applikazzjoni ta’ klawżoli ta’ rimborż.

6

RS Nru 5/2013

Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE jintnefqu sew fuq it-toroq?

Il-gwida l-ġdida tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li ġiet ippubblikata fl-2014 tinkludi studju ta' każ tal-proġetti tat-toroq b’ripartizzjoni tal-ispejjeż u r-raġunijiet prinċipali għal differenzi fl-ispejjeż unitarji.

Il-prinċipji prinċipali tal-analiżijiet tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji jinsabu fl-atti legali u l-gwida hija aktar dettaljata.

Il-kofinanzjament futur ta’ proġetti kbar tat-toroq u proġetti taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa kundizzjonali huwa kkundizzjonat fuq analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, inkluż studju ta' fattibbiltà, analiżi tal-għażliet, analiżi tad-domanda bi previżjonijiet u mudellar tat-traffiku. Il-kwalità tiġi ċċekkjata minn esperti indipendenti.

Hemm skambju ta’ prattiki tajbin relatati ma’ previżjonijiet tat-traffiku u assistenza speċifika tiġi pprovduta lill-Istati Membri (minn JASPERS).

L-eżerċizzju ta’ kalkolu tal-ispejjeż unitarji għadu ma ġiex ikkompletat bis-sħiħ. Għad fadal tħassib dwar proġetti mhux kbar li huma mfasslin, magħżulin u implimentati bis-sħiħ fil-livell tal-Istat Membru. Ma hemm l-ebda database fil-livell tal-UE kollha b’punti ta’ riferiment għall-ispejjeż.

7

RS Nru 17/2013

Finanzjament għall-klima mill-UE fil-kuntest ta' għajnuna esterna

Ġie ppubblikat il-pjan ta’ direzzjoni tal-finanzjament għall-klima.

Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida għar-rappurtar u pproponiet metodoloġija għad-determinazzjoni tal-addizzjonalità. Jintwerew approprjazzjonijiet ta' impenn.

Evalwazzjoni indipendenti tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima hija disponibbli għall-pubbliku.

Pjan ta' Azzjoni għad-Diplomazija dwar il-Klima ġie adottat fl-2015.

Gruppi ta’ ħidma ta’ esperti ġew stabbiliti u jiltaqgħu regolarment.

Ma hemm l-ebda indikazzjoni dwar jekk il-mira ta’ nfiq ta’ 20 % tal-UE għall-għajnuna għall-iżvilupp fl-azzjoni klimatika hijiex qed tintlaħaq.

Evalwzzjoni indipendenti ivvalutat biss fil-qosor għalfejn il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ma għażlux li jikkofinanzjaw l-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima.

8

RS Nru 14/2013

Appoġġ finanzjarju dirett mill-UE lill-Awtorità Palestinjana

Ġew identifikati rabtiet bejn il-pjan ta’ azzjoni tal-UE u dak tal-Awtorità Palestinjana u l-appoġġ mill-UE lill-Palestina.

L-appoġġ mill-UE huwa pprogrammat fuq bażi pluriennali.

Il-Qafas Orjentat lejn ir-Riżultati jinkludi indikaturi speċifiċi u marbutin mal-ħin.

Intużaw offerti kompetittivi.

Ittieħdet deċiżjoni biex ma jitkompliex il-finanzjament tas-salarji u l-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil f’Gaża.

Kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-appoġġ mill-UE tqajmu f’laqgħat tekniċi mal-awtoritajiet Iżraeljani.

Il-kundizzjonalità ma ġietx applikata b’mod sistematku.

Għadha ma ġiet riċevuta l-ebda dokumentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar is-salarji u l-pensjonijiet.

Il-Kummissjoni u s-SEAE ma ħejjewx pjan ta' azzjoni dettaljat tal-passi li jeħtieġ li Iżrael jieħu sabiex itejjeb l-effettività tal-appoġġ mill-UE lill-Palestina, u lanqas ma użaw il-lieva potenzjali offruta mill-qafas ta’ kooperazzjoni usa’ bejn l-UE u Iżrael.

9

RS Nru 13/2013

Assistenza għall-Iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali

Il-valuri tal-UE jiġu promossi permezz ta’ approċċ aktar prammatiku u flessibbli.

Tnaqqas l-għadd ta’ setturi.

Jitħejjew l-istimi ta’ riżorsi umani meħtieġa (f’termini ta’ persuni kull sena).

Jiġu applikati kundizzjonijiet tal-appoġġ baġitarju. Tiġi mmonitorjata l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u jiġu implimentati miżuri kontra l-korruzzjoni.

Ġew żviluppati programmi ġodda.

Ġew irrappurtati u mmonitorjati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

Hemm nuqqas ta’ rappurtar dwar l-ispejjeż amministrattivi (riżorsi umani, tagħmir, eċċ.) fil-livell reġjonali jew tal-pajjiż.

Ma huwa disponibbli l-ebda rappurtar dwar it-tqabbil bejn l-infiq reali u dak ippjanat u dwar l-objettivi li ntlaħqu fil-livell reġjonali.

10

RS Nru 9/2013

Appoġġ tal-UE għall-governanza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

It-titjib fil-programmazzjoni jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp rurali u dak infrastrutturali.

Atturi lokali kienu involuti fl-iżvilupp tal-Programm ambjentali, u l-ħtiġijiet tagħhom huma indirizzati.

Sar djalogu politiku.

L-UE saħqet ripetutament dwar l-importanza li jsiru elezzjonijiet kif meħtieġ mill-kostituzzjoni.

Titjib fit-trasparenza tal-governanza tar-riżorsi naturali.

It-titjib fil-governanza, fit-trasparenza u fl-obbligu ta’ rendikont kellu effetti pożittivi fuq il-frodi u l-korruzzjoni.

Il-Kummissjoni tidentifika r-riskji prinċipali u tipproponi miżuri ta’ mitigazzjoni.

L-għadd ta’ setturi mmirati mill-għajnuna tal-UE huwa aktar baxx minn dak fil-perjodu preċedenti.

Normalment, l-indikaturi huma marbutin mal-ħin u aktar realistiċi.

L-aġġustamenti tal-programmi huma ddokumentati.

Il-mexxejja kellhom laqgħat u ħarġu dikjarazzjonijiet konġunti.

Il-Kummissjoni ma tassenjax għajnuna biex tappoġġa l-proċess elettorali.

Id-djalogu politiku dwar l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi għadu ineffettiv.

L-ebda appoġġ ma huwa ddefinit fil-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-infurzar tal-proċess ta’ awditjar estern l-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ sorveljanza.

Hemm nuqqas ta’ indikaturi tal-korruzjoni li huma ddefiniti tajjeb. Infurzar ta’ liġijiet kontra l-korruzzjoni huma neqsin mill-programm.

Ħafna gruppi tematiċi importanti huma inattivi. Ġeneralment huma jkollhom nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-missjonijiet, l-istrateġiji, il-baġits, ir-responsabbiltajiet tagħhom kif ukoll dwar il-koordinazzjoni fost il-membri.

11

RS Nru 4/2013

Kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu fil-qasam tal-Governanza

Ġie identifikat għadd limitat ta’ drittijiet tal-bniedem u ta’ prijoritajiet ta’ demokrazija. Reġa’ ssokta d-djalogu relatat.

Il-finanzjament żdied għall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u għall-Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili.

Il-koordinazzjoni u d-distribuzzjoni xierqa tal-fondi bejn l-istrumenti differenti hija żgurata.

Pjan direzzjonali jippermetti li jitfassal apposta l-appoġġ favur l-Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili, u r-Regolament Finanzjarju jippermetti l-proċedura tiġi aċċellerata.

Il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni jiġu enfasizzati fil-laqgħat.

Ġiet applikata l-kundizzjonalità: il-Kummissjoni ssospendiet l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju fl-Eġittu.

 

12

RS Nru 12/2012

Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?

Ġiet imsaħħa s-sistema tal-Istatistika Ewropea.

Il-qafas regolatorju ġie emndat u jirrikonoxxi l-importanza tal-Kodiċi ta’ Prattika.

Il-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika kien involut f’evalwazzjonijiet bejn il-pari, li huma issa disponibbli għall-pubbliku.

Linji gwida u proċeduri ġew stabbiliti għall-programm statistiku tal-UE. Il-prijoritajiet ġew eżaminati.

Il-progress dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ modernizzazzjoni ġew irrapportati regolarment.

L-ispejjeż tal-persunal ġew analizzati biex tiżdied l-effiċjenza.

Il-linji gwida għall akkwist itejbu l-kompetizzjoni.

Jenħtieġu proċeduri trasparenti u oġġettivi għal meta l-kapijiet tal-uffiċċji tal-istatistika jiġu rreklutati u jitneħħew mill-kariga tagħhom.

Għad fadal ostakoli fl-aċċess għad-data u l-użu effettiv li jsir minnha.

Il-koordinazzjoni tal-istatistika u r-riżorsi huma oqsma ta’ tħassib.

Il-funzjoni superviżorja ma ġietx stabbilita biex tissorvelja l-veriifkazzjonijiet u l-ispezzjonijiet.

13

RS Nru 2/2013

Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka?

Il-qafas Orizzont 2020 introduċa aktar flessibbiltà fir-rappurtar tal-ispejjeż.

Rekwiżiti ssimplifikati għall-applikanti. Aktar koerenza fil-ġestjoni tas-Seba’ Programm Kwadru permezz taċ-Ċentru ta’ Appoġġ Komuni.

Flussi integrati ta’ xogħol tal-IT, indikaturi, servizz tal-awditjar komuni.

Il-qafas tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti huwa aktar flessibbli.

L-EIT mhuwiex kopert miċ-Ċentru ta’ Appoġġ Komuni u r-regoli tiegħu ma jiġux armonizzati b’mod konsistenti mal-qafas Orizzont 2020, li jwassal għal ineffiċjenza għall-benefiċjarji tiegħu.

Il-Kummissjoni ma implimentatx miżuri effettivi biex tiggarantixxi l-addizzjonalità tas-suċċessur għall-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji. Dan ġie kkonfermat f’Novembru 2016 minn evalwazzjoni indipendenti li fiha ntwera tħassib dwar in-nuqqas ta’ addizzjonalità għal 28 % tal-proġetti, u ġie rrakkomandat li jiġu stabbiliti kriterji ċari tal-għażla biex l-addizzjonalità tkun tista’ tiġi ggarantita.

Ir-Risposti mill-Kummissjoni

SR 12/2012:

Jeżisti qafas legali xieraq u s-salvagwardji neċessarji biex jiżguraw li l-proċeduri tal-ħatra u t-tkeċċija li jikkonċernaw id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat ikunu trasparenti, billi jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipju tal-indipendenza kif previst mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 f’dan ir-rigward.

It-trasparenza ġiet ikkonfermata mill-proċedura reċenti rigward il-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Eurostat li kienet miftuħa għal applikanti esterni. Barra minn hekk, ir-rappurtar indipendenti tal-ESGAB dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika mill-Kummissjoni (Eurostat) hu servut l-aħjar billi ma jkunx direttament involut fil-ħatra tad-Direttur Ġenerali tal-Eurostat. Fl-aħħar nett, ir-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma stabbiliti sew, pereżempju f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċedura leġislattiva iżda wkoll billi l-Kummissjoni ssir kollha kemm hi responsabbli quddiem il-Parlament. Id-djalogu statistiku annwali previst fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu l-għan li jiżgura l-involviment xieraq tal-Parlament, u li jinfurmah dwar materji statistiċi, inkluż billi jipprevedi li d-Direttur Ġenerali tal-Eurostat li għadu kif inħatar jidher quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew immedjatament wara l-ħatra.

ANNESS 3.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL KWISTJONIJIET TA' PRESTAZZJONI

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Il-Kummissjoni għandha:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1:

fl-okkażjoni li jmiss meta r-Regolament Finanzjarju jiġi rrevedut, tirrazzjonalizza l-qafas tagħha għar-rappurtar tal-prestazzjoni

 

 

X

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2:

tiżgura li r-rapport ta' evalwazzjoni jippreżenta kont sommarju li jiġbor flimkien l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-progress lejn il-miri ta' Ewropa 2020 sabiex il-qarrej jingħata ħarsa ġenerali ċara lejn il-kisbiet li jkunu saru

 

 

X

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3:

tkompli tiżviluppa s-sistema tagħha ta' ġestjoni u rappurtar tal-prestazzjoni sabiex din tal-aħħar tippermetti li l-Kummissjoni tieħu r-responsabbiltà għal ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll għall-kontribut mill-baġit tal-UE għal kisbiet ta' politika fid-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni annwali mid-diretturi ġenerali.

 

 

 

X

 

 

 


KAPITOLU 4

Dħul

WERREJ

Introduzzjoni 4.1-4.6
Deskrizzjoni qasira tad-dħul 4.2-4.5
Ambitu u approċċ tal-awditjar 4.6
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 4.7
Eżaminar tar-rapporti annwali tal-attività u ta' elementi oħra tas-sistemi ta’ kontroll intern 4.8-4.20
Ħarsa ġenerali lejn ir-riżervi tal-ING u tal-VAT, u punti miftuħa tal-RPT 4.9
L-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali taħt l-ESA 2010 4.10-4.13
Ġestjoni tal-RPT 4.14-4.18
Il-kalkoli, mill-Kummissjoni, tal-kontribuzzjonijiet miż-ŻEE/mill-EFTA u tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri wara d-dħul fis-seħħ tad-DRP 2014 4.19
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 4.20
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 4.21-4.23
Konklużjoni 4.21
Rakkomandazzjonijiet 4.22-4.23

Anness 4.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul

Anness 4.2 —

Għadd ta' riżervi tal-ING, ta’ riżervi tal-VAT u ta’ punti miftuħa tal-RPT, li kienu pendenti fil-31.12.2016, skont l-Istat Membru

Anness 4.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għad-dħul

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

4.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għad-dħul, li jinkludi r-riżorsi proprji u dħul ieħor. Il- Kaxxa 4.1 tagħti ripartizzjoni tad-dħul fl-2016.

 

Kaxxa 4.1 —   Dħul — Ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tad-dħul għall-2016 (1)

144,7

Deskrizzjoni qasira tad-dħul

4.2.

Il-biċċa l-kbira mid-dħul (91 %) jirriżulta mit-tliet kategoriji ta’ riżorsi proprji:

 

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ibbażata fuq l-ING) tipprovdi 66 % tad-dħul tal-UE, u tibbilanċja l-baġit tal-UE wara li d-dħul mis-sorsi l-oħra kollha jkun ġie kkalkulat. Kull Stat Membru jikkontribwixxi b’mod proporzjonali għall-ING tiegħu (1).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) jipprovdu 14 % tad-dħul tal-UE. Huma jinkludu dazji doganali fuq l-importazzjonijiet (EUR 20,0  biljun), u imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor (EUR 0,1  biljun). It-tnejn li huma jinġabru mill-Istati Membri. Il-baġit tal-UE jirċievi 80 % tal-ammont totali; l-Istati Membri jżommu l-20 % li jifdal biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir.

 

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (ibbażata fuq il-VAT) tipprovdi 11 % tad-dħul tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet taħt din ir-riżorsa proprja jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ rata uniformi applikata għall-bażijiet armonizzati ta’ valutazzjoni tal-VAT tal-Istati Membri.

 

4.3.

Id-dħul jinkludi wkoll ammonti li jiġu riċevuti minn sorsi oħra. Is-sorsi l-aktar sinifikanti huma l-kontribuzzjonijiet u r-rifużjonijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet u l-programmi tal-Unjoni (EUR 5,9  biljun — 4 % tad-dħul tal-UE), u multi u penali (EUR 3,1  biljun — 2 % tad-dħul tal-UE).

 

4.4.

Fl-1 ta’ Ottubru 2016, deċiżjoni ġdida dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE (DRP 2014) (2) daħlet fis-seħħ. Billi din kienet tapplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid, u b’mod retrospettiv, il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-2014 u l-2015. Hija aġġustat ukoll il-previżjonijiet tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-2016 (3).

 

4.5.

Il- Kaxxa 4.2 turi kif il-kalkolu mill-ġdid li sar bl-applikazzjoni tad-DRP 2014 affettwa l-ammont ta’ dħul mir-riżorsi proprji fl-2014 u fl-2015 flimkien. Il- Kaxxa 4.3 turi l-impatt tal-kalkolu mill-ġdid fuq il-kontribuzzjonijiet individwali mill-Istati Membri għall-2014 u l-2015 flimkien. Dan il-kalkolu mill-ġdid ma bidilx l-ammont totali tad-dħul tal-UE.

 

Kaxxa 4.2 —   Impatt tad-deċiżjoni l-ġdida dwar ir-riżorsi proprji fuq l-ammont miġbur mir-riżorsi proprji individwali fl-2014 u fl-2015

(EUR biljun)

Image

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

Kaxxa 4.3 —   Impatt tad-deċiżjoni l-ġdida dwar ir-riżorsi proprji fuq il-kontribuzzjonijiet individwali mill-Istati Membri fl-2014 u fl-2015

(EUR biljun)

Image

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

4.6.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , fl-2016 aħna eżaminajna dan li ġej għad-dħul:

(a)

kampjun ta’ 55 ordni ta’ rkupru tal-Kummissjoni (4) maħsub biex ikun rappreżentattiv tas-sorsi kollha ta' dħul;

(b)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ Baġit) u tal-Eurostat ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tad-dħul li kienet konsistenti, b'mod ġenerali, mar-riżultati tagħna;

(c)

Is-sistemi tal-Kummissjoni:

(i)

biex jiġi żgurat li d-data tal-Istati Membri dwar l-ING u l-VAT hija bażi xierqa għall-kalkolu tal-kontribuzzjonjiet mir-riżorsi proprji, kif ukoll dawk għall-kalkolu u l-ġbir ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet (5);

(ii)

għall-ġestjoni tal-RPT, inklużi proċeduri għall-monitoraġġ tal-awditi tad-dazji doganali li jsiru mill-Istati Membri wara l-importazzjoni ta’ merkanzija fl-UE (awditi a posteriori);

(iii)

għall-ġestjoni tal-multi u l-penali;

(iv)

għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) taħt il-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (6); il-mekkaniżmi ta' korrezzjoni; u l-impatt fuq il-kontribuzzjonijiet li saru mill-Istati Membri fl-2014 u fl-2015 b'riżultat tad-dħul fis-seħħ tad-DRP 2014;

(d)

is-sistemi għall-kontabbilizzazzjoni tal-RPT (7), inklużi awditi a posteriori, fi tliet Stati Membri magħżula (il-Belġju, il-Bulgarija u l-Iżvezja) (8).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

4.7.

L- Anness 4.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-55 tranżazzjoni li eżaminajna, l-ebda waħda ma kienet milquta minn żbalji.

 

EŻAMINAR TAR-RAPPORTI ANNWALI TAL-ATTIVITÀ U TA' ELEMENTI OĦRA TAS-SISTEMI TA’ KONTROLL INTERN

4.8.

Kif spjegat fil-paragrafu 4.6, aħna għażilna u eżaminajna għadd ta’ sistemi. Il-kummenti li ġejjin ma jaffettwawx l-opinjoni globali tagħna dwar id-dħul tal-UE (ara l-Kapitolu 1), iżda fil-fatt huma jiġbdu l-attenzjoni għal oqsma li fihom il-kalkolu u l-ġbir tad-dħul jista’ jittejjeb aktar.

 

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżervi tal-ING u tal-VAT, u punti miftuħa tal-RPT

4.9.

Meta l-Kummissjoni tidentifika każijiet ta’ nuqqas potenzjali ta' konformità mar-regolamenti dwar ir-riżorsi proprji (9), hija timmarka d-data bħala miftuħa u suġġetta għal emendi. Għal każijiet li jikkonċernaw l-ING jew il-VAT, din il-proċedura tissejjaħ l-issettjar ta’ riżerva; għal każijiet li jikkonċernaw l-RPT, il-proċedura rilevanti tissejjaħ il-ħolqien ta’ punt miftuħ. Fi tmiem l-2016, żewġ riżervi tal-ING kienu pendenti. L-għadd ta’ riżervi tal-VAT u ta’ punti miftuħa tal-RPT kien simili għal dawk tas-snin preċedenti. L-għadd ta’ riżervi tal-ING, ta’ riżervi tal-VAT, u ta’ punti miftuħa tal-RPT, li kienu pendenti għal kull Stat Membru jingħata fl- Anness 4.2 . L-impatt ta’ dawn ir-riżervi u tal-punti miftuħa għad irid jiġi ddeterminat, u jista’ jwassal għal bidliet fil-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri.

 

L-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali taħt l-ESA 2010

4.10.

Id-DRP 2014 tistipula li, meta jiġi kkompilat l-ING għall-finijiet ta’ kalkolu tar-riżorsi proprji, jenħtieġ li jintuża l-qafas kontabilistiku ESA 2010 (10) u mhux il-qafas ESA 95 (11). Waħda mid-differenzi importanti bejn iż-żewġ oqfsa tikkonċerna kif jiġi ttrattat l-infiq relatat mar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż). Taħt il-qafas ESA 95, ir-R&Ż kien jitqies bħala nfiq kurrenti; taħt il-qafas ESA 2010, jiġi ttrattat bħala investiment (12). Kumpaniji multinazzjonali jistgħu faċilment jittrasferixxu assi tar-R&Ż bejn il-pajjiżi għal raġunijiet ekonomiċi jew fiskali.

 

4.11.

Aħna qabbilna l-previżjoni mad-data proviżorja dwar l-ING għall-Istati Membri kollha. Id-differenzi, ġeneralment, ma kinux sinifikanti. Madankollu, l-ING li ġie kkomunikat mill-Irlanda żdied b’mod sinifikanti ħafna fl-2015. Dan kien minħabba li kumpaniji multinazzjonali li kienu rrilokaw l-assi tar-R&Ż għal dan il-pajjiż (ara l- Kaxxa 4.4 ).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Kaxxa 4.4 — Rilokazzjonijiet tal-assi tar-R&Ż: l-impatt fuq il-kontijiet nazzjonali tal-Irlanda

F’Settembru 2016, l-Irlanda infurmat lill-Kummissjoni li l-ING tagħha kien żdied bi 23,9  % (+EUR 39,4  biljun) fl-2015. Dan kien ikkawżat minn għadd żgħir ta’ kumpaniji multinazzjonali li ttrasferew ammonti kbar ta’ assi intanġibbli għall-Irlanda. Dawn prinċipalment kienu jikkonsistu f’infiq ikkapitalizzat fuq ir-R&Ż, li jiġi rreġistrat fil-karta tal-bilanċ bħala prodotti ta' proprjetà intellettwali (PPI). L-ispeċifikazzjonijiet li jiffurmaw dawn il-PPI jintużaw bħala bażi għall-manifattura kkuntrattata f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.

Barra minn hekk, meta l-assi tar-R&Ż jiġu rilokati, il-kompilazzjoni tal-ING tkun aktar ikkumplikata minħabba l-fatturi li ġejjin:

L-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ residenza. Taħt l-ESA 2010, l-output relatat ma’ dawn l-assi jiġi rreġistrat fil-pajjiż fejn jinżamm il-kontroll effettiv tal-assi.

Il-valwazzjoni tal-assi. Fl-Irlanda, l-informazzjoni ġiet kontroverifikata mar-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji.

 

4.12.

Il-Kummissjoni rreaġiet fil-pront għaż-żieda fid-data dwar l-ING li l-Irlanda ppreżentat, u vverifikat ir-raġonevolezza tal-metodoloġija li ntużat għall-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali tal-Irlanda. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Istati Membri biex jimlew kwestjonarju dwar ir-R&Ż u dwar kwistjonijiet oħra relatati ma’ attivitajiet multinazzjonali. Ir-risposti tal-Istati Membri indikaw li ma kellhomx informazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni kellha biss informazzjoni limitata dwar kif dawn il-kwistjonjiet kienu ġew ittrattati fil-kompilazzjoni tal-ING.

4.12.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 4.11, 4.12 u 4.13.

Din il-kwistjoni kienet ta’ prijorità għolja u bħalissa qed tiġi ttrattata f’ċiklu ta’ verifika attwali.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tinvestiga xi ftit eżempji ta’ dan il-fenomenu. Kienet stabbilita Task Force ta’ livell għoli b’rappreżentanti tal-Istati Membri u wieħed mill-ewwel kompiti tagħha kien l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ “twissija bikrija”. L-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika se jkunu mistennija li jinformaw lill-Eurostat hekk kif isiru jafu b’każ ta’ ristrutturar importanti nazzjonali u se tkun stabbilita task force ad hoc tal-Istati Membri affettwati każ b’każ biex tiftiehem dwar aspetti metodoloġiċi u ta’ kumpilazzjoni tal-każ.

Is-suċċess ta’ din l-inizjattiva jiddependi fuq il-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-intrapriżi multinazzjonali nfushom u l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika, minn naħa, u l-kooperazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, fost l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika fl-Istati Membri differenti.

4.13.

Għalhekk, se jkun meħtieġ li l-Kummissjoni twettaq xogħol addizzjonali biex taċċerta l-implikazzjonijiet li attivitajiet multinazzjonali jista’ jkollhom fuq il-kontijiet nazzjonali, kemm f’termini ta’ metodoloġija kif ukoll tal-proċess ta’ verifikazzjoni. Billi d-data dwar l-ING li se tintuża għall-kalkolu tar-riżorsi proprji għall-perjodu mill-2010 ’l quddiem għadha mhijiex finali (13), il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għadhom suġġetti għal aġġustament.

Ġestjoni tal-RPT

4.14.

Kull Stat Membru jibgħat lill-Kummissjoni rapport ta’ kull xahar dwar id-dazji doganali u l-imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor li huwa jkun ġabar (il-kontijiet A), kif ukoll rapport ta' kull tliet xhur dwar id-dazji stabbiliti li ma jkunux inklużi fil-kontijiet A (il-kontijiet B).

 

4.15.

Aħna eżaminajna l-ġbir ta’ RPT fil-Belġju, fil-Bulgarija u fl-Iżvezja. Aħna ffukajna l-analiżi tagħna fuq: il-kompilazzjoni tal-kontijiet A; il-proċeduri għall-ġbir tal-ammonti rreġistrati fil-kontijiet B; u l-awditi a posteriori (ara l-paragrafu 4.6). Aħna ma identifikajniex problemi sinifikanti fil-kompilazzjoni tal-kontijiet A, iżda osservajna nuqqasijiet rikorrenti fil-ġestjoni tal-kontijiet B (14).

4.15.

Filwaqt li l-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom bżonn li b’mod diliġenti jimmaniġġjaw l-affarijiet tagħhom fil-kontabilità B, huwa evidenti li, f’kont ta’ dan it-tip, repożitorju ta’ każijiet problematiċi, dejjem ikun hemm riskju ta’ nuqqasijiet. Din hija r-raġuni għaliex kull spezzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tinkludi eżami tal-kont B għall-uffiċċju(i) doganali spezzjonat(i). Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri mal-Istati Membri kkonċernati.

4.16.

Il-merkanzija tista’ tkun suġġetta għal kontrolli doganali wara li tkun ġiet approvata għal ċirkolazzjoni libera fl-UE kollha (għall-kuntrarju ta’ kontrolli li jitwettqu fil-mument meta tiġi importata). Din il-proċedura tissejjaħ kontroll a posteriori, kategorija li tinkludi l-awditi a posteriori.

 

4.17.

Bħal fis-snin preċedenti (15), aħna sibna dgħufijiet fil-mod kif l-Istati Membri jidentifikaw u jagħżlu importaturi biex ikunu suġġetti għal awditi a posteriori, kif ukoll fil-mod kif dawn l-awditi jitwettqu. L-Iżvezja u l-Bulgarija kienu ssettjaw il-qafas tagħhom ta’ kontrolli a posteriori skont il-gwida tal-Kummissjoni għall-awditjar doganali. Madankollu, fil-Belġju, il-kontrolli a posteriori ntgħażlu fuq il-bażi tal-karatteristiċi ta’ tranżazzjonijiet individwali, u mhux fuq il-profili ta’ riskju tal-kumpaniji; u aħna osservajna li l-awditi a posteriori ġeneralment ma twettqux.

4.17.

Fl-ispezzjonijiet tradizzjonali tagħha tar-riżorsi proprji, il-Kummissjoni dejjem tirrakkomanda lill-Istati Membri li jsegwu l-Gwida għall-Awditjar Doganali tal-Kummissjoni, inkluż fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli ta’ wara r-rilaxx tagħhom. Se tkompli tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jagħmlu hekk. In-nuqqas ta’ awditi ta’ wara r-rilaxx fil-Belġju qed jiġi segwit mal-awtoritajiet nazzjonali.

Il-Kummissjoni qed tkompli taħdem mal-Istati Membri fuq dan it-titjib tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju komuni għall-kontrolli doganali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riskji finanzjarji f’konformità mal-Istrateġija tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-ġestjoni tar-riskju doganali. Ġew stabbiliti gruppi ta’ proġett biex jiżviluppaw kriterji ta’ riskju komuni tal-UE u standards għal riskji finanzjarji, u biex tiġi eżaminata l-possibbiltà li tiġi stabbilita iktar gwida dwar l-awditi ta’ wara r-rilaxx dwar kwistjonijiet imqajma mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA). Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 4.18.

4.18.

F’Lulju 2016 (16), il-Kummissjoni osservat li sitt Stati Membri (17) jew ma wettqux awditi a posteriori jew inkella ma pprovdew ebda informazzjoni dwar dawn l-awditi (18). Dawn l-Istati Membri kienu jirrappreżentaw madwar 20 % tad-dazji doganali kollha li nġabru fl-UE.

4.18.

Il-Kummissjoni tipprovdi regolarment kjarifiki metodoloġiċi fl-Istati Membri kollha, tinsisti fuq rappurtar preċiż u affidabbli u, meta jkun meħtieġ, tistedinhom biex jipprovdu l-informazzjoni nieqsa u/jew jikkjarifikaw l-informazzjoni pprovduta. Il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta r-rapporti tal-Istati Membri magħmula taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 608/2014 u se tenfasizzalhom il-ħtieġa li jwettqu kontrolli xierqa, inklużi awditi ta’ wara r-rilaxx.

Il-Kummissjoni se tqajjem kwistjonijiet ġodda msemmija fl-osservazzjonijiet 4.17 u 4.18 mal-Istati Membri fil-kuntest tal-ħidma kontinwa msemmija taħt 4.17

Il-kalkoli, mill-Kummissjoni, tal-kontribuzzjonijiet miż-ŻEE/mill-EFTA u tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri wara d-dħul fis-seħħ tad-DRP 2014

4.19.

Aħna ma sibna ebda problema sinifikanti f’dak li jirrigwarda l-kalkolu mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri wara d-dħul fis-seħħ tad-DRP 2014. Madankollu, aħna identifikajna żbalji żgħar fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni miż-ŻEE/mill-EFTA għall-2016. L-iżbalji li aħna sibna huma simili għal dawk li sibna s-sena li għaddiet (19).

4.19.

Ġie stabbilit rieżami intern tas-sistema tal-kalkolu tar-riżultat taż-ŻEE/EFTA f’April 2017 sabiex jiġu evitati l-iżbalji f’sejħiet futuri għal fondi.

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

4.20.

L-informazzjoni pprovduta fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2016 ippubblikati mid-DĠ Baġit u mill-Eurostat tikkorrobora l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħna. Aħna nosservaw li d-DĠ Baġit kien għamel riżerva dwar RPT li ma nġabrux mir-Renju Unit. Dan kien ir-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet mill-OLAF dwar il-valwazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ tessuti u ta’ żraben miċ-Ċina; l-OLAF ħareġ ir-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu f’Marzu 2017. L-ammont ta’ RPT li għalih tapplika r-riżerva għad irid jiġi kkonfermat fuq il-bażi ta’ informazzjoni li għandha tingħata mir-Renju Unit.

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

4.21.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fid-dħul ma kienx materjali. Fl-opinjoni tagħna, is-sistemi relatati mad-dħul li aħna eżaminajna kienu globalment effettivi. Il-kontrolli interni ewlenin tal-RPT li aħna vvalutajna f’ċerti Stati Membri kienu parzjalment effettivi.

 

Rakkomandazzjonijiet

4.22.

L- Anness 4.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna tal-ħames rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (20). Il-Kummissjoni kienet implimentat żewġ rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ, filwaqt li tlieta kienu ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti.

 

4.23.

Ibbażat fuq dan l-eżaminar u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tanalizza, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-implikazzjonijiet potenzjali kollha ta’ attivitajiet multinazzjonali fuq l-istima tal-ING u tipprovdilhom gwida dwar kif dawn l-attivitajiet għandhom jiġu ttrattati fil-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Diġà għaddej ix-xogħol biex l-Istati Membri jkunu mħeġġa jżidu l-prijorità ta’ din il-ħidma u, b’mod partikolari, jagħmlu profil ta’ intrapriżi multinazzjonali kbar. Il-Kummissjoni se tipprovdi gwida u, jekk meħtieġ, jiġu stabbiliti r-riżervi. Jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġiba komuni għall-paragrafi 4.11, 4.12 u 4.13.

Rakkomandazzjoni 2: tikkonferma, matul iċ-ċiklu attwali ta’ verifikazzjoni tal-ING, li l-assi tar-R&Ż tniżżlu b’mod korrett fil-kontijiet nazzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari għall-valwazzjoni tal-assi tar-R&Ż u għall-kriterji ta’ residenza f’każijiet fejn l-attivitajiet multinazzjonali jkunu ġew rilokati.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Tingħata attenzjoni kbira lir-R&Ż attwali taċ-ċiklu kurrenti tal-verifika. L-implimentazzjoni tar-regoli rilevanti tal-ESA 2010 qiegħda tiġi kontrollata fid-dettall għall-Istati Membri kollha, inkluż l-impatt tal-globalizzazzjoni.


(1)  Il-kalkolu inizjali huwa bbażat fuq l-ING previst. Id-differenzi bejn l-ING previst u dak finali jiġu aġġustati fis-snin sussegwenti, u jaffettwaw id-distribuzzjoni tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri, aktar milli l-ammont totali li jinġabar.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(3)  Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri ġew ikkalkulati mill-ġdid filwaqt li ttieħed kont ta’ dan li ġej:

Rata mnaqqsa ta’ 0,15 % għall-ġbir tal-VAT tapplika għall-Ġermanja, in-Netherlands, u l-Iżvezja, filwaqt li r-rata għall-ġbir tal-VAT għall-Istati Membri l-oħra tibqa’ 0,3 %.

Tnaqqis ta’ ammonti fissi fil-pagamenti bbażati fuq l-ING ngħataw lill-Awstrija, lid-Danimarka, lin-Netherlands u lill-Iżvezja.

Ir-rata ta' żamma tal-RPT miġbur tnaqqset għal 20 % (mir-rata preċedenti ta’ 25 %).

Għall-finijiet tar-riżorsi proprji, l-ING jiġi kkalkulat skont l-ESA 2010 (qabel kienet tintuża l-ESA 95). Ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna.

(4)  Ordni ta’ rkupru hija dokument li fih il-Kummissjoni tirreġistra l-ammonti li jkunu dovuti lilha.

(5)  Il-punt tat-tluq tagħna kien id-data maqbula dwar l-ING u l-bażi armonizzata tal-VAT imħejjija mill-Istati Membri. Aħna ma ttestjajniex direttament l-istatistika u d-data li l-Kummissjoni u l-Istati Membri pproduċew.

(6)  L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jikkontribwixxu għall-baġit tal-UE taħt il-ftehim ŻEE. L-Iżvizzera tikkontribwixxi wkoll għall-baġit tal-UE taħt ftehimiet differenti.

(7)  L-awditu tagħna uża data mis-sistemi għall-kontabilizzazzjoni tal-RPT tal-Istati Membri miżjura. Aħna ma stajniex nawditjaw importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li kienu nqabżu mis-sorveljanza doganali.

(8)  Dawn it-tliet Stati Membri ntgħażlu fuq bażi ta’ rotazzjoni, filwaqt li ttieħed inkunsiderazzjoni d-daqs tal-kontribuzzjoni tagħhom.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39) u r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29).

(10)  L-ESA (sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali) 2010 huwa l-qafas kontabilistiku l-aktar ġdid tal-UE, li huwa kompatibbli fuq livell internazzjonali. Huwa jintuża biex tinħoloq deskrizzjoni sistematika u dettaljata ta’ ekonomija. Ara r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/1996 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).

(12)  Il-bidla fir-regoli dwar il-kontijiet nazzjonali (mill-ESA 95 għall-ESA 2010) dwar it-trattament tar-R&Ż wassal għal żieda fl-ING tal-Istati Membri. Skont stima reċenti li saret mill-Kummissjoni, iż-żieda medja fl-ING iddikjarat b’riżultat ta’ dawn il-bidliet kienet ta’ 2,0 %.

(13)  Din id-data hija suġġetta għal reviżjoni għal erba’ snin, u wara dan il-perjodu ssir preskritta, dment il-Kummissjoni ma toħroġx riżervi.

(14)  Ara l-paragrafu 4.18 tar-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 4.22 tar-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 2.16 tar-Rapport Annwali 2013, u l-paragrafi 2.32 u 2.33 tar-Rapport Annwali 2012.

(15)  Ara l-paragrafi 4.15 u 4.16 tar-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 4.19 tar-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 2.14 tar-Rapport Annwali 2013, u l-paragrafu 2.31 tar-Rapport Annwali 2012.

(16)  Fil-laqgħa tal-KKRP li saret fis-7 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ppreżentat informazzjoni dwar ir-rapporti tal-Istati Membri għall-2015 skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament dwar ir-riżorsi proprji (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1)).

(17)  Il-Belġju, l-Estonja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja.

(18)  F’rapporti preċedenti, aħna rrakkomandajna (ara r-Rakkomandazzjonijiet 3 u 4 tar-Rapport Annwali 2013, u r-Rakkomandazzjoni 3 tar-Rapport Annwali 2014) li l-Kummissjoni ttejjeb il-gwida eżistenti dwar l-awditi a posteriori u tħeġġeġ l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri. Għalkemm il-Kummissjoni għamlet xi progress f’dan il-qasam, ir-rakkomandazzjonijiet tagħna għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

(19)  Ara l-paragrafu 4.20 tar-Rapport Annwali 2015.

(20)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(1)  Dan l-ammont jirrappreżenta d-dħul fil-baġit tal-UE. L-ammonti fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja huma ppreżentati b’mod differenti, bl-użu tas-sistema bbażata fuq id-dovuti. B'riżultat tal-użu ta’ din is-sistema, id-dħul tal-UE huwa ddikjarat bħala EUR 146,2 biljun fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja.

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

ANNESS 4.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

55

55

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

0,0  %

0,0  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

0,0  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

0,0  %

 

ANNESS 4.2

GĦADD TA' RIŻERVI TAL-ING, TA’ RIŻERVI TAL-VAT U TA’ PUNTI MIFTUĦA TAL-RPT, LI KIENU PENDENTI FIL-31.12.2016, SKONT L-ISTAT MEMBRU

Stat Membru

Riżervi tal-ING (sitwazzjoni fil-31.12.2016)

Riżervi tal-VAT (sitwazzjoni fil-31.12.2016)

“Punti miftuħa” tal-RPT (sitwazzjoni fil-31.12.2016)

Il-Belġju

0

4

29

Il-Bulgarija

0

2

4

Ir-Repubblika Ċeka

0

0

6

Id-Danimarka

0

3

19

Il-Ġermanja

0

8

8

L-Estonja

0

1

2

L-Irlanda

0

12

12

Il-Greċja

2

8

26

Spanja

0

1

26

Franza

0

5

26

Il-Kroazja

0

1

0

L-Italja

0

4

18

Ċipru

0

1

5

Il-Latvja

0

2

2

Il-Litwanja

0

0

0

Il-Lussemburgu

0

10

1

L-Ungerija

0

1

8

Malta

0

0

2

In-Netherlands

0

5

46

L-Awstrija

0

10

6

Il-Polonja

0

4

8

Il-Portugall

0

0

20

Ir-Rumanija

0

2

16

Is-Slovenja

0

0

4

Is-Slovakkja

0

0

2

Il-Finlandja

0

4

10

L-Iżvezja

0

3

7

Ir-Renju Unit

0

4

22

TOTAL fil-31.12.2016

2

95

335

TOTAL fil-31.12.2015

55

85

325

Riżervi tal-ING li huma speċifiċi għall-proċessi mhumiex inklużi fit-tabella.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

ANNESS 4.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAD-DĦUL

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Rakkomandazzjoni 1:

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu aktar kjarifika dwar il-metodoloġiji li jużaw għall-kompilazzjoni ta’ data fil-qasam tal-ekonomija li ma tidhirx u biex jippromwovu l-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam.

X

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2:

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmonitorja mill-qrib pjan ta’ azzjoni dettaljat bi stadji importanti ċari biex tindirizza l-problemi fil-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali tal-Greċja.

X

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3:

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tal-analiżi tar-riskju għall-awditi doganali a posteriori, inkluż il-bini fuq l-informazzjoni fid-database eżistenti ta’ importazzjonijiet, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimmiraw aħjar lejn importaturi riskjużi.

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 4:

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-gwida eżistenti, u timmonitorja l-implimentazzjoni ta' awditi a posteriori tal-Istati Membri.

 

X

 

 

 

 

Il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta r-rapporti tal-Istati Membri magħmula taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 608/2014 u se tenfasizzalhom il-ħtieġa li jwettqu kontrolli xierqa, inklużi awditi ta’ wara r-rilaxx. Fl-ispezzjonijiet tradizzjonali tagħha tar-riżorsi proprji, il-Kummissjoni dejjem tirrakkomanda lill-Istati Membri li jsegwu l-Gwida għall-Awditjar Doganali tal-Kummissjoni. Fl-ispezzjonijiet tagħha fl-2017 il-Kummissjoni kienet qed titlob lill-Istati Membri biex jikkonfermaw li huma jużaw il-Gwida fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli ta’ wara r-rilaxx tagħhom. Ir-rakkomandazzjoni tirreferi għal proċess kontinwu li l-Kummissjoni tkompli ssegwi.

2013

Rakkomandazzjoni 5:

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw b’mod korrett il-kontijiet A u B u biex jiżguraw li dawn ikunu kompleti u korretti b’mod evidenti.

 

X

 

 

 

 

Taħt il-qafas ġuridiku attwali, it-twettiq ta’ kontrolli huwa kompetenza tal-Istat Membru. Fl-ispezzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jużaw b’mod korrett il-kontijiet A u B, u se tkompli taħmel hekk. Hi se tkompli teżamina l-użu tal-kontijiet A u B matul l-ispezzjonijiet tagħha u se titlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn ikunu kompluti u korretti.


KAPITOLU 5

“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

WERREJ

Introduzzjoni 5.1-5.6
Deskrizzjoni qasira ta’ “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” 5.2-5.5
Ambitu u approċċ tal-awditjar 5.6
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 5.7-5.27
Is-sors prinċipali ta’ żbalji kwantifikabbli huwa r-rimborż ta’ spejjeż ineliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarji 5.9-5.11
Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji mhux kwantifikabbli kienu jikkonċernaw proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni 5.12
Orizzont 2020: titkompla s-simplifikazzjoni iżda jeħtieġ li jsiru sforzi ulterjuri 5.13-5.19
Ir-rapporti annwali tal-attività kkorroboraw is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna, iżda sibna li ntużaw approċċi differenti fil-preżentazzjoni tar-rati ta’ żball u l-ammonti f’riskju 5.20-5.23
Servizz tal-Awditjar Komuni: jeħtieġ li jsiru sforzi sinifikanti għat-titjib tal-proċessi ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għall-programm Orizzont 2020 5.24-5.27
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 5.28-5.31
Konklużjoni 5.28-5.29
Rakkomandazzjonijiet 5.30-5.31
Parti 2 — Kwistjonijiet ta’ prestazzjoni fi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni 5.32-5.35
Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom 5.34-5.35

Anness 5.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

Anness 5.2 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

Anness 5.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għas-subintestatura tal-QFP“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”. Il- Kaxxa 5.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din is-subintestatura fl-2016.

 

Kaxxa 5.1 —   Subintestatura 1a tal-QFP — “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” – ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

18,5

- pagamenti bil-quddiem  (18)

12,2

+ approvazzjonijiet ta’ pagamenti bil-quddiem  (18)

8,9

Popolazzjoni awditjata, total

15,2

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

5.2.

L-objettivi tal-politika taħt din is-subintestatura jinkludu t-titjib tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-tisħiħ tas-sistemi tal-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-impjieg, l-iżgurar ta’ suq uniku diġitali, il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, l-immodernizzar tas-settur tat-trasport u t-titjib tal-ambjent tan-negozju, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

 

5.3.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni jirrappreżentaw 59 % tal-infiq, li sar permezz tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku 2007-2013 (is-“Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka”) u Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020 (“Orizzont 2020”).

 

5.4.

Il-biċċa l-kbira mill-infiq huwa f’forma ta’ għotjiet lil benefiċjarji pubbliċi jew privati li jipparteċipaw fi proġetti. Il-Kummissjoni tipprovdi pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji mal-iffirmar ta’ ftehim ta’ għotja jew ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament. Hija mbagħad tirrimborża l-ispejjeż iffinanzjati mill-UE li jiġu ddikjarati mill-benefiċjarji, wara li tnaqqas minnhom il-pagamenti bil-quddiem li jkunu tħallsu.

 

5.5.

Ir-riskju prinċipali għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż ineliġibbli li la jinqabdu u lanqas ma jiġu kkoreġuti qabel ma l-Kummissjoni tirrimborżahom. Dan ir-riskju huwa partikolarment għoli għas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, li għandu regoli ta’ eliġibbiltà kumplessi u li spiss jiġu miżinterpretati mill-benefiċjarji (speċjalment dawk li huma inqas familjari mar-regoli, bħal SMEs, dawk li jipparteċipaw għall-ewwel darba u entitajiet ta’ pajjiż terz).

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

5.6.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , fl-2016 aħna eżaminajna dan li ġej għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”:

 

(a)

kampjun ta’ 150 tranżazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 7 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din is-subintestatura tal-QFP. Huwa kien jikkonsisti fi 92 tranżazzjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni (79 għas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u 13 għal Orizzont 2020) u 58 tranżazzjoni għal programmi u attivitajiet oħra;

 

(b)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) u tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport (DĠ MOVE) ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet globalment konsistenti mar-riżultati tagħna (1);

 

(c)

l-awditu, imwettaq fl-2016 mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS), tal-progress li sar mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-awditi ex post tagħha tal-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

5.7.

L- Anness 5.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-150 tranżazzjoni li eżaminajna, 74 (49 %) kien fihom żbalji. Abbażi tat-48 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 4,1  % (2).

5.7.

Il-livell stmat ta’ erruri rrappurtati mill-QEA huwa indikatur wieħed tal-effettività tal-implimentazzjoni tan-nefqa tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha strateġija ta’ kontroll pluriennali. Fuq din il-bażi, is-servizzi tagħha jikkalkulaw rata ta’ erruri residwi, li tqis l-irkupri, il-korrezzjonijiet u l-effetti tal-kontrolli u l-awditi kollha tagħhom matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm.

5.8.

Il- Kaxxa 5.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016. Aħna qbadna żbalji kwantifikabbli li kienu relatati ma’ spejjeż ineliġibbli fi 37 mit-92 tranżazzjoni li kkampjunajna fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, u dawn kienu jirrappreżentaw kważi 90 % tal-livell ta’ żball stmat minna għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” fl-2016.

 

Kaxxa 5.2 —   Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji seħħew fi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Is-sors prinċipali ta’ żbalji kwantifikabbli huwa r-rimborż ta’ spejjeż ineliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarji

5.9.

Sitta mill-iżbalji kkwantifikati kienu jaqbżu l-20 % tal-valur korrispondenti tat-tranżazzjonijiet (ara l- Anness 5.2 ). Dawn is-sitt każijiet kienu kollha jikkonċernaw spejjeż għall-persunal li kienu ineliġibbli u li ġew iddikjarati mill-benefiċjarji fi proġetti taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka.

5.9.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 5.9 u 5.10

Fil-proġetti tar-riċerka u tal-innovazzjoni, l-ispejjeż tal-persunal jagħmlu l-parti l-kbira tal-ispejjeż tal-proġetti. Sabiex takkomoda d-diversità tal-istrutturi tal-ispejjeż fil-qasam tar-riċerka Ewropea, saret għażla konxja li jiġu rrimborżati dawn il-kategoriji ta’ spejjeż fuq il-bażi tal-ispejjeż reali, minflok spejjeż unitarji jew rati fissi. Din hija r-raġuni għaliex huma suxxettibbli għal żbalji, kif jidher fil-Kaxxa 5.2. L-Orizzont 2020 nibet sabiex jittratta, sa fejn possibbli, dawn is-sorsi ta’ erruri permezz ta’ introduzzjoni ta’ għadd ta’ simplifikazzjonijiet (ara l-paragrafu 5.12).

5.10.

Mit-58 tranżazzjoni kkampjunati għal programmi u attivitajiet oħra, aħna qbadna żbalji kwantifikabbli fi 8 minnhom. L-iżbalji kienu relatati ma’ ksur tar-regoli ta’ eliġibbiltà mill-benefiċjarji, bħal spejjeż għall-persunal li ġew ikkalkulati b’mod skorrett u d-dikjarazzjoni ta’ spejjeż mingħajr evidenza ta’ sostenn jew ta’ spejjeż li ġġarrbu barra mill-perjodu tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż (3).

5.11.

F’19-il każ fejn saru żbalji kwantifikabbli mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti (4) kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jaċċettaw l-infiq. Li kieku l-Kummissjoni jew l-awdituri indipendenti għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b’1,2  punti perċentwali (5).

5.11.

Il-Kummissjoni għandha sistema soda ta’ kontrolli ex ante fis-seħħ li tinkludi listi ta’ kontroll awtomatizzati dettaljati, gwida bil-miktub u taħriġ kontinwu. It-titjib ta’ din is-sistema mingħajr ma jiġi impost piż amministrattiv addizzjonali fuq il-benefiċjarji, u filwaqt li jiġi assigurat li l-pagamenti lir-riċerkaturi jsiru fil-ħin, hija sfida kostanti. Is-sejbiet tal-QEA ġew u se jintużaw sabiex isir aktar titjib fil-kontrolli ex ante.

Fir-rigward tal-awdituri indipendenti li jiċċertifikaw il-pretensjonijiet tal-ispejjeż, li jammontaw għal 15 mid-19-il każ imsemmija mill-QEA, din hija kwistjoni magħrufa sew, trattata f’rapporti preċedenti. Sabiex tkompli fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-QEA, il-Kummissjoni organizzat sensiela ta’ laqgħat immirati għall-benefiċjarji u għall-awdituri indipendenti li jiċċertifikaw sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-aktar erruri komuni. Barra minn hekk, ingħata feedback lill-awdituri li jiċċertifikaw li għamlu erruri, u ġie pprovdut mudell aktar didattiku għaċ-ċertifikati tal-awditi fl-Orizzont 2020. Għar-riċerka, iċ-ċertifikati tal-awditi huma stmati li jnaqqsu r-rata ta’ erruri b’50 % meta mqabbla mal-pretensjonijiet mhux iċċertifikati. Għaldaqstant, filwaqt li huwa rikonoxxut li ma jidentifikawx kull errur, huma għodda importanti sabiex titnaqqas ir-rata ta’ erruri ġenerali.

Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji mhux kwantifikabbli kienu jikkonċernaw proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni

5.12.

Fost il-150 tranżazzjoni kkampjunati, aħna sibna wkoll 61 każ ta’ żbalji mhux kwantifikabbli li kienu relatati ma’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ finanzjament (6). Fil-biċċa l-kbira, dawn il-każijiet kienu jikkonċernaw proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni u kienu relatati prinċipalment ma’ dgħufijiet fis-sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-ħin użati mill-benefiċjarji u ma’ dewmien fid-distribuzzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE mill-koordinatur ta’ proġett lill-parteċipanti l-oħra tal-proġett. Għalkemm f’xi każijiet kien hemm raġunijiet komprensibbli għad-dewmien, kull dewmien bħal dan fit-trasferiment tal-kontribuzzjoni tal-UE jista’ jkollu konsegwenzi finanzjarji serji għall-benefiċjarji, speċjalment għall-SMEs (7).

5.12.

Il-Kummissjoni tqis li jkun aħjar jekk it-trasferiment ta’ fondi bejn il-membri tal-konsorzju jkun ġestit fil-konsorzju.

Il-Kummissjoni fakkret lill-koordinaturi bl-obbligu tagħhom biex jittrasferixxu l-fondi minnufih u meta jiġi individwat xi każ ta’ dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi, jew ikun hemm ilment dwar din il-kwistjoni, il-prattika standard tal-Kummissjoni hija li tagħmel segwitu mal-koordinatur tal-proġett għar-raġunijiet ta’ dan id-dewmien.

Orizzont 2020: titkompla s-simplifikazzjoni iżda jeħtieġ li jsiru sforzi ulterjuri

5.13.

Aħna konna osservajna qabel li l-programm Orizzont 2020 twaqqaf b’regoli ta’ finanzjament li kienu aktar sempliċi minn dawk għas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u li l-Kummissjoni investiet sforzi konsiderevoli biex tnaqqas il-kumplessità amministrattiva (8).

 

5.14.

Is-simplifikazzjoni hija importanti għaliex tnaqqas il-piż amministrattiv. Fl-2016, il-Kummissjoni ressqet miżuri ulterjuri ta’ simplifikazzjoni: definizzjoni ġdida ta’ rimunerazzjoni addizzjonali għar-riċerkaturi; razzjonalizzazzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 għall-2018-2020; appoġġ immirat għal intrapriżi li jkunu għadhom kemm jibdew u għal innovaturi; u użu aktar mifrux ta’ finanzjament f’forma ta’ somma f’daqqa għal proġetti. Dawn il-miżuri jikkostitwixxu titjib meta mqabbla ma’ programmi qafas ta’ qabel.

 

5.15.

Miżuri ta’ simplifikazzjoni huma maħsuba biex inaqqsu r-riskji ta’ inċertezza legali u ta’ trattament inkonsistenti tal-benefiċjarji. Din kienet problema rikorrenti fil-programmi qafas preċedenti, u aħna naraw li hemm opportunitajiet biex il-qafas legali jiġi ssimplifikat aktar.

5.15.

Is-simplifikazzjoni huwa proċess kontinwu. Il-ħolqien ta’ Ċentru ta’ Appoġġ Komuni huwa azzjoni ewlenija li għandha l-għan li tiġi żgurata ċertezza legali u trattament konsistenti tal-benefiċjarji.

5.16.

F’Lulju 2016 il-Kummissjoni ppubblikat regoli rriveduti għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal, iżda s-sors prinċipali ta’ gwida, jiġifieri “Mudell tal-Ftehim tal-Għotja Annotat” (Annotated Model Grant Agreement), ma ġiex aġġornat qabel Novembru 2016. Ir-regoli rriveduti jinkludu formula kkumplikata li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ xi spejjeż għall-persunal; din iżżid il-kumplessità għall-benefiċjarji. Aħna sibna li, fil-prattika, l-applikazzjoni korretta tal-formula xorta waħda tista’ tirriżulta f’sitwazzjoni fejn il-benefiċjarji jiddikjaraw aktar spejjeż milli jkunu tassew ġarrbu.

5.16.

L-għażla l-ġdida biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż tal-persunal introdotta fl-allokazzjonijiet tal-Orizzont 2020 kienet maħsuba biex jiġu ssodisfati t-talbiet ripetuti tal-parteċipanti, b’mod partikolari biex tippermettilhom jużaw il-prattiki tas-soltu biex jikkontabilizzaw l-ispejjeż b’mod aktar faċli. Hemm ukoll għażla sempliċi disponibbli għall-benefiċjarji kollha. Dawn il-kalkoli huma soġġetti għal salvagwardja addizzjonali, li hija li l-benefiċjarji jridu jiżguraw li jiġi rispettat l-ammont totali tal-ispejjeż tal-persunal (għal kull persuna/kull sena) iddikjarati fl-allokazzjonijiet tal-UE u tal-Euratom.

Il-Kummissjoni ppubblikat fil-25 ta’ Awwissu 2016 fuq il-Portal tal-Parteċipanti mistoqsijiet u tweġibiet bi spjegazzjonijiet u eżempji dwar kif għandhom japplikaw għall-għażla l-ġdida għall-ispejjeż tal-persunal.

5.17.

Ir-regoli ġew issimplifikati wkoll fir-rigward tal-użu ta’ konsulenti, u dan kien sors ieħor ta’ żball fis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka (9). Madankollu, il-bidla fir-regoli rriżultat f’inqas flessibbiltà għall-benefiċjarji: skont is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, kemm persuni fiżiċi kif ukoll entitajiet ġuridiċi jidħlu fid-definizzjoni ta’ konsulenti interni, filwaqt li skont il-programm Orizzont 2020 huma persuni fiżiċi biss li jistgħu jitqiesu bħala konsulenti interni.

5.17.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-użu ta’ konsulenti għal persuni (fiżiċi) fuq il-bażi tal-esperjenza tal-FP7. Fl-FP7 xi spejjeż għall-konsulenti, iddikjarati bħala spejjeż diretti tal-persunal, instab li kienu ineliġibbli matul il-verifiki.

Ir-regoli tal-Orizzont 2020 dwar konsulenti interni huma eħfef u aktar ċari. Huma jagħtu kas, sa ċertu punt, l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tal-Istati Membri. L-entitajiet ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza jistgħu jiġu rreġistrati bħala spejjeż ta’ subkuntrattar.

5.18.

Il-“Mudell tal-Ftehim tal-Għotja Annotat” evolva f’dokument dettaljat ħafna ta’ aktar minn 700 paġna. Għal żewġ proġetti ta’ Orizzont 2020, aħna sibna li l-Kummissjoni approvat ftehimiet ta’ għotja fejn xi wħud mill-klawżoli meħtieġa kienu nieqsa jew kienu fformulati b’mod skorrett, u dan żied l-inċertezza legali.

5.18.

Il-Ftehim tal-Allokazzjoni Annotat (Annotated Grant Agreement, AGA) jiġbor f’dokument uniku l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa dwar id-dispożizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-Orizzont 2020. Skont l-FP7 dawk l-ispjegazzjonijiet kienu mifruxa tul bosta dokumenti li jammontaw għal aktar minn 1 000 paġna. L-AGA jkopri 24 allokazzjoni. Madankollu, il-benefiċjarji ma għandhomx bżonn jaqraw id-dokument kollu, iżda jirreferu biss għall-Artikoli jew il-partijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni taċċetta li kien hemm xi erruri minuri f’għadd żgħir tal-ewwel Ftehimiet tal-Allokazzjoni tal-Orizzont 2020. Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib tal-aspetti prattiċi tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-allokazzjoni tal-Orizzont 2020 (il-proċessi tal-IT, il-proċessi tan-negozju, eċċ.) u taġġorna kontinwament is-sistema tal-IT u tħarreġ lill-persunal tagħha bil-għan li jiġu evitati l-iżbalji meta jiġu ffirmati u implimentati l-ftehimiet tal-għotja.

5.19.

Bħalma konna osservajna qabel, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), minkejja li implimenta proġetti bl-użu ta’ fondi tal-programm Orizzont 2020, jibqa’ barra mill-qafas komuni ta’ ġestjoni u kontroll tal-Kummissjoni għall-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni (10). F’xi każijiet, l-EIT japplika kundizzjonijiet li huma differenti mir-regoli tal-programm Orizzont 2020. Pereżempju, taħt ir-regoli ta’ dan il-programm, il-benefiċjarji jistgħu jużaw awditur indipendenti tal-għażla tagħhom biex jiċċertifika l-ispejjeż li jiddikjaraw, filwaqt li l-EIT jaħtar l-awditur estern proprju tiegħu.

5.19.

Mill-Ftehimiet tal-Għotja bejn l-IET u l-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (Knowledge and Innovation Communities, KIC) huma bbażati fuq il-mudell tal-ftehim ta’ għotja tal-Orizzont 2020. Il-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tal-IET, issorveljat mill-Kummissjoni, jassigura l-konformità ma’ dawn ir-regoli.

L-obbligu li jiġi ppreżentat ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji jiġi applikat matul il-programm kollu tal-infrastruttura. Iċ-ċentralizzazzjoni tal-akkwist taċ-ċertifikati tal-awditjar hija soluzzjoni prattika adatta għas-sitwazzjoni partikolari tal-IET. Dan inaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u jista’ jżid l-assigurazzjoni miksuba fl-istess ħin, l-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu preċedenti tal-QEA.

Ir-rapporti annwali tal-attività kkorroboraw is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna, iżda sibna li ntużaw approċċi differenti fil-preżentazzjoni tar-rati ta’ żball u l-ammonti f’riskju

5.20.

Ir-rapporti annwali tal-attività li eżaminajna taw valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja eżerċitata minn dawn id-DĠ f’dak li jirrigwarda r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u l-informazzjoni pprovduta kienet tikkorrobora s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna. Pereżempju, ir-rapporti tad-DĠ kollha li jimplimentaw infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni jinkludu riżerva fuq pagamenti għar-rimborż ta’ klejms għall-ispejjeż taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka.

5.20.

Il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-valutazzjoni tal-QEA.

5.21.

Għalkemm l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti li eżaminajna kienet tikkorrobora s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna, aħna sibna li ntużaw approċċi differenti għall-kalkolu tar-rati ta’ żball għal xi partijiet mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka. Għas-sottoprogrammi relatati ma’ spazju u sigurtà, id-DĠ Grow u d-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni kkalkula rata tal-iżball residwu kkombinata, filwaqt li għall-parti tal-baġit tal-istess sottoprogrammi ddelegati lir-REA, l-Aġenzija Eżekuttiva kkalkulat rati tal-iżball residwu speċifiċi għal kull sottoprogramm.

5.21.

Kull Direttorat Ġenerali jew servizz ikun mitlub li jistma r-rata tal-erruri residwi fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu.

L-AER jiġġestixxi tliet programmi, kull wieħed b’karatteristiċi ta’ riskju inerenti differenti. Għalhekk huwa normali li jikkunsidra kull sottoprogramm b’mod differenti meta wieħed iqis ir-rata tal-errur residwu f’kull wieħed minnhom.

5.22.

Għas-sottoprogrammi “Marie Curie” u “Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs”, il-Kummissjoni użat rata ta’ żball ibbażata mhux biss fuq ir-riżultati tal-awditi ex post tagħha magħżula b’mod aleatorju, iżda wkoll fuq ir-riżultati tal-awditi mmirati li wettqet tal-benefiċjarji li rċevew l-ogħla ammonti ta’ fondi. Għas-sottoprogramm “Marie Curie”, dan l-approċċ ta rata ta’ żball ta’ 1,2  %, filwaqt li r-rata ta’ żball ibbażata biss fuq l-awditi magħżula b’mod aleatorju kienet tkun ta’ 4,1  %.

5.22.

L-AER fir-Rapport ta’ Attività Annwali tagħha spjegat fuq fuq għaliex inkludiet l-awditi tal-benefiċjarji ewlenin. Madwar 15 % tal-benefiċjarji maġġuri kklassifikati fl-ewwel postijiet (f’termini tal-valur tal-parteċipazzjoni tagħhom) jammontaw għal 80 % tal-baġit tal-Azzjonijiet Marie Curie (Marie-Curie Actions, MCA). Bħala riżultat, l-inklużjoni tal-awditi ta’ dawn il-benefiċjarji ewlenin hija rilevanti ħafna meta jiġu vvalutati ir-riskji tal-erruri fil-popolazzjoni totali tal-allokazzjonijiet tal-MCA.

5.23.

Bħalma kien il-każ fl-2014 (11), aħna osservajna wkoll inkonsistenzi fl-approċċi li l-Kummissjoni użat għall-kalkolu tal-ammonti kumplessivi f’riskju li ġew stmati. Aħna identifikajna li ntużaw erba’ approċċi differenti għan-nefqa amministrattiva (12). Għan-nefqa operazzjonali, l-inkonsistenza kienet tikkonċerna l-użu ta’ rati differenti ta’ żball għall-partijiet tal-baġit tar-riċerka u l-innovazzjoni li ġew iddelegati lill-impriżi konġunti jew li ġew immaniġġjati permezz ta’ strumenti finanzjarji.

5.23.

Il-Kummissjoni ħadet passi biex tarmonizza l-preżentazzjoni tal-approċċ għall-partiti l-kbar tan-nefqa, b’mod partikolari tal-Programmi Qafas. Madankollu, hija tammetti li kien hemm xi inkonsistenzi f’ċerti partiti tan-nefqa bħal spejjeż amministrattivi. L-approċċi differenti jistgħu jiġu ġġustifikati, u fejn possibbli, il-Kummissjoni se tiżgura armonizzazzjoni fil-futur.

Servizz tal-Awditjar Komuni: jeħtieġ li jsiru sforzi sinifikanti għat-titjib tal-proċessi ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għall-programm Orizzont 2020

5.24.

L-awditi ex post tal-benefiċjarji li l-Kummissjoni twettaq huma kontroll ewlieni fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. L-awditi jipprovdu input essenzjali għall-valutazzjoni li l-Kummissjoni twettaq tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u jiffurmaw il-bażi għall-irkupru ta’ fondi li jkunu ntużaw għar-rimborż ta’ spejjeż ineliġibbli. Mill-2014 ’il hawn, is-Servizz tal-Awditjar Komuni għall-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, tal-Kummissjoni, kien responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ex post tal-Kummissjoni għas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u għall-programm Orizzont 2020.

 

5.25.

Fl-2016, l-IAS wettaq awditu tal-progress li kien sar mis-Servizz tal-Awditjar Komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija tal-awditjar ex post li l-Kummissjoni tuża għas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka.

5.25.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI) huwa parti importanti mis-sistema tal-kontroll ġenerali tal-Kummissjoni u jipprovdi assigurazzjoni dwar l-operazzjoni ta’ sistemi interni tagħha. Għandu pjan multi annwali bbażat fuq ir-riskju.

5.26.

L-IAS irrikonoxxa l-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Komuni kien kiseb riżultati tajbin fl-ilħuq tal-miri annwali strateġiċi għall-ammont ta’ awditi li ngħalqu fl-2014 u fl-2015. Minkejja dan, l-IAS ikkonkluda li kien jeħtieġ li s-Servizz tal-Awditjar Komuni jagħmel sforzi sinifikanti biex jirfina l-proċessi interni tiegħu, sabiex jilħaq l-objettivi kumplessivi tal-istrateġija u biex ikun imħejji b’mod adegwat għall-isfidi tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-programm Orizzont 2020. B’mod partikolari, l-IAS saħaq dwar il-ħtieġa li jitnaqqas iż-żmien li jittieħed biex jingħalqu l-awditi u li jsir titjib fil-proċessi interni għall-ippjanar, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwarhom. Is-Servizz tal-Awditjar Komuni aċċetta r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-IAS.

5.26.

Is-Servizz tal-Awditjar Komuni (SAK) laħaq il-miri annwali strateġiċi tiegħu għall-awditi tal-għeluq fl-2016. Is-SAK ippreżenta pjan dettaljat ta’ azzjoni li l-IAS ikkunsidrah sodisfaċenti biex itaffi r-riskji identifikati. Is-SAI qed jippjana awditu ta’ segwitu fl-2018 biex jivvaluta l-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet.

5.27.

Aħna konna rrappurtajna qabel li l-korpi differenti inkarigati mill-implimentazzjoni kienu ltaqgħu ma’ diffikultajiet biex isibu pożizzjoni komuni dwar kif għandhom jiġu implimentati xi rakkomandazzjonijiet tal-awditjar ex post dwar l-irkupru ta’ spejjeż ineliġibbli, li żied ir-riskju li l-benefiċjarji jiġu ttrattati b’mod inkonsistenti u ħoloq inċertezza legali (13). F’April 2017, il-Kummissjoni kienet mistennija tiddefinixxi approċċ komuni li l-korpi inkarigati mill-implimentazzjoni kellhom jużaw fis-segwitu tar-riżultati tal-awditjar, iżda hija pposponiet li tagħmel dan sa Jannar 2018.

5.27.

Il-Kummissjoni bħalissa qed twettaq sforzi konsiderevoli ta’ koordinazzjoni ad hoc bil-għan li tiżgura li r-riskju identifikat ikun imtaffi sewwa u li jkun hemm trattament armonizzat ta’ benefiċjarji. Sabiex tiżdied l-effettività, is-Servizz ta’ Appoġġ Komuni se jieħu f’idejh din il-koordinazzjoni minn Jannar tal-2018, sa ma jasal iż-żmien għall-implimentazzjoni tal-ewwel awditi tal-Orizzont 2020.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

5.28.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” kien materjali.

 

5.29.

Għal din is-subintestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta livell kumplessiv ta’ żball stmat ta’ 4,1  % (ara l- Anness 5.1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

5.30.

L- Anness 5.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna tat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (14). Il-Kummissjoni kienet implimentat dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-biċċa l-kbira mill-aspetti.

 

5.31.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tirrazzjonalizza ulterjorment ir-regoli u l-proċeduri tal-programm Orizzont 2020 biex tnaqqas l-inċertezza legali billi tieħu aktar inkunsiderazzjoni l-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati fir-Regolament Finanzjarju rrivedut bħal kostijiet (spejjeż) unitarji, somom f’daqqa, finanzjamenti b’rata fissa u premjijiet.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Xi Għażliet tal-Ispejjeż Simplifikati (Simplified Cost Options, SCOs) diġà qed jintużaw fOrizzont 2020, u l-Kummissjoni qiegħda kontinwament u tikkunsidra ta’ kif dawn jistgħu jiġu estiżi.

Rakkomandazzjoni 2: tiżgura li s-servizzi tagħha jadottaw approċċ konsistenti għall-kalkolu ta’ rati ta’ żball u tal-ammonti kumplessivi f’riskju.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull DĠ u kull programm ta’ nfiq, dejjem jistgħu jeħtieġu xi raffinar tal-avviċinament biex jiġu kkalkulati r-rati tal-erruri. Madankollu, il-Kummissjoni qiegħda kontinwament taħdem biex iżżid il-konsistenza f’dawn il-kalkoli.

Rakkomandazzjoni 3: tindirizza fil-pront id-dgħufijiet fl-awditi ex post tagħha li jkunu ġew identifikati mill-IAS, billi tnaqqas iż-żmien li jittieħed biex jingħalqu l-awditi ex post u billi ttejjeb il-proċessi interni għall-ippjanar, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-awditi.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u diġà stabbiliet pjan ta’ azzjoni li qed jiġi implimentat.

PARTI 2 — KWISTJONIJIET TA’ PRESTAZZJONI FI PROĠETTI TA’ RIĊERKA U INNOVAZZJONI

5.32.

Aħna vvalutajna l-prestazzjoni għal 60 mill-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni kkampjunati (15). Fi 23 każ, dawn il-proġetti kienu diġà ġew ikkompletati. Aħna ma vvalutajniex direttament il-kwalità tar-riċerka li saret jew l-impatt tal-proġetti f’termini ta’ lħuq tal-objettiv tal-politika jiġifieri li jsir titjib fir-riċerka u l-innovazzjoni.

 

5.33.

Għal kull proġett, aħna analizzajna r-rapport ta’ valutazzjoni li jiġi kkompletat mill-Uffiċjal tal-Proġetti tal-Kummissjoni bħala parti mill-kontrolli qabel ma jsir ir-rimborż tal-ispejjeż iddikjarati. Aħna vverifikajna jekk l-Uffiċjal tal-Proġetti sabx li:

 

il-progress li ġie rrappurtat fir-rigward tal-outputs u r-riżultati kien konformi mal-objettivi stipulati fil-ftehim ta’ għotja;

 

l-ispejjeż iddebitati għall-proġett kienu raġonevoli, meta mqabbla mal-progress li ġie rrappurtat;

 

l-outputs u r-riżultati tal-proġett kienu ġew disseminati skont ir-rekwiżiti tal-ftehim ta’ għotja.

 

Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom

5.34.

Ibbażat fuq ir-rapporti tal-Kummissjoni, aħna sibna li l-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom u, fi 12-il każ, il-Kummissjoni vvalutat li l-proġetti kellhom suċċess eċċezzjonali. Madankollu, ir-rapporti tal-Kummissjoni żvelaw ukoll li bosta proġetti kienu milquta minn problemi li naqqsu mill-prestazzjoni tagħhom:

5.34.

L-għan tal-proċess ta’ monitoraġġ huwa li jidentifika fejn il-proġetti ma jkunux kompletament ta’ suċċess, u biex jieħu azzjoni xierqa sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema.

Skont is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ temenda l-kuntratt (pereżempju jekk l-iżviluppi xjentifiċi ikunu rrendew l-objettivi oriġinali obsoleti), tidħol f’diskussjoni mal-imsieħba tal-proġett biex jerġa’ jinġieb fit-triq it-tajba, tnaqqas il-pagament jew tikkanċella l-kuntratt. L-għan huwa li tirriżolvi l-problema matul il-ħajja tal-proġett sabiex jiġi żgurat li tiġi prodotta riċerka eċċellenti fi tmiemu.

f’disa’ każijiet, il-progress li ġie rrappurtat kien jikkonforma parzjalment biss mal-objettivi li dwarhom kien intlaħaq qbil mal-Kummissjoni;

 

f’erba’ każijiet (16), il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż irrappurtati ma kinux raġonevoli fir-rigward tal-progress li kien sar;

 

f’sitt każijiet (17), l-outputs u r-riżultati tal-proġetti kienu ġew disseminati parzjalment biss u, f’każ wieħed, ma kienet saret ebda attività ta’ disseminazzjoni.

Għandu jiġi nnotat li d-disseminazzjoni tiġri spiss wara tmiem il-proġett, pereżempju minħabba ż-żmien meħtieġ biex tiġi ppubblikata/iffaljata privattiva.

5.35.

Inġenerali, aħna osservajna li d-diffikultajiet fil-ġestjoni u l-koordinazzjoni żdiedu meta l-proġetti kienu jinkludu għadd kbir ta’ parteċipanti.

 


(1)  Aħna wettaqna wkoll analiżi limitata tal-kalkolu tar-rati ta' żball ippubblikati fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CNECT), id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW), l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).

(2)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 2,1 % u 6,1 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(3)  L-iżbalji kienu fuq firxa ta' minn 1 % sa 20 % tal-valur eżaminat u kienu jikkonċernaw proġetti taħt il-programm tan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (żewġ każijiet), il-Programm Kompetittività u Innovazzjoni (żewġ każijiet), il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (żewġ każijiet), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (każ wieħed), u pagament ta' sussidju annwali lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (każ wieħed).

(4)  F’ċerti każijiet, pereżempju d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż għal proġetti taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka fejn il-kontribuzzjoni mill-UE taqbeż l-ammont ta' EUR 375 000, l-awdituri indipendenti jridu jiċċertifikaw li l-ispejjeż iddikjarati jkunu eliġibbli.

(5)  Informazzjoni li ġiet inkluża f'dokumentazzjoni ta' sostenn u f'databases jew li tirriżulta minn kontrolli reċiproċi standard u minn kontrolli obbligatorji (oħra).

(6)  25 tranżazzjoni kien fihom kemm żbalji kwantifikabbli kif ukoll żbalji mhux kwantifikabbli.

(7)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2012, il-paragrafu 8.18 u l-paragrafu 8.42 (ir-Rakkommandazzjoni 2); u r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 8.12.

(8)  Ara r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 5.12.

(9)  Ara pereżempju r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 5.13.

(10)  Ara r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 5.23.

(11)  Ir-Rapport Annwali 2014, il-paragrafi 5.29 sa 5.31.

(12)  Rati minimi/massimi ta' żball ta' 0 %/0,5 %, 0 %/0,6 %, 0 %/1,99 % u 0 %/2 % rispettivament.

(13)  Ara r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 5.26.

(14)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta' segwitu ta' din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(15)  Aħna vvalutajna l-prestazzjoni ta' proġetti kollaborattivi li jinvolvu bosta parteċipanti, u eskludejna tranżazzjonijiet bħall-pagamenti relatati mal-mobbiltà lil riċerkaturi individwali.

(16)  Fi tnejn minn dawn l-erba' każijiet, il-progress li ġie rrappurtat kien ukoll jikkonforma parzjalment biss mal-objettivi.

(17)  F'wieħed minn dawn is-sitt każijiet, il-progress li ġie rrappurtat kien ukoll jikkonforma parzjalment biss mal-objettivi.

(18)  F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

ANNESS 5.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

150

150

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

4,1  %

4,4  %

 

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

6,1  %

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

2,1  %

 

ANNESS 5.2

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B’IMPATT TA’ MILL-INQAS 20 % GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

Introduzzjoni

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl- Anness 1.1 , aħna ttestjajna kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta’ irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għal din is-subintestatura tal-QFP. L-iżbalji li qbadna fl-ittestjar ma jikkostitwux lista eżawrjenti – la ta’ żbalji individwali u lanqas ta’ tipi possibbli ta’ żball. Is-sejbiet deskritti fil-qosor hawn taħt, li jikkonċernaw żbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżaminat, huma ppreżentati bħala eżempju (1). Dawn l-iżbalji nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ta’ bejn EUR 155 000 u EUR 1,3 miljun, b’valur medjan (2) ta’ EUR 273 000.

Eżempji ta’ żbalji

Proġetti taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka

Eżempju 1 — spejjeż iddikjarati li ma kinux koperti minn ftehim ta’ għotja

Il-benefiċjarju (korp pubbliku ta’ pajjiż terz li kien qed jipparteċipa fi proġett għall-iżvilupp ta’ kisjiet protettivi għall-vapuri) iddikjara spejjeż li fil-fatt iġġarrbu minn entità oħra li ma kinitx parti mill-ftehim ta’ għotja. L-ispejjeż ineliġibbli kienu jammontaw għal 100 % tal-ispejjeż totali li ġew eżaminati.

Eżempju 2 — spejjeż eċċessivi għall-persunal iddikjarati

L-ammonti ddikjarati għar-rimborż ma setgħux jiġu rikonċiljati mal-kontijiet tal-benefiċjarju (organizzazzjoni ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ li kienet qed tipparteċipa fi proġett kollaborattiv dwar l-iżvilupp ta’ sistemi sikuri tal-katina tal-provvista), u l-benefiċjarju ma setax jipprovdi l-kalkoli kollha ta’ bażi li ntużaw għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż. Aħna sibna li r-rata fis-siegħa li ntużat għall-kalkolu tal-ispejjeż għas-salarji kienet eċċessivament għolja. L-ispejjeż ineliġibbli kienu jammontaw għal 81 % tal-ispejjeż totali li ġew eżaminati.

Eżempju 3 — spejjeż indiretti u pagamenti ta’ bonus li kienu ineliġibbli

Il-benefiċjarju (korp pubbliku li kien qed jipparteċipa fi proġett dwar l-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-internet għas-servizzi bbażata fuq il-cloud) ikklejmja spejjeż għall-persunal li kienu jinkludu pagamenti ta’ bonus li kienu ineliġibbli. Minbarra dan, il-benefiċjarju ddikjara wkoll spejjeż indiretti li ġġarrbu tassew, iżda ma ssodisfax il-kriterju li jkollu sistema kontabilistika analitika li tidentifika l-ispejjeż indiretti relatati mal-proġett. L-ispejjeż ineliġibbli kienu jammontaw għal 51 % tal-ispejjeż totali li ġew eżaminati.

Eżempju 4 — spejjeż għall-persunal ikkalkulati b’mod skorrett, u spejjeż ineliġibbli oħra

Il-benefiċjarju (korp pubbliku ta’ pajjiż terz li kien qed jipparteċipa fi proġett fil-qasam tat-teknoloġija tal-bijokarburanti) ikkalkula l-ispejjeż għall-persunal b’mod skorrett u ddebita wkoll spejjeż mingħajr ma pprovda evidenza suffiċjenti li dawn kienu relatati mal-proġett. L-ispejjeż ineliġibbli kienu jammontaw għal 38 % tal-ispejjeż totali li ġew eżaminati.

Eżempju 5 — spejjeż għall-persunal li kienu eċċessivi

Il-benefiċjarju (SME li kienet qed tipparteċipa fi proġett għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ikkoordinati għal emerġenzi tas-saħħa fl-UE) iddikjara spejjeż għall-persunal li kienu eċċessivament għolja u ddebita wkoll ammonti għal spejjeż għall-persunal li ġġarrbu barra mill-perjodu tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż. L-ispejjeż ineliġibbli kienu jammontaw għal 37 % tal-ispejjeż totali li ġew eżaminati.

Eżempju 6 — diskrepanzi fir-reġistrazzjoni tal-ħin

Aħna identifikajna għadd kbir ta’ diskrepanzi fl-iskedi ta’ ħin (timesheets) li fuqhom kienu bbażati l-ispejjeż għall-persunal li ġew iddikjarati mill-benefiċjarju (korp pubbliku li kien qed jipparteċipa fi proġett għall-iżvilupp ta’ sistemi effiċjenti fl-użu tal-enerġija u bbażati fuq teknoloġiji tal-internet). L-ispejjeż ineliġibbli kienu jammontaw għal 21 % tal-ispejjeż totali li ġew eżaminati.


(1)  Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw aktar minn nofs il-livell kumplessiv ta' żball stmat għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”.

(2)  Jiġifieri nofs l-iżbalji kollha b'impatt ta' mill-inqas 20 % nstabu fi tranżazzjonijiet b'valur inqas minn EUR 273 000, u l-bqija nstabu fi tranżazzjonijiet b'valur ogħla minn dan l-ammont.

ANNESS 5.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1:

testendi u tintensifika l-kampanja ta’ komunikazzjoni tagħha biex il-benefiċjarji u l-awdituri indipendenti jkollhom għarfien tar-regoli ta' eliġibbiltà għall-infiq fuq ir-riċerka taħt l-FP7;

 

X

 

 

 

 

Il-kampanja ta’ Komunikazzjoni kienet inizjalment relatata mal-FP7 u kopriet firxa sħiħa ta’ parteċipanti (madwar 4 500 ). Il-Kummissjoni issa qed tiffoka fuq l-għoti ta’ gwida għall-Orizzont 2020. Il-benefiċjarji u l-awdituri tagħhom qed jattendu dawn il-laqgħat. Barra minn hekk, il-linji gwida relatati mal-aspetti materjali kollha tal-ġestjoni tal-għotjiet hija disponibbli għall-partijiet interessati kollha permezz tal-internet.

Rakkomandazzjoni 2:

fil-grupp tal-politika kollu, tagħmel li l-attivitajiet ta’ kontroll tagħha jkunu mmexxija aktar mir-riskju, filwaqt li tiffoka l-kontrolli fuq benefiċjarji b'riskju għoli (pereżempju entitajiet b’inqas esperjenza ta’ finanzjament Ewropew) u tnaqqas il-piż ta' kontrolli fuq benefiċjarji inqas riskjużi;

 

X

 

 

 

 

L-Istrateġiji ta’ Kontroll tal-Kummissjoni għal programmi ta’ finanzjament attwali huma mfassla biex jinkludu aktar kontrolli bbażati fuq ir-riskju.

Rakkomandazzjoni 3:

għall-programmi l-ġodda 2014-2020 għar-riċerka u politiki interni oħra, tipprovdi gwida f'waqtha, konsistenti u ċara lill-benefiċjarji u lill-awtoritajiet maniġerjali fir-rigward tar-rekwiżiti riveduti tal-eliġibbiltà u l-kontroll.

 

X

 

 

 

 

Il-programmi ta’ finanzjament kurrenti, il-Kummissjoni pprovdiet gwida konsiderevoli għall-benefiċjarji fuq l-aspetti kollha importanti relatati mal-implimentazzjoni tal-programm. L-informazzjoni qed jiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Ġiet distribwita permezz tal-internet, iżda wkoll matul kampanji pubbliċitarji, laqgħat mal-Istati Membri u f’laqgħat ad hoc mal-parteċipanti u l-awdituri tagħhom.


KAPITOLU 6

“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

WERREJ

Introduzzjoni 6.1-6.6
Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 6.2-6.4
Ambitu u approċċ tal-awditjar 6.5-6.6
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 6.7-6.37
Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet 6.7-6.19
Użu ta’ strumenti finanzjarji fil-ġestjoni kondiviża fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 6.20-6.25
Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni u kwistjonijiet oħra ta’ governanza 6.26-6.27
Aċċertament tal-Kummissjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 6.28-6.29
Aċċertament tal-Kummissjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 6.30-6.37
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 6.38-6.41
Konklużjoni 6.38-6.39
Rakkomandazzjonijiet 6.40-6.41
Parti 2 — Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti 6.42-6.57
Valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta’ prestazzjoni 6.44-6.50
Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti 6.51-6.55
Konklużjoni 6.56-6.57

Anness 6.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

Anness 6.2 —

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal kull Stat Membru

Anness 6.3 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % għal “Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali”

Anness 6.4 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

6.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-QFP“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”. Il- Kaxxa 6.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2016.

 

Kaxxa 6.1 —   Subintestatura 1b tal-QFP “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” — ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

37,8

-

pagamenti bil-quddiem  (53)  (54)

11,7

+

approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (53)

15

+

żborżamenti lir-riċevituri finali minn strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża

2,5

-

pagamenti għall-perjodu 2014-2020 tal-QFP

7,9

Popolazzjoni awditjata, total

35,7

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

6.2.

L-infiq taħt is-Subintestatura 1b tal-QFP — “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” jiffoka fuq it-tnaqqis tad-diverġenzi fl-iżvilupp bejn Stati Membri u reġjuni differenti, it-tisħiħ tal-kompetittività tar-reġjuni kollha u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni interreġjonali (1). Dawn l-objettivi huma implimentati permezz tal-fondi/l-istrumenti li ġejjin:

 

il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR, 56 % tal-pagamenti tal-2016), li għandu l-għan li jnaqqas l-iskwilibriji reġjonali prinċipali permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ infrastruttura u ta’ investiment produttiv li joħloq l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji;

 

il-Fond ta' Koeżjoni (FK, 20 %), li jiffinanzja proġetti ambjentali u tat-trasport fl-Istati Membri li għandhom ING per capita ta’ inqas minn 90 % tal-medja tal-UE (2);

 

il-Fond Soċjali Ewropew (FSE, 21 %), li għandu l-għan li jtejjeb l-impjieg u l-opportunitajiet ta’ xogħol, u li jħeġġeġ livell għoli ta’ impjieg u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar;

 

strumenti/fondi iżgħar oħra (3 %), bħall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (appoġġ għall-kooperazzjoni transkonfinali u inizjattivi politiċi biex jissaħħu r-rabtiet bejn l-UE u l-ġirien tagħha) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD – assistenza materjali biex tgħin lill-persuni joħorġu mill-faqar).

 

6.3.

Bi ftit eċċezzjonijiet, il-FEŻR, l-FK u l-FSE huma rregolati minn regoli komuni. Huma jiġu implimentati permezz ta’ programmi pluriennali, u l-ġestjoni hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għal kull perjodu ta' programmazzjoni, l-Istati Membri jħejju programmi operazzjonali (PO) biex jiġu approvati mill-Kummissjoni (3). Il-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati minn programm operazzjonali jintgħażlu fil-livell tal-Istati Membri. Il-benefiċjarji jikklejmjaw l-ispejjeż li jġarrbu mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri, li jiċċertifikaw l-infiq u jiddikjarawh lill-Kummissjoni. Dan l-infiq jiġi awditjat minn awtoritajiet tal-awditjar funzjonalment indipendenti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni wkoll tista’ timponi miżuri korrettivi.

 

6.4.

L-2016 kienet l-aħħar sena li għaliha l-pagamenti kollha li kienu suġġetti għall-awditu tagħna huma relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

6.5.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , din is-sena aħna eżaminajna dan li ġej għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”:

 

(a)

kampjun ta' 180 tranżazzjoni (4), f’konformità mal-paragrafu 7 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta' nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP. Huwa kien jikkonsisti fi tranżazzjonijiet minn 14-il Stat Membru, u kien jinkludi programm wieħed ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC) (5);

 

(b)

kampjun ta’ 12-il strument finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża, fi 8 Stati Membri (6). Hawnhekk analizzajna wkoll ir-rati ta’ żborżament (is-sehem ta’ fondi li jilħqu lir-riċevituri finali) u, fil-każ ta’ garanziji, il-proporzjon multiplikatur irrappurtat fir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni għall-2015;

 

(c)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL) ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li hija, b’mod ġenerali, konsistenti mar-riżultati proprji tagħna.

 

6.6.

Għat-tieni parti ta’ dan il-kapitolu, li jiffoka fuq il-prestazzjoni, aħna ċċekkjajna s-sistemi tal-Istati Membri għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ proġetti fiżikament ikkompletati (it-tranżazzjonijiet kollha fil-kampjun tagħna għajr it-12-il strument finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

6.7.

L- Anness 6.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-180 tranżazzjoni li eżaminajna, 87 (48 %) kien fihom żbalji. Abbażi tal-25 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 4,8  % (7).

6.7.

Il-Kummissjoni tinnota li l-livell ta’ erruri rrappurtati mill-QEA huwa stima annwali li tqis il-korrezzjonijiet tan-nefqa tal-proġett jew ir-rimborżi milquta minn erruri misjuba u rreġistrati qabel l-awditjar tal-QEA. Il-Kummissjoni tissottolinja li hija marbuta mir-Regolament Finanzjarju, li jistipula fl-Artikolu 32(2)(e) li s-sistema ta’ kontroll intern tagħha jenħtieġ li tiżgura, fost affarijiet oħra, “ġestjoni adegwata tar-riskji li jirrigwardaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti meta jitqies il-karattru pluriennali tal-programmi u n-natura tal-pagamenti”.

Minħabba l-karattru multiannwali tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 għall-politika ta’ Koeżjoni, l-erruri jistgħu jiġu kkoreġuti sal-għeluq. Il-Kummissjoni bħalissa qed teżamina bir-reqqa d-dikjarazzjonijiet tal-għeluq biex jiġi żgurat li l-korrezzjonijiet neċessarji kollha ġew applikati u mhux se tagħlaq l-ebda programm sakemm ikollha assigurazzjoni raġonevoli li r-riskju residwu għal dak il-programm huwa taħt il-livell ta’ materjalità (2 %).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva wkoll li r-rata tal-erruri l-iktar probabbli kkalkulata mill-QEA tjiebet matul is-snin.

Dan jikkonferma li r-rata ta’ erruri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 tibqa’ b’mod sinifikanti taħt ir-rati rrappurtati għall-perjodu 2000–2006. Dan l-iżvilupp huwa derivat mid-dispożizzjonijiet ta’ kontroll imsaħħaħ tal-perjodu 2007–2013 u l-politika stretta tal-Kummissjoni biex tinterrompi/tissospendi l-pagamenti meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet, kif irrappurtat fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2016 (AARs) tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni. Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq il-programmi/l-Istati Membri l-aktar riskjużi bl-għan ta’ tħejjija għall-għeluq u meta kienu meħtieġa implimentat miżuri korrettivi permezz ta’ politika stretta ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti sal-għeluq.

Għall-perjodu l-ġdid tal-2014–2020, il-kapaċità korrettiva globali hija msaħħa iktar bil-possibbiltà għall-Kummissjoni li timponi korrezzjonijiet finanzjarji netti f’każ ta’ nuqqasijiet serji misjuba mill-Kummissjoni jew mill-QEA li qabel ma kinux identifikati mill-Istat Membru. Dan se jkun inċentiv importanti għall-Istati Membri sabiex jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet serji qabel ma jiċċertifikaw il-kontijiet annwali lill-Kummissjoni, kif issuġġerit bl-ewwel sett ta’ kontijiet annwali u pakketti ta’ assigurazzjoni riċevuti sal-15 ta’ Frar 2017.

6.8.

Aħna nosservaw li kien hemm ukoll kwistjoni ewlenija relatata mal-użu ta’ fondi mill-istrumenti finanzjarji wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2015 (ara l-paragrafi 6.20 sa 6.21).

6.8.

Il-Kummissjoni tirreferi għall-pożizzjoni tagħha dwar din l-osservazzjoni fir-risposti tagħha għar-Rapporti annwali tal-2014 u l-2015 tal-QEA.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.20 u 6.21.

6.9.

Il- Kaxxa 6.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016. Is-sorsi prinċipali ta' żball kienu l-inklużjoni ta' spejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji, il-ksur tar-regoli tas-suq intern (il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, kif ukoll dik nazzjonali) u l-għażla ta’ proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli.

 

Kaxxa 6.2 —   “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” — Ripartizzjoni tal-livell ta' żball stmat

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Infiq ineliġibbli

6.10.

Spejjeż ineliġibbli kienu ġew iddikjarati f’10 % tat-tranżazzjonijiet kollha li eżaminajna (ara l- Anness 6.3 , l-eżempji 1 sa 6). Dawn il-każijiet irrappreżentaw 72 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha, jew bejn wieħed u ieħor 2,0  punti perċentwali tal-livell ta' żball stmat.

6.10.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet identifikati mill-QEA u se tipproponi azzjonijiet skont kif tqis li huwa neċessarju.

6.11.

Il-kawżi prinċipali tal-infiq ineliġibbli kienu l-ksur tar-regoli ta' eliġibbiltà nazzjonali/tal-UE. Il-maġġoranza tar-regoli li nkisru kienu nazzjonali. L-iżbalji l-aktar komuni kienu n-nuqqas ta’ rendikont tal-entrati għall-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż, l-ispejjeż ineliġibbli tas-salarji, il-kalkolu skorrett (jew l-ebda kalkolu) tad-diskrepanza fil-finanzjament għal proġetti li jiġġeneraw id-dħul, id-dikjarazzjoni ta’ VAT rekuperabbli, l-applikazzjoni skorretta ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u n-nuqqas ta’ konformità ma’ regoli speċifiċi oħra ta’ eliġibbiltà.

6.11.

Il-Kummissjoni tqis li l-appell tagħha lill-Istati Membri għal aktar simplifikazzjoni tar-regoli fil-livell nazzjonali u għal aktar użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati jenħtieġ li jikkontribwixxi biex inaqqas l-erruri marbuta mat-telf tar-rendikont tal-entrati jew nefqa ineliġibbli.

6.12.

Matul dawn l-aħħar ħames snin, 135 mill-1 437  tranżazzjoni li eżaminajna użaw opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati (SCOs) biex jiddikjaraw l-ispejjeż. Matul dan il-perjodu, aħna ma kkwantifikajniex żbalji, iżda identifikajna 10 żbalji mhux kwantifikabbli relatati mal-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati (8). Dan jiddimostra li l-proġetti li jużaw l-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati huma inqas suxxettibbli għal żball mir-rimborżi tal-ispejjeż reali. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri huma mħeġġa b’mod ġenerali biex fil-qasam tal-Koeżjoni jużaw l-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati aktar, u dan huwa obbligatorju għall-proġetti kollha taħt l-FSE li jiswew inqas minn EUR 50 000  (9).

6.12.

Il-Kummissjoni tqis li ukoll li l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati huma inqas suxxettibbli għall-erruri u għalhekk ħadmet b’mod attiv mal-awtoritajiet tal-programmi mill-introduzzjoni tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs) sabiex testendi l-użu tagħhom progressivament. Dan diġà wassal għal riżultati pożittivi.

Il-Kummissjoni qed tkompli tippromwovi b’mod attiv l-użu tal-SCOs fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, fejn dawn ġew imsaħħa b’mod sinifikanti kemm fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni kif ukoll fir-regolament speċifiku tal-FSE, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, tiġi promossa orjentazzjoni lejn ir-riżultati u jitnaqqas aktar ir-riskju tal-erruri.

Barra milli jipprovdi gwida estenżiva u appoġġ dirett lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-SCOs, id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni wettaq numru ta’ seminars ta’ simplifikazzjoni, b’enfasi partikolari fuq ċerti Stati Membri ta’ prijorità li esperjenzaw b’mod rikorrenti rati ta’ erruri għolja fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u li għadhom ma għamlux biżżejjed użu mill-SCOs.

Fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-Kummissjoni fl-2016 għamlet proposti biex toffri aktar miżuri ta’ simplifikazzjoni u flessibilità fil-qafas leġiżlattiv għall-Fondi SIE. Skont din il-proposta, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati se jitwessa’ konsiderevolment u l-użu tagħhom se jsir obbligatorju għall-operazzjonijiet SIE ta’ inqas minn EUR 100 000 .

6.13.

Proġetti kbar jirrikjedu approvazzjoni mill-Kummissjoni (10). Il-kampjun tagħna kien jinkludi tliet proġetti kbar, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma kinux ippreżentaw l-applikazzjoni meħtieġa sad-data ta' għeluq tal-31 ta’ Marzu 2017. Mingħajr deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-proġetti l-kbar, l-infiq iddikjarat ikun ineliġibbli u jenħtieġ li jiġi rkuprat.

6.13.

Il-Kummissjoni ssorveljat bir-reqqa kull sottomissjoni ta’ proġetti maġġuri jew ta’ emendi sottomessi mill-Istati Membri u se tieħu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa sal-għeluq. Hija se tivvaluta l-eliġibbiltà tan-nefqa kkonċernata fl-għeluq fuq din il-bażi. F’każ li jkun hemm proġetti maġġuri li għalihom l-ebda notifika ma tkun saret lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament 1083/2006, il-Kummissjoni se tipproponi li l-Istati Membri jew jissottomettu applikazzjoni għal proġett maġġuri jew japplikaw korrezzjoni finanzjarja, fejn rilevanti. Jekk Stat Membru jissottometti applikazzjoni l-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni dwar il-proġett maġġuri.

Proġetti ineliġibbli

6.14.

Aħna identifikajna tliet proġetti li ma kinux jikkonformaw mar-regoli ta' eliġibbiltà fir-regolament, u/jew mal-kriterji ta' eliġibbiltà fil-programm operazzjonali, jew fis-sejħa speċifika għal proposti. Dawn il-proġetti rrappreżentaw 12 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha, jew bejn wieħed u ieħor 1,3  punti perċentwali tal-livell ta’ żball stmat (ara l- Anness 6.3 , l-eżempji 7 u 8).

6.14.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet identifikati mill-QEA u se tipproponi azzjonijiet skont kif tqis li huwa neċessarju.

Ksur tar-regoli tas-suq intern

Akkwist pubbliku

6.15.

Din is-sena aħna eżaminajna 121 proċedura tal-ikkuntrattar għax-xogħlijiet, is-servizzi u l-provvisti li l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet minna kienu jikkonċernaw. Il-valur totali stmat kien bejn wieħed u ieħor ta’ EUR 3 biljun (11), u l-maġġoranza vasta ta’ dawn il-kuntratti kienu relatati ma’ proġetti taħt il-FEŻR/l-FK (12).

6.15 u 6.16.

Ir-regoli tal-akkwist pubbliku huma applikabbli għal kull infiq pubbliku fl-Istati Membri u mhumiex speċifiċi għall-Politika ta’ koeżjoni. In-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE jew nazzjonali matul is-snin kien sors ewlieni ta’ erruri f’dan il-qasam ta’ politika, b’mod partikolari għall-politika reġjonali u urbana, prinċipalment minħabba t-tipi ta’ proġetti kofinanzjati. Il-Kummissjoni għalhekk ħadet diversi azzjonijiet preventivi u korrettivi mill-aħħar perjodi ta’ programmazzjoni sabiex tindirizza d-dgħufijiet identifikati f’dak il-qasam.

Il-Kummissjoni ssemmi, b’mod partikolari, il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-akkwist pubbliku stabbilit fl-2013 u approvat mill-Kummissjoni f’Diċembru 2015 li għandu l-għan li jkompli jtejjeb l-implimentazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku fl-Istati Membri permezz ta’ miżuri preventivi addizzjonali, bħall-gwida, it-taħriġ, u l-iskambji ta’ prattiki tajba, il-kompendju ta’ erruri li għandhom jiġu evitati, il-patti ta’ integrità (http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/how/improving-investment/public-procurement/). Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Akkwist Pubbliku ġie aġġornat f’Marzu 2017 biex jinkludi azzjonijiet ġodda relatati mat-traspożizzjoni tad-direttivi l-ġodda dwar l-Akkwist Pubbliku u enfasi iktar qawwija fuq l-akkwist strateġiku u t-trasparenza.

Il-qafas legali għall-Fondi SIE 2014–2020 introduċa wkoll kundizzjonalità ex ante speċifika fir-rigward tal-akkwist pubbliku li flimkien mad-Direttivi tal-2014 issimplifikati jenħtieġ li twassal għal aktar titjib f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-erruri tal-akkwist pubbliku kollha rappurtati mill-QEA skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)9527 finali dwar “l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni rigward in-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku”.

6.16.

Aħna sibna elementi ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u/jew dawk nazzjonali fi 23 proċedura. Erbgħa minn dawn kienu każjiet ta’ ksur serju u ġew ikklassifikati bħala żbalji kwantifikabbli. Dawn irrappreżentaw 16 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha, jew bejn wieħed u ieħor 1,4  punti perċentwali tal-livell ta’ żball stmat (ara l- Anness 6.3 , l-eżempji 9 sa 11).

6.17.

Fl-2014, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw tliet direttivi li kellhom l-għan li jissimplifikaw il-proċeduri ta' akkwist pubbliku u li jagħmluhom aktar flessibbli (13). L-Istati Membri ngħataw sa April 2016 biex jittrasponu r-regoli ġodda fid-dritt nazzjonali (għall-akkwist elettroniku d-data ta' skadenza hija Ottubru 2018). Sat-2 ta’ Ġunju 2017, 17-il Stat Membru kienu għamlu kif meħtieġ (14). Sena wara d-data ta' skadenza, sar progress insuffiċjenti mis-sena li għaddiet (15). Il-Kummissjoni bagħtet opinjonijiet motivati lil għadd ta’ Stati Membri. Madankollu, is-sitwazzjoni f’Ġunju 2017 hija li għad irid isir progress fil-proċedimenti, u dawn iridu jiġu rriferuti għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mill-aktar fis possibbli fil-każ tal-Istati Membri li mhumiex konformi (16).

6.17.

Minn Ġunju 2017, 17-il Stat Membru lestew il-proċess ta’ traspożizzjoni għat-tliet Direttivi kollha, erba’ Stati Membri ttrasponew id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku iżda mhux id-Direttiva dwar il-konċessjonijiet u seba’ Stati Membri għadhom ma ttrasponew l-ebda waħda mit-tliet Direttivi. Il-Kummissjoni ma taħsibx li din is-sitwazzjoni hija sodisfaċenti, b’mod partikolari minħabba l-għajnuna msaħħa li pprovdiet u għadha qed tipprovdi lill-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur f’waqthom skont l-Artikolu 258 tat-TFUE kontra l-Istati Membri kollha li naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ traspożizzjoni u bagħtet 21 ittra ta’ avviż formali f’Mejju 2016 u sussegwentement 15-il opinjoni motivata lill-Istati Membri kkonċernati f’Diċembru 2016. It-tweġibiet mogħtija mill-Istati Membri u l-aħħar żviluppi issa qed jiġu eżaminati fid-dawl tat-tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li ġej. Wara eżami dettaljat ta’ kull dettall relatat mad-dispożizzjonijiet li huma kemm diġà adottati kif ukoll notifikati, il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtieġa għal kull każ ta’ impożizzjoni ta’ penali finanzjarji proporzjonati, kif previst mit-Trattat.

Għajnuna mill-Istat

6.18.

Din is-sena aħna identifikajna 11-il proġett, f’7 Stati Membri (17), li kisru r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-kawża prinċipali ta’ nuqqas ta’ konformità kienet in-nuqqas ta’ valutazzjoni ta’ u/jew notifikazzjoni dwar proġetti ta’ għajnuna mill-Istat. Madankollu, aħna ma kkwantifikajna l-ebda żball li jirrigwarda l-għajnuna mill-Istat, billi aħna nivvalutaw li dawn il-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità ma kellhomx impatt fuq il-livell ta’ finanzjament pubbliku mill-UE u/jew mill-Istati Membri. Ta’ spiss, il-proġetti taħt l-FSE jaqgħu taħt ir-regola “de minimis” u għalhekk ikunu inqas suxxettibbli għal ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat milli jkunu l-proġetti taħt il-FEŻR u taħt l-FK.

6.18.

Il-Kummissjoni tinnota tnaqqis fin-numru ta’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat b’impatt fuq ir-rata ta’ erruri stmata tal-QEA matul is-snin. Madankollu, minħabba r-riskji li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jimplika għal dan il-qasam ta’ politika, il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet preventivi u korrettivi skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat imwaqqaf fl-2015 biex tkompli ttejjeb l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fl-Istati Membri. Dan jinkludi wkoll is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-QEA fir-Rapport Speċjali tagħha 24/2016.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet identifikati mill-QEA u se tipproponi azzjonijiet skont kif tqis li huwa neċessarju.

Informazzjoni mhux dejjem użata b’mod xieraq

6.19.

Il-Kummissjoni u, b’mod aktar sinifikanti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu applikaw miżuri korrettivi li affettwaw direttament disgħa mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri kienu rilevanti għall-kalkoli tagħna, billi naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal dan il-kapitolu bi 3,3  punti perċentwali. Fi 18-il każ ta' żbalji kwantifikabbli, l-Istati Membri kellhom informazzjoni suffiċjenti (18) biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni. Li kieku l-Istati Membri għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx bi 3,7  punti perċentwali.

6.19.

Il-Kummissjoni qed issegwi b’mod strett dawn il-każijiet u taqbel li għandhom ikunu fis-seħħ verifiki tal-ġestjoni tajba u f’waqtha sabiex l-ewwel u qabel kollox jipprevjenu l-irregolaritajiet li jseħħu jew li jiġu inklużi fit-talbiet għall-pagamenti.

Il-Kummissjoni ilha twettaq, sa mill-2010, awditi ffukati fuq il-verifiki tal-ġestjoni ta’ programmi ta’ riskju għoli, fejn identifikat li n-nuqqasijiet jistgħu jibqgħu mistura jew jinstabu tard mill-awtorità tal-awditjar tal-programm. Ir-riżultati ta’ dawn l-awditi li saru sal-2016 huma ppreżentati fl-AARs tal-2016 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (ara l-paġni 61–64 u 65/66, rispettivament).

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-verifiki u l-kontrolli tal-ġestjoni (inklużi kontrolli fuq il-post) iridu jitwettqu fil-ħin għaċ-ċertifikazzjoni lill-Kummissjoni tal-kontijiet tal-programm annwali, il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u l-kalkolu tal-livelli residwi affidabbli ta’ erruri fil-kontijiet bħala riżultat tal-korrezzjonijiet kollha li saru sa minn tmiem is-sena tal-kontabilità. Il-Kummissjoni indirizzat gwida aġġornata lill-Istati Membri, filwaqt li siltet mit-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, li, flimkien mal-użu meħtieġ tal-SCOs, jenħtieġu li jikkontribwixxu biex titjieb il-kwalità tal-verifiki ta’ ġestjoni.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-proċeduri ta’ kontroll imsaħħa se jirriżultaw fi tnaqqis dejjiem tar-rata tal-erruri, kif muri fil-pakketti ta’ assigurazzjoni riċevuti fl-2017.

Użu ta’ strumenti finanzjarji fil-ġestjoni kondiviża fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

6.20.

Skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, id-data ta' skadenza finali għall-eliġibbiltà tal-pagamenti għall-2007-2013 kienet il-31 ta’ Diċembru 2015. F’April 2015, il-Kummissjoni pprovdiet l-interpretazzjoni proprja tagħha, fil-linji gwida dwar l-għeluq, li l-perjodu ta’ eliġibbiltà kien se jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Marzu 2017 (19), iżda mingħajr ma talbet lill-Kunsill u lill-Parlament biex jemendaw ir-regolament.

6.20 u 6.21.

Il-Kummissjoni tqis li l-modifiki introdotti fil-linji gwida dwar l-għeluq tagħha kienu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 78(6) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, kif emendat, u għalhekk ma kinux jeħtieġu li ssir emenda tal-att leġiżlattiv.

Il-Kummissjoni esprimiet il-pożizzjoni tagħha fuq l-istess osservazzjoni fit-tweġibiet tagħha għar-Rapporti Annwali tal-QEA għas-snin 2014 u 2015. Il-Kummissjoni aġixxiet skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2014 u fi ħdan il-marġni offrut mill-qafas regolatorju eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-iżborżamenti li saru lir-riċeventi finali sa tmiem Marzu 2017 huma fil-perjodu ta’ eliġibbiltà stipulat. Il-Kummissjoni se tivverifika l-ammonti korrispondenti rrappurtati mill-Istati Membri fl-għeluq u se tikkonferma l-figuri kkonċernati fir-rapport tagħha ppjanat li joħroġ sa Ottubru 2017.

6.21.

Kif iddikjarajna fl-aħħar żewġ rapporti annwali tagħna (20), aħna nqisu li din l-interpretazzjoni tal-perjodu ta’ eliġibbiltà ma tirrispettax il-ġerarkija tan-normi, li skontha dispożizzjoni legali tista’ tiġi mmodifikata biss minn leġiżlazzjoni ta’ valur legali ugwali jew superjuri. Fuq din il-bażi, aħna nqisu li l-pagamenti kollha li saru jew il-garanziji kollha li ġew ipprovduti lill-istrumenti finanzjarji lir-riċevituri finali wara l-31 ta’ Diċembru 2015 kienu barra mill-perjodu ta’ eliġibbiltà ddefinit fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament Nru 1083/2006. Aħna nistmaw li l-valur tal-pagamenti li saru jew tal-garanziji li ġew ipprovduti lir-riċevituri finali mill-31 ta’ Diċembru 2015 ’il hawn jammonta għal EUR 2,5  biljun.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Il-kontribuzzjonijiet ma ntużawx biżżejjed u l-istrumenti ma kisbux il-potenzjal sħiħ tagħhom

6.22.

Id-dotazzjoni kumulattiva għall-2015 kienet ta’ madwar EUR 16,9  biljun (21). Il- Kaxxa 6.3 turi kif dan l-ammont ġie żborżat sa issa.

 

Kaxxa 6.3 —   Rati kumulattivi ta’ żborżament għall-2011-2015 fil-FEŻR u fl-FSE

(EUR biljun)

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

6.23.

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, kien intuża biss 75 % tal-finanzjament kollu disponibbli permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u tal-FSE. Kif diġà ġie aċċennat fir-rapport tas-sena li għaddiet (22), dan il-livell baxx jindika li bosta Stati Membri mhumiex se jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mid-dotazzjoni tal-istrument finanzjarju tagħhom, anke bil-perjodu ta’ eliġibbiltà estiż. Rata ta’ żborżament li tkun inqas minn 100 % ma tisfruttax bis-sħiħ il-potenzjal tal-arkitettura “rotanti” li għandhom l-istrumenti (23), li huwa wieħed mill-vantaġġi prinċipali tagħhom fuq l-għotjiet.

6.23 u 6.24.

Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rata medja ta’ żborż ta’ 75 % fi tmiem l-2015 — rata ta’ żieda sostanzjali meta mqabbla ma’ 57 % fi tmiem l-2014 — tirrappreżenta sitwazzjoni ferm eteroġena bejn Stat Membru u ieħor, u dan jiddependi minn numru ta’ fatturi, fosthom il-kriżi finanzjarja, l-esperjenza limitata f’xi Stati Membri u l-bidu tard ta’ xi strumenti fil-perjodu ta’ programmazzjoni kollu. Meta jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja tal-istrumenti finanzjarji, żieda sostanzjali fir-rati ta’ żborż għadha mistennija matul l-aħħar sena ta’ implimentazzjoni u huwa biss fl-għeluq li tista’ tintlaħaq konklużjoni finali dwar ir-rati ta’ żborż.

Sal-1 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar is-sitwazzjoni fl-għeluq (tmiem ta’ Marzu 2017) fuq il-bażi tad-dejta rrappurtata mill-Istati Membri. L-Istati Membri fl-għeluq iridu jnaqqsu l-ammonti li jifdal fi strumenti finanzjarji li mhumiex kompletament użati f’konformità mal-Artikolu 78(6) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, il-pagamenti parzjali fi strumenti finanzjarji, soġġetti għal-livell reali ta’ żborż lir-riċeventi finali, se jillimitaw ir-riskju ta’ nuqqas ta’ użu ta’ strumenti finanzjarji u tal-ħolqien ta’ dotazzjonijiet eċċezzjonali matul l-implimentazzjoni.

6.24.

Il- Kaxxa 6.4 tippreżenta r-rati ta’ żborżament fil-31 ta’ Diċembru 2015 għall-istrumenti finanzjarji fil-Koeżjoni. Ir-rati f’erba’ Stati Membri (Spanja, l-Italja, in-Netherlands, u s-Slovakkja) kienu sinifikattivament taħt il-medja tal-UE ta’ 75 %.

Kaxxa 6.4 —   Żborżament ta’ strumenti finanzjarji fil-Koeżjoni fil-31 ta’ Diċembru 2015

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq in-nota ta' gwida EGESIF_16-0011-00 tal-Kummissjoni, l-20 ta’ Settembru 2016.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Rappurtar inkomplet jew impreċiż mill-Istati Membri dwar l-istrumenti finanzjarji

6.25.

L-informazzjoni li l-Kummissjoni rrappurtat dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u tal-FSE hija bbażata fuq data riċevuta direttament mill-Istati Membri. Mill-2011 ’il hawn, il-Kummissjoni għamlet sforzi sostanzjali biex ittejjeb il-kwalità tad-data, iżda f’xi każijiet iċ-ċifri għadhom inkompleti jew impreċiżi. Din is-sena aħna sibna impreċiżjonijiet f’4 mit-12-il strument li eżaminajna. Dawn l-iżbalji għandhom l-effett li jiddikjaraw il-prestazzjoni b’mod eċċessiv u, jekk ma jiġux ikkoreġuti, jistgħu iżidu artifiċjalment l-ammont iddikjarat ta’ nfiq eliġibbli fl-għeluq, speċjalment fil-każ ta’ fondi ta' garanzija.

6.25.

Fl-għeluq l-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw l-użu effettiv tal-fondi fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji. Din in-nefqa trid tiġi ċċekkjata mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u awditjar qabel ma jiġi sottomess il-pakkett ta’ għeluq. Fil-fatt, għal għadd ta’ programmi operazzjonali, l-awtoritajiet tal-awditjar esprimew il-limitazzjonijiet għall-opinjonijiet tal-awditjar tagħhom minħabba l-ħtieġa li tiġi ffinalizzata l-ħidma tal-awditjar tagħhom f’dak ir-rigward. Dan ix-xogħol ta’ awditjar attwali jkopri, fost oħrajn, l-iżborżi fil-livell tar-riċeventi finali. Għalhekk, il-Kummissjoni mhijiex se tagħlaq il-programmi rilevanti sakemm tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli dwar l-ammonti effettivament żborżati u l-eliġibbiltà tagħhom jew tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji xierqa.

Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni u kwistjonijiet oħra ta’ governanza

6.26.

Aħna eżaminajna r-Rapporti Annwali tal-Attività 2016 u d-dikjarazzjonijiet ta’ akkumpanjament tad-DĠ REGIO u tad-DĠ EMPL (24). B’mod partikolari, aħna ċċekkjajna l-konsistenza u l-preċiżjoni tal-kalkolu li l-Kummissjoni wettqet tal-ammonti f’riskju, u jekk il-livell ta’ żball kienx f’konformità mal-istima proprja tagħna.

 

6.27.

Dawn ir-rapporti annwali tal-attività jagħtu biss informazzjoni proviżorja dwar l-ammonti f’riskju u dwar ir-riskju residwu (25), kemm għall-għeluq tal-perjodu 2007-2013 kif ukoll għall-pakkett annwali ta’ aċċertament żviluppat għall-perjodu 2014-2020.

6.27.

Fiż-żmien li nħarġu l-AARs tal-2016, id-Direttorati Ġenerali kienu għadhom ma jistgħux jivvalidaw l-informazzjoni dwar l-ammonti f’riskju u r-rati ta’ riskju residwu kif ikkomunikat mill-awtoritajiet tal-awditjar. Dan huwa dovut għaż-żmien tal-eżerċizzju tal-għeluq (31/03/2017) u ż-żmien legali kemm tas-sottomissjoni tad-dokumenti 2014-2020 relatati mal-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet (sal-1 ta’ Marzu) kif ukoll l-aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni (sal-31 ta’ Mejju 2017).

Madankollu, il-Kummissjoni użat b’mod sħiħ l-informazzjoni kollha disponibbli fiż-żmien tal-AAR tal-2016, inkluża d-dejta rrappurtata mill-awtoritajiet tal-awditjar, b’xi aġġustamenti limitati.

Aċċertament tal-Kummissjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

6.28.

Filwaqt li d-data finali ta' skadenza għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-għeluq għall-perjodu 2007-2013 kienet it-13 ta’ Marzu 2017 (26), il-valutazzjoni li l-Kummissjoni wettqet tad-dokumentazzjoni tal-għeluq ma kinitx dovuta qabel il-31 ta’ Awwissu 2017. Jekk il-Kummissjoni identifikat problemi sinifikanti fil-valutazzjoni tagħha, din id-data ta' skadenza tista’ tiġi estiża. Il-Kummissjoni se tirrapporta l-eżitu tal-valutazzjoni li wettqet tar-rati residwi kkomunikati mill-awtoritajiet tal-awditjar fir-Rapport Annwali tal-Attività 2017 tagħha (April 2018).

6.28.

Il-Kummissjoni qed twettaq valutazzjoni dettaljata tad-dokumenti tal-għeluq imressqa mill-Istati Membri li se titlesta sa mhux aktar tard mill-iskadenza regolatorja ta’ 31.8.2017. Ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju se jkun tabilħaqq irrappurtat fl-AAR tal-2017.

6.29.

Il-Kummissjoni tista’ biss tagħlaq programm ladarba r-rata residwa, b’kont meħud tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha, tkun tnaqqset għal livell taħt it-2 % (27). F’rapport speċjali li ppubblikajna reċentement dwar it-tħejjijiet għall-għeluq tal-programmi 2007-2013 (28), aħna osservajna li l-Kummissjoni kienet għamlet arranġamenti adegwati biex l-Istati Membri jagħlqu l-programmi operazzjonali tagħhom taħt il-Koeżjoni. F’rapport speċjali ieħor, dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Kummissjoni fil-Koeżjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 (29), aħna kkonkludejna wkoll li l-Kummissjoni kienet għamlet użu effettiv mill-miżuri għad-dispożizzjoni tagħha biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn infiq irregolari.

 

Aċċertament tal-Kummissjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020

Kummenti dwar il-bidu tal-perjodu 2014-2020

6.30.

Tliet snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri ddeżinjaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi responsabbli għall-fondi taħt il-Politika ta' Koeżjoni (30). Sal-1 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet kontijiet finali bi nfiq li jkopri biss 0,7  % tal-baġit allokat għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu. F’nofs l-2017, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit kien akbar milli kien fl-istess punt fil-perjodu 2007-2013 (31).

6.30.

Is-77 % tal-awtoritajiet tal-programm innominati huma responsabbli għal 88 % tat-total tal-allokazzjonijiet tal-politika ta’ Koeżjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-għażla hija responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni ripetutament ħeġġet lill-Istati Membri f’bosta okkażjonijiet (f’laqgħat u f’komunikazzjonijiet bil-miktub) biex iħaffu l-proċess — filwaqt li tiżgura rispett sħiħ tal-kriterji tal-għażla definiti fir-regolament — u pprovdiet kjarifiki u għajnuna fejn meħtieġa.

Dan għadu ma ġiex tradott f’talbiet għall-ħlas minn Stati Membri f’livelli simili għall-perjodu 2007–2013 iżda l-kundizzjonijiet kollha issa huma fis-seħħ għall-assorbiment fuq il-post. Ir-rata ta’ assorbiment fi tmiem l-2016 kienet ġeneralment ta’ 3,7  % għall-FEŻR/FK u 3,3  % għall-proġetti tal-FSE/YEI, li jirrifletti diġà ċertu titjib meta mqabbel maċ-ċifri disponibbli f’nofs l-2016 fuq il-bażi tal-kontijiet riċevuti sal-1 ta’ Marzu 2017.

Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza li f’dawn l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni, l-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati hija pass importanti lejn l-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika ta’ Koeżjoni. F’dak ir-rigward, fl-2016, il-Kummissjoni tinnota li r-ritmu tal-għażla tal-proġett ġiet imħaffa b’rata tal-għażla ġenerali laħqet 26 % għal proġetti tal-FEŻR/FK u 32 % għal proġetti tal-FSE/YEI, kif irrappurtat mill-Istati Membri. Din il-figura hija simili ta’ dik fl-istess mument fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013.

Il-mudell il-ġdid ta’ aċċertament tal-Kummissjoni għall-infiq fil-qasam ta’ Koeżjoni

6.31.

L-Istati Membri jippreżentaw “pakkett ta’ aċċertament” li jinkludi l-kontijiet wara ċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni. Bil-pakkett, l-Istati Membri jikkonfermaw l-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u l-kontrolli interni għal programm operazzjonali, u l-legalità u r-regolarità tal-infiq iċċertifikat, u jiddivulgaw ir-rati residwi kkalkulati mill-awtoritajiet tal-awditjar. Ir-rata residwa tinkludi korrezzjonijiet finanzjarji applikati u rreġistrati fil-kontijiet biex ir-riskji identifikati minn awditi tal-operazzjonijiet jiġu mitigati.

 

6.32.

Il-Kummissjoni għandha żmien sal-31 ta’ Mejju biex taċċetta jew tirrifjuta l-kontijiet, u trid tħallas il-bilanċ finali fi żmien xahar ieħor. Qabel taċċetta l-kontijiet, hija tiffoka prinċipalment fuq kontrolli amministrattivi ta’ kompletezza u preċiżjoni. Il-Kummissjoni ma tivvalutax kwistjonijiet relatati mal-legalità u r-regolarità f’dan l-istadju, iżda sussegwentement hija tista’ tniedi awditi tal-legalità u r-regolarità fl-Istati Membri biex teżamina x-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar (32). Għalhekk, il-konklużjonijiet tagħha dwar il-legalità u r-regolarità se jiġu rrappurtati fir-rapporti annwali tal-attività għas-sena n+1.

6.32.

Il-Kummissjoni tkompli tipproċedi eżami dokumentarju profond tad-dokumenti kollha riċevuti fil-pakketti tal-assigurazzjoni; b’mod partikolari, ir-rati ta’ erruri rrappurtati, ir-riskji residwi u l-opinjonijiet tal-awditjar maħruġa mill-awtoritajiet tal-awditjar. F’konformità mal-Istrateġija tal-Awditjar Unika implimentata mid-Direttorati Ġenerali kkonċernati, dan ix-xogħol dokumentarju huwa kkumplimentat b’awditjar ta’ konformità bbażat fuq ir-riskju. L-għan ewlieni huwa li permezz tar-rieżami tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet, tiġi mfittxija assigurazzjoni raġonevoli li l-ebda nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jibqa’ mhux skopert, mhux irrappurtat u għalhekk mhux ikkoreġut.

Kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti annwali tal-attività għall-perjodu 2014-2020

6.33.

Għall-perjodu 2014-2020, 18-il Stat Membru ppreżentaw kontijiet bi nfiq relatat ma’ 71 mill-419-il programm operazzjonali approvat (33), li jiswew total ta’ EUR 3,3  biljun (34). Il-Kummissjoni aċċettat 69 kont sad-data ta' skadenza regolatorja tal-31 ta’ Mejju 2017 (35). Bħal fil-każ tad-dikjarazzjoni tal-għeluq għall-perjodu preċedenti (ara l-paragrafu 6.29), l-aċċettazzjoni amministrattiva tal-kontijiet seħħet wara li r-rapporti annwali tal-attività ġew adottati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma bdietx tivverifika l-legalità u r-regolarità tal-71 programm operazzjonali qabel Ġunju 2017. Għalhekk, ir-riżultati mhumiex se jiġu ppubblikati qabel ma joħorġu r-rapporti annwali tal-attività 2017 f’Ġunju 2018.

6.33.

Taħt is-sistema l-ġdida għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, il-Kummissjoni se tikkumplimenta l-valutazzjoni dokumentarja tagħha tar-rati ta’ erruri rrappurtati minn awtoritajiet tal-awditjar b’awditi fuq il-post ibbażati fuq ir-riskju. Qabel tikkonferma l-affidabbiltà tad-dejta rrappurtata fir-rapporti ta’ attività annwali sussegwenti, hija se tkun ukoll f’pożizzjoni li tqis l-osservazzjonijiet li l-QEA setgħet irrappurtat f’dan l-istadju. Dan jippermetti t-tisħiħ tal-kwalità tad-dejta pprovduta lill-awtoritajiet tal-kwittanza fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi.

6.34.

Aħna qbadna għadd ta’ riskji metodoloġiċi li jkunu jridu jiġu indirizzati biex it-trasparenza u l-affidabbiltà tar-rati residwi rrappurtati jiġu żgurati:

6.34.

Il-perjodu ta’ rappurtar għar-rapport annwali tal-attività mhuwiex l-istess bħal dak għall-kontijiet annwali ppreżentati mill-Istati Membri. Id-DĠ huma meħtieġa jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-pagamenti għas-sena kalendarja n, iżda l-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-infiq iddikjarat lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja minn Lulju n-1 sa Ġunju n. Dan ifisser li l-Kummissjoni tipprovdi aċċertament għal perjodu differenti (sena kalendarja) minn dak li jintuża mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (sena finanzjarja). Għalhekk, kull rapport annwali tal-attività għandu jindika b’mod ċar l-eżitu tal-valutazzjoni sħiħa li l-Kummissjoni twettaq fuq il-kontijiet inizjalment ippreżentati fir-rapport annwali tal-attività għas-sena preċedenti.

Il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni kollha disponibbli f’dak iż-żmien tar-rappurtar tal-AAR, kif kien il-każ għal bosta snin.

Il-Kummissjoni tenfasizza li r-Regolament tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 kif ukoll il-perjodu ta’ żmien stabbilit għall-pakkett ta’ assigurazzjoni jippermettu allinjament aħjar tal-perjodi ta’ rapportar mal-awtoritajiet tal-programm, meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013. Id-Direttur Ġenerali jrid jipprovdi assigurazzjoni dwar in-nefqa matul is-sena kalendarja billi jqis l-assigurazzjoni tal-kont provduta mill-awtorità tal-programm fil-pakkett ta’ assigurazzjoni tagħhom u ż-żamma ta’ 10 % fuq kull dividend interim. Il-Kummissjoni taqbel li tipprovdi lill-AAR bl-eżitu tal-valutazzjoni sħiħa tagħha fuq il-legalità u r-regolarità minn pakketti tal-assigurazzjoni sottomessi mill-Istati Membri fis-sena ta’ qabel (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.33).

Skont l-Artikolu 137(2) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), l-Istati Membri jridu jeskludu mill-kontijiet tagħhom kwalunkwe ammont li jkun ġie inkluż qabel fi klejm għall-pagament iżda li għalih tkun għaddejja valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità. Kwalunkwe parti minn ammonti bħal dawn li sussegwentement tinstab li hija legali u regolari tista’ tiġi inkluża fi klejm għall-pagament fil-futur. Aħna ltqajna ma’ każ wieħed fejn l-awtorità tal-awditjar inkludiet ammonti ta’ dan it-tip fil-kalkolu tar-rati residwi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni terġa’ tfakkar lill-awtoritajiet tal-awditjar li l-ammonti skont l-Artikolu 137(2) jridu jkunu identifikabbli b’mod ċar u ma jridux jitteiħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rati residwi.

Il-Kummissjoni fil-fatt diġà ċċarat lill-awtoritajiet tal-awditjar fin-Nota ta’ Gwida dwar ir-Rapport Annwali ta’ Kontroll u l-Opinjoni tal-Awditjar (36) l-kriterji biex tiġi kkalkulata korrezzjoni finanzjarja fil-kalkolu tar-rata tar-riskju residwu. Kif tinnota l-Qorti, il-fattur deċiżiv huwa jekk il-korrezzjoni finanzjarja għandhiex l-intenzjoni li tnaqqas ir-riskju identifikat mill-awtoritajiet tal-awditjar bħala riżultat tal-awditjar tal-operazzjonijiet (ara l-osservazzjonijiet tal-ECA fil-paragrafu 6.32).

L-ammonti taħt valutazzjoni attwali wara d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 137 (2) li tnaqqsu mill-kontijiet jipprovdu aktar garanziji li n-nefqa kollha ċertifikata fil-kontijiet annwali hija legali u regolari u ma għandhiex ikollha effett fuq il-kalkolu tar-rata tar-riskju residwu mill-awtoritajiet tal-awditjar. Il-Kummissjoni għalhekk se tkompli tiċċara l-gwida tagħha lill-Istati Membri.

Il-formoli ta’ rappurtar għall-kontijiet ma jinkludux taqsima ddettaljata għal irtirar individwali u għall-ammonti skont l-Artikolu 137(2). Għalkemm jingħataw ċifri aggregati, hija biss informazzjoni ddettaljata fil-livell tal-operazzjonijiet li tista’ tiżgura li jkun hemm rendikont adatt tal-entrati biex il-kontijiet jiġu aċċettati. Id-disponibbiltà diretta ta’ din l-informazzjoni fis-sistema komuni ta’ rappurtar tkun issaħħaħ it-trasparenza u tippermetti li jsiru l-kontrolli neċessarji.

Ammonti taħt valutazzjoni attwali għandhom jiġu żvelati globalment f’Appendiċi 8 tal-kontijiet flimkien ma’ spjegazzjoni mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-ħtieġa għall-awtorità tal-awditjar biex tivverifika dawn l-ispjegazzjonijiet u diskrepanzi potenzjali.

L-awtorità ta’ ċertifikazzjoni trid iżżomm rekords kontabilistiċi sħaħ u dettaljati fis-sistema ta’ monitoraġġ tal-programmi għal movimenti individwali u modifiki li saru bejn talbiet għal dividend interim u l-ammonti ddikjarati fil-kontijiet annwali biex tissorvelja l-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 137(2) ta’ dikjarazzjoni sussegwenti ta’ dawn l-ammonti. Dawn l-ammonti, jekk iktar tard jinstabu legali u regolari u introdotti f’talbiet għall-pagament fis-snin ta’ wara se jkunu soġġetti għall-istess mekkaniżmu ta’ verifika u kontroll bħal kull xorta ta’ nefqa ġdida.

Kjarifika meħtieġa għad-definizzjoni tal-popolazzjoni tal-awditjar fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji u tal-pagamenti bil-quddiem relatati mal-għajnuna mill-Istat

6.35.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkjarifika r-regoli li jkopru l-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-popolazzjonijiet tal-awditjar fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji (37). Pagamenti għal strument isiru malli l-istruttura legali tkun stabbilita, u jiġu inklużi fi klejms għall-pagamenti interim ippreżentati lill-Kummissjoni (38). Ir-regolament jillimita d-definizzjoni ta’ nfiq eliġibbli għal pagamenti lir-riċevituri finali, riżorsi li jkunu ġew impenjati għal kuntratti ta’ garanzija, u r-rimborż ta’ spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni (39). Jekk il-popolazzjoni tal-awditjar titqies bħala d-dotazzjoni inizjali, aktar milli l-infiq eliġibbli ddivulgat fil-kontijiet annwali, ir-rata residwa ma tiġix stmata b’mod suffiċjenti. L-istess problema taffettwa l-pagamenti bil-quddiem relatati mal-għajnuna mill-Istat.

6.35.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha biex taħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar u l-QEA biex tiżgura li jiġi applikat fehim komuni għar-rati ta’ erruri li għandhom jiġu rrappurtati. B’mod partikolari, sabiex ikun hemm valutazzjoni kwalitattiva tar-rata ta’ erruri, il-Kummissjoni ħeġġet lill-awtoritajiet tal-awditjar biex jużaw l-għażla regolatorja biex ikollhom stratum speċifiku għal strumenti finanzjarji (l-Artikolu 28 (10) tal-Att Delegat 480/2014). Gwida ulterjuri f’dan ir-rigward se tiġi provduta lill-awtoritajiet tal-awditjar.

L-Artikolu 127 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) applikabbli għall-perjodu 2014–2020 jistabbilixxi li l-awditjar isir fuq kampjun adegwat tal-operazzjonijiet abbażi ta’ nefqa ddikjarata.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-pagamenti fl-istrumenti finanzjarji fil-perjodu 2014–2020 se jsiru f’porzjonijiet, soġġetti għal obbligi regolatorji fir-rigward tal-użu reali tal-pagament preċedenti li għandu jiġu inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditi tal-operazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-awditjar. Skont l-ewwel parti, l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom jivverifikaw li r-rekwiżiti applikabbli (akkwist pubbliku, valutazzjoni ex ante) ġew issodisfati u l-erruri misjuba għandhom impatt fuq ir-rata ta’ erruri.

F’dak li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat bil-quddiem, kif diġà sar għall-għeluq tal-2007–2013, il-Kummissjoni ser tiċċara lill-awtoritajiet tal-awditjar li huma jridu jwettqu xogħol ta’ awditjar (jiġifieri awditi tas-sistema) biex tikkonferma li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni stabbilixxew sistema li tassigura li l-għajnuna bil-quddiem hija ġġustifikata kif suppost mal-iskadenza regolatorja.

Konsistenza bejn l-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività u s-sejbiet proprji tagħna

6.36.

Il- Kaxxa 6.5 fiha sommarju tal-informazzjoni pprovduta mir-rapporti annwali tal-attività dwar il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

 

Kaxxa 6.5 —   Stampa ġenerali tal-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività għall-perjodu 2007-2013

(EUR biljun)

Attività

Fond

Infiq rilevanti totali

Infiq rilevanti għall-2016

Programmi operazzjonali

Rata ta' żball tal-2016

Riskju residwu

Għadd ta’ riżervi

Minima

Massima

Perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013

FEŻR/FK

254,5

26,2

322

2,2  %

4,2  %

0,4  %

66

FSE

70,2

6,4

118

3,9  %

4,3  %

0,7  %

23

Total

324,7

32,6

440

2,6  %

4,2  %

0,5  %

89

Sors: Ir-Rapporti Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL.

6.37.

Madankollu, il-livell ta’ żball stmat minna huwa ogħla mir-rati ta’ żball li l-Kummissjoni rrappurtat fir-rapporti annwali tal-attività tagħha fuq il-bażi tar-riżultati tal-awtoritajiet tal-awditjar. Madankollu, dawn iż-żewġ settijiet ta’ żbalji mhumiex kumparabbli bis-sħiħ, prinċipalment għar-raġunijiet li ġejjin:

ir-rati residwi rrappurtati fir-rapporti annwali tal-attività mhumiex relatati mal-istess perjodu bħal dawk li aħna nippubblikaw (40);

ir-rati residwi kkalkulati mill-Kummissjoni huma pluriennali u jieħdu kont tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha fil-livell tal-UE u f’dak tal-Istati Membri;

ir-riżultati tagħna huma bbażati fuq kampjun statistikament rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet fil-livell tal-UE filwaqt li, għalkemm l-awtoritajiet tal-awditjar ġeneralment japplikaw kampjunar statistiku, huma jistgħu jagħżlu wkoll awditi ta’ operazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kampjuni mhux statistiċi.

6.37.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà tar-rati ta’ erruri rrappurtata kull sena mill-Istati Membri hija bbażata fuq analiżi dokumentarja bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli permezz ta’ missjonijiet ta’ inkjesta fuq il-post ibbażati fuq ir-riskju, b’kont meħud ukoll tal-valutazzjoni ġenerali tal-affidabbiltà tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar. Meta jkun meħtieġ il-Kummissjoni titlob u tikseb mingħand l-awtoritajiet tal-awditjar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.27.

Il-Kummissjoni tqis li għar-rapport annwali tal-2016, kif kien il-każ għal dawn l-aħħar sitt snin konsekuttivi għad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni u ħames snin konsekuttivi għad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana qabel dan ir-rapport annwali, ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni huwa konformi mar-rati ta’ erruri kkalkolati mill-QEA (ara l-paġni 75 u 64 tal-AARs rispettivi).

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

6.38.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta' żball fl-infiq fuq “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” kien materjali.

6.38 u 6.39.

Il-Kummissjoni tinnota li l-livell stmat ta’ erruri ppreżentati mill-QEA tjieb matul is-snin u huwa konformi mar-rati ta’ erruri rrappurtati fl-AARs tas-servizzi tal-Kummissjoni rispettivi.

Fl-2016, il-Kummissjoni kompliet tiffoka l-awditi u l-azzjonijiet tagħha fuq il-programmi/l-Istati Membri l-aktar riskjużi fid-dawl tal-preparazzjoni għall-għeluq u biex timplimenta miżuri korrettivi meta jkunu meħtieġa permezz ta’ politika stretta ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti. Hija qed tapplika analiżi u l-proċeduri b’mod strett biex fl-għeluq teskludi kull riskju materjali li jibqa’ ta’ nefqa irregolari.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li minħabba l-karattru pluriennali tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-Politika ta’ Koeżjoni, l-erruri jistgħu jiġu kkorreġuti sal-għeluq kif muri fit-taqsima 2.1.3 tal-AARs rispettivi tal-2016 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni.

Biex jiġu indirizzati r-rati ta’ erruri materjali rrappurtati mill-QEA skont il-Politika ta’ Koeżjoni, rekwiżiti msaħħa dwar il-legalità u r-regolarità u l-kontabilità tal-awtoritajiet tal-programm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 jinkludi l-introduzzjoni ta’ kontijiet annwali li jkunu ħielsa mill-irregolaritajiet materjali u tisħiħ tal-kapaċità korrettiva tal-Kummissjoni mill-possibbiltà li tapplika korrezzjonijiet finanzjarji netti taħt ċerti kundizzjonijiet.

Dawn ir-rekwiżiti se jkunu inċentiv importanti għall-Istati Membri sabiex jidentifikaw, jirrappurtaw u jikkoreġu nuqqasijiet serji qabel jiċċertifikaw il-kontijiet annwali lill-Kummissjoni u għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis dejjiemi tar-rati ta’ erruri rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar, kif jidher mill-ewwel pakketti tal-assigurazzjoni li ġew riċevuti fl-2017.

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġibiet tagħha fil-paragrafi 6.7 u 6.19.

6.39.

Għal din l-intestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta livell kumplessiv ta’ żball stmat ta’ 4,8  % (ara l- Anness 6.1 ).

Rakkomandazzjonijiet

6.40.

L- Anness 6.4 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna tal-11-il rakkomandazzjoni li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (41). Minn dawn, il-Kummissjoni kienet implimentat tmien rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ, filwaqt li tnejn kienu ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, u ma kienet ittieħdet l-ebda azzjoni fir-rigward ta’ rakkomandazzjoni waħda.

6.40.

Il-Kummissjoni tinnota li ma kinitx aċċettat ir-rakkomandazzjoni li f’dan il-paragrafu ġiet irrapportata bħala li ma ġietx implimentata.

6.41.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tagħti attenzjoni partikolari, meta tkun qed tagħlaq il-programmi 2007-2013, għal oqsma li fihom hemm riskju akbar ta’ nfiq ineliġibbli jew tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni impreċiża li tista’ twassal għal rimborż eċċessiv. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffoka fuq li:

a.

tiżgura li ammonti eliġibbli rrappurtati għall-istrumenti finanzjarji fl-għeluq ma jinżdidux artifiċjalment minħabba f’rappurtar eċċessiv tal-ammonti li jkunu ntużaw fil-livell tar-riċevituri finali. Ir-riskju huwa l-ogħla għall-fondi ta’ garanzija, fejn multiplikatur artifiċjalment baxx ikun ifisser żieda mhux iġġustifikata fl-ispejjeż eliġibbli;

b.

tivverifika li l-pagamenti bil-quddiem relatati mal-għajnuna mill-Istat kienu ġew koperti minn infiq reali fil-livell tal-proġetti, li huwa l-uniku nfiq eliġibbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet maniġerjali jkunu wettqu verifikazzjonijiet suffiċjenti biex ikun jista’ jsir rendikont xieraq tal-entrati għall-approvazzjoni tal-pagamenti bil-quddiem u għat-tnaqqis ta’ ammonti mhux iġġustifikati;

c.

tiżgura li l-infiq għall-proġetti l-kbar kollha jkun appoġġat minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-proġett u li, fin-nuqqas ta’ dan, l-infiq iddikjarat isir ineliġibbli. Jeżisti riskju partikolari fejn proġetti kbar jinqasmu f’sezzjonijiet iżgħar li jkunu taħt is-soll tal-proġetti l-kbar.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u diġà qed tqis, fost affarijiet oħrajn, oqsma partikolari identifikati mill-Qorti fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, Għajnuna mill-Istat u proġetti maġġuri matul ir-rieżami tagħha tal-pakketti tal-għeluq 2007–2013 li għaddej bħalissa.

Il-Kummissjoni tfakkar li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jinnotifikaw proġetti maġġuri lill-Kummissjoni.

Rakkomandazzjoni 2: tindirizza, għall-perjodu 2014-2020, kwistjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kalkolu affidabbli tar-rata residwa, billi tintroduċi kontrolli robusti u gwida fir-rigward:

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

 

a.

tal-popolazzjoni tal-awditjar ta’ strumenti finanzjarji u pagamenti bil-quddiem relatati mal-għajnuna mill-Istat. Għall-istrumenti finanzjarji, jenħtieġ li l-popolazzjoni tieħu kont xieraq tal-ammonti li jintużaw fil-livell tar-riċevituri finali u, għall-għajnuna mill-Istat, tal-infiq reali li jsir fil-livell tal-proġetti, kif jiġi rrappurtat fil-kontijiet;

(a)

Fl-isfond deskritt fit-tweġibiet tagħha għall-paragrafu 6.36, u bil-ħsieb tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar in-nefqa eliġibbli u popolazzjoni tal-awditu, il-Kummissjoni timpenja ruħha biex taħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar u l-QEA sabiex tiżgura li jiġi applikat fehim komuni tat-trattament ta’ strumenti finanzjarji u tal-għajnuna mill-Istat minn qabel fil-popolazzjoni tal-awditu u x-xogħol tal-awditjar korrispondenti li għandu jitwettaq sabiex tinkiseb l-assigurazzjoni raġonevoli meħtieġa.

 

b.

tal-kopertura tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji li huma mmaniġġjati mill-BEI. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-arranġamenti għall-awditjar ikunu adegwati kemm fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji kif ukoll f’dak tar-riċevituri finali. L-approvazzjoni finali għall-emendi għall-bażi legali eżistenti li l-Kummissjoni pproponiet għar-Regolament Omnibus  (42), kif ukoll l-obbligu ta’ twettiq ta’ awditjar fil-livell tal-Istati Membri, ikollhom rwol essenzjali f’dan ir-rigward;

(b)

Il-Kummissjoni pproponiet fir-Regolament Omnibus, li adottatat f’Settembru 2016, biex jemenda l-Artikolu 40 tas-CPR.

L-emenda proposta għall-Artikolu 40, applikabbli għall-istrumenti finanzjarji kollha implimentati mill-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħra (IFIs), tiċċara l-eżistenza ta’ żewġ livelli ta’ kontrolli/awditjar: 1) fil-livell tal-BEI/IFIs; 2) fil-livell tal-korpi fil-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri. Fl-ewwel livell, il-Grupp tal-BEI jew IFIs oħra se jipprovdu rapporti ta’ kontroll akkumpanjati minn rapport/opinjoni ta’ awditjar annwali maħruġa mill-awdituri maħtura fil-Ftehim ta’ Finanzjament. Għat-tieni livell, l-Istati Membri jwettqu verifiki mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u awditjar mill-awtoritajiet tal-awditjar fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji u għall-awtoritajiet tal-awditjar, meta rilevanti, fil-livell ta’ riċeventi finali fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawn il-verifiki u l-awditi, b’kont meħud tar-riskji identifikati, se jkopru l-implimentazzjoni tal-istrumenti. Ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki u l-awditi se jikkumplimentaw ir-rapporti li waslu mingħand il-Grupp tal-BEI/l-IFIs.

 

c.

tal-esklużjoni tal-ammonti li tkun qed issirilhom valutazzjoni skont l-Artikolu 137(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, mill-kalkolu tar-rata residwa kif irrappurtata mill-Istati Membri, billi l-inklużjoni tagħhom tirriżulta f’dikjarazzjoni insuffiċjenti tar-rata residwa u dan inaqqas it-trasparenza u l-affidabbiltà ta’ dan l-indikatur ewlieni.

(c)

Il-Kummissjoni tqis li diġà ħadet azzjoni, iżda hija lesta li tkompli tiċċara l-gwida attwali tagħha lill-Istati Membri.

Kif spjegat fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.34, skont il-qafas regolatorju 2014–2020, l-Istati Membri għandhom jeskludu mill-kontijiet tagħhom ċerti ammonti li jkunu diġà ġew inklużi f’talba għal pagament iżda li għalihom hemm valutazzjoni attwali tal-legalità u r-regolarità ta’ dik in-nefqa. Kwalunkwe parti jew in-nefqa kollha li sussegwentement tinstab li tkun legali u regolari tista’ tiġi inkluża f’talba futura għal pagament. Għalhekk l-ammonti taħt valutazzjoni attwali wara d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 137 (2) ma għandhom l-ebda impatt fuq il-kalkolu tar-rata ta’ riskju residwu. Il-Kummissjoni ċċarat lill-awtoritajiet tal-awditjar fin-Nota ta’ Gwida dwar Rapport ta’ Kontroll Annwali u l-Opinjoni tal-Awditjar (43) il-kriterji biex jikkalkolaw korrezzjoni finanzjarja bir-rata ta’ riskju residwu. Il-possibbiltà mogħtija mir-regolament sabiex dawn l-ammonti jiġu inklużi taħt valutazzjoni attwali f’applikazzjoni sussegwenti għal pagament interim jekk jinsabu li huma legali u regolari mhijiex rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tar-rata ta’ erruri residwa u tipprovdi aktar garanziji li n-nefqa kollha ċċertifikata fil-kontijiet annwali hija legali u regolari.

Rakkomandazzjoni 3: meta tkun qed terġa’ tqis it-tfassil u l-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni għall-Fondi SIE wara l-2020, issaħħaħ il-fokus tal-programm fuq il-prestazzjoni u tissimplifika l-mekkaniżmu għall-pagamenti billi tħeġġeġ, kif xieraq, l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri li jorbtu l-livell ta’ pagamenti mal-prestazzjoni, minflok sempliċiment jirrimborżaw l-ispejjeż.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, peress li taqbel kompletament li tikkunsidra disinn alternattiv u mekkaniżmi eżekuttivi inkluż dak irrakkomandat mill-QEA, iżda għadha ma tistax tikkommetti ruħha għal pożizzjoni fid-dettall dwar il-proposti tagħha għall-fondi SIE ta’ wara l-2020. Hija tinnota wkoll li l-emenda proposta tar-regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni ppreżentat u adottat mill-Kummissjoni fl-aħħar tal-2016 (l-hekk imsejjaħ Omnibus), jekk jiġi adottat minn istituzzjonijiet oħra, diġà jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jimxi lil hinn mir-rimborż tal-kostijiet favur ta’ pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni tal-proġetti.

Il-preżentazzjoni f’waqtha ta’ proposti leġislattivi għall-politika ta’ Koeżjoni hija prijorità għall-Kummissjoni. L-għażla taż-żmien, madankollu, tiddependi fuq l-adozzjoni tal-proposta għar-Regolament QFP. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-pakkett leġiżlattiv għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 ser tkun ippreżentata sussegwentement.

Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-koleġiżlaturi bl-għan li jkun hemm adozzjoni f’waqtha u dħul fis-seħħ tal-qafas leġiżlattiv.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

PARTI 2 — VALUTAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI TAL-PROĠETTI

6.42.

Il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jippresupponi fokus mhux biss fuq il-konformità regolatorja iżda wkoll fuq l-ilħuq tal-objettivi ddikjarati (44).

 

6.43.

F’dawn l-aħħar tliet snin, minbarra li ċċekkjajna r-regolarità, fejn il-proġetti li eżaminajna ġew ikkompletati fiżikament aħna vvalutajna wkoll il-prestazzjoni (45). Din is-sena, minħabba li l-perjodu ta’ eliġibbiltà ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2015, il-168 proġett kollha li eżaminajna (bl-esklużjoni tal-istrumenti finanzjarji) kien imisshom ġew ikkompletati saż-żmien meta sar l-awditu tagħna. Għall-168 proġett kollha aħna vvalutajna:

 

aspetti rilevanti tat-tfassil tas-sistema ta’ prestazzjoni (b’mod partikolari jekk il-programmi operazzjonali kellhomx indikaturi, tal-outputs u tar-riżultati, li kienu rilevanti għall-objettivi tagħhom u jekk l-objettivi, għall-outputs u għar-riżultati, li kienu speċifikati fid-dokumenti tal-proġetti (46) kinux jikkorrispondu għall-objettivi tal-programmi operazzjonali għal kull assi prijoritarju);

 

il-prestazzjoni tal-proġetti, jiġifieri jekk il-proġetti kinux laħqu l-objettivi tagħhom u ssodisfawx il-miri ssettjati għal kull indikatur.

 

Valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta’ prestazzjoni

6.44.

Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-benefiċjarji kienu legalment meħtieġa jiddefinixxu u jirrappurtaw dwar l-outputs. Biex jivvalutaw il-kontribut ta’ proġett għall-objettivi tal-programm operazzjonali, l-Istati Membri kellhom ukoll l-għażla li jiddefinixxu indikaturi tar-riżultati li jorbtu r-riżultati tal-proġetti mal-indikaturi korrispondenti għall-assi prijoritarju tal-programm operazzjonali.

 

6.45.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014-2020 jinkludu xi miżuri li, jekk jiġu implimentati b’mod adegwat, għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programmi. F’eżempju wieħed, l-awtoritajiet tal-awditjar huma meħtieġa jeżaminaw l-affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni (47). F’eżempju ieħor, wara analiżi tal-prestazzjoni li hija tkun wettqet, il-Kummissjoni tista’ timponi sanzjonijiet f’każijiet fejn assi prijoritarju kellu prestazzjoni serjament baxxa fl-indikaturi finanzjarji u tal-output tiegħu (48).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Terz tal-proġetti eżaminati kienu koperti minn sistema ta’ kejl tal-prestazzjoni b’indikaturi tal-outputs u tar-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programmi operazzjonali

6.46.

Aħna sibna li, għal 63 mill-168 proġett (38 %), kien hemm stabbilita sistema ta’ kejl tal-prestazzjoni li torbot l-outputs u r-riżultati tal-proġetti ma’ dawk fl-objettivi tal-programmi operazzjonali.

 

6.47.

F’101 każijiet oħra (60 %), aħna sibna għadd ta’ dgħufijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu fasslu s-sistemi ta’ prestazzjoni kemm fil-livell tal-programmi operazzjonali kif ukoll f’dak tal-proġetti. Id-dgħufijiet l-aktar frekwenti kienu:

6.47.

Għalkemm il-fondi strutturali tal-qafas leġiżlattiv għall-2007-2013 ma kienx jobbliga lill-awtoritajiet tal-programm jiddefinixxu indikaturi tar-riżultati fil-livell ta’ proġett, il-Kummissjoni ħeġġet dan kull meta kien rilevanti. Xi indikaturi tar-riżultati tabilħaqq li ma setgħux jitkejlu b’mod sinifikanti fil-livell ta’ proġett wieħed.

F’70 każ (42 % mill-168 każ), l-awtoritajiet ma kinux iddefinew indikaturi tar-riżultati u lanqas ma ssettjaw miri għall-kejl tal-prestazzjoni fil-livell tal-proġetti, jew inkella l-indikaturi ddefiniti tar-riżultati ma kinux konsistenti ma’ dawk tal-programm operazzjonali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk dawn il-proġetti għamlux xi kontribut għall-objettivi ġenerali tal-programm (ara wkoll il-paragrafu 6.55);

 

fi 13-il każ, l-awtoritajiet kienu kklassifikaw l-outputs b’mod skorrett bħala riżultati, jew vice versa, fil-programm operazzjonali u/jew fid-dokumenti ta’ approvazzjoni tal-proġetti;

 

fi 12-il każ, l-indikaturi tal-outputs tal-proġetti ma kinux konsistenti ma’ dawk tal-programm operazzjonali.

 

6.48.

Għall-erba’ każijiet li jifdal (2 %) (49), l-awtoritajiet ma kellhomx sistema ta’ prestazzjoni li tiddefinixxi u tkejjel l-outputs u r-riżultati fil-livell tal-proġetti. F’dawn l-erba’ każijiet aħna ma stajniex nivvalutaw il-prestazzjoni tal-proġetti.

 

6.49.

Filwaqt li r-regolamenti għaż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020 ma jirrikjedux li l-Istati Membri jissettjaw indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-proġetti, dan sar għal 90 (54 %) mill-168 proġett li eżaminajna. Hija prattika tajba għall-awtoritajiet maniġerjali u l-korpi intermedjarji li, kull fejn ikun possibbli, jissettjaw indikaturi tar-riżultati ta’ dan it-tip, billi dan jippermetti li l-kontribut speċifiku li jsir minn proġett għall-objettivi tal-assi prijoritarju korrispondenti jkun jista’ jitkejjel.

6.49.

Il-Kummissjoni tinnota li hemm titjib kbir fl-2014–2020 b’sistema komprensiva ta’ indikaturi obbligatorji tal-outputs u r-riżultati fil-livell tal-programm. Il-kisba tal-objettivi titkejjel permezz ta’ indikatur tar-riżultat (b’linja bażi — il-punt tat-tluq — u mira). Il-programmi se jkejlu u jirrapportaw il-progress b’mod sistematiku tal-indikaturi tar-riżultati. Il-proġetti fi programm jintgħażlu biex irendu outputs u jikkontribwixxu lejn ir-riżultati li jridu jintlaħqu fil-livell tal-programm. Il-progress tagħhom jitkejjel b’indikaturi tal-output. Dawn huma mandatorji wkoll.

6.50.

Aħna sibna proġetti mingħajr indikaturi tar-riżultati fi 11 mill-14-il Stat Membru li minnhom ikkampjunajna t-tranżazzjonijiet (50). Madankollu, dawn kienu l-aktar komuni fil-Bulgarija, fi Spanja u fl-Italja għall-FEŻR/FK, u fl-Irlanda u fi Spanja għall-FSE. F’dawn il-pajjiżi, aktar minn nofs il-proġetti kkompletati li eżaminajna ma kellhomx indikaturi tar-riżultati, jew inkella l-indikaturi ma kinux konsistenti mal-programmi operazzjonali.

 

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti

6.51.

Il- Kaxxa 6.6 tagħti sommarju tar-riżultati tal-valutazzjoni li wettaqna tal-prestazzjoni tal-proġetti.

 

Kaxxa 6.6 —   Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti

Valutazzjoni tal-prestazzjoni

Għadd ta’ proġetti li għalihom aħna vvalutajna:

Kemm l-indikaturi tal-outputs kif ukoll dawk tar-riżultati

L-indikaturi tal-outputs biss (l-indikaturi tar-riżultati ma ġewx iddefiniti)

La l-indikaturi tal-outputs u lanqas dawk tar-riżultati

Proġetti li ma jiffunzjonawx

TOTALI

Għadd ta’ proġetti

90 (100 %)

70 (100 %)

4 (100 %)

4 (100 %)

168 (100 %)

Miksubin bis-sħiħ

43 (48 %)

54 (77 %)

 

 

97 (58 %)

Parzjalment miksubin

45 (50 %)

12 (17 %)

 

 

57 (34 %)

Mhux miksubin

2 (2 %)

4 (6 %)

 

4 (100 %)

10 (6 %)

Ma setgħux jiġu vvalutati

 

 

4 (100 %)

 

4 (2 %)

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Mid-90 proġett li kellhom kemm indikaturi tal-outputs kif ukoll dawk tar-riżultati, 88 issodisfaw l-objettivi tagħhom mill-inqas parzjalment

6.52.

Mid-90 proġett b’sistema ta’ kejl tal-prestazzjoni għall-outputs u r-riżultati, 43 (48 %) laħqu bis-sħiħ kemm l-objettivi tal-outputs kif ukoll dawk tar-riżultati ssettjati mill-awtoritajiet maniġerjali.

6.52.

Il-Kummissjoni tinnota li, fl-ewwel lok, huma l-awtoritajiet ta’ ġestjoni li huma meħtieġa jiżguraw li jiġu magħżula u approvati proġetti b’valur miżjud għall-UE.

Fir-rigward tal-indikaturi tal-output, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm ġiet imsaħħa għall-perjodu tal-2014-2020: kif previst fil-qafas regolatorju tal-2014-2020 (l-Artikolu 22(6) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013), il-Kummissjoni se tkun tista’ tissospendi pagamenti interim jew timponi korrezzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri f’każ ta’ insuffiċjenza serja ta’ assi ta’ prijorità fi programm, rispettivament b’riżultat tar-rieżami tal-prestazzjoni (l-Artikolu 22(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u fl-għeluq (l-Artikolu 22(7)).

6.53.

45 proġett ieħor (50 %) kienu laħqu l-objettivi tagħhom tal-outputs u tar-riżultati parzjalment. Minn dawn, fl-aħħar mill-aħħar sebgħa twettqu f’fażijiet matul iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni (2007-2013 u 2014-2020). Dawn il-proġetti kienu fi tliet programmi operazzjonali fi tliet Stati Membri (l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija).

6.53.

Il-Kummissjoni tinnota li l-għeluq tal-perjodu ta’ eliġibilità ma jikkoinċidix neċessarjament mad-data finali fil-mira stabbilita biex jitkejlu l-indikaturi tal-prestazzjoni kollha.

6.54.

Fl-aħħar nett, żewġ proġetti ma laħqu l-ebda wieħed mill-objettivi tagħhom. Barra minn hekk, erba’ proġetti “ma kinux qed jiffunzjonaw” skont id-definizzjoni fil-linji gwida dwar l-għeluq (51). Fid-dikjarazzjoni tal-għeluq għal programm operazzjonali, l-awtoritajiet maniġerjali huma espliċitament mistennija jirrappurtaw dwar proġetti “li ma jiffunzjonawx”.

6.54.

Il-Kummissjoni tuża l-miżuri kollha possibbli għad-dispożizzjoni tagħha biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti fl-użu tal-fondi tal-UE. Barra minn hekk, huwa biss fl-istadju tal-għeluq tal-programmi li l-prestazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati minn Programmi Operattivi se tiġi evalwata.

Mis-70 proġett fejn ġew iddefiniti u vvalutati biss l-indikaturi tal-outputs, 66 issodisfaw l-objettivi tal-outputs tagħhom mill-inqas parzjalment

6.55.

Mis-70 proġett, 54 (77 %) kienu laħqu bis-sħiħ l-objettivi tal-outputs tal-awtoritajiet maniġerjali, filwaqt li 12 (17 %) oħra kienu laħqu dawk l-objettivi parzjalment u l-4 (6 %) li jifdal ma kienu laħqu l-ebda wieħed minnhom.

6.55.

Il-Kummissjoni tinnota li, fl-ewwel lok, huma l-awtoritajiet ta’ ġestjoni li huma meħtieġa jiżguraw li jiġu magħżula u approvati proġetti b’valur miżjud għall-UE.

Konklużjoni

6.56.

Terz biss mill-proġetti eżaminati kellhom sistema ta’ kejl tal-prestazzjoni b’indikaturi tal-outputs u tar-riżultati marbuta mal-objettivi tal-programmi operazzjonali. Il-maġġoranza tal-proġetti ssodisfaw l-objettivi tal-output tagħhom mill-inqas parzjalment. Madankollu, għal 42 % tal-proġetti ma kienx possibbli li jiġi identifikat u mkejjel kontribut speċifiku għall-objettivi ġenerali tal-programmi, peress li ma ġewx iddefiniti indikaturi tar-riżultati jew miri fil-livell tal-proġetti.

6.56.

Għalkemm tal-qafas leġiżlattiv tal-fondi strutturali għall-2007-2013 ma kienx jobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali jiddefinixxu indikaturi tar-riżultati fil-livell ta’ proġett, il-Kummissjoni ħeġġet dan kull meta kien rilevanti. Xi indikaturi tar-riżultati tabilħaqq li ma setgħux jitkejlu b’mod sinifikanti fil-livell ta’ proġett wieħed.

6.57.

Id-definizzjoni ta’ indikaturi u l-issettjar tal-miri b’mod simultanju jirrikjedu approċċ strateġiku ċar fil-loġika ta’ intervent għal programm operazzjonali. Kemm ir-riżultati tal-awditjar reċenti tagħna kif ukoll l-opinjoni tagħna dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju  (52) enfasizzaw il-fatt li jeżistu differenzi sinifikanti fl-użu tal-indikaturi tal-outputs, u aktar minn hekk f’dawk tar-riżultati, kemm fost l-oqsma ta' politika kif ukoll fost il-fondi fi ħdan l-istess qasam ta' politika.

6.57.

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġibiet dettaljati tagħha pprovduti fir-rapport speċjali tal-QEA Nru 2/2017.

(1)  Dawn l-objettivi huma ddikjarati fl-Artikoli 174 sa 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)  Kemm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 kif ukoll għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, l-FK huwa rilevanti għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja. Spanja kienet eliġibbli wkoll matul l-2007-2013, iżda għal appoġġ tranżizzjonali biss.

(3)  Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni approvat 440 programm operazzjonali (322 taħt il-FEŻR/l-FK u 118 taħt l-FSE); għall-2014-2020 hija approvat 392 programm operazzjonali (li l-biċċa l-kbira minnhom ikopru aktar minn fond wieħed).

(4)  Il-kampjun insilet mill-approvazzjonijiet u l-pagamenti kollha għajr il-pagamenti bil-quddiem. Il-180 tranżazzjoni ġew minn 54 pagament interim għall-2007-2013, u kienu relatati ma’ 92 proġett taħt il-FEŻR, 36 proġett taħt l-FK, 40 proġett taħt l-FSE, 11-il strument finanzjarju taħt il-FEŻR u strument finanzjarju wieħed taħt l-FSE.

(5)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, ir-Renju Unit u l-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn il-Greċja u l-Bulgarija.

(6)  Il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

(7)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 2,2 % u 7,4 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(8)  Ara wkoll ir-Rapporti Annwali għall-2012 (il-paragrafu 6.23), għall-2013 (il-paragrafu 6.16), għall-2014 (il-paragrafu 6.29) u għall-2015 (il-paragrafu 6.15).

(9)  L-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470); l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 376).

(10)  Ara l-Artikoli 39 u 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25). Proġetti kbi huwa operazzjoni li tinkludi sensiela ta’ xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba fiha nfisha sabiex twettaq kompitu individwali ta’ natura ekonomika jew teknika preċiża. Dan ikollu wkoll għanijiet identifikati b’mod ċar u spiża totali li taqbeż EUR 50 miljun.

(11)  Dan l-ammont jirrappreżenta l-infiq totali għall-kuntratti mogħtija, li parti minnu ġie ċċertifikat mid-dikjarazzjonijiet tal-infiq li eżaminajna.

(12)  Il-valur tal-kuntratt ta’ madwar 49 % mill-121 proċedura kien ogħla mis-soll għall-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE (ippromulgati fil-liġi nazzjonali), u 33 minnhom kienu jikkonċernaw il-FEŻR/l-FK u waħda kienet tikkonċerna l-FSE.

(13)  Id-Direttiva tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (2014/24/UE), id-Direttiva dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (2014/23/UE), u d-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (2014/25/UE) (ĠU L 94, 28.3.2014).

(14)  L-Istati Membri li kienu ppromulgaw it-tliet direttivi kollha sa dik id-data huma r-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, l-Italja, l-Irlanda, l-Ungerija, Ċipru, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(15)  Ir-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 6.24. Tmien Stati Membri kienu ttrasponu t-tliet direttivi kollha sa Mejju 2016.

(16)  Ara l-Artikolu 258 TFUE.

(17)  Disa’ proġetti taħt il-FEŻR/l-FK (inklużi żewġ strumenti finanzjarji JESSICA) u żewġ proġetti taħt l-FSE (inkluż strument finanzjarju wieħed).

(18)  Fil-forma ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, inklużi kontroverifiki standard, informazzjoni fid-databases u r-riżultati ta’ kontrolli obbligatorji.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2771.

(20)  Ara r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 6.52, u r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 6.45.

(21)  Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Regulation (EC) No 1083/2006, situation as at 31 December 2015”, (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2015), EGESIF 16-0011-00, l-20 ta’ Settembru 2016. Iċ-ċifri għall-2016 se jiġu ppubblikati sal-1 ta’ Ottubru 2017.

(22)  Ir-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 6.42.

(23)  L-istrumenti finanzjarji joffru lill-Istati Membri l-possibbiltà li jużaw il-fondi aktar minn darba – jiġifieri r-redditi kollha fuq l-investimenti jew fuq is-selfiet, inklużi l-profitti, jerġgħu jiġu investiti fl-istess attivitajiet.

(24)  Sa tmiem April ta’ kull sena, kull DĠ jħejji rapport annwali tal-attività għas-sena preċedenti. Dan jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u mbagħad jiġi ppubblikat. Ir-rapport huwa akkumpanjat minn dikjarazzjoni mid-Direttur Ġenerali li tindika jekk il-baġit taħt ir-responsabbiltà tiegħu jkunx ġie implimentat b’mod legali u regolari – essenzjalment, jekk il-livell ta’ irregolaritajiet huwiex taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 % stabbilit mill-Kummissjoni. Għall-programmi operazzjonali, fejn dan ma jkunx il-każ, id-Direttur Ġenerali jista’ joħroġ riżerva sħiħa jew parzjali.

(25)  Fir-rapport annwali tal-attività tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għar-“rata tar-riskju residwu” meta tittratta l-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, u għar-“rata tal-iżball residwu totali” meta tittratta l-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Dawn iż-żewġ rati huma kunċettwalment ugwali iżda japplikaw għal perjodi ta’ żmien differenti. F’dan il-kapitolu aħna nirreferu għat-tnejn li huma bħala “rata/i residwu/i”.

(26)  Għajr il-Kroazja, li għandha żmien sal-31 ta’ Marzu 2018.

(27)  Linji Gwida dwar l-għeluq tal-programmi operazzjonali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2771, l-Anness VI.

(28)  Ir-Rapport Speċjali Nru 36/2016: “Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi tal-koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013”.

(29)  Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2017: “Nipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari: Il-Kummissjoni għamlet użu dejjem akbar mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qasam tal-Koeżjoni matul il-perjodu 2007-2013”.

(30)  Il-FEŻR, l-FK u l-FSE/il-YEI.

(31)  Aħna osservajna l-kwistjoni tad-dewmien fir-Rapport Speċjali Nru 2/2017: “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta' Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni”.

(32)  L-Artikolu 139(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(33)  Dan jinkludi 391 programm operazzjonali taħt il-FSIE u 28 programm operazzjonali taħt il-FEAD.

(34)  Inklużi EUR 0,7 biljun f’dotazzjonijiet bil-quddiem għall-istrumenti finanzjarji.

(35)  Dan jinkludi 61 programm operazzjonali taħt il-FSIE u 8 programmi operazzjonali taħt il-FEAD.

(36)  EGESIF_15-0002-03 tad-09/10/2015

(37)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2015, il-paragrafi 6.60 sa 6.63.

(38)  L-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(39)  L-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(40)  Ir-rati ta' żball irrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar għas-sena n huma relatati mal-infiq iċċertifikat lill-Kummissjoni fis-sena n-1. Ir-rati ta' żball tal-Qorti għas-sena n huma relatati mal-infiq imħallas mill-Kummissjoni fis-sena n.

(41)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta' segwitu ta' din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(42)  Proposta għal Regolament (KE) dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, COM(2016) 605 final, 14.9.2016.

(43)  EGESIF_15-0002-03 tad-09/10/2015

(44)  Ara r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 10.10.

(45)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2014, il-paragrafi 6.80 sa 6.86, u r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafi 6.77 sa 6.89.

(46)  Applikazzjonijiet għal proġetti, ftehimiet ta' għotja, kuntratti u/jew deċiżjonijiet ta’ kofinanzjament.

(47)  L-Artikolu 22(6) u (7) u l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(48)  L-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(49)  Dawn l-erba’ proġetti kienu fl-Irlanda.

(50)  Il-programm operazzjonali Slovakk u l-programm operazzjonali taħt il-kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-Greċja/Bulgarija kienu l-uniċi żewġ programmi fejn l-objettivi għall-outputs u għar-riżultati tal-proġetti u tal-programmi operazzjonali kienu reċiprokament konsistenti.

(51)  L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 1573 dwar l-approvazzjoni tal-linji gwida dwar l-għeluq ta’ proġetti operazzjonali, C(2015) 2771 final tat-30.4.2015, il-paragrafu 3.5.

(52)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 2/2017: “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta' Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni” (il-paragrafi 149 sa 151); l-Opinjoni Nru 1/2017 dwar il-proposta għal reviżjoni tar-“Regolament Finanzjarju” (ĠU C 91, 23.3.2017), il-paragrafi 147 u 148.

(53)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

(54)  Din iċ-ċifra tinkludi kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża.

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

ANNESS 6.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI”

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

180

223

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

4,8  %

5,2  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

7,4  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

2,2  %

 

ANNESS 6.2

ĦARSA ĠENERALI LEJN IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL KULL STAT MEMBRU

Image

ANNESS 6.3

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B’IMPATT TA’ MILL-INQAS 20 % GĦAL “KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Introduzzjoni

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl- Anness 1.1 , aħna ttestjajna kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta' irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għal din l-intestatura tal-QFP. L-iżbalji li qbadna fl-ittestjar ma jikkostitwux lista eżawrjenti – la ta' żbalji individwali u lanqas ta' tipi possibbli ta' żball. Is-sejbiet deskritti fil-qosor hawn taħt, li jikkonċernaw żbalji b’impatt ta' mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżaminat, huma ppreżentati bħala eżempju. Dawn l-iżbalji nstabu fi tranżazzjonijiet li jiswew bejn EUR 74 000 u EUR 10,3  miljun, b'valur medjan ta' EUR 0,9  miljun (1).

Il-Kummissjoni tinnota l-kumment tal-QEA fl-anness 6.2 li l-ħarsa ġenerali lejn it-tranżazzjonijiet tal-QEA mhijiex gwida għal-livell relattiv ta’ erruri fl-Istati Membri fil-kampjun. Il-Kummissjoni tenfasizza li informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri huma ppreżentati għal kull Stat Membru fir-Rapporti ta’ Attività Annwali u l-annessi tekniċi tagħhom tad-dipartimenti tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet identifikati mill-QEA u se tipproponi azzjonijiet skont kif tqis li huwa neċessarju.

Eżempji ta’ żbalji

Infiq ineliġibbli

Eżempju 1 — Bosta każijiet ta’ ksur tar-regoli ta' eliġibbiltà tal-UE u dawk nazzjonali

Il-benefiċjarju għal proġett ta’ riċerka ffinanzjat taħt il-FEŻR fi Spanja kiser bosta regoli ta' eliġibbiltà tal-UE u nazzjonali: spejjeż diretti ġew inklużi b’mod skorrett fil-kalkolu tal-ispejjeż indiretti, u l-VAT rekuperabbli u ammont żbaljat tas-salarji ġew iddikjarati b’mod żbaljat għal kofinanzjament. Barra minn hekk, xi nfiq ma kienx issostanzjat b’dokumenti ta’ sostenn.

 

Aħna sibna każijiet simili (ikkwantifikati għal livell li jlaħħaq sa 20 % jew aktar) fi tliet proġetti oħra taħt il-FEŻR fi Spanja.

 

Eżempju 2 — VAT rekuperabbli ddikjarata bħala eliġibbli għal kofinanzjament mill-UE

Fil-Polonja, awtorità lokali li tirċievi finanzjament taħt l-FK għal proġett tat-tramm iddikjarat il-VAT bħala spiża eliġibbli. Madankollu, il-VAT imħallsa fuq infrastruttura ġdida li l-pubbliku se jkollu jħallas biex jużaha huwa fil-fatt VAT rekuperabbli, u għaldaqstant ineliġibbli għal kofinanzjament.

 

Eżempju 3 — L-ebda kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament għal proġetti li jiġġeneraw id-dħul, u VAT ineliġibbli

Benefiċjarju Bulgaru rċieva finanzjament taħt il-FEŻR biex jixtri t-tagħmir li huwa uża għal skopijiet edukattivi. Meta kkalkula l-ammont ta’ nfiq eliġibbli, il-benefiċjarju ma ħax kont tad-dħul iġġenerat mis-servizzi pprovduti lill-pubbliku ġenerali f’dawn il-faċilitajiet. Huwa ddikjara wkoll xi ammonti ta’ VAT rekuperabbli.

Il-Kummissjoni se titlob lill-benefiċjarju biex jipprovdi kalkolu tad-diskrepanza tal-likwidità inklużi d-dħul u l-kostijiet operazzjonali kollha rilevanti u se tikkonkludi skont dan.

Eżempju 4 — Korrezzjoni finanzjarja applikata b’mod żbaljat

B'riżultat tal-awditu tagħna għall-2014 (2), il-Kummissjoni imponiet korrezzjoni finanzjarja ta’ 25 % fuq proġett taħt l-FK f’Malta. Madankollu, minflok ma ċċertifikaw, l-ewwel, l-infiq eliġibbli kollu u mbagħad applikaw il-korrezzjoni, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ċċertifikaw infiq sa 75 % tal-baġit inizjali tal-proġett. B’konsegwenza ta’ dan, il-parti mhux iċċertifikata tal-infiq tal-proġett, relatata ma’ spejjeż li ma kinux ikkonċernati mill-korrezzjoni finanzjarja, mhijiex se tkun suġġetta għall-awditjar, fil-prinċipju.

 

Eżempju 5 — Sigħat tal-internati mhux iddokumentati u pagament mhux iġġustifikat tas-sehem tat-tariffa ta’ kuntrattur relatat mal-prestazzjoni

Il-benefiċjarju għal proġett taħt l-FSE fl-Irlanda għat-twassil ta’ taħriġ lil persuni qiegħda li qed ifittxu impjieg ma setax jipprovdi evidenza biex isostni s-sigħat iddebitati għall-internati tal-parteċipanti, kif meħtieġ mir-regoli ta' eliġibbiltà nazzjonali. Inkonnessjoni mal-istess proġett, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ħallsu s-sehem tat-tariffa ta’ kuntrattur, relatat mal-prestazzjoni, għal kors ta' taħriġ għalkemm ir-riżultat tal-internat kien taħt il-mira maqbula.

 

Aħna sibna eżempji ta’ żbalji ta’ nfiq ineliġibbli (ikkwantifikat għal livell li jlaħħaq sa rata ta’ 20 %) fir-Repubblika Ċeka, fi Spanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija, kif ukoll fil-programm operazzjonali taħt il-kooperazzjoni territorjali Ewropea bejn il-Greċja u l-Bulgarija.

 

Eżempju 6 — Kundizzjonijiet tal-għotja mhux issodisfati

Il-benefiċjarju għal proġett taħt il-FEŻR fi Spanja ma kkonformax mar-rekwiżit fis-sejħa għal proposti li jżomm it-tagħmir ikkofinanzjat fir-reġjun għall-perjodu maqbul. Minħabba dan, it-tagħmir kien ineliġibbli għal kofinanzjament.

 

Proġetti ineliġibbli

Eżempju 7 — Benefiċjarju ineliġibbli

Is-sejħa għal proposti għal proġett taħt il-FEŻR fir-Repubblika Ċeka kienet tispeċifika li SMEs biss kienu eliġibbli. Meta vverifikat il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, l-awtorità maniġerjali bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq id-dikjarazzjoni tal-benefiċjarju u l-informazzjoni mis-sistema ta’ monitoraġġ tagħha. Dan ma kienx suffiċjenti biex jiżgura l-istatus xieraq tal-benefiċjarju. Irriżulta fl-għoti ta’ finanzjament lil benefiċjarju li ma kienx SME.

 

Eżempju 8 — Proġett parzjalment ineliġibbli

L-Assi Prijoritarju 3 ta’ programm operazzjonali taħt l-FSE fi Spanja, li għandu l-għan li jżid il-kapital uman, għandu tliet objettivi speċifiċi. L-objettiv rilevanti għal proġett eżaminat fi ħdan dan il-programm operazzjonali kien l-iżvilupp ta’ potenzjal uman fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-awtoritajiet tal-Istati Membri, b’mod retroattiv, iddikjaraw għal kofinanzjament is-salarji mħallsa lil professjonisti mediċi matul internati residenzjali speċjalizzati fl-2014. Filwaqt li dawn l-internati kellhom xi rabtiet ma’ attivitajiet ta’ riċerka, l-objettiv prinċipali tagħhom kien li persunal mediku speċjalizzat jitħejja għas-sistema tas-saħħa Spanjola. Għalhekk, hija eżaġerazzjoni li l-proġett kollu jitqies primarjament bħala attività ta’ riċerka. Barra minn hekk, taħt il-liġi Spanjola, din l-iskema ta’ taħriġ hija xorta waħda obbligatorja għal speċjalisti mediċi. Konsegwentement, parti mill-proġett kienet ineliġibbli u ma kienx imissha ġiet iddikjarata għal kofinanzjament.

Il-Kummissjoni tqis li t-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa permezz tal- programm “EIR” (interns residenti waqt speċjalizzazzjoni)) ta’ studji ta’ wara l-lawrja huwa eliġibbli taħt l-Assi Prijoritarju 3 “Żieda u titjib tal-kapital uman”, minħabba li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tiegħu. It-tlestija ta’ dawn l-istudji postgradwatorji huwa rekwiżit legali fi Spanja biex titwettaq riċerka klinika. Barra minn hekk, l-Awtorità ta’ Ġestjoni pprovdiet evidenza ta’ total ta’ 99 attività ta’ riċerka speċifika għall-20 parteċipant ikkampjunati mill-Qorti, inklużi pubblikazzjonijiet xjentifiċi, parteċipazzjoni fi programmi ta’ riċerka kompetittiva b’finanzjament estern u li jkunu parti minn gruppi ta’ riċerka bi kwalifiki għoljin.

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nefqa ċċertifikata tissodisfa kompletament il-kriterji ta’ eliġibbiltà.

Aħna sibna każ simili fi proġett ieħor taħt l-FSE fi Spanja.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ksur tal-akkwist pubbliku

Eżempju 9 — Użu żbaljat ta’ kompetizzjoni sekondarja f’kuntratt qafas

Il-benefiċjarju għal proġett taħt il-FEŻR fir-Renju Unit għall-bini ta’ pont pedonali uża kuntratt qafas biex jikkuntratta x-xogħlijiet. Il-proċedura magħżula mill-benefiċjarju għall-kompetizzjoni sekondarja ma ppermettietx li ssir identifikazzjoni tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża. Minbarra dan, matul in-negozjati mal-kuntrattur, il-benefiċjarju applika r-rati ta’ skont b’mod skorrett u kkuntratta xogħlijiet addizzjonali direttament lill-istess kuntrattur. Għalhekk, il-proċedura kisret il-prinċipji tat-trattament indaqs u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, u ma żammitx mal-proċedura deskritta fil-ftehim qafas. B'riżultat ta' dan, il-kuntratt kien illegali u l-infiq relatat kien ineliġibbli għal finanzjament mill-UE.

 

Eżempju 10 — Emendar illegali ta’ kuntratt

Il-benefiċjarju għal proġett taħt l-FK fl-Ungerija (estensjoni ta’ impjant għat-trattament tad-drenaġġ) immodifika l-kuntratt sostanzjalment wara l-iffirmar, mingħajr ma nieda l-proċedura mill-ġdid. Emendi ta’ dan it-tip jiksru r-regoli tal-akkwist pubbliku.

 

Eżempju 11 — Operaturi ekonomiċi mhux adatti ġew mistiedna jissottomettu offerta

Minn tliet kumpaniji li ġew mistiedna jissottomettu offerta għal proġett ta’ taħriġ lingwistiku taħt l-FSE fl-Ungerija, kumpanija waħda biss kellha profil adatt biex tagħti t-taħriġ. L-effett tal-fatt li ġew mistiedna żewġ kandidati mhux adatti biex jipparteċipaw kien li l-kuntratt ingħata direttament mingħajr ġustifikazzjoni dovuta.

 


(1)  Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw aktar minn tliet kwarti tal-livell kumplessiv ta' żball stmat għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”.

(2)  Ir-Rapport Annwali 2014, il-Kaxxa 6.1, l-eżempju (a).

ANNESS 6.4

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI”

E = DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni; R = DĠ Politika Reġjonali u Urbana; X = Valutazzjoni komuni għaż-żewġ DĠ

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Il-Kapitolu 5, ir-Rakkomandazzjoni 1: tirrikjedi mill-Istati Membri, fid-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni tagħhom (skont l-Artikolu 59(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju) konferma espliċita fir-rigward tal-effettività tal-kontrolli tal-ewwel livell imwettqa mill-awtoritajiet maniġerjali u mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni

R

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 5, ir-Rakkomandazzjoni 2: twettaq valutazzjoni tal-“kontrolli tal-ewwel livell” imwettqa matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju. Filwaqt li tieħu kont tad-dgħufijiet identifikati, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' miżuri korrettivi possibbli u tieħu (jew tipproponi) azzjoni xierqa (bħas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, it-titjib fis-sistemi ta' kontroll u t-tfassil mill-ġdid tal-programm jew tas-sistema ta' kunsinna)

R

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 5, ir-Rakkomandazzjoni 3: tanalizza r-raġunijiet ta' bażi għall-għadd kbir ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat

R

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 5, ir-Rakkomandazzjoni 4: tanalizza r-raġunijiet għad-dewmien persistenti fl-iżborżament tal-fondi tal-UE permezz tas-SIF u tieħu miżuri korrettivi kif meħtieġ

R (1)

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 5, ir-Rakkomandazzjoni 5: tikkonferma fir-rapport annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana li l-kalkolu mill-Kummissjoni tar-“rata tal-iżball residwu” huwa bbażat fuq informazzjoni preċiża, kompleta u affidabbli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet tal-awditjar biex jiċċertifikaw il-preċiżjoni tad-data dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtata minn awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni għal kull PO kull meta hija tqis li tali azzjoni hija meħtieġa.

R (1)

 

 

 

 

 

 

2013

Il-Kapitolu 5, ir-Rakkomandazzjoni 6 (ukoll il-Kaptitolu 6): tiddivulga b'mod konsistenti fir-rapporti annwali tal-attività tagħha r-raġunijiet għalfejn ma tkunx għamlet riżervi (jew tkun għamlet riżervi b'impatt finanzjarju aktar baxx) f'każijiet fejn dan ikun dovut għal eċċezzjonijiet għall-gwida applikabbli tal-Kummissjoni jew għal strateġiji tal-awditjar approvati

X (1)

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 1: issegwi mal-Istati Membri d-dgħufijiet identifikati fl-awditu tematiku, ibbażat fuq ir-riskju, tad-DĠ EMPL rigward il-verifikazzjonijiet tal-ġestjoni. Dan ikun jeħtieġ it-tisħiħ tal-kontrolli relatati ma' konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku u ma' sorsi rilevanti oħra ta’ żbalji (spejjeż mhux marbuta mal-proġett jew mingħajr ebda valur miżjud)

E

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 2: tikkonferma fir-rapporti annwali tal-attività tagħha li hija wettqet kontrolli xierqa biex tiżgura li r-“rata tal-iżball residwu” tkun ibbażata fuq informazzjoni preċiża, kompleta u affidabbli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet tal-awditjar biex jiċċertifikaw il-preċiżjoni tad-data dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtata minn awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni għal kull PO, kull meta hija tqis li tali azzjoni hija meħtieġa

E (1)

 

 

 

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 3: tiżgura li l-Artikoli 78 u 130 tal-RDK għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jiġu applikati b'mod li jipprekludi l-akkumulazzjoni tal-prefinanzjament b’żieda mal-pagament ta' prefinanzjament inizjali

 

 

 

E (2)

 

 

 

Il-Kapitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 4: tiżgura li l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-immaniġġjar tal-fondi strutturali jindirizzaw il-kwistjoni dwar id-debitar tal-ispejjeż għall-persunal b’rati ogħla għal proġetti tal-UE meta mqabbla ma’ dawk iffinanzjati minn fondi nazzjonali

 

E (3)

 

 

 

 

 

Il-Kaptitolu 6, ir-Rakkomandazzjoni 5: tiżgura, meta tapprova l-PO għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, li l-Istati Membri jkunu qiesu l-possibbiltajiet kollha ta' simplifikazzjoni permessi bir-regolamenti tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment 2014-2020

 

E (4)

 

 

 

 

 


(1)  Huwa mistenni li l-implimentazzjoni tkompli sal-għeluq.

(2)  Rakkomandazzjoni mhux aċċettata mill-Kummissjoni (ara r-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 6.79).

(3)  Ma ttiħdux miżuri sistemiċi.

(4)  Il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid għadu mhuwiex avvanzat biżżejjed biex l-implimentazzjoni tiġi vvalutata bis-sħiħ.


KAPITOLU 7

“Riżorsi naturali”

WERREJ

Introduzzjoni 7.1-7.8
Deskrizzjoni qasira ta’ “Riżorsi naturali” 7.3-7.6
Ambitu u approċċ tal-awditjar 7.7-7.8
Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 7.9-7.35
FAEG — Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta 7.11-7.19
Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd 7.20-7.27
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 7.28-7.31
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 7.32 -7.35
Konklużjoni 7.32-7.33
Rakkomandazzjonijiet 7.34-7.35
Parti 2 — Prestazzjoni 7.36-7.56
Valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali 7.37-7.42
Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni 7.43-7.54
Konklużjonijiet 7.55-7.56

Anness 7.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Riżorsi naturali”

Anness 7.2 —

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet, għal kull Stat Membru, għal żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

Anness 7.3 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % għal żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

Anness 7.4 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Riżorsi naturali”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-QFP“Riżorsi naturali”. Dan ikopri l-infiq taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (f’dik li hija magħrufa bħala l-“ewwel valutazzjoni speċifika” ta’ dan il-kapitolu), kif ukoll l-infiq fuq l-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd (fit-“tieni valutazzjoni speċifika” ta’ dan il-kapitolu). Il- Kaxxa 7.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2016.

 

Kaxxa 7.1 —   Intestatura 2 tal-QFP “Riżorsi naturali” — ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

57,4

- pagamenti bil-quddiem  (47)

1,5

+ approvazzjonijiet ta’ pagamenti bil-quddiem  (47)

2,0

Popolazzjoni awditjata, total

57,9

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

7.2.

Minbarra li jippreżenta s-sejbiet tagħna dwar ir-regolarità, dan il-kapitolu fih ukoll taqsima fejn tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kampjun ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali u tal-iskema ġdida ta’ ekoloġizzazzjoni (ara l-paragrafu 7.4).

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Riżorsi naturali”

7.3.

Il-politika agrikola komuni (PAK) hija l-bażi għall-infiq tal-UE fuq l-agrikoltura. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari d-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI), jikkondividi l-ġestjoni tal-PAK mal-aġenziji tal-pagamenti fl-Istati Membri. Dawn iħallsu lill-benefiċjarji prinċipalment permezz ta’ żewġ fondi (1): il-FAEG, li jiffinanzja kompletament l-għajnuna diretta mill-UE u l-miżuri tas-suq  (2), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jikkofinanzja programmi tal-iżvilupp rurali flimkien mal-Istati Membri.

 

7.4.

Il-FAEG (77 % tal-infiq fuq “Riżorsi naturali”) jiffinanzja sensiela ta’ skemi ta’ għajnuna diretta (EUR 40,8  biljun fl-2016) u miżuri ta’ intervent fis-swieq agrikoli (3) (EUR 3,2  biljun fl-2016). Ir-riforma tal-PAK tal-2013 (4) introduċiet bidliet sinifikanti fl-iskemi ta’ għajnuna diretta (ara l-paragrafi 7.15 u 7.16), u fl-2016, is-sena li hija koperta minn dan ir-rapport, kienet l-ewwel sena meta l-pagamenti lill-benefiċjarji finali saru (5) fuq il-bażi tar-regoli l-ġodda fis-seħħ. L-erba’ skemi prinċipali, li jirrappreżentaw 91 % tal-pagamenti kollha ta’ għajnuna diretta, huma:

 

żewġ skemi relatati mal-erja li jipprovdu appoġġ diżakkoppjat (6) għall-introjtu, l-“iskema ta’ pagament bażiku” (BPS), (EUR 17,8  biljun fl-2016) (7), u l-“iskema ta’ pagament uniku skont l-erja” (SPUE), (EUR 4 biljun fl-2016);

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent (magħruf bħala l-“pagament ta’ ekoloġizzazzjoni”; EUR 11,7  biljun fl-2016);

 

appoġġ akkoppjat, marbut ma’ tipi speċifiċi ta’ prodotti agrikoli (eż. ċanga u vitella, ħalib jew uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini) li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali u li jiffaċċjaw ċerti diffikultajiet (EUR 3,8  biljun fl-2016).

 

7.5.

Il-FAEŻR (21 % tal-infiq fuq “Riżorsi naturali”) jikkofinanzja n-nefqa għall-iżvilupp rurali li tiġi żborżata permezz ta’ programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri. In-nefqa tkopri kemm miżuri relatati mal-erja (8) kif ukoll miżuri li mhumiex relatati mal-erja (9). Fl-2016, il-FAEŻR irrappreżenta nefqa ta’ EUR 12,4  biljun, li minnhom 63 % kienu relatati ma’ programmi tal-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, u 37 % kienu relatati mal-programmi ta’ qabel.

7.5.

Rigward is-37 % tal-pagamenti żborżati fir-rigward tal-impenji li saru fi programmi preċedenti, dawn jinkludu pagamenti li saru fl-aħħar kwart relatati mal-programmi 2007-2013 kif ukoll il-pagamenti ta’ bilanċ. Minn 92 Programm ta’ Żvilupp Rurali għall-perjodu 2007-2013, 64 kienu diġa magħluqa fl-2016, b’rata ta’ implimentazzjoni medja ta’ 99,1  % u pagament ta’ bilanċ globali ta’ EUR 2,7 biljun.

7.6.

L-intestatura tal-QFP tkopri wkoll il-politika komuni tas-sajd u parti mill-infiq tal-UE fuq l-ambjent u l-azzjoni klimatika (10) (2 % tal-infiq fuq “Riżorsi naturali”).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

7.7.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , fl-2016 aħna eżaminajna:

 

(a)

Kampjuni ta’ 217-il tranżazzjoni għall-FAEG u ta’ 163 tranżazzjoni għal żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd, f’konformità mal-paragrafu 7 tal- Anness 1.1 . Iż-żewġ kampjuni kienu maħsuba biex ikunu rappreżentattivi tal-firxa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP għal kull waħda miż-żewġ valutazzjonijiet speċifiċi  (11). Il-kampjun għall-FAEG kien jikkonsisti fi tranżazzjonijiet minn 21 Stat Membru (12). Il-kampjun għat-tieni valutazzjoni speċifika kien jikkonsisti f’153 tranżazzjoni għall-iżvilupp rurali u 10 tranżazzjonijiet oħra (f’oqsma li jkopru l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd) minn 20 Stat Membru (13).

 

(b)

Jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ AGRI, tad-DĠ MARE u tad-DĠ ENV/CLIMA (14) ppreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet konsistenti, b’mod ġenerali, mar-riżultati tagħna.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.8.

Għat-tieni parti ta’ dan il-kapitolu, li tiffoka fuq il-prestazzjoni, aħna eżaminajna:

 

(a)

jekk, għal 193 proġett ta’ investiment li konna eżaminajna bejn l-2014 u l-2016, il-benefiċjarji kinux wettqu l-investiment kif kien ippjanat u bi spiża raġonevoli;

 

(b)

jekk sitt proġetti li ġew eżaminati fl-2016 u approvati taħt ir-regoli tal-perjodu 2014-2020 setgħux jibbenefikaw minn opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati;

 

(c)

ċerti kwistjonijiet ta’ prestazzjoni relatati mal-pagament il-ġdid ta’ ekoloġizzazzjoni għal 197 azjenda agrikola.

 

PARTI 1 — REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

7.9.

Għall-2016 aħna nistmaw li l-livell ta’ żball kien taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % stabbilit minna għall-infiq fuq il-FAEG, li huwa waħda miż-żewġ valutazzjonijiet speċifiċi li nippreżentaw f’dan il-kapitolu (ara l-paragrafu 7.11), u li jirrappreżenta aktar minn tliet kwarti tal-infiq taħt l-Intestatura 2 tal-QFP. L- Anness 7.1 jagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Riżorsi naturali” fl-intier tiegħu u għal kull waħda miż-żewġ valutazzjonijiet speċifiċi. Mit-380 tranżazzjoni li eżaminajna, 112 (29 %) kien fihom żbalji, li minnhom 90 kienu kwantifikabbli. Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball għal “Riżorsi naturali” fl-intier tiegħu huwa ta’ 2,5  % (15).

7.9.

Il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna bis-sejba tal-QEA li l-infiq tal-FAEG, li jirrappreżenta EUR 44 biljun fis-sena, huwa ħieles minn żbalji materjali. Il-Kummissjoni hija sodisfatta wkoll li r-rati ta’ żball ġenerali rrappurtati mill-QEA u għall-PAK fir-Rapport Annwali tal-2016 tad-DĠ AGRI huma viċini ħafna.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li korrezzjonijiet finanzjarji netti li jirriżultaw minn proċeduri pluriennali ta’ konformità, kif ukoll l-irkupri mill-benefiċjarji mogħtija lura lill-baġit tal-UE, jirrappreżentaw kapaċità korrettiva li l-Kummissjoni tqis meta tivvaluta r-riskju finali għall-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni tinnota b’mod partikulari li, kif irrappurtat fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2016 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-kapaċità korrettiva tagħha fl-2016 ammontat għal 2,04  % mill-ispiża tal-PAK rilevanti.

7.10.

Il- Kaxxa 7.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell kumplessiv ta’ żball stmat minna għall-2016, u tan-natura u l-iskala tal-iżbalji li jolqtu lill-FAEG u lill-iżvilupp rurali, l-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd.

 

Kaxxa 7.2 —   Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat skont it-tip ta’ żball — “Riżorsi naturali”

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

FAEG — Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta

7.11.

Globalment, ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-livell ta’ żball ma kienx materjali għal din il-valutazzjoni speċifika. Madankollu, għall-FAEG, mill-217-il tranżazzjoni li eżaminajna, 49 (23 %) kien fihom żbalji, li lkoll kienu kwantifikabbli. Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 1,7  % (16).

7.11.

Il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna li l-iżball l-aktar probabbli stmat mill-QEA huwa taħt il-materjalità u viċin ħafna għal dak irrappurtat fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2016 tad-DĠ AGRI. Dan jikkonferma l-effettività tal-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva implimentati fis-snin preċedenti mill-Istati Membri kkonċernati, b’mod partikulari fir-rigward tat-titjib fis-Sistemi ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-ART (LPIS) u l-monitoraġġ mill-qrib tagħhom mill-Kummissjoni.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.12.

Il- Kaxxa 7.3 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016 skont it-tip ta’ żball.

 

Kaxxa 7.3 —   Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat skont it-tip ta’ żball — il-FAEG

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

7.13.

Għall-FAEG, mill-217-il tranżazzjoni li eżaminajna, 201 kienu jikkonċernaw skemi ta’ għajnuna diretta, u 16 kienu jikkonċernaw miżuri ta’ intervent fis-swieq agrikoli u elementi oħra. Is-sistema prinċipali ta’ ġestjoni u kontroll għall-pagamenti ta’ għajnuna diretta hija s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK). Bħalma ġie rrappurtat fil-passat, is-SIAK (17), u b’mod partikolari s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS)  (18), jagħtu kontribut sinifikanti għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ żball.

7.13.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-opinjoni li s-SIAK, b’mod partikulari l-LPIS, tagħti kontribut sinifikanti għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ żball. Dan jikkonferma l-fehma tal-Kummissjoni li s-SIAK, inkluż l-LPIS, hija għodda kruċjali fil-mudell tal-assigurazzjoni tal-PAK. Il-Kummissjoni tkompli tassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-kwalità u l-efettività tagħhom, inkluż għal miżuri tal-FAEŻR ikkonċernati.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.14.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu applikaw miżuri korrettivi li affettwaw direttament sitta mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri kienu rilevanti għall-kalkoli tagħna, billi naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal din il-valutazzjoni speċifika b’0,7  punti perċentwali. F’16-il każ ta’ żbalji kwantifikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom informazzjoni suffiċjenti (19) biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni. Li kieku l-awtoritajiet nazzjonali għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta’ żball stmat għal din il-valutazzjoni speċifika kien ikun aktar baxx b’0,5  punti perċentwali.

7.14.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-QEA dwar ir-rwol tal-Istati Membri u l-miżuri korrettivi u se tkompli tħeġġeġ u tappoġġja lill-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu u jikkoreġu żbalji.

B’mod partikulari, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li s-sistemi ta’ kontroll u ġestjoni tagħhom huma affidabbli, u tqis li r-riżorsi tal-aġenziji tal-pagamenti biex isibu infiq ineliġibbli huma limitati u għandhom ikunu proporzjonali għar-riskju.

Erja ddikjarata b’mod eċċessiv jew erja ineliġibbli, inkluż għall-pagament il-ġdid ta’ ekoloġizzazzjoni

7.15.

Aħna sibna li l-erjas eliġibbli kienu ġew iddeterminati b’mod aktar preċiż milli kien il-każ fi snin preċedenti. Ir-raġunijiet prinċipali għal dan it-titjib huma:

7.15.

id-definizzjoni riveduta ta’ bwar permanenti, li tirriżulta mir-riforma tal-PAK tal-2013, fissret li xi art li qabel kienet ineliġibbli saret eliġibbli taħt ir-regoli applikabbli mis-sena ta’ klejms 2015 ‘il quddiem (ara l- Kaxxa 7.4 );

 

bħalma osservajna f’rapporti preċedenti (20), l-affidabbiltà tad-data dwar l-eliġibbiltà tal-art li tinsab fl-LPIS kompliet titjieb, b’riżultat tal-pjanijiet ta’ azzjoni li attwalment l-Istati Membri qed jimplimentaw, jew fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew inkella fuq talba tal-Kummissjoni;

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-QEA rigward l-effettività tal-pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tal-LPIS.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri biex iżżomm il-kwalità tal-LPIS u tas-SIAK b’mod ġenerali.

l-użu li sar mill-proċedura l-ġdida ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali (GSAA) (21) naqqas l-għadd ta’ żbalji relatati mal-erja f’applikazzjonijiet għall-għajnuna. Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna li ġew ippreżentati fis-sena ta’ klejms 2015, aktar minn terz tal-aġenziji tal-pagamenti diġà applikaw din l-għodda utli. Il-GSAA hija mistennija li tkun implimentata bis-sħiħ sas-sena ta’ klejms 2018.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Box 7.4 —   Id-definizzjoni l-ġdida ta’ mergħat permanenti għenet biex ir-rata ta’ żball tonqos

Fi snin preċedenti, il-bwar permanenti ineliġibbli kienu sors ewlieni ta’ żball (22). Issa, żbalji ta’ dan it-tip naqsu sinifikattivament kemm fl-għadd kif ukoll fl-iskala, b’mod partikolari, minħabba d-definizzjoni l-ġdida ta’ mergħat permanenti taħt il-PAK riformata.

Filwaqt li d-definizzjoni preċedenti rrestrinġiet l-eliġibbiltà għall-porzjon ta’ roqgħa art koperta bil-ħaxix jew b’veġetazzjoni erbaċea oħra, issa l-ambitu ġie estiż għal kull tip ta’ veġetazzjoni li hija tajba għar-rigħi, inklużi arbuxelli u siġar, dment li dawn ma jkunux predominanti. L-Istati Membri jistgħu wkoll jestendu l-eliġibbiltà għal art li fuqha l-veġetazzjoni mhux erbaċea tkun predominanti, jekk din tkun tagħmel parti mill-prattiki lokali stabbiliti. Ir-ritratti ta’ hawn taħt juru l-bidla fil-politika.

 

Immaġni 1 —   Il-veġetazzjoni mhux erbaċea issa hija eliġibbli jekk tista’ tintuża għar-rigħi u jekk mhijiex predominanti

Image

Qabel ir-riforma tal-PAK tal-2013, din ir-roqgħa art kellha rata ta’ eliġibbiltà ta’ 40 % li tikkorrispondi għall-kopertura li għandha ta’ ħaxix. Taħt id-definizzjoni l-ġdida, ir-rata ta’ eliġibbiltà żdiedet għal 60 %, biex tinkludi veġetazzjoni oħra li hija tajba għar-rigħi (bħal buxxijiet u siġar żgħar).

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Immaġni 2 —   Il-veġetazzjoni mhux erbaċea tista’ tkun predominanti wkoll, jekk tkun tagħmel parti mill-prattiki lokali stabbiliti

Image

Bosta Stati Membri (23) għażlu li jaċċettaw, bħala mergħat eliġibbli, art li fuqha l-veġetazzjoni mhux erbaċea u li hija tajba għar-rigħi tkun predominanti (eż. art xagħrija li hija tajba għar-rigħi).

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

7.16.

Il-pagament il-ġdid ta’ ekoloġizzazzjoni joħloq rekwiżiti addizzjonali għall-bdiewa. L-objettiv tal-iskema ta’ għajnuna għall-ekoloġizzazzjoni huwa biex din tgħin lill-azjendi agrikoli tal-UE jirrispettaw aktar l-ambjent permezz ta’ tliet prattiki: id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, iż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti u l-istabbiliment ta’ erjas b’fokus ekoloġiku (EFAs) fuq ir-raba’ (24). It-tliet prattiki huma deskritti fil-paragrafi 7.44 sa 7.46.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.17.

Aħna eżaminajna l-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni għal 63 azjenda agrikola (25). Sibna li dawk kollha li kienu suġġetti għar-rekwiżit ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ kienu qed jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit. Fir-rigward taż-żamma tal-bwar permanenti eżistenti, aħna ma sibna l-ebda ksur tar-regoli għall-irqajja’ art li ġew irreġistrati korrettement fl-LPIS. Madankollu, mhux il-bwar permanenti kollha kienu ġew irreġistrati sew b’dan il-mod (26), u f’każ wieħed dan kien wassal għal ksur tar-rekwiżiti taż-żamma ta’ bwar permanenti li huma ambjentalment sensittivi (ESPG; ara l-paragrafu 7.45). Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji relatati ma’ ekoloġizzazzjoni li sibna kienu jikkonċernaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-EFA.

 

7.18.

L-irqajja’ agrikoli huma klassifikati fi tliet kategoriji: raba’, bwar permanenti u wċuħ tar-raba’ permanenti (eż. ġonna bis-siġar tal-frott u msaġar taż-żebbuġ). L-EFAs iridu jkunu jinsabu fuq (jew imissu ma’) raba’. Aħna sibna li bosta aġenziji tal-pagamenti jew ma kellhomx informazzjoni affidabbli dwar il-kategoriji ta’ art fl-LPIS tagħhom, jew inkella naqsu milli jużawha biex jivverifikaw il-klejms (ara l- Kaxxa 7.5 ).

7.18.

Il-Kummissjoni hija konxja tan-nuqqasijiet f’ċerti Stati Membri. Dawn feġġu matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti ġodda, jikonċernaw żoni limitati u qed jittieħdu miżuri korrettivi. Fejn meħtieġ, id-DĠ AGRI fetaħ approvazzjonijiet tal-konformità tal-kontijiet li se jipproteġu l-interess finanzjarju tal-UE.

Kaxxa 7.5 —   Klassifikazzjoni korretta tal-art hija importanti biex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni

Kaxxa 7.5 – Klassifikazzjoni korretta tal-art hija importanti biex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' ekoloġizzazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tiddikjara li r-raba’ li tintuża għat-tkabbir ta’ ħaxix issir mergħa permanenti ladarba tkun ġiet eskluża min-newba tal-uċuħ tar-raba’ għal ħames snin konsekuttivi.

 

Fir-Repubblika Ċeka u fil-Polonja, id-database tal-LPIS ma kien fiha l-ebda informazzjoni dwar l-użu li kien sar mill-art fil-passat. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-awtoritajiet ma jistgħux iwettqu kontrolli reċiproċi awtomatizzati biex jivverifikaw jekk raba’ li tintuża għat-tkabbir ta’ ħaxix tkunx saret mergħa permanenti. Dan joħloq ir-riskju li l-awtoritajiet ma jaqbdux EFAs iddikjarati li fil-fatt ikunu jinsabu fuq mergħat permanenti (jiġifieri mhux fuq raba’).

Id-DĠ AGRI qed jiftaħ approvazzjonijiet tal-konformità tal-kontijiet li se jipproteġu l-interess finanzjarju tal-UE kontra dan ir-riskju.

Aħna sibna wkoll dgħufijiet fil-klassifikazzjoni ta’ mergħat permanenti jew bil-kontrolli reċiproċi relatati fil-Ġermanja (il-Bavarja, Mecklenburg-Vorpommern, Nordrhein-Westfalen, is-Sassonja-Anhalt, Schleswig Holstein), Franza, l-Italja (il-Lombardia), il-Portugall u r-Renju Unit (l-Ingilterra).

 

Benefiċjarju/infiq ineliġibbli

7.19.

Għal tliet każijiet fil-kampjun tagħna relatati ma’ miżuri tas-suq, l-aġenziji tal-pagamenti kienu rrimborżaw spejjeż li kienu parzjalment ineliġibbli. Għalkemm miżuri ta’ dan it-tip jirrappreżentaw parti żgħira mill-infiq kumplessiv tal-FAEG, dawn l-iżbalji jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ pagament eċċessiv fil-kampjun tagħna għal dan il-fond.

 

Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

7.20.

L- Anness 7.1 jagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Għal żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd, mill-163 tranżazzjoni li eżaminajna, 63 (39 %) kien fihom żbalji, li minnhom 41 kienu kwantifikabbli. Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 4,9  % (27). L- Anness 7.2 jagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet skont l-Istat Membru għal tranżazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, filwaqt li l- Anness 7.3 jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji kollha b’impatt ta’ mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet li ġew eżaminati.

7.20.

Il-Kumissjoni ħadet nota tal-livell ta’ żball stmat mill-QEA, li huwa simili għal dak irrappurtat fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2016 tad-DĠ AGRI.

L-iżvilupp rurali għadu qasam li jeħtieġ skrutinju mill-qrib, b’mod partikulari għal miżuri ta’ investiment. Il-Kummissjoni sistematikament titlob li l-Istati Membri jfasslu pjanijiet ta’ miżuri korrettivi meta jiġu identifikati nuqqasijiet ta’ kontroll u tappoġġja l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tippromwovi b’mod attiv ukoll l-użu ta’ Għażliet tal-Ispejjeż Issimplifikati sabiex tnaqqas kemm il-kostijiet amministrattivi kif ukoll l-iżbalji. Madankollu, meta wieħed iqis il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-legalità u r-regolarità mal-kisbiet tal-objettivi ta’ politika filwaqt li jitqiesu l-kostijiet tat-twassil (ġestjoni u kontroll), wieħed ma jistax jistenna b’ċertezza reali li r-rata ta’ żball għal pagamenti għall-benefiċjarji taħt it-2 % għall-iżvilupp rurali tinkiseb bi sforzi raġonevoli. Madankollu, il-kapaċità korrettiva tal-irkupri tal-Istati Membri u l-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni fis-snin ta’ wara s-sena tal-infiq tippermetti li l-Kummissjoni tikseb assigurazzjoni fuq l-ispiża tal-PAK.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

7.21.

Il- Kaxxa 7.6 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016 skont it-tip ta’ żball.

 

Kaxxa 7.6 —   Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat — Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.22.

Għall-iżvilupp rurali, mill-153 tranżazzjoni li eżaminajna, 64 kienu relatati mal-erja u 89 ma kinux relatati mal-erja (tipikament proġetti ta’ investiment). Minn dawn il-153 tranżazzjoni, 58 (38 %) kien fihom żbalji, li minnhom 38 kienu kwantifikabbli. Fir-rigward tal-10 tranżazzjonijiet relatati mal-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, li ġew ikkampjunati, 5 (50 %) kien fihom żbalji, li minnhom 3 kienu kwantifikabbli.

7.22.

Il-Kummissjoni tinnota li 30 mit-38 żball kwantifikabbli kienu taħt l-20 %.

7.23.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu applikaw miżuri korrettivi li affettwaw direttament tmienja mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri kienu rilevanti għall-kalkoli tagħna, billi naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal din il-valutazzjoni speċifika b’ 0,4  punti perċentwali. F’16-il każ ta’ żbalji kwantifikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom informazzjoni suffiċjenti (28) biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni. Li kieku l-awtoritajiet nazzjonali għamlu użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta’ żball stmat għal din il-valutazzjoni speċifika kien ikun aktar baxx b’ 1,5  punti perċentwali.

7.23.

Il-Kummissjoni hija konxja mill-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali setgħu potenzjalment sabu aktar mill-iżbalji li sabet il-QEA għall-iżvilupp rurali. Ir-regoli tal-PAK jipprovdu l-Istati Membri bl-istrumenti meħtieġa kollha biex itaffu l-biċċa l-kbira tar-riskji ta’ żball.

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-isforzi tal-Istati Membri li jiskrutinizzaw it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali.

Il-Kummissjoni toqgħod attenta u twettaq missjonijiet tal-awditjar tal-approvazzjoni ta’ konformità li jivverifikaw is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll f’Aġenziji tal-Pagamenti individwali fl-Istati Membri u tipprovdi informazzjoni imprezzabbli dwar kemm dawn is-sistemi jipproteġu b’mod effettiv il-fondi tal-UE li huma responsabbli għall-iżborżar tagħhom.

Fl-2016, il-Kummissjoni (DĠ AGRI) wettqet 56 awditu ta’ konformità li jkopru l-FAEŻR. Anke l-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni fl-Istati Membri jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-iżbalji.

7.24.

It-tipi ta’ żball huma simili għal dawk li nstabu fi snin preċedenti u għal dawk li ġew identifikati fir-rapport speċjali tagħna li janalizza x’jikkawża l-iżball fin-nefqa għall-iżvilupp rurali (29). Bħal fi snin preċedenti, miżuri li mhumiex relatati mal-erja kienu responsabbli għall-biċċa l-kbira (62 %) mil-livell ta’ żball stmat irrappurtat fil-paragrafu 7.20.

7.24.

Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikulari lis-sejbiet diġà misjuba fis-snin preċedenti kif ukoll is-segwitu proprju tagħhom u l-prevenzjoni tal-iżbalji simili fl-Istati Membri l-oħra.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni taqa’ taħt skrutinju mill-qrib mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-iżbalji.

7.25.

Għat-tranżazzjonijiet eżaminati li ma kinux relatati mal-erja, dak li kkawża l-iżball primarjament kien in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà. Għall-ambjent, l-azzjoni klimatika u s-sajd, it-tliet żbalji kwantifikabbli wkoll irriżultaw minn infiq ineliġibbli.

 

7.26.

Din is-sena, tlieta mill-akbar żbalji ta’ eliġibbiltà kienu jinvolvu benefiċjarji li ma ddivulgawx il-fatt li huma kienu kkontrollati minn, kienu qed japplikaw b’mod konġunt ma’, jew kienu qed jixtru mingħand kumpaniji li magħhom kellhom rabtiet, bi ksur tar-regoli tal-UE jew ta’ dawk nazzjonali (ara l-eżempji 1, 2 u 6 fl- Anness 7.3 ).

 

7.27.

Fost l-64 tranżazzjoni relatati mal-erja, aħna sibna 22 każ (34 %) fejn l-art kienet ineliġibbli jew fejn l-erja kienet ġiet iddikjarata b’mod eċċessiv (ara l-eżempji 7 u 8 fl- Anness 7.3 ).

7.27.

Ir-riforma tal-PAK u l-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020 skattaw ukoll tibdil fir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-art u konsegwentement fil-LPIS. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.13.

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

Rapport annwali tal-attività tad-DĠ AGRI

7.28.

Fir-RAA 2016 tiegħu, id-DĠ AGRI jippreżenta rata kumplessiva ta’ żball aġġustata (RŻA) ta’ 2,5  % għall-infiq taħt il-PAK. Din iċ-ċifra hija konsistenti mal-konklużjoni tal-awditjar tagħna li l-livell ta’ żball għal dan il-qasam ta’ nfiq huwa materjali.

 

7.29.

Ibbażat fuq l-istatistika ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom, l-Istati Membri rrappurtaw livell kumplessiv ta’ żball ta’ 1,2  % (30). Sussegwentement, id-DĠ AGRI għamel aġġustamenti bbażati prinċipalment fuq ir-riżultati tal-awditi tagħhom u tagħna minn dawn l-aħħar tliet snin u, b’mod aktar limitat, fuq l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità għas-sena finanzjarja 2016 (31).

 

7.30.

Din is-sena, aħna ppubblikajna rapport speċjali li jivvaluta jekk qafas ġdid li ġie stabbilit mill-Kummissjoni fl-2015 ippermettiex lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom f’konformità mar-regolamenti tal-UE u mal-istandards internazzjonali tal-awditjar. Għalkemm l-introduzzjoni tal-qafas kienet pass pożittiv lejn mudell ta’ awditu uniku, aħna sibna li dan kellu dgħufijiet sinifikanti (32). Aħna għamilna għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib li jrid jiġi inkluż fil-linji gwida l-ġodda tal-Kummissjoni applikabbli mis-sena finanzjarja 2018 ‘il quddiem.

7.30.

Il-Kummissjoni taċċetta bis-sħiħ ħamsa mis-seba’ rakkomandazzjonijiet u tikkonferma li huma meqjusin diġà implimentati fil-linji gwida tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għas-sena finanzjarja 2018 u lil hinn. Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni li l-użu tal-opinjoni tal-korpi taċ-ċertifikazzjonijiet ikun possibbli biss ladarba titwettaq il-ħidma kif definit fir-rakkomandazzjonijiet, iżda min-naħa l-oħra qieset li, filwaqt li l-linji gwida għas-sena finanzjarja 2015 jistgħu jitjiebu, fejn huma applikati korrettament diġà, fil-forma attwali tagħhom, jippermettu li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jagħtu opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità f’konformità mar-regoli u l-istandards applikabbli.

Rapporti annwali tal-attività tad-DĠ MARE, id-DĠ ENV u d-DĠ CLIMA

7.31.

Ir-RAA tħejjew f’konformità mal-istruzzjonijiet tad-DĠ BUDG, u l-metodi li ntużaw għall-kalkolu tar-rati ta’ żball ma jindikawx li hemm xi problemi metodoloġiċi. L-għadd ta’ tranżazzjonijiet li aħna awditjajna fl-2016 fl-oqsma tas-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika huwa statistikament żgħir wisq biex inkunu nistgħu nqabblu l-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq irrappurtata minn dawn it-tliet DĠ mar-riżultati tal-awditjar tagħna.

 

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

Konklużjoni

7.32.

L-evidenza kumplessiva tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Riżorsi naturali” u fil-qasam li kien suġġett għal valutazzjoni speċifika li tkopri “żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd” (ara l-paragrafi 7.9 u 7.20) kien materjali. Madankollu, għall-FAEG (li jirrappreżenta aktar minn tliet kwarti tal-infiq taħt l-Intestatura 2 tal-QFP), il-livell ta’ żball stmat minna fl-2016 huwa taħt is-soll ta’ materjalità (ara l-paragrafi 7.9 u 7.11).

7.32.

Il-Kummissjoni tapprezza ħafna l-valutazzjoni tal-QEA tal-livell ta’ żball għall-FAEŻR bħala taħt il-materjalità, li l-Kummissjoni tqis li hija riflessjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ, b’mod partikulari s-SIAK.

Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn il-kapaċità korrettiva tal-awditi tad-DĠ AGRI u l-kontrolli tal-Istati Membri (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.9), li tippermetti l-assigurazzjoni fuq l-infiq tal-PAK b’mod ġenerali.

7.33.

Għal din l-intestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta’ livell kumplessiv ta’ żball stmat ta’ 2,5  % (ara l- Anness 7.1 ).

7.33.

Il-Kummissjoni taċċetta l-livell ta’ żball stmat mill-QEA, li huwa viċin ħafna għar-rata ta’ żball irrappurtata fir-Rapport Annwali tal-2016 tad-DĠ AGRI.

Rakkomandazzjonijiet

7.34.

L- Anness 7.4 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna tal-10 rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (33). Minn dawn, waħda ma kinitx applikabbli aktar. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu implimentaw ħames rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ, filwaqt li tnejn kienu ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti u tnejn f’xi wħud mill-aspetti.

 

7.35.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

 

Rakkomandazzjoni 1: tirrevedi l-approċċ meħud mill-aġenziji tal-pagamenti biex jikklassifikaw u jaġġornaw il-kategoriji ta’ art fl-LPISs tagħhom u biex iwettqu l-kontrolli reċiproċi meħtieġa, sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ żball fil-pagamenti ta’ ekoloġizzazzjoni (ara l-paragrafi 7.17 u 7.18, kif ukoll il- Kaxxa 7.5 ).

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Diġà għaddejjin miżuri korrettivi fl-Istati Membri kkonċernati, fejn proċeduri ta’ approvazzjoni ta’ konformità meħtieġa se jipproteġu l-baġit tal-UE.

Rakkomandazzjoni 2: tipprovdi gwida u tħeġġeġ it-tixrid tal-aħjar prattika (eż. l-użu ta’ teknoloġija ġdida tal-IT) fost l-awtoritajiet nazzjonali biex tiżgura li l-kontrolli tagħhom jidentifikaw rabtiet bejn l-applikanti u partijiet interessati oħra li jkunu involuti fil-proġetti appoġġati (ara l-paragrafu 7.26).

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Matul l-awditi fi Stati Membri differenti ġew kondiviżi l-aħjar prattiki, anke fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet mogħtija biex tittejjeb is-sistema ta’ kontroll u ġestjoni. Il-Kummissjoni torganizza seminars u konferenzi fuq bażi regolari fejn jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki. Qed jiġu esplorati wkoll soluzzjonijiet tal-IT.

PARTI 2 — PRESTAZZJONI

7.36.

Din il-parti tirrapporta dwar il-prestazzjoni ta’ tranżazzjonijiet magħżula fil-qasam tal-iżvilupp rurali (34) kif ukoll dwar il-prestazzjoni tal-pagament il-ġdid ta’ ekoloġizzazzjoni.

 

Valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali

7.37.

Matul dawn l-aħħar tliet snin (2014-2016), aħna eżaminajna xi kwistjonijiet magħżula, relatati mal-prestazzjoni, għal 193 proġett li jinvestu f’assi tanġibbli. Aħna sibna li:

 

95 % tal-investimenti li kienu ġew ikkompletati fiż-żmien taż-żjara tal-awditjar tagħna kienu twettqu kif kien ippjanat;

 

f’34 % tal-każijiet ma kienx hemm evidenza suffiċjenti li l-ispejjeż kienu raġonevoli.

 

Implimentazzjoni tal-proġetti ta’ investiment

7.38.

Mill-193 proġett ta’ investiment li eżaminajna, 139 kienu ġew ikkompletati fiż-żmien taż-żjara tal-awditjar tagħna. Aħna vverifikajna jekk dawn il-proġetti ta’ investiment ikkompletati kinux twettqu kif kien ippjanat; 95 % tal-investimenti ssodisfaw dan il-kriterju.

 

Raġonevolezza tal-ispejjeż u l-potenzjal biex isir użu akbar minn opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati

7.39.

Fl-2014-2016 aħna analizzajna 193 proġett ta’ investiment biex naraw jekk kienx hemm evidenza suffiċjenti li l-ispejjeż kienu raġonevoli. Aħna sibna li kien hemm evidenza suffiċjenti għal 127 mill-proġetti (66 %). Madankollu, ma kienx hemm evidenza suffiċjenti li l-ispejjeż kienu raġonevoli f’66 każ (34 %).

7.39.

Il-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż tinsab fir-responsabbiltà tal-Istati Membri (ara l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 809/2014). Il-Kummissjoni tipproteġi l-baġit tal-UE meta d-dgħufijiet jiġu identifikati permezz ta' proċeduri ta' konformità u toħroġ gwida dwar kif jistgħu jitjiebu s-sistemi fis-seħħ (ara l-Gwida dwar il-kontrolli tal-iżvilupp rurali u s-sanzjonijiet, inkluż lista ta' kontroll għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż).

7.40.

Il-193 proġett li analizzajna kważi lkoll użaw sistema li kienet tirrimborża l-ispejjeż imġarrba (35). Fil-perjodu 2014-2020 l-Istati Membri jistgħu, bħala alternattiva, jużaw sistema ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati: skali standard ta’ spejjeż għal kull unità, somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa (36). Fejn fattibbli, l-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati jillimita b’mod effettiv ir-riskji ta’ prezzijiet eċċessivi — dment li dawn ikunu stabbiliti fil-livell it-tajjeb (37)  (38).

 

7.41.

Fl-2016, il-biċċa l-kbira mill-proġetti li eżaminajna ġew approvati taħt ir-regoli tal-perjodu 2007-2013, meta opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati kienu għadhom ma jistgħux jintużaw għal investimenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali. Aħna eżaminajna sitt proġetti li ġew approvati taħt ir-regoli tal-perjodu 2014-2020 u qisna li ħamsa kienu adatti, iżda li wieħed biss uża opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati (ara l- Kaxxa 7.7 ).

7.41.

Permezz ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri huma responsabbli bis-sħiħ mit-tfassil tal-programmi u miżuri tagħhom. Il-Kummissjoni ppromwoviet u appoġġjat l-użu ta’ spejjeż issimplifikati, u se tkompli tagħmel dan, bħala mezz biex tnaqqas kemm l-ispejjeż kif ukoll l-iżbalji amministrattivi.

Kaxxa 7.7 —   Opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat li l-ispejjeż ikunu raġonevoli

Fir-Renju Unit (l-Ingilterra), aħna awditjajna proġett għall-bini ta’ saqaf ġdid għal żona fejn jinġabru l-bhejjem. Il-pagament kien ibbażat fuq kost unitarju standard għas-soqfa ta’ GBP 62 għal kull metru kwadru, b’għotja massima ta’ GBP 10 000 disponibbli għal kull azjenda agrikola.

Il-kost unitarju standard għas-saqaf ġie minn pubblikazzjoni li hija wieħed mis-sorsi indipendenti ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ agrikolu l-aktar użati fir-Renju Unit. Il-prezzijiet fil-pubblikazzjoni jiġu aġġornati kull sena.

 

7.42.

Attwalment aħna qed naħdmu fuq awditu biex nanalizzaw l-użu tas-sistema ta’ possibbiltajiet ta’ spejjeż simplifikati f’aktar dettall, bil-ħsieb li nippubblikaw rapport speċjali dwar is-suġġett fl-2018.

 

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni

7.43.

Fl-2016 aħna awditjajna l-ewwel sena tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. L-objettiv tal-iskema l-ġdida ta’ ekoloġizzazzjoni huwa biex din tgħin lill-azjendi agrikoli tal-UE jirrispettaw aktar l-ambjent permezz ta’ tliet prattiki li jindirizzaw kemm l-għanijiet tal-politika dwar il-klima kif ukoll dawk tal-politika dwar l-ambjent:

 

id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’;

 

iż-żamma ta’ bwar permanenti eżistenti;

 

l-istabbiliment ta’ erjas b’fokus ekoloġiku (EFAs).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

7.44.

Id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ timmira, b’mod partikolari, li jkun hemm titjib fil-kwalità tal-ħamrija (39). Din il-prattika hija obbligatorja għal azjendi agrikoli b’aktar minn 10 ha ta’ raba’, u rekwiżiti addizzjonali huma applikabbli għal azjendi agrikoli akbar, kif jidher fil- Kaxxa 7.8 .

 

Kaxxa 7.8 —   Rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

Ha ta' raba' fuq l-azjenda agrikola

Għadd minimu ta' wċuħ tar-raba' meħtieġ

Limitu għall-wiċċ tar-raba' prinċipali

Limitu għaż-żewġ uċuħ tar-raba' prinċipali

Bejn 10 u 30

2

75 %

M/A

Aktar minn 30

3

75 %

95 %

7.45.

L-għan prinċipali għall-manutenzjoni (żamma) ta’ bwar permanenti eżistenti huwa biex l-emissjonijiet futuri tal-karbonju mill-ħamrija jiġu limitati (40). L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-proporzjon ta’ bwar permanenti mqabbel mal-erja agrikola totali ma jinżilx għal aktar minn 5 % taħt proporzjon ta’ referenza. Jekk dan jiġri, l-Istati Membri jridu jobbligaw lill-bdiewa biex iżommu l-bwar permanenti kollha tagħhom u biex jikkonvertu mill-ġdid fi bwar permanenti kull art li tkun ġiet ikkonvertita qabel. L-Istati Membri jridu wkoll jiddeżinjaw erjas ta’ bwar permanenti li huma ambjentalment sensittivi (ESPG), li l-bdiewa ma jistgħux jaħartu jew jikkonvertu għal użi oħra.

 

7.46.

L-objettiv prinċipali tal-EFAs huwa li jissalvagwardjaw u jtejbu l-bijodiversità (41). Ir-rekwiżit tal-EFA jirrikjedi li l-applikanti għall-għajnuna jridu jiddeżinjaw erja li tikkorrispondi għal 5 % tar-raba’ tagħhom bħala EFA (42). L-Istati Membri jagħżlu erjas eliġibbli minn lista li tinsab fir-regoli tal-UE. Il-possibbiltajiet jinkludu sensiela ta’ karatteristiċi permanenti (eż. sġajriet li jagħmlu sies, fosos, gruppi ta’ siġar, eċċ.) u ċerti użi tar-raba’ li jkunu temporanji u li jirrispettaw l-ambjent (eż. kopertura veġetali, uċuħ tar-raba’ li jiffissaw in-nitroġenu, uċuħ tar-raba’ li jikbru malajr u art mistrieħa).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.47.

Minbarra x-xogħol tagħna relatat mar-regolarità (ara l-paragrafi 7.16 sa 7.18), aħna vvalutajna kemm inbidlu l-prattiki relatati mad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u mal-EFA minn meta l-ekoloġizzazzjoni ġiet introdotta. Aħna vvalutajna dan għal 197 azjenda agrikola li rċevew pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Hawn taħt, aħna nippreżentaw ir-riżultati għall kull waħda miż-żewġ prattiki.

 

7.48.

Aħna nittrattaw is-suġġett taż-żamma ta’ bwar permanenti eżistenti fil-paragrafu 7.17. Ma sibniex problemi għall-irqajja’ art li ġew irreġistrati korrettement fl-LPIS. Madankollu, mhux il-bwar permanenti kollha kienu ġew irreġistrati sew b’dan il-mod, u f’każ wieħed dan kien wassal għal ksur tar-rekwiżit taż-żamma ta’ ESPG.

 

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

7.49.

Tqabbil bejn l-2015 u l-2014 juri li r-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ ma wasslu għall-ebda bidla għal 89 % tal-azjendi agrikoli li nżaru. Hemm żewġ raġunijiet għal dan il-perċentwal għoli. L-ewwel nett, madwar nofs l-azjendi agrikoli kienu diġà qed jużaw prattiki ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ fis-sena ta’ qabel ma bdiet tapplika l-ekoloġizzazzjoni. It-tieni nett, madwar terz tal-azjendi agrikoli kienu eżenti mid-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ minħabba d-daqs żgħir tagħhom. Il- Kaxxa 7.9 tagħti s-sejbiet tagħna fil-qosor.

7.49.

Il-Kummissjoni tinnota li qabel is-sena tat-talba 2015, f’ħafna mill-Istati Membri ma kien hemm l-ebda obbligu biex il-bdiewa jirreġistraw l-għelejjel tagħhom.

7.50.

Aħna sibna li 11 % tal-azjendi agrikoli li nżaru kellhom iżidu l-erja suġġetta għal diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ fl-2015 meta mqabbel mal-2014. Għall-azjendi agrikoli kkampjunati, aħna nistmaw li l-introduzzjoni tar-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ taħt il-qafas ta’ ekoloġizzazzjoni wasslet għal bidliet fl-użu tal-art fuq madwar 2 % tar-raba’ tagħhom (43)  (44).

7.50 u 7.51

Il-Kummissjoni tinnota li qabel is-sena tat-talba 2015, f’ħafna mill-Istati Membri ma kien hemm l-ebda obbligu biex il-bdiewa jirreġistraw l-għelejjel tagħhom, u dan jagħmel it-tqabbil fil-livell tal-irziezet individwali diffiċli. Il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-impatt tar-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni se jitolbu approċċ aktar xieraq (ibbażat fuq xenarju kontrofattwali xieraq) u jrid jidher ukoll għal aktar minn sena tal-applikazzjoni. F’dan l-istadju, ma jistax jitqies direttament kemm tjiebet il-prestazzjoni ambjentali u klimatika fiż-żona fejn inbiddlu l-għelejjel. Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-impatt ta’ din il-politika ġdida.

Kaxxa 7.9 —   Bidliet fid-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ wara l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni

Bidliet fid-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'

Azjendi agrikoli

%

L-ebda bidla (il-benefiċjarju diġà kien jikkonforma mar-rekwiżiti ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba')

107

54 %

L-ebda bidla (il-benefiċjarju mhuwiex suġġett għal diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba')

69

35 %

Bidla (aktar diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba')

21

11 %

TOTAL

197

100 %

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.51.

Aħna analizzajna d-daqs medju tar-raba’ f’kull waħda mit-tliet kategoriji fit-tabella ta’ hawn fuq. Id-data turi li d-daqs medju tal-azjendi agrikoli tal-FAEG fil-kampjun tagħna li diġà kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ fl-2014 (438 ettaru) kien konsiderevolment akbar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli li kellhom jibdlu d-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tagħhom fl-2015 (87 ettaru). Dan jagħti x’jifhem li l-azjendi agrikoli ta’ daqs medju ġew affettwati aktar mill-introduzzjoni tar-rekwiżiti ġodda, filwaqt li azjendi agrikoli li huma akbar kienu fil-biċċa l-kbira diġà konformi, u dawk iżgħar huma eżenti.

 

Erjas b’fokus ekoloġiku

7.52.

Tqabbil bejn l-2015 u l-2014 juri li r-rekwiżiti tal-EFA ma wasslu għall-ebda bidla għal 67 % tal-azjendi agrikoli li ġew awditjati. L-istess żewġ raġunijiet japplikaw bħal dawk għad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’: madwar kwart mill-azjendi agrikoli li nżaru diġà kellhom erja suffiċjenti deżinjata bħala EFA fis-sena qabel ma l-ekoloġizzazzjoni bdiet tapplika, u 42 % tal-azjendi agrikoli li nżaru kienu eżenti mill-prattika tal-EFA minħabba d-daqs żgħir tagħhom. Il- Kaxxa 7.10 tagħti s-sejbiet tagħna fil-qosor.

7.52.

Il-Kummissjoni tinnota li qabel is-sena tat-talba 2015, l-EFA ma kenitx irreġistrata, u dan jagħmel it-tqabbil fil-livell tal-irziezet individwali diffiċli u impreċiż.

7.53.

Aħna sibna li 32 % tal-azjendi agrikoli li nżaru kellhom iżidu, kultant sinifikattivament, l-EFA tagħhom fl-2015 meta mqabbel mal-2014. Għall-azjendi agrikoli kkampjunati, aħna nistmaw li l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-EFA taħt il-qafas ta’ ekoloġizzazzjoni wasslet għal bidliet fl-użu tal-art fuq madwar 1,5  % tar-raba’ tagħhom (45).

7.53.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 7.51 u 7.52.

Il-Kummissjoni tqis li, f’dan l-istadju, ma jistax jitkejjel direttament kemm inbidel l-użu tal-art minħabba r-rekwiżiti tal-EFA. L-EFAs huma mistennija li jkollhom impatti usa’.

Kaxxa 7.10 —   Bidliet fl-EFAs wara l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni

Bidliet fl-erjas b'fokus ekoloġiku (EFAs)

Azjendi agrikoli

%

L-ebda bidla (il-benefiċjarju diġà kien jikkonforma mar-rekwiżiti tal-EFA)

49

25 %

L-ebda bidla (il-benefiċjarju mhuwiex suġġett għar-regoli tal-EFA)

82

42 %

Bidla (żieda fl-EFA)

64

32 %

Evidenza insuffiċjenti

2

1 %

TOTAL

197

100 %

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.54.

Aħna qed nanalizzaw fid-dettall it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni fl-ewwel sena tagħha, bil-ħsieb li nippubblikaw rapport speċjali.

7.54.

Ir-rapport riċenti mill-Kummissjoni (Marzu 2017) (46) kompla jiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-EFA. Fl-2015, tmien miljun ettaru ta’ art ġew iddikjarati bħala EFA, u dan ammonta għal 13 % tal-art li tinħadem li taqa’ taħt l-obbligu u 10 % wara l-fatturi ponderati.

Ir-rapport ikkonkluda li l-prattika tal-EFA toffri potenzjal kbir. Ġie identifikat impatt pożittiv fuq il-bijodiversità bħala riżultati preliminari abbażi ta’ simulazzjoni JRC (Ċentru Konġunt tar-Riċerka) u rieżami tad-dokumentazzjoni magħżula. Pereżempju, huwa mistenni li l-istrixxi tal-fjuri jkollhom impatti ambjentali benefiċi lil hinn miż-żona koperta mill-fjuri, permezz tal-attività tad-dakkir. Barra minn hekk, l-EFA jista’ jkollha impatt pożittiv fuq xi servizzi tal-ekosistema (pereżempju l-kwalità tal-ilma u d-dakkara). L-introduzzjoni tal-EFA tista’ tgħin ukoll għar-reżiljenza tal-irziezet għat-tibdil fil-klima (pereżempju b’forniment ogħla ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ) u ttejjeb il-mitigazzjoni tal-klima (pereżempu b’użu ogħla ta’ legumi).

L-analiżi wriet ukoll li l-benefiċċji ambjentali jiddependu mhux biss fuq il-kwantità iżda anke fuq il-kwalità li tista’ tkompli titjieb billi jiġu aġġustati l-kundizzjonijiet ta’ ġestjoni. L-aħħar emendi tal-Att Delegat (ir-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014) li ġie adottat dan l-aħħar miż-żewġ koleġiżlaturi se jieħu din it-triq billi jimponi projbizzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq erja kkultivata u kkwalifikata bħala EFA.

Konklużjonijiet

7.55.

L-eżaminar li wettaqna tal-prestazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-iżvilupp rurali wera li 95 % tal-investimenti kienu twettqu kif kien ippjanat, għalkemm f’34 % tal-każijiet ma kienx hemm evidenza suffiċjenti li l-ispejjeż kienu raġonevoli. Fejn fattibbli, l-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati jillimita b’mod effettiv ir-riskji ta’ prezzijiet eċċessivi — dment li dawn ikunu ssettjati fil-livell it-tajjeb. Attwalment aħna qed naħdmu fuq awditu biex nanalizzaw l-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati f’aktar dettall, bil-ħsieb li nippubblikaw rapport speċjali dwar is-suġġett fl-2018.

7.55.

Il-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż tinsab fir-responsabbiltà tal-Istati Membri (ara l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 809/2014). Il-Kummissjoni tipproteġi l-baġit tal-UE meta d-dgħufijiet jiġu identifikati permezz ta' proċeduri ta' konformità u toħroġ gwida dwar kif jistgħu jitjiebu s-sistemi fis-seħħ (ara l-Gwida dwar il-kontrolli tal-iżvilupp rurali u s-sanzjonijiet, inkluż lista ta' kontroll għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż). Barra minn hekk, it-taħriġ u l-użu ta' prattiki komuni tajbin huma orgranizzati min-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qed tippromovi b'mod attiv l-użu ta' għażliet għal spejjeż simplifikati fl-Istati Membri.

7.56.

Ix-xogħol li wettaqna fuq il-prestazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni identifika xi bidliet pożittivi fil-prattiki agrikoli wara l-introduzzjoni tal-iskema, speċjalment f’termini ta’ EFAs. Fil-kampjun tagħna, l-erja agrikola li fuqha sibna bidliet pożittivi kienet tammonta għal madwar 3,5  % tar-raba’ (ara l-paragrafi 7.50 u 7.53).

7.56.

Il-Kummissjoni tqis li wara sena jew tnejn, għadu kmieni wisq biex naslu għal konklużjoni dwar eżiti ambjentali preċiżi. Fil-fatt, se tkun diffiċli li tiġi stabbilita metodoloġija minħabba n-nuqqas ta’ linja bażi f’termini tal-bijodiversità u l-kwalità tal-ħamrija qabel l-2015. Barra minn hekk, fatturi oħrajn bħall-ekoloġizzazzjoni jikkontribwixxu għall-prestazzjoni ambjentali tal-agrikoltura.

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota b’soddisfazzjon il-bidliet fil-prattiki tal-biedja wara l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni u tinnota wkoll li 11 % tal-irziezet li saritilhom żjara kellhom ibiddlu l-prattiki tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u 32 % kellhom ibiddlu l-prattiki tal-EFA tagħhom meta mqabbla mal-2014.

Madankollu, ta’ min jiftakar li l-miżura tat-tibdil fl-għelejjel maħsuba mill-ekoloġizzazzjoni mhijiex biżżejjed biex tevalwa l-prestazzjoni ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni.

Abbażi tal-valutazzjoni riċenti (ir-rieżami tal-ekoloġizzazzjoni wara sena, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD) ta’ Ġunju 2016 u r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-EFA maħruġ fl-2017), il-pagament ta’ ekoloġizzazjoni joffri potenzjal kbir f’termini ta’ kopertura taż-żona. Fl-2016, 77 % taż-żona agrikola kienet soġġetta għal ekoloġizzazzjoni u 69 % tal-art li tinħadem kienet soġġetta għal EFA.

Ir-rapport tal-Kummissjoni (Marzu 2017) dwar l-EFA vvaluta l-effett tal-ambjent potenzjali taż-żona tal-EFA kif iddikjarata mill-bdiewa fl-2015.

Ir-riżultati preliminari huma promettenti speċjalment għal żoni mhux produttivi bħal karatteristiċi tal-pajsaġġ jew ġmiem madwar l-għelieqi għall-bijodiversità iżda anke għal żoni oħra bħal-legumi għall-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema skont il-ġestjoni tagħhom.

Emenda ta’ att delegat (ir-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014) hija pass importanti biex tkompli tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali permezz tal-projbizzjoni tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP) fuq żoni kkultivati u kkwalifikati bħala EFA.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(2)  Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti miżuri kofinanzjati, bħall-miżuri ta’ promozzjoni u l-iskema ta’ frott għall-iskejjel.

(3)  Li jkopru, b’mod partikolari, appoġġ għas-settur tal-inbid u dak tal-frott/ħxejjex, u appoġġ għall-ħalib u l-frott fl-iskejjel, kif ukoll miżuri favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.

(4)  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea laħqu qbil dwar ir-riforma tal-PAK fl-2013. Wara dan, ġew approvati għadd ta’ testi leġiżlattivi bl-għan li dan il-qbil jiġi implimentat b’mod prattiku.

(5)  Ibbażat fuq applikazzjonijiet għall-għajnuna li ġew ippreżentati fl-2015 (jiġifieri s-sena ta’ klejms 2015).

(6)  Pagamenti diżakkoppjati jingħataw għall-art agrikola eliġibbli kollha, irrispettivament minn jekk tintużax għall-produzzjoni jew le.

(7)  Attwalment aħna qed neżaminaw l-implimentazzjoni tal-BPS, bil-ħsieb li nippubblikaw rapport speċjali (ara l-Programm ta’ Ħidma tagħna għall-2017; http://eca.europa.eu).

(8)  Miżuri relatati mal-erja huma dawk fejn il-pagament ikun marbut mal-għadd ta’ ettari, bħal pagamenti agroambjentali u pagamenti kumpensatorji lil bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali.

(9)  Miżuri li mhumiex relatati mal-erja huma tipikament investimenti, pereżempju, għall-modernizzar ta’ ażjendi agrikoli jew l-istabbiliment ta’ servizzi bażiċi għall-ekonomija rurali u l-popolazzjoni lokali.

(10)  Oqsma oħra ta’ nfiq tal-UE li ma jaqgħux taħt l-intestatura tal-QFP “Riżorsi naturali” jipprovdu, huma wkoll, finanzjament għall-ambjent u l-azzjoni klimatika.

(11)  L-approċċ tagħna huwa bbażat fuq għadd ta’ elementi magħżula b’mod aleatorju (eż. irqajja’ art jew fatturi) għal kull tranżazzjoni. Għalhekk, żball li jinqabad mhux neċessarjament jirrifletti l-livell kumplessiv ta’ żball għat-tranżazzjoni inkwistjoni.

(12)  Il-Belġju (Walloon u Flanders), il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja (il-Bavarja, Hamburg-Jonas, Mecklenburg-Vorpommern, Nordrhein-Westfalen, is-Sassonja-Anhalt, Schleswig Holstein), l-Irlanda, il-Greċja, Spanja (il-Pajjiż Bask, Andalusija, ir-Reġjun ta’ Murcia, il-Komunità ta’ Valenzja, Aragona, Kastilja-La Mancha, Extremadura u Kastilja u León), Franza, l-Italja (AGEA, il-Calabria, il-Lombardia, it-Toskana u l-Veneto), il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (l-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja). Il-kampjun kien jinkludi wkoll tranżazzjoni waħda taħt ġestjoni diretta.

(13)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja (is-Sassonja t’Isfel-Bremen, is-Sassonja u s-Sassonja-Anhalt), l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja (Andalusija, Kastilja-La Mancha u Extremadura), Franza (il-Midi-Pyrénées u r-Rhône-Alpes), il-Kroazja, l-Italja (il-Basilicata), il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall (l-Azores u l-Portugall Kontinentali), ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit (l-Ingilterra u l-Iskozja). Il-kampjun kien jinkludi seba’ tranżazzjonijiet taħt ġestjoni diretta, li minnhom tnejn kienu jinkludu fondi tal-UE li ntnefqu taħt ftehimiet ta’ sħubija fil-qasam tas-sajd barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

(14)  Id-DĠ ENV u d-DĠ CLIMA għandhom l-istess direttorat tar-riżorsi finanzjarji.

(15)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 1,5 % u 3,5 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(16)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu naghtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,8 % u 2,6 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(17)  Ara l-paragrafu 7.35 tar-Rapport Annwali 2014 tagħna.

(18)  Ara l-paragrafu 7.17 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna.

(19)  Informazzjoni li ġiet inkluża f’dokumentazzjoni ta’ sostenn u f’databases jew li tirriżulta minn kontrolli reċiproċi standard u minn kontrolli obbligatorji oħra.

(20)  Ara l-paragrafu 7.17 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna u l-paragrafi 60 sa 64 tar-Rapport Speċjali Nru 25/2016 tagħna “Is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ art agrikola — iżda l-ġestjoni tagħha tista’ tittejjeb aktar” (http://eca.europa.eu).

(21)  Ara wkoll il-paragrafi 46 sa 48 tar-Rapport Speċjali Nru 25/2016 tagħna.

(22)  Ara l-paragrafu 7.20 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna, il-paragrafu 7.21 fir-Rapport Annwali 2014 tagħna, il-paragrafu 3.9 fir-Rapport Annwali 2013 tagħna, il-paragrafu 3.13 fir-Rapport Annwali 2012 tagħna, il-paragrafu 3.12 fir-Rapport Annwali 2011 tagħna.

(23)  Il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(24)  Huma biss ċerti użi tal-art li tkun eliġibbli bħala EFA li jistgħu jsiru fuq art li mhijiex raba’ (eż. imsaġar ta’ newba qasira u erjas afforestati). Karatteristiċi permanenti li huma eliġibbli bħala EFAs, bħal karatteristiċi tal-pajsaġġ u strixex ta’ lqugħ, jistgħu jkunu fuq art li tkun tmiss direttament ma’ raba’.

(25)  Mhux l-azjendi agrikoli kollha li nżaru kienu suġġetti għat-tliet prattiki kollha, billi xi wħud kienu eżenti minn prattika waħda jew aktar, prinċipalment minħabba d-daqs żgħir tagħhom.

(26)  Ara wkoll il-paragrafi 37 u 38 tar-Rapport Speċjali Nru 25/2016 tagħna.

(27)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu naghtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 2,1 % u 7,7 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(28)  Informazzjoni li ġiet inkluża f’dokumentazzjoni ta’ sostenn u f’databases jew li tirriżulta minn kontrolli reċiproċi standard u minn kontrolli obbligatorji oħra.

(29)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 23/2014 “Żbalji fin-nefqa għall-iżvilupp rurali: x’jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati?” (http://eca.europa.eu).

(30)  Il-medja tal-livell ta’ żball li ġiet irrappurtata mill-Istati Membri hija 1,09 % għall-FAEG u 1,78 % għall-FAEŻR.

(31)  Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni huma meħtieġa jaċċertaw, fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv, il-legalità u r-regolarità tal-infiq li għalih l-aġenziji tal-pagamenti talbu rimborż mill-Kummissjoni. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni ħarġu l-ewwel opinjonijiet tagħhom dwar ir-regolarità għas-sena finanzjarja 2015.

(32)  Għad-dettalji, ara r-Rapport Speċjali Nru 7/2017 “Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f’dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta’ awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati” (http://eca.europa.eu).

(33)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, suppost għadda biżżejjed żmien biex ir-rakkomandazzjonijiet tagħna jiġu implimentati.

(34)  Ara l-Parti 2 tal-Kapitolu 7 tar-Rapporti Annwali 2014 u 2015 tagħna.

(35)  Ir-rimborż tal-ispejjeż huwa assoċjat ma’ livelli ogħla ta’ żball. Dwar dan is-suġġett, ara wkoll il-paragrafi 1.21 sa 1.24 tar-Rapport Annwali 2015.

(36)  L-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320). Ċerti forom ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati kienu diġà awtorizzati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għal xi miżuri ta’ żvilupp rurali, iżda mhux għal proġetti ta’ investiment.

(37)  Ara l-paragrafi 58 sa 63 tar-Rapport Speċjali Nru 22/2014 tagħna “Il-ksib ta’ ekonomija: inżommu l-ispejjeż tal-għotjiet għal proġetti tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-UE taħt kontroll” (http://eca.europa.eu).

(38)  L-esperjenza tagħna fl-awditjar tan-nefqa fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali wkoll turi li l-proġetti li jiġu implimentati bl-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati huma inqas suxxettibbli għal żbalji. Ara l-paragrafu 6.15 tar-Rapport Annwali 2015.

(39)  Il-Premessa 41 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(40)  Ara l-Premessa 42 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(41)  Il-Premessa 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(42)  Azjendi agrikoli b’inqas minn 15-il ha ta’ raba’ huma eżenti mir-rekwiżit tal-EFA.

(43)  L-istima tagħna hija bbażata fuq il-bidliet effettivi li saru mill-azjendi agrikoli li aħna kkampjunajna għall-pagamenti mill-FAEG. Għal azjendi agrikoli b’aktar minn 10 ettari ta’ raba’, ir-rekwiżit ta’ ekoloġizzazzjoni għad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ jissettja limitu ta’ 75 % tal-erja totali tar-raba’ għall-ewwel wiċċ tar-raba’. Għaldaqstant, il-massimu possibbli tal-bidla li tista’ tiġi attribwita għall-ekoloġizzazzjoni huwa 25 % tal-erja totali tar-raba’ tal-azjendi agrikoli li huma suġġetti għal dan ir-rekwiżit (jiġifieri meta azjenda agrikola kellha monokultura fl-2014 u ssodisfat ir-rekwiżit fl-2015). Madankollu, ħafna azjendi agrikoli kienu diġà jissodisfaw ir-rekwiżit fl-2014: għal dawn l-azjendi agrikoli, aħna qisna li ma kienet saret l-ebda bidla. Barra minn hekk, kienu ftit ħafna dawk l-azjendi agrikoli li kellhom jadattaw id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tagħhom, li fil-fatt kellhom monokulturi fl-2014.

(44)  Ir-rieżaminar tal-ekoloġizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni wara sena kkonkluda li l-erja rilokata minħabba l-obbligu ta’ diversifikazzjoni kienet tammonta għal madwar 0,8 % tar-raba’. Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Review of greening after one year” (Rieżaminar tal-ekoloġizzazzjoni wara sena) — SWD(2016) 218, l-Anness 4, it-Taqsima 5.2.2.

(45)  L-istima tagħna hija bbażata fuq il-bidliet effettivi li saru mill-azjendi agrikoli li aħna kkampjunajna għall-pagamenti mill-FAEG. Sabiex jikkonforma mar-rekwiżit tal-EFA, bidwi li jikklejmja aktar minn 15-il ha ta’ raba’ jrid jiżgura li erja ekwivalenti għal 5 % tat-total tar-raba’ tiegħu tkun EFA. Għaldaqstant, il-massimu possibbli tal-bidla li tista’ tiġi attribwita għall-ekoloġizzazzjoni huwa 5 % tal-erja tar-raba’ tal-azjendi agrikoli li huma suġġetti għal dan ir-rekwiżit (jiġifieri meta azjenda agrikola ma kellha l-ebda EFA fl-2014 u ssodisfat ir-rekwiżit fl-2015). Madankollu, ħafna azjendi agrikoli kienu diġà jissodisfaw ir-rekwiżit fl-2014, u l-biċċa l-kbira mill-azjendi agrikoli diġà kellhom xi proporzjon ta’ EFA fl-2014, anke jekk dan kien inqas minn 5 %.

(46)  COM(2017) 152 final

(47)  F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

ANNESS 7.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “RIŻORSI NATURALI”

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Agrikoltura: Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta

217

180

Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

163

179

Total tat-tranżazzjonijiet “Riżorsi naturali”

380

359

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta' żball stmat: Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta

1,7  %

2,2  %

Livell ta' żball stmat: Żvilupp Rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

4,9  %

5,3  %

Livell ta' żball stmat: “Riżorsi naturali”

2,5  %

2,9  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

3,5  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

1,5  %

 

Il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball għal Agrikoltura: Appoġġ tas-suq u għajnuna diretta huma: 0,8 u 2,6  %.

Il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball għal Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd huma: 2,1  u 7,7  %.

ANNESS 7.2

ĦARSA ĠENERALI LEJN IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET, GĦAL KULL STAT MEMBRU, GĦAL ŻVILUPP RURALI, AMBJENT, AZZJONI KLIMATIKA U SAJD (1)

Image


(1)  Is-seba’ tranżazzjonijiet taħt ġestjoni diretta li ġew eżaminati mhumiex inklużi fil-mappa.

AANNESS 7.3

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B’IMPATT TA’ MILL-INQAS 20 % GĦAL ŻVILUPP RURALI, AMBJENT, AZZJONI KLIMATIKA U SAJD

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Introduzzjoni

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl- Anness 1.1 , aħna ttestjajna kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta’ irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għal din l-intestatura tal-QFP. L-iżbalji li qbadna fl-ittestjar ma jikkostitwux lista eżawrjenti — la ta’ żbalji individwali u lanqas ta’ tipi possibbli ta’ żball. Is-sejbiet deskritti fil-qosor hawn taħt, li jikkonċernaw żbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżaminat, huma ppreżentati bħala eżempju għall-valutazzjoni speċifika li tkopri żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd (1). Dawn l-iżbalji nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ta’ bejn EUR 1 600 u EUR 1 000 000 , b’valur medjan ta’ kemxejn taħt il-EUR 100 000  (2).

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kumment tal-QEA fl-Anness 7.2 li l-ħarsa ġenerali tat-tranżazzjonijiet tal-QEA mhijiex gwida għal-livell relattiv ta’ żball fl-Istati Membri fil-kampjun. Il-Kummissjoni tiddikjara li l-informazzjoni dettaljata fir-riżultati tal-awditi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri huma ppreżentati għal kull Stat Membru fir-Rapporti Annwali tal-Attività u l-annessi tekniki tagħhom tad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jimplimentaw il-fondi tal-UE f’ġestjoni kndiviża.

Eżempji ta’ żbalji

Żvilupp rurali, ambjent, azzjoni klimatika u sajd

Benefiċjarju/infiq ineliġibbli

Eżempju 1 — Appoġġ għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji mogħti lil kooperattiva li hija l-proprjetà ta’ kumpanija multinazzjonali kbira

Fil-Litwanja, aħna eżaminajna pagament li sar lil kooperattiva partikolari bħala appoġġ għal investiment fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Taħt ir-regoli tal-UE u dawk nazzjonali, appoġġ ta’ dan it-tip huwa disponibbli biss għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif iddeterminat mill-għadd ta’ impjegati, il-fatturat annwali u t-total tal-karta tal-bilanċ annwali. Intrapriżi relatati, bħal kumpaniji omm jew kumpaniji sussidjarji, iridu jiġu inklużi fil-kalkolu. Aħna sibna li l-kooperattiva kkonċernata kienet il-proprjetà ta’ kumpanija multinazzjonali kbira, u għalhekk ma kinitx tikkwalifika bħala intrapriża mikro, żgħira jew medja. Il-benefiċjarju ma kienx eliġibbli għal appoġġ, u dan irriżulta f’rata ta’ żball ta’ 100 %.

 

Eżempju 2 — Benefiċjarju ngħata appoġġ għal makkinarju li nxtara mingħand kumpanija relatata

Aħna eżaminajna pagament li sar lil kumpanija agrikola fl-Ungerija għax-xiri ta’ makkinarju. Sibna evidenza konklużiva li l-benefiċjarju kellu rabtiet mal-kumpanija li pprovdiet il-makkinarju. Taħt il-liġi nazzjonali, dan irendi l-pagament kollu ineliġibbli, u rriżulta f’rata ta’ żball ta’ 100 %.

 

Eżempju 3 — Nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm LIFE

Aħna eżaminajna pagament għal proġett ambjentali mmaniġġjat b’mod dirett u li kien iffinanzjat mill-programm LIFE. Identifikajna bosta każijiet ta’ ksur tar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm LIFE fir-rigward ta’ spejjeż għall-persunal; pereżempju: il-kuntratti ma semmewx il-programm LIFE, l-iskedi ta’ ħin (timesheets) ma kinux ġew iċċertifikati u l-ispejjeż ma kinux ġew iddebitati fuq il-bażi tal-ħin li verament ittieħed għax-xogħol. Aħna rrappurtajna rata ta’ żball ta’ 60 % tal-ispejjeż eżaminati.

Skont l-Artikolu 25.1 tad-Dispożizzjonijiet Komuni tal-LIFE (abbażi tal-Artikolu 126 tar-RF), l-ispejjeż eliġibbli jridu jkunu bbażati fuq spejjeż attwali mġarrba, għaldaqstant l-ispejjeż ma jistgħux ikunu bbażati fuq rata bbaġitjata ta’ kuljum.

Il-ħin li l-persunal ikun ħadem għall-proġett għandu jiġi ddokumentat permezz ta’ mezzi xierqa (skedi ta’ ħin). Madankollu, ta’ min jinnota li ħin rappurtat sa massimu ta’ jumejn fix-xahar jiġu aċċettati mingħajr skedi ta’ ħin. Barra minn hekk, jekk il-ħin maħdum għall-proġett jista’ jiġi ddokumentat permezz ta’ sorsi alternattivi (pereżempju siltiet minn sistema ta’ kontabilità analitika), il-Kummissjoni tqis l-ispejjeż eliġibbli relatati.

Filwaqt li mhijiex kundizzjoni li l-proġett għandu jissemma’ b’mod speċifiku fil-kuntratt tal-impjegat, il-proġett għandu jissemma’ fl-iskedi ta’ ħin jew mezzi oħra għar-reġistrazzjoni tal-ħin. Barra minn hekk, jekk il-ħin maħdum għall-proġett jista’ jiġi ddokumentat permezz ta’ sorsi alternattivi għajr skedi ta’ ħin, bħal siltiet minn sistema ta’ kontabilità analitika, l-ispejjeż relatati jitqiesu eliġibbli.

Jekk is-skedi ta’ ħin ma jiġux iffirmati mill-impjegat u vvalidati mis-superviżur, ma jkunux standard aċċettabbli u l-ispejjeż relatati jitqiesu ineliġibbli. Madankollu, dawn l-iskedi ta’ ħin jitqiesu ineliġibbli biss f’każ li ma jiġux iffirmati u vvalidati b’mod sistematiku. Jekk l-iskedi ta’ ħin kultant ma jkunux iffirmati u vvalidati, dan jitqies bħala żball klerikali u normalment jiġu aċċettati.

Eżempji 4 u 5 — Il-gvern reġjonali rċieva finanzjament mill-UE għal xogħlijiet li ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta’ spejjeż esaġerati

Aħna eżaminajna żewġ settijiet ta’ xogħlijiet li tħallsu mill-gvern reġjonali ta’ Andalusija fi Spanja: wieħed għar-rikostruzzjoni ta’ triq rurali, u l-ieħor għal dar rurali b’binja ta’ azjenda agrikola li tmiss magħha. Fiż-żewġ każijiet, aħna sibna li x-xogħlijiet kienu ngħataw permezz ta’ għotja diretta lil kumpanija partikolari bi prezzijiet esaġerati. Aħna rrappurtajna rati ta’ żball ta’ 33 % u 41 % tal-ispejjeż eżaminati, rispettivament.

 

Eżempju 6 — Applikazzjoni konġunta għall-għajnuna ma kinitx awtorizzata

Aħna eżaminajna pagament li sar lil kumpanija agrikola fl-Estonja għax-xiri ta’ makkinarju. L-applikazzjoni għall-proġett saret flimkien ma’ kumpanija oħra. Skont ir-regoli nazzjonali, applikazzjonijiet konġunti jikkwalifikaw għal ammonti ogħla ta’ għajnuna, iżda huma awtorizzati biss jekk l-ebda applikant ma jkollu influwenza dominanti fuq l-ieħor, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett. Madankollu, aħna sibna li din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata, u dan irriżulta f’rata ta’ żball ta’ 32 %.

 

Aħna sibna żbalji li kienu dovuti għal benefiċjarji/infiq ineliġibbli (ikkwantifikati għal livell li jlaħħaq sa 20 %) fid-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Portugall (Kontinentali), l-Italja (il-Basilicata), l-Awstrija u l-Polonja.

 

Erja ddikjarata b’mod eċċessiv jew erja ineliġibbli

Eżempju 7 — Appoġġ għall-konservazzjoni ta’ ġonna bis-siġar tal-frott tradizzjonali, li tħallas għal erja b’ammont żgħir wisq ta’ siġar tradizzjonali

Fil-Portugall, aħna eżaminajna pagament li sar lil bidwi taħt il-miżura ta’ żvilupp rurali “agroambjent-klima” għall-konservazzjoni tal-ġonna bis-siġar tal-frott tradizzjonali fl-Azores. Wieħed mill-prerekwiżiti nazzjonali biex jingħata l-pagament kien li ġnien ikollu mill-inqas varjetà waħda ta’ siġar tal-frott tradizzjonali fl-Azores u li, jekk titkabbar ma’ siġar oħra, tkun trid tikkostitwixxi mill-inqas 80 % tal-popolazzjoni tas-siġar. Aħna żorna ż-żewġ irqajja’ art li għalihom saret klejm, u sibna li dawn ma kienx fihom biżżejjed siġar eliġibbli. L-irqajja’ art ma kinux jikkonformaw mar-regola ta’ eliġibbiltà, u dan irriżulta f’rata ta’ żball ta’ 100 %.

 

Eżempju 8 — Appoġġ imħallas għal żoni fejn ma ssir l-ebda attività agrikola

Il-miżura ta’ żvilupp rurali “Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra” tappoġġa azjendi agrikoli f’ċerti żoni deżinjati, bħalma huma ż-żoni muntanjużi. Il-pagamenti jsiru kull sena għal kull ettaru ta’ art eliġibbli biex il-bdiewa jiġu kkumpensati għall-ispejjeż addizzjonali kollha li jiġġarrbu, jew għal xi wħud minnhom u għall-introjtu li jintilef minħabba r-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni agrikola f’dawn iż-żoni. Il-bdiewa jridu jwettqu attività agrikola fiż-żoni deżinjati biex ikunu eliġibbli.

 

Fil-Kroazja aħna żorna azjenda agrikola li kienet irċeviet pagament bħala kumpens għal “żoni muntanjużi”. Aħna spezzjonajna kampjun ta’ tliet irqajja’ art, li l-benefiċjarju kien ikklejmja bħala mergħat. Fuq waħda mill-irqajja’ art, ma sibna l-ebda sinjal ta’ attività agrikola, eż. rigħi. Għalhekk, ir-roqgħa art ma kinitx eliġibbli għal kumpens. Kien hemm ukoll erjas ineliġibbli fuq iż-żewġ irqajja’ art l-oħra, minħabba l-preżenza ta’ foresti densi. Aħna nosservaw li l-aġenzija tal-pagamenti kienet identifikat problemi simili, u li sussegwentement bdiet il-proċess ta’ rkupru. Fuq il-bażi tal-kampjun tagħna, aħna stmajna li r-rata ta’ żball kienet ta’ 91 %.

Il-Kummissjoni tifhem li l-Awtoritajiet Kroati identifikaw l-ineliġibbiltà potenzjali tal-art b’riżultat tal-Valutazzjoni tal-Kwalità tal-LPIS u ħadmu biex isegwuha bil-ħsieb li jikkoreġu l-iżball.

Il-Kummissjoni tifhem li l-Awtoritajiet Kroati aġġornaw il-LPIS wara ż-żjara ta’ malajr fuq il-post u instigaw l-irkupru tal-appoġġ fl-iskadenzi stabbiliti mid-dritt tal-UE; għaldaqstant mhu se jkun hemm l-ebda impatt finanzjarju mid-dikjarazzjoni eċċessiva.

Aħna sibna żbalji li kienu dovuti għal erjas iddikjarati b’mod eċċessiv jew erjas ineliġibbli (ikkwantifikati għal livell li jlaħħaq sa 20 %) fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja (is-Sassonja), Spanja (Extremadura), Franza (ir-Rhône-Alpes), il-Kroazja, il-Portugall (l-Azores u l-Portugall Kontinentali), is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit (l-Ingilterra).

 

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku

Eżempju 9 — Korp pubbliku indebitament eskluda l-irħas offerta għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet

Fil-Polonja, aħna eżaminajna pagament li sar lil korp pubbliku għar-rikostruzzjoni ta’ imbankment biex jipproteġi art agrikola minn għargħar mix-xmara. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kienu jirrappreżentaw 97 % tal-ispejjeż awditjati. Aħna eżaminajna l-proċedura ta’ akkwist pubbliku li ntużat biex tintgħażel il-kumpanija li wettqet ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, u sibna li l-irħas offerta kienet ġiet eskluża mingħajr raġuni valida. Għalhekk, l-ispejjeż ikkonċernati ma kinux eliġibbli, u dan irriżulta f’rata ta’ żball ta’ 97 %.

Il-Kummissjoni tifhem li d-deċiżjoni li tiġi eskluża l-irħas offerta ġiet ikkontestata mill-offerent li ma ntlaqgħetx l-offerta tiegħu. Madankollu, il-Korp Nazzjonali tal-Appell (KIO) li huwa kompetenti f’din il-kwistjoni ċaħad dan l-appell. L-Aġenzija tal-Pagamenti segwiet id-deċiżjoni tal-Korp Nazzjonali tal-Appell.


(1)  Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw aktar minn tliet kwarti tal-livell kumplessiv ta’ żball stmat għal din il-valutazzjoni speċifika.

(2)  Jiġifieri nofs l-iżbalji kollha b’impatt ta’ mill-inqas 20 % nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur inqas minn EUR 100 000, u l-bqija nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ogħla minn dan l-ammont.

ANNESS 7.4

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “RIŻORSI NATURALI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Ma għadhiex applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

3.46.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2013, il-Qorti tirrakkommanda li:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1: il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jintuża l-potenzjal sħiħ tas-SIAK. Dan jinkludi sforzi partikolari biex jiżguraw li:

l-eliġibbiltà u d-daqs tal-ħbula agrikoli, b’mod partikolari ta’ mergħat permanenti, jiġu vvalutati u rreġistrati b’mod korrett mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-kriterji applikabbli tal-UE permezz ta’ analiżi komprensiva tal-ortoimmaġnijiet l-aktar reċenti (ara l-paragrafi 3.9, 3.10 u 3.20);

tittieħed azzjoni korrettiva immedjata mill-Istati Membri fejn is-SIAK tinstab li tkun milquta minn żbalji sistemiċi, speċjalment fir-rigward ta' trattament amministrattiv skorrett ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna (ara l-paragrafu 3.15 u l-Kaxxa 3.5);

il-kotba tad-debituri tal-Istati Membri jkun fihom informazzjoni sħiħa u affidabbli dwar l-ammonti u n-natura ta’ djun u li proċeduri effettivi ta' rkupru/infurzar jiġu applikati mingħajr dewmien mhux dovut (ara l-paragrafi 3.24 u 3.25);

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: il-Kummissjoni tiżgura li l-proċedura ta' rinforz tal-aċċertament tiġi applikata b’mod effettiv għat-titjib tal-kwalità u l-kumparabbiltà tax-xogħol imwettaq mill-korpi tal-awditjar u li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tat-tnaqqis mhux ġustifikat tar-rata ta' spezzjonijiet fuq il-post, li sar mill-awtoritajiet Taljani (ara l-paragrafi 3.30 sa 3.35);

 

 

 

 

X

 

 

2013

Rakkomandazzjoni 3: il-Kummissjoni timmonitorja b'mod attiv l-applikazzjoni ta' azzjonijiet korrettivi fir-rigward tad-defiċjenzi fis-sistema ta’ kontroll applikabbli għall-għajnuna tal-UE għal gruppi tal-produtturi fil-Polonja (ara l-paragrafi 3.36 sa 3.38).

X

 

 

 

 

 

 

4.37.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2013, il-Qorti tirrakkommanda fil-qasam tal-iżvilupp rurali li:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1: l-Istati Membri jwettqu aħjar il-kontrolli amministrattivi eżistenti tagħhom, billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-aġenziji tal-pagamenti, billi dan għandu l-potenzjal li jinqabdu u jiġu kkoreġuti l-biċċa l-kbira mill-iżbalji (ara l-paragrafi 4.8 u 4.20). B’mod partikolari għal miżuri ta’ investiment, kontrolli amministrattivi għandhom jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli biex jikkonfermaw l-eliġibbiltà tan-nefqa, tal-proġett u tal-benefiċjarju (inklużi l-azzjonisti kollha aħħarin) u l-konformità tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku mar-regoli nazzjonali u/jew tal-UE li huma applikabbli;

 

 

X

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: il-Kummissjoni tiżgura segwitu xieraq tal-każijiet kollha fejn il-Qorti qabdet żbalji (bħalma ġie identifikat fil-paragrafi 4.14, 4.20 u 4.21, kif ukoll fil-paragrafu 4.16 għall-ambjent).

 

 

X

 

 

 

Il-Kummissjoni tifhem li pprovdiet evidenza lill-QEA li l-każijiet kollha ġew segwiti kif xieraq. It-tranżazzjonijiet individwali deskritti fil-paragrafi 4.14 u 4.21 ġew koperti mill-awditi ddedikati tal-Kummissjoni. Id-dgħufijiet sistematiċi deskritti fil-paragrafu 4.20 jikkonċernaw l-istess kwistjonijiet bħal dawk misjuba mill-awdituri tal-Kummissjoni u għaldaqstant ġew inklużi fil-valutazzjoni tar-riskju meta tfassal il-programm ta’ ħidma.

Barra minn hekk, rigward il-paragrafu 4.16, kif ikkonferma bil-miktub il-benefiċjarju matul l-evalwazzjoni tar-rapport finali, li hu ma jistax jirkupra l-VAT, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni biex tiddubita minn din il-konferma bil-miktub.

Rakkomandazzjoni 3: l-Istati Membri jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni għall-indirizzar tar-rata għolja ta’ żball fl-iżvilupp rurali huma kompleti, billi jinkludu r-reġjuni kollha u jindirizzaw il-miżuri kollha, b’mod partikolari l-miżuri ta' investiment, u jieħdu inkunsiderazzjoni s-sejbiet tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Qorti (ara l-paragrafu 4.30).

 

X

 

 

 

 

 

2013

u għall-PAK fl-intier tagħha li:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 4: il-Kummissjoni tiddokumenta kif hija tikkalkula l-infiq kopert mill-awditi tal-konformità tagħha (ara l-paragrafu 4.24).

X

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 5: il-Kummissjoni tieħu passi biex tkompli tnaqqas l-ammont ta’ fajls tal-awditjar miftuħa li huma pendenti, biex b'hekk tippermetti li l-awditi kollha mwettqa qabel l-2012 jingħalqu sa tmiem l-2015 (ara l-paragrafu 4.27).

X

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 6: il-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-approċċ tagħha għall-kalkolu tar-RER billi tiżgura li hija tieħu inkunsiderazzjoni l-infiq u l-aġenziji tal-pagamenti kollha (ara l-paragrafu 4.29).

X

 

 

 

 

 

 

4.38.

Barra minn hekk, il-Qorti tirrakkomanda li:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 7: il-korrezzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għas-Sajd jiġu appoġġati minn evidenza tal-validazzjoni tagħhom (ara l-paragrafu 4.34).

X

 

 

 

 

 

 


KAPITOLU 8

“Sigurtà u ċittadinanza”

WERREJ

Introduzzjoni 8.1-8.6
Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP 8.2-8.5
Ambitu u approċċ tal-awditjar 8.6
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 8.7
Eżaminar tas-sistemi magħżula 8.8-8.12
Ġestjoni kondiviża 8.8-8.10
Ġestjoni diretta 8.11
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 8.12

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

8.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) “Sigurtà u ċittadinanza”. Il- Kaxxa 8.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2016.

 

Kaxxa 8.1 —   Intestatura 3 tal-QFP — ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

3,1

- pagament bil-quddiem  (8)

2,2

+ approvazzjonijiet ta' pagament bil-quddiem  (8)

1,5

Popolazzjoni awditjata, total

2,4

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP

8.2.

Din hija l-Intestatura 3, li tkopri firxa ta’ politiki li l-objettiv komuni tagħhom huwa li jissaħħaħ il-kunċett ta’ ċittadinanza Ewropea billi tinħoloq żona ta’ libertà, ġustizzja u sigurtà mingħajr fruntieri interni. Kif jidher fil- Kaxxa 8.1 , il-qasam l-aktar sinifikanti ta’ nfiq huwa dak ta’ migrazzjoni u sigurtà; jingħata finanzjament ukoll għal “Ikel u għalf” (li jkopri n-nutrizzjoni, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, u t-trattament xieraq tal-annimali) u għal attivitajiet kulturali u kreattivi (“Ewropa Kreattiva”), kif ukoll għal programmi li jkopru l-oqsma ta’ ġustizzja, drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza, u konsumaturi u saħħa. Sehem sinifikanti tal-pagamenti jsir permezz ta’ aġenziji deċentalizzati (1).

 

Migrazzjoni u sigurtà

8.3.

Il-biċċa l-kbira mill-infiq għal migrazzjoni u sigurtà hija ffinanzjata minn żewġ fondi — il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2) (AMIF), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI). Dawn joperaw mill-2014 sal-2020 u ssostitwew il-programm SOLID (“Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”), li kien jikkonsisti f’erba’ strumenti (3), kif ukoll iż-żewġ programmi Prevenzjoni ta’ u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u Prevenzjoni, Stat ta’ Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u Riskji oħra Relatati mas-Sigurtà (CIPS). Bħal fil-każ tal-programm SOLID, il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira mill-finanzjament tal-AMIF u tal-FSI hija kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni (DĠ HOME)). L-objettiv tal-AMIF huwa li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u għall-iżvilupp ta’ approċċ komuni tal-UE f’dak li jirrigwarda l-asil u l-immigrazzjoni. L-FSI għandu l-għan li jinkiseb livell għoli ta’ sigurtà fl-UE. Huwa għandu żewġ strumenti (4): FSI – Fruntieri u Viżi u FSI – Pulizija. L-ewwel strument jipprovdi appoġġ għal miżuri armonizzati ta’ ġestjoni tal-fruntieri u l-iżvilupp ta’ politika komuni dwar il-viżi, filwaqt li t-tieni wieħed jiffoka fuq il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u t-titjib tal-kapaċità għall-ġestjoni ta’ riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà.

 

Oqsma oħra

8.4.

L-objettiv prinċipali tal-programm “Ikel u għalf” huwa li jiżgura s-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti fl-istadji kollha tal-katina alimentari. L-akbar element ta’ nfiq ikopri r-rimborż tal-ispejjeż tal-Istati Membri taħt programmi approvati mill-Kummissjoni għal ċertu mard tal-annimali.

 

8.5.

“Ewropa Kreattiva” huwa l-programm qafas tal-UE li jipprovdi appoġġ għas-settur tal-kultura u dak awdjoviżiv. L-Intestatura 3 tinkludi wkoll għadd ta’ programmi li għandhom l-għan li jissodisfaw l-objettiv komuni tat-tisħiħ tal-qasam ta’ sigurtà u ċittadinanza; b’mod partikolari, il-programmi dwar ġustizzja, konsumaturi u l-programm dwar drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

8.6.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , fl-2016 aħna eżaminajna dan li ġej għal “Sigurtà u ċittadinanza”:

 

(a)

kampjun ta’ 15-il tranżazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 7 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex jgħinna niffurmaw opinjoni dwar l-infiq għall-2016 mill-baġit fl-intier tiegħu — mhux biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP. Din l-għażla kienet immotivata mil-livell relattivament baxx ta’pagamenti għal dan il-qasam ta’ politika fl-2016 (madwar 2 % tat-total tal-UE). Il-kampjun kien jikkonsisti f’ħames tranżazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri (5), seba’ taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, u tlieta li kienu jinvolvu l-approvazzjoni ta’ pagamenti bil-quddiem lil aġenziji;

 

(b)

is-sistemi prinċipali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw biex jipprovdu aċċertament għall-pagamenti li jsiru taħt il-programm SOLID, l-AMIF u l-FSI. Aħna wettaqna wkoll ittestjar addizzjonali ta’ kampjun ta’ 35 tranżazzjoni b’appoġġ għall-funzjonament tas-sistemi: 24 taħt il-ġestjoni kondiviża tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u 11 taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni. Il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża ffoka fuq il-programm SOLID, billi fl-2016 il-biċċa l-kbira mill-infiq li ġie approvat mill-Kummissjoni kompla jsir taħt dak il-programm. Aħna eżaminajna, prinċipalment, dawk is-sistemi tal-Istati Membri li l-Kummissjoni vvalutat bħala li jipprovdu livell raġonevoli ta’ aċċertament;

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

(c)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ HOME u tad-DĠ Komunikazzjoni (DĠ COMM) ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet konsistenti, b’mod ġenerali, mar-riżultati tagħna.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

8.7.

Mill-15-il tranżazzjoni li eżaminajna, 4 kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli, li minnhom 3 kienu taħt it-2 % tal-valur tat-tranżazzjoni li ġie eżaminat. Billi dan il-kampjun ma kienx intenzjonat li jkun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP, ma ġietx ikkalkulata rata ta’ żball.

 

EŻAMINAR TAS-SISTEMI MAGĦŻULA

Ġestjoni kondiviża

AMIF u FSI

8.8.

Aħna eżaminajna l-proċedura li wasslet għall-approvazzjoni ta’ 10 programmi nazzjonali mill-Kummissjoni, il-valutazzjoni tagħha tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri, u l-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet tal-AMIF u tal-FSI fl-2016. Aħna ttestjajna l-istess sistemi fi żjarat li wettaqna f’erba’ Stati Membri (6). Kif jidher fil- Kaxxa 8.2 , sentejn wara l-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba’ snin, kien għadu ma sarx wisq progress fil-pagamenti mill-AMIF u l-FSI, taħt ġestjoni kondiviża.

8.8.

Għalkemm il-livell ta’ pagamenti fl-ewwel kontijiet li jkopru s-snin finanzjarji 2014 u 2015 kien baxx, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-pagamenti rrappurtati fl-2017 (fil-kontijiet tal-2016) żdiedu b’aktar minn tliet darbiet meta mqabblin mal-kontijiet tal-2014–2015. Barra minn hekk, l-ammonti impenjati fil-livell tal-Istati Membri laħqu 36 % għall-AMIF u 40 % għall-FSI skont ir-Rapport Annwali ta’ Implimentazzjoni tal-2016. Għalhekk, huwa mistenni li x-xejra ta’ żieda fil-pagamenti se tkompli fil-futur.

Kaxxa 8.2 —   L-implimentazzjoni tal-AMIF u tal-FSI sas-sena finanzjarja 2015 imxiet relattivament bil-mod

Image

Nota: Ir-rata ta’ implimentazzjoni tqabbel l-infiq taħt ġestjoni kondiviża fis-snin finanzjarji 2014 u 2015 mal-allokazzjoni totali għall-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020 għat-13-il Stat Membru li għalihom il-Kummissjoni kienet approvat l-infiq għall-2014 u l-2015.

Sors: Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għall-programmi nazzjonali li jikkonċernaw l-infiq appoġġat taħt l-AMIF u l-FSI tas-snin finanzjarji 2014 u 2015.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

8.9.

Aħna sibna bosta dgħufijiet fil-livell tal-Kummissjoni (DĠ HOME) u tal-Istati Membri. Il- Kaxxa 8.3 turi d-dgħufijiet prinċipali fis-sistemi u l-effetti tagħhom.

8.9.

Il-Kummissjoni tenfasizza li s-sistema ta’ kontroll tagħha ħadmet tajjeb u kienet konsistenti, b’mod li ppermettitilha tipprovdi aċċertament xieraq kif muri fir-Rapport Annwali tal-Attività.

SOLID

8.10.

L-eżaminar li wettaqna tal-kampjun addizzjonali ta’ tranżazzjonijiet (ara l-paragrafu 8.6(b)) ikkonferma b’mod ġenerali l-valutazzjonijiet li l-Kummissjoni kienet wettqet tal-livell ta’ aċċertament ipprovdut mis-sistemi tal-Istati Membri.

8.10.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-konferma wiesgħa mill-QEA tal-valutazzjoni tagħha tal-livell ta’ aċċertament ipprovdut mis-sistemi tal-Istat Membru għal SOLID. Il-Kummissjoni tqis li dan juri li l-livell ta’ aċċertament huwa b’hekk affidabbli wkoll.

Kaxxa 8.3 —   Dgħufijiet fis-sistemi relatati mal-programm SOLID, kif ukoll mal-AMIF u l-FSI

Dgħufija

Effett

Risposta tal-Kummissjoni

Livell tal-Kummissjoni

 

1.

Kien hemm għadd kbir ta’ abbozzi ta’ Programmi tal-AMIF/FSI (eż. il-programm tal-FSI għall-Ġermanja kellu 10 verżjonijiet u l-programm tal-AMIF għar-Renju Unit kellu 9 verżjonijiet) li tħejjew mill-Istati Membri u ġew eżaminati mill-Kummissjoni qabel ma ġew approvati.

Potenzjalment iddewwem l-implimentazzjoni.

Il-fażi ta’ programmazzjoni kienet proċess iterattiv mal-Istati Membri meħtieġ biex tkun żgurata kwalità għolja ta’ programmi nazzjonali approvati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

2.

Il-valutazzjoni li twettqet mill-Kummissjoni tas-sistemi tal-Istati Membri għall-AMIF u l-FSI, spiss kienet ibbażata fuq informazzjoni li ma kinitx iddettaljata biżżejjed, b’mod partikolari fil-qasam tal-istrateġiji tal-awditjar.

Tillimita l-valutazzjoni tas-sistemi tal-Istati Membri li titwettaq mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni ma tikkondividix l-opinjoni tal-QEA, b’mod partikolari fil-qasam ta’ strateġiji tal-awditjar ibbażati fuq il-preżunzjonijiet li ġejjin.

Minkejja l-fatt li l-bażi ġuridika ma tirrikjedix li l-Awtoritajiet tal-Awditjar iressqu r-rapporti tagħhom dwar l-awditjar tas-sistema, il-Kummissjoni talbet lill-Awtoritajiet tal-Awditjar b’mod sistematiku biex jissottomettu rapporti bħal dawn meta jkun meħtieġ. Abbażi tal-mudell ta’ aċċertament taħt il-ġestjoni kondiviża, hija kkunsidrat li la huwa realistiku u lanqas effiċjenti li teżamina u tanalizza l-kontenut kollu tar-rapporti ta’ awditjar kollha ta’ sistema individwali.

Ir-rapporti tal-awditjar tal-Awtorità tal-Awditjar huma waħda biss mill-għodod li jippermettu lill-Awtorità tal-Awditjar u sussegwentement lill-Kummissjoni biex tikseb aċċertament dwar il-veraċità tat-tliet opinjonijiet espressi mill-Awtorità tal-Awditjar fil-kontijiet. Il-mudell ta’ aċċertament skont l-approċċ ta' ġestjoni kondiviża huwa bbażat fuq erba’ pilastri oħra ta’ aċċertament (Sommarju ta’ strateġija tal-awditjar; Riżultat ta’ ħidma ta’ sistema tal-awditjar; Riżultat ta’ ħidma tal-awditu finanzjarju; It-twettiq mill-ġdid, jekk applikabbli, u kull awditu ieħor li l-Awtorità Responsabbli kienet suġġetta għalih matul il-perjodu ta’ referenza; Id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni huma detenturi ta’ xogħol tal-awditu, jiġifieri permezz ta’ analiżijiet mhux fuq il-post u awditi tas-sistema.).

3.

Esternalizzazzjoni tax-xogħol tal-awditjar fir-rigward tal-programm SOLID:

 

 

 

Għalkemm l-Istati Membri rrispondew fil-pront, kien hemm dewmien fir-rappurtar ta’ awditi tal-konformità ex post (medja ta’ 20 xahar biex tiġi prodotta verżjoni finali tar-rapport tal-awditjar).

Iddewwem il-korrezzjoni ta’ defiċjenzi fis-sistemi ta’ kontroll, mill-Istati Membri.

Anki jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxi xi dewmien fil-passat fir-rappurtar ta’ awditi tal-konformità ex-post, hija ma taqbilx li dawn dewmu l-korrezzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll mill-Istati Membri.

L-għan ewlieni ta’ kontroll ex-post huwa li jiġi determinat il-livell residwu ta’ errur fil-programm(i) awditjat(i); l-aċċertament tal-Kummissjoni huwa bbażat ukoll fuq awditi tas-sistema matul il-perjodu ta' programmazzjoni sħiħ, li huma l-akbar opportunità għall-Istati Membri biex jieħdu miżuri korrettivi għal nuqqasijiet fis-sistema.

 

Proċeduri għall-kontroll tal-kwalità ta’ xogħol tal-awditjar esternalizzat, li ma kinux iddokumentati b’mod suffiċjenti.

Tqiegħed f’riskju l-konsistenza tal-kwalità tal-awditi tal-konformità ex post.

Id-DĠ tal-Affarijiet Interni għamel użu minn dawn il-kuntratturi esterni għall-implimentazzjoni tal-awditi wara l-pjan ta’ ħidma annwali.

Id-DĠ tal-Affarijiet Interni jibbaża s-superviżjoni tiegħu tal-kuntratturi fuq elementi prinċipali li jmorru lil hinn mill-mili sistematiku ta’ listi u l-piż amministrattiv sussegwenti tiegħu (jiġifieri gwida speċifika dwar ir-riskji li jingħataw lil maniġer superjuri li jikkoordina l-proċess ta’ rieżami, listi standard għal awditi tal-proġett żviluppati biex jiġi żgurat approċċ konsistenti tal-awditjar madwar l-Istati Membri; laqgħat bejn l-awditur tal-uffiċċju u l-kuntrattur estern biex jitkellmu dwar l-ambitu tal-assenjament tal-awditjar, ir-riskji, eċċ.).

Livell tal-Istati Membri

 

4.

Fl-Awstrija u fi Spanja, kontrolli fuq il-post li twettqu mill-awtoritajiet responsabbli ma ġewx iddokumentati b’mod suffiċjenti, u fi Spanja, il-kampjuni għall-ispezzjoni ma ttiħdux mill-popolazzjoni sħiħa.

Riskju akbar għall-eliġibbiltà, il-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet iffinanzjati.

 

5.

Spanja u Franza ma għandhomx għodda tal-IT iddedikata għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi.

Rigward l-għodod tal-IT għall-ġestjoni tal-fondi, Franza poġġiet fis-seħħ is-sistema PRESAGE li ma kinitx operazzjonali bis-sħiħ fiż-żmien tal-ewwel kontijiet. L-Awtorità Responsabbli impenjat ruħha li tintroduċi l-proġetti kollha fil-bażi ta' dejta sa nofs l-2017. Madankollu, dan ma kellux impatt fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż u ma implikax riskji finanzjarji inkwantu biss il-ħlasijiet bil-quddiem kienu magħmula mill-Awtorità Responsabbli.

6.

Dgħufijiet fl-attivitajiet tal-awditjar li twettqu mill-awtoritajiet tal-awditjar:

Fil-Ġermanja u fl-Awstrija ma kienx hemm evidenza suffiċjenti li l-awtorità responsabbli kienet ikkonformat mal-kriterji ta’ nomina.

 

 

Fi Franza, il-metodoloġija ta’ kampjunar ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-differenzi bejn l-AMIF u l-FSI f’termini ta’ riskji inerenti.

Fil-Ġermanja kien hemm ittestjar limitat tal-kontrolli amministrattivi.

 

Rigward il-metodu tal-kampjunar użat mill-Awtorità Franċiża tal-Awditjar, l-Awtorità tal-Awditjar biddlet l-approċċ tagħha.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Ġestjoni diretta

8.11.

Rigward l-infiq li jiġi mmaniġġjat direttament mill-Kummissjoni, l-eżaminar li wettaqna tal-kampjun ta’ tranżazzjonijiet wera li madwar nofshom kienu ħielsa minn żball. L-iżbalji li qbadna kienu, fil-biċċa l-kbira, mhux serji u kienu relatati mal-eliġibbiltà tal-ispejjeż u mal-proċeduri ta’ sejħa għal-offerti. Eżempju ta’ sejba dwar finanzjament mill-UE għal proġett ta’ assistenza ta’ emerġenza jingħata fil- Kaxxa 8.4 .

8.11.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-konferma mill-QEA li l-iżbalji identifikati fil-biċċa l-kbira tagħhom ma kinux serji.

Kaxxa 8.4 —   Eżempju ta’ sejba

Kaxxa 8.4 — Eżempju ta’ sejba

Aħna eżaminajna pagament ta’ assistenza ta’ emerġenza li sar mill-Kummissjoni (id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni) lill-Greċja biex migranti li kienu ġejjin minn pajjiżi terzi, jiġu ttrasportati mill-gżejjer Griegi għall-Greċja kontinentali bejn Awwissu u Novembru 2015, fil-quċċata tal-kriżi tar-refuġjati.

Il-wasla ta’ mijiet ta’ eluf ta’ migranti fil-Greċja rrikjediet rispons umanitarju u effettiv mill-UE. L-iskop tal-azzjoni kien li jippermetti t-trasferiment ta’ migranti mill-gżejjer lejn il-kontinent biex tiġi evitata katastrofi umanitarja. Għal dan l-għan, il-Greċja kkonkludiet kuntratti ma’ kumpaniji tat-tbaħħir biex tuża dgħajjes li għaldaqstant ma setgħux jintużaw għal attivitajiet turistiċi jew biex jipprovdu servizzi regolari. L-azzjoni kienet urġenti ħafna u estremament utli, u ġiet implimentata fir-rispett sħiħ ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

L-awtoritajiet Griegi ħallsu EUR 8 miljun biex jikru bastimenti li kellhom jintużaw għat-trasport, l-akkommodazzjoni u l-forniment ta’ ikel ħafif lill-migranti. Taħt ftehim li ġie ffirmat mal-awtoritajiet Griegi f’Novembru 2015, il-Kummissjoni kkontribwiet għotja ta’ EUR 6 miljun għal din l-azzjoni.

L-awtoritajiet Griegi ffirmaw kuntratt bl-għan li:

1.

Jiżguraw li l-bastimenti, li mhumiex diġà indirizzati f’rotot regolari, speċjalment għat-turisti matul il-perjodu tas-sajf, ikunu disponibbli għall-proġett favur tal-migranti;

2.

Jiżguraw li s-servizzi għall-migranti jkunu ġew ipprovduti f’termini ta’ trasport, akkomodazzjoni u ikel.

Il-kumpaniji tat-trasport marittimu li ntgħażlu ttrasportaw aktar minn 150 000  migrant, ipprovdewlhom akkommodazzjoni u ikel ħafif, u talbu ħlas ta’ EUR 60 mingħand il-migranti adulti għal kull biljett (lit-tfal żammewlhom sa EUR 30) biex jittrasportawhom, u b’hekk għamlu profitt li laħħaq id-EUR 9 miljun. Il-bastimenti ma ġarrewx passiġġieri fuq il-vjaġġi tagħhom mill-Greċja kontinentali biex jiġbru lill-migranti mill-gżejjer.

Is-sejħa għal proposti maħruġa mill-awtoritajiet Griegi stipulat b’mod ċar li l-kuntrattur kien mitlub sabiex jipprovdi servizzi lil hinn minn dawk normalment previsti fil-kost ta’ biljett. Dawn inkludew l-għoti ta’ ikel, akkomodazzjoni, eċċ., u l-offerti riċevuti għamluha wkoll ċara, li l-prezz tal-offerta ħa kont tal-fatt li d-dgħajjes kellhom jagħmlu l-vjaġġ lura vojta. Il-fajl tal-offerta maħruġ mill-awtoritajiet Griegi b’mod ugwali stipula li l-prezz tal-biljett għal vjaġġi bħal dawn jistgħu jintalbu jitħallsu mill-kuntrattur lill-migranti. Dan ġie rifless ukoll fil-prezz tal-offerti sottomessi.

Il-Kummissjoni kienet infurmata li l-migranti ntalbu ħlas mill-kumpaniji tat-trasport marittimu. Madankollu, meta vvalutat l-azzjoni proposta f’Ottubru 2015, u evalwat il-prestazzjoni tal-azzjoni qabel ħallset il-bilanċ tal-għotja f’Marzu 2016, il-Kummissjoni ma rreferietx għall-introjtu potenzjali mill-migranti. Fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt bejn l-awtoritajiet Griegi u l-kumpaniji tat-trasport marittimu kien hemm referenza li l-migranti jintalbu ħlas, iżda ma saret ebda stima ta’ dan id-dħul. Għalhekk, hemm nuqqas ta’ trasparenza dwar kif il-finanzjament kellu jinqasam bejn sorsi pubbliċi u d-dħul mill-migranti, għal din l-azzjoni ta’ emerġenza.

Il-Kummissjoni ma tikkondividix il-valutazzjoni tal-QEA u din il-konstatazzjoni.

L-implimentazzjoni finanzjarja tal-azzjoni tikkorrispondi kompletament mal-Ftehim ta' għotja mal-awtoritajiet Griegi u hija implimentata skont ir-regoli fis-seħħ, u għalhekk hija legali u regolari.

Il-prezz tal-biljett ma jistax jitqies bħala dħul rilevanti għall-għan ta’ dan il-kuntratt inkwantu l-għan ta’ dan il-kuntratt kien li jiġu pprovduti servizzi lil hinn minn dawk previsti fil-prezz tal-biljetti.

Per se, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sejħa għall-offerti, il-valutazzjoni ta’ offerti, l-għoti ta' kuntratt, it-twettiq tas-servizzi, u l-pagamenti mill-awtoritajiet Griegi kienu legali, regolari u trasparenti għalkollox.

Il-prezz medju tas-suq għal biljett tar-ritorn għar-rotot ikkonċernati fil-klassi ekonomika fl-istaġun meta t-turiżmu jkun fl-eqqel tiegħu kien massimu ta’ EUR 90. L-introjtu mill-migranti, li laħħaq sa EUR 60 għal kull biljett, ikkontribwixxa għad-dħul, u konsegwentement għal kwalunkwe profitt li għamlu l-kumpaniji tat-trasport marittimu. Il-leġiżlazzjoni tal-UE ma tippermettix li benefiċjarji ta’ għotjiet mill-UE jiksbu profitti mill-implimentazzjoni ta’ proġett, u fil-fatt l-awtoritajiet Griegi, bħala l-benefiċjarju tal-għotja, ma għamlux profitt.

Filwaqt li tikkunsidra wkoll il-fatt li l-migranti użaw il-faċilitajiet kollha fil-vapur (inklużi l-ewwel klassi u l-kabini) u li ma kien hemm l-ebda dħul minn trasport marittimu ta’ vetturi jew ta’ servizzi oħra bħal ikel lill-kumpaniji tat-tbaħħir, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-awtoritajiet Griegi ħallsu prezz ġust għas-servizz ta’ trasport marittimu.

Kif diġà spjegat hawn fuq, il-kuntratt kien għall-għoti ta' servizzi lil hinn minn dawk previsti fil-prezz tal-biljett, u għalhekk kull dħul potenzjali, jew tabilħaqq profitt jekk ikun hemm, mill-biljett mhuwa la rilevanti għall-ftehim ta’ għotja u lanqas ma jista’ jiġi mkejjel.

Il-kuntratti tal-awtoritajiet Griegi mal-kumpaniji tat-trasport marittimu koprew l-użu ta’ bastimenti għal perjodi sa massimu ta’ 20 jum, bi spiża ta’ bejn EUR 30 000 u EUR 40 000 kuljum għal kull vapur, għal total ta’ 228 jum ta’ tbaħħir. Kien hemm jiem li fihom il-vapuri baqgħu inattivi fil-port, iżda l-kumpaniji tħallsu kif kien maqbul fil-kuntratt. Tliet vapuri baqgħu inattivi fil-port għal tlett ijiem, erbat ijiem u ħamest ijiem rispettivament, li għalihom il-kumpaniji tat-trasport marittimu tħallsu EUR 415 500 .

Il-ftit ġranet ta’ inattività tal-bastimenti rrappurtati mill-QEA kienu ta' min wieħed jistenniehom meta jitqies li dawn kienu obbligati li jkunu dejjem lesti, abbażi tal-kuntratt, sabiex jitilqu f’kull ħin f’każ ta’ sitwazzjoni ta' emerġenza estrema li l-Greċja kienet qed tiffaċċja matul il-perjodu tal-għotja, lejn kwalunkwe destinazzjoni f’kull ħin. Il-Kummissjoni tikkalkula li l-ġranet ta’ inattività kienu sebgħa b’kollox.

Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

8.12.

Ir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-DĠ HOME u d-DĠ COMM tħejjew f’konformità mal-istruzzjonijiet li ngħataw mid-DĠ Baġit, u l-metodi li ntużaw għall-kalkolu tar-rati ta’ żball ma jindikawx li hemm problemi metodoloġiċi. L-għadd ta’ tranżazzjonijiet li aħna awditjajna fl-2016 huwa statistikament żgħir wisq biex inkunu nistgħu nqabblu l-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li ġiet irrappurtata minn dawn id-DĠ mar-riżultati tal-awditjar tagħna.

 


(1)  Attwalment, 12-il korp ta’ dan it-tip huma attivi fl-oqsma ta' politika differenti ta’ din l-intestatura.

(2)  L-att legali li jistabbilixxi l-AMIF jista’ jinstab fuq is-sit web Eur-Lex.

(3)  L-atti legali li jistabbilixxu dawn l-istrumenti jistgħu jinstabu fuq is-sit web Eur-Lex: il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(4)  L-atti legali li jistabbilixxu dawn l-istrumenti jistgħu jinstabu fuq is-sit web Eur-Lex: FSI – Fruntieri u Viżi, FSI – Pulizija.

(5)  Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Litwanja.

(6)  Għall-AMIF fi Spanja u fl-Awstrija u għall-FSI fil-Ġermanja u fi Franza.

(7)  Jinkludi nfiq fuq l-oqsma ta’ konsumaturi, ġustizzja, drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza.

(8)  F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.


KAPITOLU 9

“Ewropa Globali”

WERREJ

Introduzzjoni 9.1-9.5
Deskrizzjoni qasira ta’ “Ewropa Globali” 9.2-9.4
Ambitu u approċċ tal-awditjar 9.5
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 9.6-9.23
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 9.24-9.33
Valutazzjoni tas-sistemi tad-DĠ NEAR 9.24-9.27
Dgħufijiet fil-livell tal-Awtoritajiet tal-Awditjar 9.24
Studju tal-2016 dwar ir-RER 9.25-9.27
Valutazzjoni tas-sistemi tad-DĠ DEVCO 9.28
Rapporti annwali tal-attività 9.29-9.33
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 9.34-9.37
Konklużjoni 9.34-9.35
Rakkomandazzjonijiet 9.36-9.37

Anness 9.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Ewropa Globali”

Anness 9.2 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % għal “Ewropa Globali”

Anness 9.3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Ewropa Globali”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

9.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura tal-QFP“Ewropa Globali”. Il- Kaxxa 9.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2016.

 

Kaxxa 9.1 —   Intestatura tal-QFP “Ewropa Globali” — ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

10,3

- pagamenti bil-quddiem  (20)  (21)

6,6

+ approvazzjonijiet ta’ pagamenti bil-quddiem  (20)

4,6

Popolazzjoni awditjata, total

8,3

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira ta’ “Ewropa Globali”

9.2.

“Ewropa Globali” tkopri n-nefqa fuq l-azzjoni esterna kollha (politika barranija) iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-UE. Il-politiki għandhom l-għan li:

jippromwovu l-valuri tal-UE lil hinn mit-territorju tagħha, bħad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

jindirizzaw l-isfidi globali ewlenin, bħat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità;

iżidu l-impatt tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, tal-UE, bil-għan ewlieni li jgħinu sabiex jinqered il-faqar;

jinvestu fil-prosperità u l-istabbiltà fit-tul tal-pajjiżi tal-viċinat tal-UE, kemm permezz tat-tħejjija ta’ pajjiżi kandidati għas-sħubija kif ukoll permezz tal-politika tal-viċinat;

isaħħu s-solidarjetà Ewropea wara li jkunu seħħew diżastri naturali jew diżastri magħmula mill-bniedem;

itejbu l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, jippreservaw il-paċi u jsaħħu s-sigurtà internazzjonali.

 

9.3.

Id-direttorati ġenerali prinċipali li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit għall-azzjoni esterna huma d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), id-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO) u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI).

 

9.4.

Fl-2016, il-pagamenti għal “Ewropa Globali” ammontaw għal EUR 10,3  biljun u ġew żborżati permezz ta’ bosta strumenti (ara l- Kaxxa 9.1 ) u metodi ta’ twassil (1), f’aktar minn 150 pajjiż.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

9.5.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , fl-2016 aħna eżaminajna dan li ġej għal “Ewropa Globali”:

(a)

kampjun ta’ 156 tranżazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 7 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP. Huwa kien jikkonsisti fi 68 tranżazzjoni approvati mid-Delegazzjonijiet tal-UE fi 12-il Stat benefiċjarju, u 88 tranżazzjoni approvati mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni, li minnhom 24 ġew implimentati f’żoni milquta minn kriżi umanitarja permezz tas-sħab tal-ECHO;

(b)

is-sistemi rilevanti biex nidentifikaw dgħufijiet fis-sistemi, meta kienu nqabdu l-iżbalji;

(c)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet konsistenti, b’mod ġenerali, mar-riżultati tagħna.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

9.6.

L- Anness 9.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-156 tranżazzjoni eżaminati, 48 (31 %) kien fihom żbalji (2). Abbażi tal-24 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 2,1  % (3).

 

9.7.

Il-Kummissjoni kienet applikat miżuri korrettivi li affettwaw direttament 13 mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri kienu rilevanti għall-kalkoli tagħna, billi naqqsu l-istima tagħna tal-livell ta’ żball għal dan il-kapitolu b’0,3  punti perċentwali.

 

9.8.

F’ħames każijiet ta’ żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevieni, jew biex taqbad u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta l-infiq. Li kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b’0,7  punti perċentwali (4). Aħna sibna sitt tranżazzjonijiet oħra bi żbalji li kien imisshom inqabdu mill-awdituri maħtura mill-benefiċjarji. Dawn il-każijiet ikkontribwew 0,2  punti perċentwali għal-livell ta’ żball stmat.

 

9.9.

Il- Kaxxa 9.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016, skont it-tip ta’ żball.

 

Kaxxa 9.2 —   “Ewropa Globali” — Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

9.10.

F’żewġ oqsma, il-kundizzjonijiet ta’ pagament jillimitaw il-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet huma suxxettibbli għal żball. Dawn huma l-oqsma ta’ appoġġ baġitarju  (5) u dawk fejn l-“approċċ nozzjonali” jiġi applikat għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali (6).

 

9.11.

L-appoġġ baġitarju huwa kontribuzzjoni għall-baġit ġenerali ta’ Stat jew għall-baġit li l-Istat jalloka għal politika speċifika jew objettiv speċifiku. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx irrispettat il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti relatati ma’ appoġġ baġitarju li jingħata lil pajjiżi sħab kif ukoll jekk kinitx ivverifikat li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà (bħal progress sodisfaċenti fil-ġestjoni finanzjarja mis-settur pubbliku) kienu ġew irrispettati.

 

9.12.

Madankollu, minħabba l-marġni wiesgħa għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, il-Kummissjoni għandha flessibbiltà konsiderevoli biex tiddeċiedi jekk dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ġewx irrispettati. L-awditu tar-regolarità li wettaqna ma jistax imur lil hinn mill-istadju fejn titħallas l-għajnuna lill-pajjiż sieħeb, peress li l-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż riċevitur. Kwalunkwe dgħufija fil-ġestjoni finanzjarja tiegħu li twassal għal użu ħażin fil-livell nazzjonali ma tirriżultax fi żbalji li jistgħu jinqabdu fl-awditu tagħna (7).

 

9.13.

Meta l-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi jinġabru flimkien ma’ dawk ta’ donaturi oħra u ma jkunux assenjati għal elementi identifikabbli u speċifiċi ta’ nfiq, il-Kummissjoni tassumi li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE jkunu ġew irrispettati dment li l-ammont totali miġbur flimkien ikun jinkludi biżżejjed infiq eliġibbli biex ikopri l-kontribuzzjoni li ssir mill-UE. Dan l-approċċ, kif applikat mill-Kummissjoni, ittieħed ukoll inkunsiderazzjoni fl-ittestjar sostantiv li wettaqna (8).

 

9.14.

Meta, mill-kampjun awditjat, jiġu esklużi s-7 tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju u s-17-il tranżazzjoni relatati mal-approċċ nozzjonali, il-livell ta’ żball stmat huwa ta’ 2,8  % (9).

 

9.15.

Perċentwal ta’ 37 % tal-livell ta’ żball stmat huwa attribwibbli għal infiq li għalih ma ġietx ipprovduta dokumentazzjoni essenzjali ta’ sostenn (ara l-eżempji 1 sa 3 fl- Anness 9.2 ).

 

9.16.

Perċentwal ta’ 28 % tal-livell ta’ żball stmat huwa dovut għal żewġ każijiet fejn il-Kummissjoni aċċettat infiq li ma kienx verament iġġarrab (ara l-eżempju 4 fl- Anness 9.2 ).

 

9.17.

It-tip ta’ żball l-aktar frekwenti, li jirrappreżenta 26 % tal-livell ta’ żball stmat, huwa l-infiq ineliġibbli. Dan jinkludi nfiq relatat ma’ attivitajiet li mhumiex koperti minn kuntratt jew infiq li jiġġarrab barra mill-perjodu ta’ eliġibbiltà, u jkopri wkoll in-nuqqas ta’ konformità mar-regola tal-oriġini, taxxi ineliġibbli u l-użu ta’ rati tal-kambju żbaljati (ara l-eżempju 5 fl- Anness 9.2 ).

 

9.18.

Il-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ għotjiet, kif ukoll fi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, milli għamlu f’forom oħra ta’ appoġġ. Mill-91 tranżazzjoni taż-żewġ tipi li eżaminajna, 19 (21 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli.

 

9.19.

Minbarra l-iżbalji li kkwantifikajna, aħna identifikajna 32 żball mhux kwantifikabbli relatati man-nuqqas ta’ konformità ma’ obbligi legali jew kuntrattwali.

 

9.20.

Is-seba’ tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew eżaminati ma kien fihom l-ebda żball.

 

9.21.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li wettaqna żvela xi dgħufijiet ta’ kontroll fis-sistemi tad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni relatati mal-qasam “Ewropa Globali”. Kif issemma fil-paragrafu 9.8, f’xi każijiet, l-awdituri li nħatru mill-benefiċjarji naqsu milli jaqbdu żbalji fl-infiq, u dan wassal biex il-Kummissjoni taċċetta spejjeż ineliġibbli (10).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.22.

Aħna eżaminajna tliet tranżazzjonijiet li kienu rregolati minn kuntratti ta’ ġemellaġġ (11). Peress li r-regoli l-ġodda stabbiliti mill-Kummissjoni dwar spejjeż unitarji, spejjeż iddikjarati bħala somma f’daqqa u spejjeż b’rata fissa taħt l-istrument ta’ ġemellaġġ ma kinux ġew adottati fi żmien l-awditu, il-problemi li nqabdu fl-2015 baqgħu hemm (12). Billi l-kuntratti ta’ ġemellaġġ jiġu mmudellati fuq il-kuntratti ta’ għotja, huma pprojbiti milli jiġġeneraw profitt (13). Jekk ma jiġix stabbilit limitu massimu għall-finanzjament tal-ispejjeż indiretti, ikun hemm il-possibbiltà li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jiġġeneraw profitt.

9.22.

Il-Kummissjoni issa introduċiet (skont l-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju) sistema riveduta ta’ rati fissi u spejjeż unitarji għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ Ġemellaġġ. Dan jiddistingwi bejn spejjeż diretti u indiretti, b’dawn tal-aħħar limitati għal 6 % tal-ispejjeż eliġibbli totali. Din is-sistema l-ġdida tapplika għal għotjiet ta’ Ġemellaġġ.

9.23.

Il-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet, 108 (69 %) kienu ħielsa minn żbalji.

 

RAPPORTI ANNWALI TAL-ATTIVITÀ U ARRANĠAMENTI OĦRA TA’ GOVERNANZA

Valutazzjoni tas-sistemi tad-DĠ NEAR

Dgħufijiet fil-livell tal-awtoritajiet tal-awditjar

9.24.

Meta konna qed neżaminaw il-valutazzjonijiet tas-sistemi tad-DĠ NEAR, sibna evidenza li l-awdituri tad-DĠ NEAR kienu qabdu dgħufijiet fil-ġestjoni indiretta tat-tieni Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II), b’mod aktar speċifiku, fil-livell tal-awtoritajiet tal-awditjar ta’ tliet pajjiżi benefiċjarji tal-IPA II (l-Albanija, it-Turkija u s-Serbja). Dawn id-dgħufijiet kienu varji, min-nuqqas ta’ kwalifiki min-naħa tal-kapijiet tal-awtoritajiet tal-awditjar sa nuqqasijiet metodoloġiċi importanti, kif ukoll problemi ta’ organizzazzjoni bħal nuqqas ta’ supervizjoni xierqa jew dgħufijiet fl-ippjanar, fit-taħriġ u r-reklutaġġ tal-persunal. Filwaqt li l-awtoritajiet tal-awditjar Albaniżi u Serbi għamlu bidliet bil-għan li jsolvu l-problemi li nqabdu, hemm xi aspetti sinifikanti fis-sistemi tal-awtorità tal-awditjar Torka li għadhom jistgħu jillimitaw l-aċċertament li din l-awtorità tkun tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Studju tal-2016 dwar ir-RER

9.25.

Fl-2016, id-DĠ NEAR wettaq it-tieni studju tiegħu dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) biex jistma l-livell ta’ żball li l-kontrolli kollha ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji ma nexxilhomx jaqbdu fil-qasam intier tar-responsabbiltà tiegħu.

 

9.26.

L-istudju eżamina kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li saru taħt kuntratti li ngħalqu bejn Settembru 2015 u Awwissu 2016, u uża metodoloġija li d-DĠ DEVCO ilu juża mill-2012. Aħna vvalutajna din il-metodoloġija u sibna li, b’mod ġenerali, din kienet adatta għall-iskop tagħha u effettiva. Minkejja dan, fl-analiżi li wettaqna tal-istudju dwar ir-RER aħna sibna li kien hemm lok għal titjib f’għadd ta’ aspetti, partikolarment fir-rigward tal-livell ta’ ġudizzju li kellhom l-awdituri biex jagħmlu stimi tal-iżbalji għal tranżazzjonijiet individwali.

 

9.27.

Ir-riżultati tal-istudju tal-2016 dwar ir-RER li twettaq mid-DĠ NEAR huma ppreżentati fir-RAA tiegħu (14). F’dan l-istudju, ir-RER globali għad-DĠ kienet stmata f’livell ta’ 0,93  %, jiġifieri taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % ssettjat mill-Kummissjoni.

 

Valutazzjoni tas-sistemi tad-DĠ DEVCO

9.28.

Aħna vvalutajna wkoll is-sistemi tad-DĠ DEVCO. Ir-riżultati ta’ xogħolna huma ppreżentati fid-dettall fir-Rapport Annwali tagħna dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-paragrafi 28 sa 33).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Rapporti annwali tal-attività

9.29.

Għall-eżerċizzju attwali, aħna eżaminajna r-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ NEAR.

 

9.30.

Id-DĠ NEAR stima li l-ammont totali f’riskju fil-ħin meta saru l-pagamenti (15) għall-infiq li ġie aċċettat fl-2016 (EUR 2 543  miljun) kien ta’ EUR 29 miljun (1,14  % tal-infiq għall-2016). Minn dan l-ammont, id-DĠ stima li EUR 10 miljun (35 %) jiġu kkoreġuti b’segwitu għall-kontrolli li kien se jwettaq fis-snin sussegwenti (16). Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ NEAR iddikjara li, fid-dawl tal-ammont f’riskju fl-għeluq, l-esponiment finanzjarju tad-DĠ kien taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %. Għalkemm identifikajna livell materjali ta’ żball għall-intestatura tal-QFP “Ewropa Globali”, id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali ma tikkontradixxix ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar tagħna, billi parti żgħira biss mir-rata ta’ żball ikkalkulata minna hija relatata ma’ tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ NEAR.

9.30.

L-ammont globali f’riskju tal-għeluq huwa dderivat mill-istudju RER.

9.31.

F’dak li jirrigwarda l-kapaċità korrettiva tad-DĠ NEAR, aħna sibna li, minkejja l-isforzi ta’ dan id-DĠ biex jeskludi mill-kalkolu rkupri li saru fuq il-prefinanzjamenti, ordnijiet ta’ rkupru kkanċellati u mgħax iġġenerat, iċ-ċifra tal-2016 (EUR 10 miljun) kienet tinkludi xi ammonti li kien imisshom ġew esklużi (17), u dan wassal biex il-kapaċità korrettiva u, konsegwentement, l-ammont totali f’riskju fil-ħin meta sar il-pagament, ġew iddikjarati b’mod eċċessiv. Għalkemm huwa diffiċli biex il-kobor globali ta’ dan in-nuqqas jiġi kkwantifikat, dan ma jaffettwax l-aċċertament mogħti mid-Direttur Ġenerali.

 

9.32.

Bħalma rrikonoxxa d-Direttur Ġenerali, il-valutazzjoni pożittiva tal-proċeduri ta’ kontroll, fil-biċċa l-kbira bbażata fuq l-istudju tal-2016 dwar ir-RER, tista’ taħbi diffikultajiet f’ċerti partijiet tal-portafoll. Għalhekk, id-DĠ NEAR fassal mudelli ta’ kontroll intern (ICT) biex jinqabdu dgħufijiet maġġuri (18). Madankollu, l-indiċijiet tar-riskju biex tiżdied l-utilità tal-mudelli għad iridu jiġu żviluppati. Għalhekk, il-valutazzjoni attwali tal-ICT hija limitata għal analiżi tal-iżbalji msemmija fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u fl-istudju dwar ir-RER, u jeħtieġ li din tiġi żviluppata aktar biex l-impatt globali ta’ dawn l-iżbalji jkun jista’ jitkejjel. Barra minn hekk, aħna nosservaw li r-RAA ma jiddivulgax b’mod ċar il-limitazzjonijiet fl-ambitu tal-istudju dwar ir-RER, meta mqabbel ma’ inkarigu tal-awditjar.

9.32.

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-2016 kienet l-ewwel sena li l-istudju tal-RER kopra l-operazzjonijiet kollha.

Dan se jelabora aktar is-segmentazzjoni differenzjata tar-riskju fl-2017.

9.33.

Aħna eżaminajna wkoll ir-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ DEVCO. Ir-riżultati huma ppreżentati fir-Rapport Annwali tagħna dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-paragrafi 34 sa 37).

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

9.34.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Ewropa Globali” kien materjali.

 

9.35.

Għal din l-intestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta’ livell ta’ żball stmat ta’ 2,1  % (ara l- Anness 9.1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

9.36.

L- Anness 9.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna taż-żewġ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (19). Minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni kienet implimentat waħda bis-sħiħ, filwaqt li l-oħra kienet ġiet implimentata f’xi wħud mill-aspetti.

9.36.

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni vvalutata mill-QEĠ bħala “implimentati f’xi aspetti” hi fi stadju avvanzat sew.

Minn meta ġie ppubblikat dan ir-rapport ħamsa minn għaxar missjonijiet huma ddikjarati konformi li jirrappreżentaw l-aktar parti sostanzjali (75 % tal-pagamenti li saru fl-2016) tal-operazzjonijiet tal-PSDK (EULEX Kosovo, EUPOL Afghanistan, EUMM Georgia, EUPOL COPPS fit-Territorji Palestinjani Okkupati u EUAM Ukrajna). Il-konformità għall-EUBAM Rafah se tiġi fformalizzata fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-EUCAP Sahel Mali bħalissa qed tiġi vvalutata bil-ħsieb li tkun konformi sa Novembru 2017. Il-valutazzjonijiet tal-EUCAP Sahel Niger u l-EUCAP Nestor qabel l-2016 ma kinux konformi u ġie stabbilit pjan direzzjonali. Illum ix-xogħol jinsab avvanzat lejn il-konformità ta’ dawn iż-żewġ missjonijiet li se tiġi vvalutata mill-ġdid f’konformità mal-pjan direzzjonali fl-2018.

Il-verifika tal-EUBAM Libya hija ppjanata għal tmiem l-2017 (il-missjoni ġiet riallokata minn Tripli lejn Tuneż u kienet imċekkna).

9.37.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkommandaw li d-DĠ NEAR:

 

Rakkomandazzjoni 1: jaħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-awditjar fil-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA II għat-titjib tal-kompetenza tagħhom, partikolarment permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars, l-istabbiliment ta’ netwerks u l-użu tal-għodod disponibbli, bħal ġemellaġġ jew assistenza teknika.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2: jiżviluppa indiċijiet tar-riskju għat-titjib tal-valutazzjoni bbażata fuq il-mudelli ta’ kontroll intern, biex b’hekk l-impatt tal-iżbalji jkun jista’ jitkejjel aħjar.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 3: jiddivulga b’mod ċar l-ambitu tal-istudju dwar ir-RER u l-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball stmat fir-RAA tiegħu li jmiss.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 4: itejjeb il-kalkolu tal-kapaċità korrettiva għall-2017 billi jindirizza n-nuqqasijiet identifikati f’dan ir-rapport annwali.

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.


(1)  Bħal, b’mod partikolari, il-finanzjament ta’ kuntratti ta’ akkwist, għotjiet, self speċjali, garanziji ta’ self u assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju u forom immirati oħra ta’ għajnuna baġitarja.

(2)  Xi tranżazzjonijiet kien fihom aktar minn żball wieħed. B’kollox, aħna rrappurtajna 56 żball.

(3)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,6 % u 3,6 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(4)  Il-Kummissjoni nfisha wettqet żbalji (f’żewġ każijiet) li jirrappreżentaw 0,6 % tar-rata ta’ żball, filwaqt li l-benefiċjarji wettqu żbalji (fi tliet każijiet) li jirrappreżentaw 0,1 % ta’ din ir-rata.

(5)  Il-pagamenti relatati ma’ appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali fl-2016 ammontaw għal EUR 1,1 biljun.

(6)  Il-pagamenti li ngħataw lil organizzazzjonijiet internazzjonali mill-baġit ġenerali fl-2016 ammontaw għal EUR 3,0 biljun. Aħna ma nistgħux ngħidu x’inhu l-proporzjon ta’ dan l-ammont li għalih kien japplika l-approċċ nozzjonali, peress li l-Kummissjoni ma timmonitorjahx separatament.

(7)  L-effiċjenza u l-effettività tal-appoġġ baġitarju huma indirizzati f’għadd ta’ rapporti speċjali tal-Qorti, fejn dawk l-aktar reċenti huma r-RS Nru 32/2016 dwar l-“Assistenza mill-UE lill-Ukrajna”, ir-RS Nru 30/2016 dwar “L-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras” u r-RS Nru 13/2016 dwar l-“Assistenza tal-UE għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova” (http://eca.europa.eu).

(8)  Aħna ma wettaqniex kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ nfiq, jekk il-kontribuzzjoni li saret mill-Kummissjoni kienet inqas minn 75 % tal-baġit għall-azzjoni. F’każijiet fejn kontribuzzjonijiet bħal dawn kienu jinsabu bejn 75 % u 90 %, aħna vvalutajna l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ infiq fuq bażi ta’ każ b’każ.

(9)  132 tranżazzjoni: limitu inferjuri tal-iżball = 1,1 % u limitu superjuri tal-iżball = 4,5 %, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %.

(10)  Mis-sitt każijiet irrappurtati fil-paragrafu 9.8, ħamsa jikkonċernaw id-DĠ DEVCO, u wieħed id-DĠ NEAR.

(11)  Il-ġemellaġġ huwa strument tal-UE għall-bini tal-istituzzjonijiet, żviluppat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-kooperazzjoni ta’ sħubija bejn amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE u pajjiż benefiċjarju għall-kisba ta’ riżultati obbligatorji li dwarhom ikun intlaħaq qbil konġunt mal-Kummissjoni.

(12)  Il-Kapitolu 8 tar-Rapport Annwali 2015, il-paragrafi 8.30 u 8.31.

(13)  Il-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, kif stabbilit fl-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(14)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ NEAR, pp. 36 u 37.

(15)  L-aħjar stima konservattiva tal-ammont ta’ nfiq awtorizzat matul is-sena kollha iżda li ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u regolatorji applikabbli fil-ħin meta sar il-pagament.

(16)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ NEAR, p. 51.

(17)  Matul l-analiżi li wettaqna, aħna sibna li f’6 każijiet minn kampjun ta’ 25 każ kien hemm żbalji li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu.

(18)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ NEAR, pp. 38-48.

(19)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(20)  F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

(21)  Inklużi pagamenti ta’ EUR 0,3 biljun lill-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni.

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

ANNESS 9.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “EWROPA GLOBALI”

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

156

156

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

2,1  %

2,8  %

 

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

3,6  %

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

0,6  %

 

ANNESS 9.2

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B’IMPATT TA’ MILL-INQAS 20 % GĦAL “EWROPA GLOBALI”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Introduzzjoni

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl- Anness 1.1 , aħna ttestjajna kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta’ irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għal din l-intestatura tal-QFP. L-iżbalji li qbadna fl-ittestjar ma jikkostitwux lista eżawrjenti — la ta’ żbalji individwali u lanqas ta’ tipi possibbli ta’ żball. Is-sejbiet deskritti fil-qosor hawn taħt, li jikkonċernaw żbalji b’impatt ta’ mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżaminat, huma ppreżentati bħala eżempju (1). Dawn l-iżbalji nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ta’ bejn EUR 281 000 u EUR 19-il miljun, b’valur medjan (2) ta’ aktar minn EUR 1,3  miljun.

 

Eżempji ta’ żball

Ebda dokument essenzjali ta’ sostenn

Eżempju 1 — Ma ġewx ipprovduti dokumenti ta’ sostenn

DĠ DEVCO — l-Indoneżja

Aħna eżaminajna l-infiq, li l-Kummissjoni aċċettat, għal ftehim ta’ kontribuzzjoni ffirmat ma’ organizzazzjoni internazzjonali li taħdem għat-titjib tal-kapaċità ta’ sigurtà tal-persunal lokali.

Is-sħab tal-benefiċjarju ma setgħux jipprovdu d-dokumenti ta’ sostenn (kollha jew xi wħud minnhom) biex jiġġustifikaw bosta mill-ispejjeż awditjati, b’mod partikolari spejjeż għall-konsulenza, spejjeż għall-ivvjaġġar u spejjeż operazzjonali oħra, li għalhekk tqiesu li kienu ineliġibbli. L-infiq ineliġibbli rriżulta f’rata ta’ żball ta’ 41 %.

Il-proċedura ta’ rkupru hija kontinwa.

Eżempju 2 — Ma ġewx ipprovduti dokumenti ta’ sostenn

DĠ DEVCO — in-Niġer

Aħna eżaminajna l-infiq, li l-Kummissjoni aċċettat, għal għotja lil NGO li taħdem fil-qasam ta’ aċċess għal servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva.

Il-benefiċjarju ma setax jipprovdi dokumenti ta’ sostenn biex jiġġustifika xi wħud mill-ispejjeż awditjati, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw salarji tal-persunal, assigurazzjoni, taxxa nazzjonali fuq l-introjtu, u kiri ta’ vetturi u klassijiet. Għalhekk, dawn l-ispejjeż tqiesu li kienu ineliġibbli. Ir-rata ta’ żball relatata kienet ta’ 50 %.

Il-benefiċjarju ddikjara formalment li d-dokumenti ma setgħux jiġu pprovduti minħabba li ntilfu waqt il-ġarr tal-uffiċċji tagħhom wara t-tlestija tal-proġett. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dan mhuwiex każ ta’ ġestjoni ħażina jew rifjut li jingħata aċċess. Madankollu, il-Kummissjoni diġà nediet l-irkupru tal-ammont ikkonċernat.

Eżempju 3 — Ma ġewx ipprovduti dokumenti ta’ sostenn

DĠ DEVCO

Aħna eżaminajna l-infiq, li l-Kummissjoni aċċettat, għal kontribuzzjoni li saret lil fond fiduċjarju mmaniġġjat minn organizzazzjoni internazzjonali li taħdem fil-qasam ta’ tħejjija għal pandemija tal-influwenza fl-Asja.

Il-benefiċjarju ma setax jipprovdi dokumenti ta’ sostenn biex jiġġustifika xi wħud mill-ispejjeż awditjati, b’mod partikolari dawk għal mediċini u tagħmir mediku. Għalhekk, dawn l-ispejjeż tqiesu li kienu ineliġibbli fl-istudju dwar ir-RER, li hija konklużjoni li aċċettajna. Ir-rata ta’ żball relatata kienet ta’ 35 %.

Din it-tranżazzjoni hija parti mill-istudju DEVCO RER. Wara l-konklużjoni tal-istudju l-organizzazzjoni internazzjonali pprovdiet lill-Kummissjoni bi provi dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ disponibbiltà tad-dokumenti.

Bħala konsegwenza ta’ infezzjoni virali f’bini tal-gvern fil-Kambodja u minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin f’xi bini ieħor li ġie parzjalment meqrud fit-terremot tan-Nepal tal-2015, il-benefiċjarju ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi dokumenti ta’ sostenn biex jiġġustifikaw xi spejjeż awditjati, b’mod partikolari għall-mediċini u t-tagħmir mediku.

Infiq li ma ġġarrabx

Eżempju 4 — Approvazzjoni ta’ prefinanzjament iddikjarat b’mod eċċessiv

DĠ DEVCO

Aħna eżaminajna l-infiq, li l-Kummissjoni aċċettat, għal ftehim ta’ kontribuzzjoni ffirmat ma’ organizzazzjoni internazzjonali għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tal-annimali fl-Afrika.

Il-Kummissjoni kienet aċċettat u kkontabilizzat ammont li kien ogħla mill-ammont totali tal-infiq imġarrab li ġie ddikjarat mill-benefiċjarju fl-uniku rapport finanzjarju disponibbli. L-ammont li ġie ddikjarat b’mod eċċessiv u li kien ineliġibbli rriżulta f’rata ta’ żball ta’ 82 %.

Wara eżami dokumentarju tal-QEA, l-approvazzjonijiet rilevanti ġew ikkanċellati.

Infiq ineliġibbli

Eżempju 5 — Ebda prova tal-oriġini tal-merkanzija

Strumenti tal-Politika Barranija — in-Niġer

Aħna eżaminajna l-infiq, li l-Kummissjoni aċċettat, għal kontribuzzjoni mogħtija lil entità pubblika li taħdem għat-tisħiħ tar-rwol tal-forzi taż-żamma tal-paċi istituzzjonali f’ċerti reġjuni tal-pajjiż.

Il-benefiċjarju kien xtara motoċikletti fis-suq lokali mingħajr prova suffiċjenti li dawn kienu oriġinaw minn pajjiż eliġibbli. Peress li dan ma kienx konformi mar-“regola tal-oriġini”, l-ispejjeż involuti kienu ineliġibbli; madankollu, f’dan il-każ, il-Kummissjoni aċċettathom b’mod żbaljat. Aħna sibna li żewġ pagamenti (pagament bil-quddiem ta’ 40 % u l-pagament finali tal-bilanċ għall-istess xiri) kienu ineliġibbli. Ir-rati ta’ żball għal dawn iż-żewġ tranżazzjonijiet kienu ta’ 27 % u 20 % rispettivament.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-ineliġibbiltà tan-nefqa minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regola tal-oriġini. Il-Kummissjoni se tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi dawn l-erruri fil-futur. B’mod partikolari, sabiex ittejjeb is-superviżjoni tagħha fuq id-delegazzjonijiet, il-Kummissjoni se timplimenta Timijiet Reġjonali sa mill-2017. Id-delegazzjoni fin-Niġer hija inkluża wkoll fil-pjan għall-Missjoni ta’ Superviżjoni tal-2017.

Il-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tirkupra l-fondi li mhumiex eliġibbli, bil-ħsieb li tipproteġi b’mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-UE.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku

Eżempju 6 — Ebda kompetizzjoni

DĠ NEAR — it-Turkija

Aħna eżaminajna l-infiq, li l-Kummissjoni aċċettat, għal ftehim li sar ma’ organizzazzjoni reġjonali li tippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-ambjent.

Il-benefiċjarju ma kienx irrispetta r-regoli tal-akkwist li jirrikjedu li mill-inqas tliet fornituri jiġu kkonsultati biex il-proċedura tal-offerti tkun kompetittiva. L-infiq ineliġibbli rriżulta f’rata ta’ żball ta’ 20 %.

 


(1)  Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw aktar minn nofs il-livell kumplessiv ta’ żball stmat għal “Ewropa Globali”.

(2)  Jiġifieri nofs l-iżbalji kollha b’impatt ta’ mill-inqas 20 % nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ta’ inqas minn EUR 1,3 miljun, u l-bqija nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ogħla minn dan l-ammont.

ANNESS 9.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “EWROPA GLOBALI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Il-Qorti tirrakkomanda li:

 

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 1:

il-Kummissjoni, u b'mod partikolari d-DĠ ELARG, jiżguraw li l-istruzzjonijiet lill-persunal jiddikjaraw li l-approvazzjonijiet għandhom isiru biss abbażi ta' nfiq imġarrab u ma għandhomx ikunu bbażati fuq l-istimi proprji tagħhom;

X

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2:

l-FPI jakkredita l-missjonijiet kollha tal-PESK skont il-“valutazzjoni fuq sitt pilastri”.

 

 

X

 

 

 

 


KAPITOLU 10

“Amministrazzjoni”

WERREJ

Introduzzjoni 10.1-10.5
Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP 10.3
Ambitu u approċċ tal-awditjar 10.4-10.5
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 10.6
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 10.7
Osservazzjonijiet dwar istituzzjonijiet u korpi 10.8-10.16
Osservazzjonijiet komuni għal bosta istituzzjonijiet u korpi 10.8-10.13
Implimentazzjoni tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità 10.8
Implimentazzjoni tat-tnaqqis ta’ 5 % fl-għadd ta’ membri tal-persunal 10.9-10.13
Osservazzjonijiet dwar istituzzjonijiet u korpi speċifiċi 10.14-10.16
Il-Parlament Ewropew 10.15
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri 10.16
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 10.17-10.19
Konklużjoni 10.17
Rakkomandazzjonijiet 10.18-10.19

Anness 10.1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Amministrazzjoni”

Anness 10.2 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Amministrazzjoni”

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

10.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura 5 tal-QFP, “Amministrazzjoni” (1). Il- Kaxxa 10.1 tagħti stampa ġenerali tal-infiq għal kull istituzzjoni taħt din l-intestatura fl-2016.

 

Kaxxa 10.1 —   Intestatura 5 tal-QFP — ripartizzjoni fl-2016

(EUR biljun)

Image

Total tal-pagamenti għas-sena

9,3

- pagamenti bil-quddiem  (22)

0,1

+ approvazzjonijiet ta' pagamenti bil-quddiem  (22)

0,2

Popolazzjoni awditjata, total

9,4

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

10.2.

Aħna noħorġu rapporti separati dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE (2). Il-mandat tagħna ma jkoprix l-awditu finanzjarju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

 

Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP

10.3.

In-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq riżorsi umani, li tirrappreżenta madwar 60 % tat-total, kif ukoll in-nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni u teknoloġija tal-informatika. Ix-xogħol tagħna tul ħafna snin jindika li dan l-infiq għandu riskju baxx.

 

Ambitu u approċċ tal-awditjar

10.4.

Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għall-Intestatura 5 tal-QFP:

 

(a)

kampjun ta’ 100 tranżazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 7 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta' nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (ara l- Kaxxa 10.1 u l-paragrafu 10.3);

 

(b)

kampjun, ibbażat fuq ir-riskju, ta’ 20 impenn  (3) li kienu ġew approvati lejn tmiem is-sena finanzjarja, fuq il-bażi ta’ approprjazzjonijiet mill-2016 u li ġew riportati awtomatikament għall-2017, sabiex niċċekkjaw li l-istituzzjonijiet kienu użaw il-baġit f’konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità (4);

 

(c)

il-mod li bih l-istituzzjonijiet u l-korpi kienu implimentaw il-pjan għat-tnaqqis tal-għadd ta’ membri tal-persunal b’5 % (5) sal-2017 (6);

 

(d)

jekk ir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, u fosthom tad-Direttorati Ġenerali (DĠ) u l-uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea li huma primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva (7), ippreżentawx informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq li kienet, b’mod ġenerali, konsistenti mar-riżultati proprji tagħna.

 

10.5.

L-infiq proprju tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jiġi awditjat minn ditta esterna (8). Ir-riżultati ta’ dan l-awditu tar-rapporti finanzjarji tagħna għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jingħataw fil-paragrafu 10.16.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

10.6.

L- Anness 10.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-100 tranżazzjoni li eżaminajna, 12 (12 %) kien fihom żbalji. L-iżball li aħna kkwantifikajna (pagamenti mhux koperti minn kuntratti li jirriżultaw minn proċedura ta' akkwist — ara l-paragrafu 10.15) wassal għal livell ta’ żball stmat ta’ 0,2  % (9).

 

RAPPORTI ANNWALI TAL-ATTIVITÀ U ARRANĠAMENTI OĦRA TA’ GOVERNANZA

10.7.

Ir-rapporti annwali tal-attività li aħna eżaminajna ma identifikawx livelli materjali ta’ żball; dan huwa konsistenti mar-riżultati tal-awditjar proprji tagħna.

 

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ISTITUZZJONIJIET U KORPI

Osservazzjonijiet komuni għal bosta istituzzjonijiet u korpi

Implimentazzjoni tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità

 

RISPOSTA TAS-SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA

10.8.

Aħna eżaminajna 20 impenn li kienu ġew approvati lejn tmiem is-sena finanzjarja 2016. Għal 15 minnhom, is-servizzi kkonċernati kellhom jiġu pprovduti totalment jew prinċipalment fl-2017, u l-pagamenti relatati kellhom isiru fl-istess sena. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li jimplimentaw il-prinċipju baġitarju tal-annwalità jagħtu l-flessibbiltà biex isiru impenji legali bħal dawn qabel tmiem is-sena, bil-konsenja tal-oġġetti u s-servizzi fis-sena ta’ wara, flimkien mal-pagamenti korrispondenti. Madankollu, aħna nosservaw li għandu jkun mifhum li riporti bħal dawn huma eċċezzjoni għall-prinċipju tal-annwalità u jirriflettu l-ħtiġijiet reali, aktar milli jintużaw bħala mezz biex jiġi mmassimizzat il-konsum tal-approprjazzjonijiet fi tmiem is-sena.

10.8.

Is-SEAE jqis, bħalma tosserva l-Qorti, li huwa perfettament konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li jsiru impenji legali u baġitarji lejn tmiem is-sena finanzjarja għal oġġetti u servizzi li jkunu se jiġu konsenjati matul is-sena finanzjarja ta' wara. Ir-Regolament Finanzjarju ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni li tindika li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati huma ta' natura eċċezzjonali.

Implimentazzjoni tat-tnaqqis ta’ 5 % fl-għadd ta’ membri tal-persunal

10.9.

Fl-2013, b’rispons għaż-żieda fl-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol li l-impjegati tal-UE jaħdmu kull ġimgħa (minn 37,5  sigħat għal 40 siegħa, żieda ta’ 6,6  %), l-awtoritajiet baġitarji laħqu qbil li, matul il-perjodu mill-2013 sal-2017, jimmiraw li jnaqqsu b’5 % l-għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE. Fil-prinċipju, l-ilħuq ta’ dik il-mira tkun tfisser li l-għadd totali ta’ sigħat ta’ xogħol jibqa’ kostanti.

 

 

RISPOSTI TAL-PARLAMENT EWROPEW

10.10.

Aħna sibna li, kollettivament, l-istituzzjonijiet (10) kienu naqqsu l-għadd ta’ postijiet fuq it-tabella tal-persunal b’4,0  % matul il-perjodu mill-2013 sal-2017 (minn 39 649  post għal 38 072  post). L-istituzzjonijiet kienu naqqsu l-għadd ta’ membri tal-persunal (postijiet effettivament okkupati minn membru tal-persunal) b’1,4  % bejn l-2013 u l-2017 (minn 37 153  post għal 36 657  post — ara l- Kaxxa 10.2 ).

10.10

Il-Parlament jibqa’ impenjat bis-sħiħ biex jimplimenta t-tnaqqis miftiehem. Kif speċifikat fl-2015, se jintemmu 60 post fl-2018 u 59 fl-2019 (11).

 

RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

 

10.10.

Il-Kummissjoni bdiet tnaqqis fl-għadd ta’ persunal mill-bidu tal-2012 u l-proċess issokta sal-1 ta’ Jannar 2017. F’dan il-perjodu ta’ ħames (5) snin (1.1.2012–1.1.2017), l-għadd ta’ persunal li jokkupa karigi fil-Kummissjoni naqas b’ 4,0  % (minn 24 016 għal 23 045 ).

Kaxxa 10.2 —   Evoluzzjoni tal-postijiet fit-tabella tal-persunal u tal-postijiet okkupati bejn l-2013 u l-2017

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-istituzzjonijiet.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

 

RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

10.11.

Il-bidliet ewlenin fl-għadd ta’ postijiet fit-tabella tal-persunal huma stipulati fil- Kaxxa 10.3 . Minbarra t-tnaqqis ta’ 5 % fl-għadd ta’ postijiet (12) u l-postijiet li żdiedu b'riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja, il-bidliet li ġejjin jispjegaw il-biċċa l-kbira mit-tnaqqis nett ta’ 230 post taħt “Addizzjonijiet oħra u tnaqqis ieħor”.

10.11.

In-numru ta’ tnaqqis attwali ppreżentat fil-Kaxxa 10.3 (1 844 ) huwa 54 ogħla minn dik ippreżentat mill-Kummissjoni fit-tabella ta’ segwitu għat-tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal fl-istituzzjonijiet kollha. Dan huwa dovut għall-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni, li skontha l-impjiegi mhux strutturali li kienu ngħataw lil istituzzjoni jiġu meqjusa bħala tpaċija tal-progress lejn il-mira ta’ tnaqqis ta’ 5 %. Għalhekk, in-numru rimanenti ta’ impjiegi li għandhom jitnaqqsu huwa ta’ 189 skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea naqqset 359 post biex tikkumpensa għaż-żieda fl-għadd ta’ postijiet u ta’ persunal estern fl-aġenziji eżekuttivi (13) kif ukoll għaż-żieda fl-għadd ta’ membri tal-persunal fl-Aġenzija tal-GNSS Ewropea.

Il-Parlament Ewropew ħoloq 93 post għat-twettiq ta’ kompiti ġodda u kompiti li qabel kienu jsiru minn kuntratturi esterni u aġenti kuntrattwali, u naqqas 76 post biex jikkumpensa għal żieda fl-għadd ta’ postijiet assenjati lil gruppi politiċi (14).

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ġiet assenjata 137 post addizzjonali, fil-biċċa l-kbira minħabba f’żieda fl-għadd ta’ mħallfin u ta’ avukati ġenerali.

 

L-istituzzjonijiet ħolqu 53 post b’konnessjoni mat-tneħħija gradwali tad-deroga għat-traduzzjoni għal-lingwa Irlandiża.

 

Kaxxa 10.3 —   Implimentazzjoni tat-tnaqqis ta’ 5 % fl-għadd ta’ membri tal-persunal (2013 sa 2017)

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-istituzzjonijiet.

10.12.

Aħna eżaminajna wkoll kif l-għadd ibbaġitjat ta’ aġenti kuntrattwali kien inbidel. Dan żdied minn 4 517 għal 5 417 bejn l-2013 u l-2017 — żieda ta’ 19,9  %. L-aġenti kuntrattwali kienu jirrappreżentaw 11,4  % tal-għadd ta’ membri tal-persunal fit-tabella tal-persunal fl-2013, u 14,2  % fl-2017. L-użu li l-Parlament Ewropew għamel tal-aġenti kuntrattwali biex jitwettqu kompiti li qabel kienu jsiru minn kuntratturi esterni jirrappreżenta l-biċċa l-kbira minn din iż-żieda.

 

10.13.

L-istituzzjonijiet qed jilħqu l-mira ta’ 5 % tnaqqis (15) billi jeliminaw postijiet fit-tabella tal-persunal li jkunu battala u billi ma jissostitwux membri tal-persunal li jirtiraw jew li jitilqu minħabba mard, jew meta jintemmu kuntratti temporanji.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Osservazzjonijiet dwar istituzzjonijiet u korpi speċifiċi

10.14.

Minbarra l-kwistjonijiet diskussi fil-paragrafi 10.8 sa 10.13, aħna ma identifikajniex kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Sibna xi dgħufijiet fil-proċeduri ta' akkwist organizzati mis-SEAE f’pajjiżi mhux tal-UE; aħna ġbidna l-attenzjoni tal-maniġment tas-SEAE rigward dawn. Konna qbadna dgħufijiet simili fl-2015 (16).

 

Il-Parlament Ewropew

 

RISPOSTI TAL-PARLAMENT EWROPEW

10.15.

Fir-rigward ta’ pagament wieħed favur grupp politiku (17), aħna sibna dgħufijiet fil-kontrolli li saru fuq l-awtorizzazzjoni u s-saldu ta’ nfiq li sar fl-2015 iżda li ġie approvat fl-2016 (18). Aħna sibna wkoll li saru pagamenti li ma kinux koperti minn kuntratti li jirriżultaw minn proċedura ta’ akkwist (ara wkoll il-paragrafu 10.6). Aħna qbadna nuqqasijiet simili fi tranżazzjoni relatata ma’ grupp politiku ieħor fl-2015 (19).

10.15

Il-Parlament jieħu nota tal-osservazzjoni u informa lill-grupp politiku kkonċernat. Skont l-Artikoli 1.4 tar-regoli relevanti adottati mill-Bureau, “il-gruppi politiċi huma responsabbli quddiem l-istituzzjoni għall-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilhom mill-Bureau għall-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni preżenti. Huma għandhom jaraw li dawn l-approprjazzjonijiet ikunu utilizzati fir-rigward ta' din ir-regolamentazzjoni u għandhom jieħdu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tiġi evitata kull spiża li ma tkunx konformi mar-Regolament. Il-grupp politiku, irrappreżentat mill-President tiegħu, huwa l-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni tal-infiq …”

Abbażi tar-rapport tal-awditur estern tal-grupp, il-Parlament se jiddeċiedi jekk japplikax 2.7.4 tar-Regoli msemmija hawn fuq: jekk il-Bureau jkollu l-opinjoni li l-approprjazzjonijiet ma jkunux intużaw skont dawn ir-regoli, l-approprjazzjonijiet għandhom jitħallsu lura.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

10.16.

Ir-rapport tal-awditur estern (20) jiddikjara li, “ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru 2016, u tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar”.

 

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

10.17.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Amministrazzjoni” ma kienx materjali. Għal din l-intestatura tal-QFP, l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li wettaqna wera li l-livell kumplessiv ta’ żball stmat preżenti kien ta' 0,2  % (ara l- Anness 10.1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

 

RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

10.18.

L- Anness 10.2 juri s-sejbiet tas-segwitu li wettaqna tat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (21). L-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati kienu implimentaw żewġ rakkomandazzjonijiet fil-biċċa l-kbira mill-aspetti u rakkomandazzjoni waħda f'xi wħud mill-aspetti.

10.18.

Rigward ir-rakkomandazzjoni dwar l-aġġornament tal-qagħda personali tal-persunal u l-ġestjoni tal-benefiċċji għall-familja, il-Kummissjoni diġà ħadet miżuri biex ittejjeb is-sistemi ta’ monitoraġġ tagħha u hija tqis li l-implimentazzjoni sħiħa ta’ din ir-rakkomandazzjoni se tintlaħaq sa tmiem l-2017.

 

RISPOSTI TAL-PARLAMENT EWROPEW

10.19.

Ibbażat fuq dan l-eżaminar u s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2016, aħna nirrakkommandaw li:

 

Rakkomandazzjoni 1: il-Parlament Ewropew jirrevedi l-qafas tiegħu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet baġitarji allokati għal gruppi politiċi. Jenħtieġ li huwa jipprovdi wkoll gwida aħjar lill-gruppi politiċi u jimmonitorja b’mod aktar effettiv kif dawn japplikaw ir-regoli għall-awtorizzazzjoni u s-saldu tal-infiq, u kif iwettqu l-proċeduri ta' akkwist (ara l-paragrafu 10.15).

Il-Parlament jieħu nota tar-rakkomandazzjoni u se jfittex li jkun hemm titjib filwaqt li jżomm is-sett attwali ta’ regoli.

Is-Segretarjat Ġenerali se jkompli bl-isforzi addizzjonali li beda fl-2016 biex jassisti l-gruppi politiċi biex itejbu l-ġestjoni finanzjarja interna tagħhom: B’mod partikolari, sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-prinċipji ġenerali tal-ġestjoni tal-baġit u dwar l-akkwist ġew organizzati f’kooperazzjoni mal-gruppi u ġiet ippubblikata nota ta’ gwida dwar it-tfigħ ta’ offerti mill-gruppi politiċi. Il-gruppi nfushom qed ukoll jagħmlu sforzi għal aktar armonizzazzjoni u titjib.


(1)  Din tinkludi n-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, il-pensjonijiet u l-pagamenti għall-Iskejjel Ewropej. Għal dawn tal-aħħar, aħna noħorġu rapport annwali speċifiku li jiġi ppreżentat lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Kopja ta’ dan ir-rapport tintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

(2)  Ir-rapporti annwali speċifiċi tagħna dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Dawn kienu jikkonsistu fi 3 għall-Parlament Ewropew, 1 għall-Kunsill, 12 għall-Kummissjoni Ewropea, 1 għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u 3 għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(4)  Ibbażat fuq l-Artikoli 9, 13, 202 u 203 tar-Regolament Finanzjarju.

(5)  It-tnaqqis kien immirat “biex tkun newtralizzata l-kapaċità addizzjonali akkumulata minħabba ż-żieda tal-ħin tax-xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa” u kellu jseħħ bejn l-2013 u l-2017 fuq il-bażi tal-għadd ta’ postijiet assenjati għal kull istituzzjoni — it-“tabella tal-persunal” tagħhom fl-1 ta’ Jannar 2013. Dan it-tnaqqis ġie adottat fil-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tat-2 ta’ Diċembru 2013 (il-paragrafu 27 tal-IIA tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373 tal-20.12.2013, p. 1)).

(6)  L-eżaminar tagħna kopra lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ma inkludejniex lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data minħabba li l-għadd ta’ postijiet fuq it-tabelli tal-persunal tagħhom kien żgħir wisq.

(7)  Id-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà, l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (il-PMO), l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell u fil-Lussemburgu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u d-DĠ Informatika.

(8)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d'Entreprises.

(9)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli. Aħna ninsabu 95 % fiduċjużi li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,0 % u 0,8 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(10)  It-tnaqqis fl-għadd ta’ membri tal-persunal għall-Ombudsman Ewropew, għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u fl-aġenziji mhuwiex kopert minn dan ir-rapport annwali.

(11)  Ara d-dikjarazzjoni konġunta 3.3 fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-test konġunt dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-proċedura baġitarja.

(12)  It-tnaqqis ippjanat jikkonċerna lis-SEAE (2018) u lill-Parlament Ewropew (2018 u 2019).

(13)  B’riżultat tad-delegazzjoni tal-kompiti lill-aġenziji eżekuttivi.

(14)  Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jeskludi lill-gruppi politiċi mill-ambitu tat-tnaqqis ta’ 5 % fl-għadd ta’ membri tal-persunal.

(15)  Il-mira ddefinita fil-Ftehim Interistituzzjonali kienet limitata strettament għal tnaqqis tal-għadd ta’ membri tal-persunal fit-tabella tal-persunal.

(16)  Ara r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 9.14, u r-Rakkomandazzjoni 4 fil-paragrafu 9.18.

(17)  Il-qafas legali applikabbli huwa r-“Regolamentazzjoni li tirregola l-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-Linja Baġitarja 4 0 0, adottata mill-Bureau fit-30 ta’ Ġunju 2003” (l-aħħar emendata bid-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-14 ta’ April 2014 u s-27 ta’ April 2015). Il-gruppi politiċi jimmaniġġjaw il-fondi allokati lilhom skont il-prinċipji ta’ ġestjoni indiretta ta’ fondi bl-applikazzjoni analoġika tal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti speċifiċi tal-gruppi.

(18)  L-infiq fis-sena n jiġi approvat fis-sena n+1 fuq il-bażi ta’ rapport dwar il-kontijiet minn awditu estern indipendenti. Il-Bureau tal-Parlament jista’ jitlob li l-approprjazzjonijiet jitħallsu lura lill-Parlament jekk dawn tal-aħħar jitqiesu li ma jkunux intużaw skont ir-Regoli.

(19)  Ara r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 9.11, u r-Rakkomandazzjoni 1 fil-paragrafu 9.18.

(20)  Ara r-rapport tal-awditur estern dwar ir-rapporti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 10.5.

(21)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, l-istituzzjonijiet u l-korpi kellhom biżżejjed żmien biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(22)  F'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 10).

Sors: Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2016.

ANNESS 10.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “AMMINISTRAZZJONI”

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

100

151

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

0,2  %

0,6  %

 

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

0,8  %

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

0,0  %

 

ANNESS 10.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “AMMINISTRAZZJONI”

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Istituzzjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Rakkomandazzjoni 1 (il-Kummissjoni):

Aġġornament tas-sitwazzjoni personali u ġestjoni tal-allowances tal-familja

Il-Kummissjoni għandha tieħu passi ulterjuri biex tiżgura li l-membri tal-persunal jipprovdu dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tagħhom fuq bażi regolari, kif ukoll biex ittejjeb is-sistemi għall-ipproċessar f’waqtu ta’ dawk id-dokumenti li jkollhom impatt fuq il-kalkolu ta’ allowances tal-familja (ara r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafi 9.11 u 9.20).

 

X

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2 (is-SEAE):

Aġġornament tas-sitwazzjoni personali u ġestjoni tal-allowances tal-familja

Is-SEAE għandu jieħu passi ulterjuri biex jiżgura li l-membri tal-persunal jipprovdu dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tagħhom fuq bażi regolari, kif ukoll biex itejjeb is-sistemi għall-ipproċessar f’waqtu ta’ dawk id-dokumenti li jkollhom impatt fuq il-kalkolu ta’ allowances tal-familja (ara r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafi 9.13 u 9.20).

 

X

 

 

 

 

Għal dak li jikkonċerna l-intestatura “Aġġornament tas-sitwazzjoni personali u ġestjoni tal-allowances tal-familja”, il-membri tal-persunal tas-SEAE jiġu mfakkra regolarment li huma obbligati li jikkomunikaw mingħajr dewmien kull bidla li sseħħ fis-sitwazzjoni tal-familja tagħhom, billi l-irkupru ta' benefiċċji mħallsa indebitament huwa prattika komuni. Is-SEAE jqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet applikata.

Rakkomandazzjoni 3 (is-SEAE):

Akkwist

Is-SEAE għandu jtejjeb it-tfassil, il-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-proċeduri ta' akkwist billi l-Kwartieri Ġenerali tiegħu jipprovdi aktar appoġġ u gwida lid-Delegazzjonijiet (ara r-Rapport Annwali 2013, il-paragrafi 9.14, 9.15 u 9.20).

 

 

X

 

 

 

Għal dak li jirrigwarda l-“Akkwist fid-delegazzjonijiet” (ara wkoll il-paragrafu 10.14), aħna qed naħdmu b'mod attiv biex napplikaw din ir-rakkomandazzjoni. Is-SEAE qed ikompli jinvesti fit-titjib tat-taħriġ, tal-appoġġ u tal-parir li jingħataw lill-persunal tad-delegazzjonijiet inkarigat mill-akkwist. Barra minn hekk, huwa mistenni li fil-ġejjieni jittieħdu tagħlimiet utli minn proġett pilota dwar ir-reġjonalizzazzjoni tal-appoġġ amministrattiv (li jingħata lis-27 delegazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat).