Brussell, 31.10.2017

COM(2017) 637 final

2015/0288(COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL


dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ online u mill-bogħod ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2017) 354 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fid-9 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali 1 , u proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-bejgħ online u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti 2 . Dawn il-proposti għandhom l-għan li jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir permezz tal-ħolqien ta’ Suq Uniku Diġitali veru, għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji, billi jiġu eliminati l-ostakli ewlenin relatati mad-dritt kuntrattwali li jxekklu l-kummerċ transfruntier.

B'din il-proposta emendata, il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-bejgħ online 3 u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti biex ikopri l-bejgħ wiċċ imb wiċċ ukoll.

F’dan l-isfond tal-pass veloċi tat-tibdil kummerċjali u tekniku minħabba d-diġitalizzazzjoni, il-Kummissjoni fil-proposta oriġinali tagħha kellha l-għan li tindirizza b’urġenza l-ostakli ewlenin li jxekklu l-kummerċ transfruntier. Għalhekk hi ppreżentat bħala prijorità proposta li tindirizza biss il-bejgħ online u l-bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti. Fil-Komunikazzjoni li takkumpanja l-proposta, il-Kummissjoni indikat li: “Meta titqies l-importanza dejjem tikber tal-mudell ta’ distribuzzjoni "omni-channel” [...], il-Kummissjoni se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiġu evitati regoli differenti għal bejgħ ta’ oġġetti online u offline. Din se tiżgura li l-konsumaturi u n-negozji jkunu jistgħu jistrieħu fuq qafas legali koerenti.” 4 Biex tiżgura din il-koerenza, il-Kummissjoni ħadet impenn li tipprovdi lill-koleġiżlaturi b’data li tikkonċerna l-bejgħ wiċċ imb wiċċ li hi kienet qed tiġbor fil-kuntest tal-Kontroll tal-Idoneità REFIT tad-direttivi ewlenin tal-UE dwar il-liġijiet tal-konsumatur, li inkluda wkoll id-Direttiva 1999/44/KE dwar bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji (CSGD) 5 . Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni kompliet tisħaq li l-konklużjonijiet ta’ dan l-eżerċizzju “jistgħu jitqiesu fil-progress magħmul mill-koleġiżlaturi dwar il-proposta għall-bejgħ online ta’ oġġetti, pereżempju billi jespandu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.” 6  Id-data rilevanti miġbura mill-Kummissjoni fi ħdan l-eżerċizzju tal-Kontroll tal-Idoneità ġiet trażmessa lill-koleġiżlaturi f’Awwissu-Settembru 2016 u mbagħad ġiet ippubblikata f’Mejju 2017 7 .

Matul id-diskussjonijiet dwar il-proposta fil-Parlament Ewropew (PE) u fil-Kunsill, il-koleġiżlaturi saħqu fuq il-bżonn li jkun hemm regoli koerenti għall-bejgħ mill-bogħod u dak wiċċ imb wiċċ. Ir-rapporteurs tal-PE tal-kumitat ewlieni għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) kif ukoll tal-kumitat assoċjat għall-Affarijiet Legali (JURI) għall-proposta dwar il-bejgħ online u mill-bogħod ressqu emendi li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għall-kuntratti kollha tal-bejgħ konklużi bejn bejjiegħ u konsumatur. F’dak il-kuntest, l-IMCO talbet lis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew biex jagħmel valutazzjoni tal-impatt “ex ante” biex jivvaluta l-impatti ta’ dawn l-emendi. Din il-valutazzjoni tal-impatt tal-PE ġiet ippubblikata fl-14 ta’ Lulju 2017 u l-konklużjonijiet tagħha jsostnu l-bżonn li jkun hemm regoli koerenti għall-bejgħ kollu, li jkunu ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi 8 .

Fil-laqgħa informali tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni fis-7 ta’ Lulju 2017 kif ukoll fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar Materji ta' Dritt Ċivili (Dritt Kuntrattwali) fil-Kunsill, il-maġġoranza assoluta tal-Istati Membri esprimew riżervi rigward il-frammentazzjoni legali li tirriżulta minn reġimi differenti għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ ta’ oġġetti, filwaqt li argumentaw li r-regoli applikabbli għall-bejgħ ta’ oġġetti jridu jkunu l-istess indipendentement mill-kanal tal-bejgħ. Konsegwentement, numru ta’ Stati Membri esprimew il-fehma tagħhom li jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta emendata biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni għall-bejgħ wiċċ imb wiċċ ukoll.

Barra minn hekk, din il-proposta għal emenda għandha l-għan li tiffaċilita l-progress puntwali f’qasam li jinsab fil-qalba tal-istrateġiji tas-Suq Uniku, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew: F’Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew sejjaħ “biex l-istrateġiji [differenti għas-Suq Uniku] ...jitlestew u jiġu implimentati sal-2018.” 9 u f’Ġunju 2017 il-Kunsill Ewropew saħaq li “jenħtieġu sforzi ulterjuri mill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jinkiseb il-livell ta' ambizzjoni kif inhu rifless fil-konklużjonijiet ta' Ġunju 2016 għas-Suq Uniku… Il-Kunsill ser jirrapporta lura lill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2018 dwar il-progress fl-approfondiment, l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-Suq Uniku fl-aspetti kollha tiegħu. 10  

Bil-preżentazzjoni ta’ din il-proposta emendata li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta oriġinali tagħha għall-bejgħ wiċċ imb wiċċ, il-Kummissjoni twieġeb għall-iżviluppi msemmija hawn fuq fin-negozjati interistituzzjonali, b’kunsiderazzjoni tas-sejbiet tal-Kontroll tal-Idoneità 11 u tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, kif ippreżentati f’dettall fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta emendata 12 .

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-proposta oriġinali spjegat il-problemi li jaffaċċjaw kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozji li jirriżultaw mid-differenzi fid-drittijiet kuntrattwali nazzjonali. L-approċċ tal-armonizzazzjoni minima tas-CSGD ma jħeġġiġx lill-konsumaturi jixtru mingħand pajjiżi jew negozji oħra tal-UE biex ibigħu lil pajjiżi oħra tal-UE 13 . Dan jipprevjeni lill-konsumaturi u lin-negozji milli jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet tas-suq intern. L-evalwazzjoni tal-Kontroll tal-Idoneità kkonfermat il-ħtieġa li jinżammu regoli konsistenti f’dan il-qasam li japplikaw kemm għall-bejgħ mill-bogħod kif ukoll għal dak wiċċ imb wiċċ 14 .

Filwaqt li mill-adozzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni l-kunfidenza tal-konsumatur fix-xiri online b’mod transfruntier, li jikkostitwixxi l-parti l-kbira tal-kummerċ transfruntier ta’ oġġetti tal-konsumatur żdiedet, xorta għadha inqas mill-kunfidenza tiegħu fix-xirjiet domestiċi 15 . Fost it-tħassib primarju tal-konsumaturi rigward il-kummerċ elettroniku transfruntier hemm l-inċertezza dwar id-drittijiet kuntrattwali ewlenin tagħhom 16 . Barra minn hekk, il-kunfidenza ikbar tal-konsumatur ma wasslitx għal żieda daqstant ieħor b'saħħitha fix-xirjiet transfruntiera attwali 17 .

Il-kunfidenza tan-negozji fil-bejgħ transfruntier għadha mhix qed titjieb. Skont l-aħħar stħarriġ madwar l-UE kollha (2016), 58 % tal-bejjegħa bl-imnut kollha tal-UE jiddikjaraw li huma kunfidenti jbigħu online; madankollu, 28 % biss huma kunfidenti li jbigħu online lil pajjiżi oħra tal-UE, filwaqt li 30 % jirrapportaw li huma kunfidenti biss li jbigħu lil konsumaturi f’pajjiżhom stess 18 . Ir-rwol li jaqdu d-drittijiet kuntrattwali nazzjonali differenti bħala wieħed mill-ostakli ewlenin għall-bejgħ transfruntier enfasizzat fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta oriġinali hu kkonfermat minn din id-data l-ġdida: tnejn mill-iktar erba’ ostakli importanti għall-kummerċ transfruntier għall-bejjiegħa bl-imnut li bħalissa jbigħu online huma relatati ma’ differenzi fid-dritt kuntrattwali nazzjonali (38.1 %) u ma’ differenzi fir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (37.4 %) 19 . Dan it-tħassib hu rifless fil-livelli persistentement baxxi ta’ użu attwali ta’ kummerċ elettroniku transfruntier mill-bejjiegħa bl-imnut 20 .

Differenzi fil-liġijiet kuntrattwali nazzjonali tal-konsumatur jaffettwaw ukoll in-negozji u lill-konsumaturi involuti f’bejgħ transfruntier wiċċ imb wiċċ: l-analiżi mwettqa fil-kuntest tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġijiet tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni turi li 42 % tal-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu wiċċ imb wiċċ u 46 % tal-bejjiegħa bl-imnut li jużaw kanali tal-bejgħ mill-bogħod iqisu l-ispejjeż tal-konformità mal-protezzjoni tal-konumatur diversa u r-regoli tal-liġijiet dwar il-kuntratti bħala ostakli sinifikanti għall-bejgħ transfruntier tagħhom 21 . Fl-istess ħin, id-data tal-Kontroll tal-Idoneità tar-REFIT riċenti turi li għal 72 % mill-konsumaturi, id-differenzi fid-drittijiet tal-konsumaturi għal prodotti difettużi huma fattur importanti jew importanti ħafna li wieħed għandu jikkunsidra meta jixtri wiċċ imb wiċċ minn pajjiż ieħor tal-UE 22 . 

Għaldaqstant, l-objettiv tal-proposta oriġinali kien li telimina l-ostakli ewlenin relatati mad-dritt kuntrattwali li jxekklu l-kummerċ transfruntier biex jitneħħew il-problemi li jaffaċċjaw in-negozji u l-konsumaturi minħabba l-kumplessità tal-qafas legali u l-ispejjeż imġarrba min-negozji li jirriżultaw minn differenzi fid-dritt kuntrattwali.

Din il-proposta emendata li tapplika għall-bejgħ kollu hi mmirata lejn dan l-istess objettiv u tikkontribwixxi saħansitra iktar għalih peress li n-negozjanti li jbigħu jew li jikkunsidraw li jbigħu wiċċ imb wiċċ b’mod transfruntier huma affettwati bl-istess mod mill-inċertezza u mill-ispejjeż li jirriżultaw minn drittijiet kuntrattwali nazzjonali differenti, li min-naħa tagħhom jirriżultaw f’inqas bejgħ transfruntier kif ukoll f’inqas għażla u fi prezzijiet inqas kompetittivi għall-konsumaturi. Barra minn hekk, din il-proposta emendata tevita l-impatti negattivi fuq il-bejjiegħa li jbigħu f’livell nazzjonali kemm mill-bogħod kif ukoll wiċċ imb wiċċ li jirriżultaw minn reġimi differenti tad-dritt kuntrattwali nazzjonali li japplikaw għal kanali ta’ distribuzzjoni differenti. Għaldaqstant, il-proposta taqdi għat-tendenza ta’ żieda fil-bejgħ omni-channel u twieġeb għall-iżviluppi tas-suq, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Id-dispożizzjonijiet sostantivi ewlenin tal-proposta emendata jkopru d-differenzi ewlenin tar-regoli mandatorji nazzjonali dwar il-konsumatur li jirriżultaw mill-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli dwar l-armonizzazzjoni minima tas-CSGD. Huma dawk id-differenzi prinċipali fir-regoli nazzjonali li jaffettwaw id-deċiżjonijiet tal-kummerċjanti jekk ibigħux jew kemm ibigħu oġġetti bejn il-fruntieri. Filwaqt li l-proposta tieħu r-regoli tas-CSGD bħala bażi, li huwa propost li titħassar, hija tipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa tal-kriterji ta' konformità għall-prodotti, tal-ġerarkija tar-rimedji disponibbli għall-konsumaturi u tal-modalitajiet ta’ kif jeżerċitaw dawn ir-rimedji.

Il-proposta tissupplimenta l-leġiżlazzjoni orizzontali eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur 23 . Iż-żewġ strumenti ma jikkoinċidux iżda jaħdmu b’mod kumplimentarju, minħabba li d-Direttiva 2011/83/UE tinkludi prinċiparjament id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, id-dritt ta’ rtirar minn kuntratti mill-bogħod u dawk barra mill-post tan-negozju u r-regoli dwar il-konsenja ta’ oġġetti u tat-trasferiment tar-riskju, filwaqt li l-proposta dwar il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti tistabbilixxi r-regoli rigward il-konformità tal-oġġetti mal-kuntratt, ir-rimedji disponibbli għall-konsumaturi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji. Il-proposta hija wkoll konsistenti mar-riżultat tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni 24 .

Il-proposta hi kkomplementata minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur, bħal-leġiżlazzjoni dwar l-Ekodisinn 25 jew it-Tikkettar Enerġetiku 26 u mill-atti ta' implimentazzjoni u delegati tagħhom li jintroduċu rekwiżiti dwar id-durabbiltà speċifiċi għall-prodotti.

Finalment, il-proposta hi kompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 27 u mar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) 28 , li jipprovdu regoli li jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni kompetenti u d-dritt applikabbli.

Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hi relatata mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar approċċ komprensiv għall-istimular tal-Kummerċ elettroniku transfruntier għaċ-ċittadini u għan-negozji tal-Ewropa 29 . Kull waħda minn dawk il-miżuri tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-istimular tal-kummerċ elettroniku transfruntier fl-Ewropa u t-taħlita ta’ dawn tifforma pakkett ta’ elementi komplementari u neċessarji biex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ tal-kummerċ elettroniku transfruntier ikbar. B’mod partikolari, l-armonizzazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ewlenin dwar id-dritt kuntrattwali nazzjonali jenħtieġ li tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Regolament propost dwar l-imblukkar ġeografiku 30 peress li se tneħħi waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex in-negozji jimplimentaw “l-imblukkar ġeografiku”.

Il-proposta emendata hi konsistenti mal-proposta għal Direttiva dwar il-provvista ta’ kontenut diġitali. It-tnejn li huma jirrappreżentaw kontribuzzjonijiet importanti għall-ilħiq tal-potenzjal tas-Suq Uniku Diġitali, bil-proposta emendata tkun parti importanti ħafna minn dan il-pakkett peress li l-bejgħ ta’ oġġetti jirrappreżenta iktar minn 80 % tal-kummerċ transfruntier totali 31 . 

Fil-Komunikazzjoni dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali 32 , il-Kummissjoni talbet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw b’mod puntwali l-miżuri proposti kollha, peress li hemm bżonn li jitneħħew l-ostakli li jifdal malajr u li Suq Uniku Diġitali funzjonali jsir realtà.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta' din il-proposta mmodifikata hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-għan prinċipali tagħha huwa t-titjib tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Kif spjegat fit-Taqsima 1, il-karattru ta’ armonizzazzjoni minima tas-CSGD wassal għal differenzi fir-regoli tal-liġijiet tal-kuntratti tal-konsumatur, li jirriżulta minn regoli obbligatorji nazzjonali li jmorru lil hinn mill-istandards minimi stabbiliti fis-CSGD 33 . Dawn id-differenzi joħolqu ostakoli għall-kummerċ transfruntiera u għaldaqstant għandhom effett dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jillimitaw il-kompetizzjoni. Il-proposta se tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali li jirriżultaw minn dawn id-differenzi, b’mod partikolari mill-kostijiet ta’ tranżazzjoni addizzjonali meta jiġu konklużi tranżazzjonijiet transfruntiera u min-nuqqas ta’ kunfidenza fid-drittijiet tagħhom esperjenzat mill-konsumaturi meta jixtru minn pajjiż ieħor tal-UE. Dawn il-fatturi kollha għandhom effett dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jillimitaw il-kompetizzjoni u juru li l-karattru ta’ armonizzazzjoni minima tas-CSGD ma kienx biżżejjed biex jiġu indirizzati l-aspetti tas-suq intern tal-bejgħ transfruntier ta’ oġġetti tal-konsumatur fl-Unjoni.

It-tħassir tal-armonizzazzjoni minima tas-CSGD u s-sostituzzjoni b’Direttiva ta’ armonizzazzjoni sħiħa b’kamp ta’ applikazzjoni aktar wiesa’, li jkopri kemm bejgħ mill-bogħod kif ukoll dak wiċċ imb wiċċ, jikkontribbwixxi għal qafas legali koerenti li jappoġġja suq intern li jiffunzjona. Il-proposta se tiggarantixxi livell ġenerali għoli tal-UE ta' protezzjoni tal-konsumatur billi tipprovdi sett ta' regoli obbligatorji kompletament armonizzati li jżommu u f'numru ta' każijiet itejbu l-livell ta’ protezzjoni li l-konsumaturi jgawdu bis-CSGD eżistenti.

Sussidjarjetà

Il-proposta mmodifikata hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-objettiv ta’ tneħħija tal-ostakli tad-dritt tal-kuntratti konklużi minn konsumatur u, b’hekk, ta’ promozzjoni tas-suq intern għall-benefiċċju tan-negozji u tal-konsumaturi ma jistax jinkiseb b’mod adegwat mill-Istati Membri. Ir-regoli dwar il-bejgħ ta’ prodotti fis-CSGD huma ta’ natura ta’ armonizzazzjoni minima u, għalhekk, jippermettu implimentazzjoni differenti mill-Istati Membri. Dan wassal għal regoli nazzjonali differenti u, konsegwentement, għal kostijiet ta’ tranżazzjoni għall-bejgħ transfruntier. Huwa biss intervent ikkoordinat fuq livell tal-Unjoni, bil-għan li jitneħħew l-approċċi nazzjonali differenti eżistenti fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-konsumatur permezz ta’ armonizzazzjoni sħiħa, li jista' jikkontribwixxi għat-tlestija tas-suq intern billi jsolvi din il-problema.

Inizjattiva fuq livell tal-UE tassigura l-iżvilupp tad-dritt tal-kuntratti konklużi minn konsumatur b'mod koerenti filwaqt li tassigura li l-konsumaturi kollha fl-UE jibbenefikaw mill-istess livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Hija toħloq ċertezza legali għan-negozji li jridu jbigħu l-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra. Riżultat bħal dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE. Il-proposta se tarmonizza bis-sħiħ ċerti rimedji ewlenin tal-kuntratti konklużi minn konsumatur u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dawn. B'hekk hija se toħloq sett uniku ta' regoli li jassiguraw li, kemm jekk f’livell domestiku kif ukoll jekk f’livell transfruntier, mill-bogħod jew wiċċ imb wiċċ, il-konsumaturi jgawdu l-istess livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur madwar l-Unjoni Ewropea u n-negozjanti jkunu jistgħu jbigħu lil konsumaturi fl-Istati Membri kollha abbażi tal-istess termini kuntrattwali. B’hekk, il-proposta tnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet ta’ konformità tan-negozjanti filwaqt li żżomm livell ġenerali għoli tal-UE ta’ protezzjoni tal-konsumatur u żżid il-benessri tal-konsumaturi permezz ta’ għażla aħjar ta’ oġġetti u prezzijiet orħos.

Kif ġie enfasizzat ukoll fil-valutazzjoni tal-impatt ikkummissjonata mill-Parlament Ewropew, azzjoni fil-livell tal-UE, b’mod partikolari azzjoni li tkopri wkoll il-bejgħ wiċċ imb wiċċ, tkun iktar effettiva minn azzjoni fil-livell nazzjonali. L-opinjonijiet kollha rċevuti mill-parlamenti nazzjonali dwar il-proposta għall-bejgħ online u mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti opponew il-ħolqien possibbli ta’ regoli differenti għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ ta’ oġġetti 34 .

L-approċċ ta' armonizzazzjoni sħiħa diġà rnexxa fil-qasam tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari permezz tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE, billi jassigura sett ta' drittijiet uniformi tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea li jiġu interpretati u infurzati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

Il-proposta se tipprovdi wkoll bażi ġuridika konsistenti għal azzjonijiet ta’ infurzar koordinati skont ir-Regolament 35 dwar il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tad-drittijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-azzjonijiet ta’ infurzar ikunu fil-parti l-kbira ffaċilitati mir-regoli uniformi proposti armonizzati għalkollox. B’hekk, l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE se jissaħħaħ għall-benefiċċju tal-konsumaturi tal-UE. Riżultat bħal dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Il-proposta mmodifikata hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea minħabba li l-proposta mhix se tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi.

Il-proposta mhix se tarmonizza l-aspetti kollha li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti. Hi tiffoka fuq l-armonizzazzjoni ulterjuri biss ta' dawk id-drittijiet kuntrattwali obbligatorji mmirati prinċipali tal-UE għall-konsumatur li huma essenzjali fit-tranżazzjonijiet bejn il-fruntieri, u li kienu identifikati mill-partijiet ikkonċernati bħala ostakli għall-kummerċ u huma neċessarji sabiex tinbena l-fiduċja tal-konsumaturi. Barra minn hekk, l-għażla tal-forma legali ta' Direttiva minflok ta' Regolament se jkollha b'riżultat ta' dan, indħil konsiderevolment anqas fil-liġijiet nazzjonali (ara hawn isfel taħt "Għażla tal-istrument").

L-għażla tal-istrument

L-għażla ta' Direttiva tħalli lill-Istati Membri l-libertà li jadattaw l-implimentazzjoni għad-dritt nazzjonali tagħhom filwaqt li tiżgura regoli sempliċi u moderni li jneħħu l-ostakli tad-dritt kuntrattwali u joħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji u fl-istess ħin tassigura li l-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-UE kollha.

Regolament ikun jirrikjedi sistema ferm aktar dettaljata u komprensiva minn Direttiva sabiex l-effetti tiegħu jkunu direttament applikabbli. Dan jirriżulta f'indħil konsiderevolment akbar fil-liġijiet nazzjonali.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET “EX POST”, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proċess ta' konsultazzjoni

Il-proposta oriġinali kienet ippreċeduta minn proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li kien ibbażat fuq taħlita ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u mmirati. Il-Kummissjoni fittxet firxa wiesgħa u bilanċjata ta' fehmiet billi tat l-opportunità lill-partijiet rilevanti kollha (negozji, konsumaturi, awtoritajiet nazzjonali, avukati u akkademiċi) sabiex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom 36 . Is-sejbiet ta’ dawn il-konsultazzjonijiet jinstabu f’COM(2015)635 final.

Wara li adottat il-proposta oriġinali, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lill-partijiet ikkonċernati matul il-Kontroll tal-Idoneità li kopriet ukoll is-CSGD u ħadet inkunsiderazzjoni l-fehmiet espressi fuq il-proposta dwar il-bejgħ online u mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti. L-involviment tal-partijiet ikkonċernati inkluda konsultazzjoni pubblika online li damet minn Mejju sa Settembru 2016, diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni mmirati mwettqa minn kuntratturi esterni b’rabta mat-tħejjija ta’ studji ta’ appoġġ bejn April 2016 u Jannar 2017 u diskussjonijiet fi ħdan grupp iddedikat ta’ partijiet ikkonċernati esperti li jikkonsisti fl-organizzazzjonijiet Ewropej u nazzjonali ewlenin tal-konsumatur u tan-negozji. Is-sejbiet ta’ dawn il-konsultazzjonijiet jinsabu fl-SWD(2017)209 final u fl-istudju ta’ appoġġ rilevanti dwar il-kostijiet u l-benefiċċji tal-armonizzazzjoni minima skont is-CSGD u tal-armonizzazzjoni u tal-allinjament potenzjali sħaħ tar-regoli tal-UE għal kanali tal-bejgħ differenti 37 .

Il-partijiet ikkonċernati ripetutament saħqu fuq il-bżonn li tinżamm koerenza bejn ir-regoli tad-dritt tal-kuntratti konklużi minn konsumatur applikabbli għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ. Fil-konsultazzjoni pubblika li saret qabel l-adozzjoni tal-proposti dwar il-kuntratti diġitali, l-Istati Membri parteċipanti, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur wissew dwar l-effetti negattivi ta’ diverġenza possibbli tar-regoli applikabbli għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ ta’ oġġetti. L-istudju msemmi hawn fuq 38 li jsostni l-Kontroll tal-Idoneità kkonferma wkoll li l-awtoritajiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tan-negozji u tal-konsumatur kollha jsostnu bi ħġarhom iż-żamma ta’ sett wieħed ta’ regoli dwar il-bejgħ wiċċ imb wiċċ u mill-bogħod fil-livell tal-konsumatur. Huma jemmnu li din ittejjeb it-trasparenza, tnaqqas il-kumplessità u tagħmel is-sistema iktar faċli biex tinftiehem kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti. Hija tagħmilha eħfef ukoll biex wieħed jixtri u jbigħ bejn il-fruntieri, biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni, jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità tan-negozjanti u jorħsu l-prezzijiet għall-konsumaturi.

Valutazzjoni tal-impatt

Saret valutazzjoni tal-impatt għall-proposta oriġinali u rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt u sommarju eżekuttiv ġew ippubblikati mal-proposta oriġinali 39 . 

Fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta emendata, il-Kummissjoni ssupplimentat din il-valutazzjoni tal-impatt b’analiżi tas-sejbiet u bid-data miġbura permezz tal-Kontroll tal-Idoneità filwaqt li qieset il-valutazzjoni tal-impatt imħejjija mis-Servizz Ewropew ta’ Riċerka Parlamentari 40 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll id-data l-aktar riċenti ippubblikata fl-edizzjoni tal-2017 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur, li hi bbażata fuq stħarriġijiet rappreżentattivi ddedikati tal-konsumaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut fil-pajjiżi kollha tal-UE 41 . Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal jippreżenta ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-impatti tar-regoli kompletament armonizzati dwar il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti għal negozji, għal konsumaturi u finalment għall-Istati Membri u għas-suq diġitali u intern tal-UE.

L-analiżi tal-Kummissjoni turi li l-problemi li jirriżultaw minn regoli nazzjonali differenti li jimplimentaw is-CSGD huma rilevanti kemm għall-bejgħ mill-bogħod kif ukoll għall-bejgħ wiċċ imb wiċċ. Il-Kontroll tal-Idoneità, li rċieva opinjoni pożittiva mill-Bord ta’ Skrutinju Regolatorju fit-2 ta’ Mejju 2017, 42   jikkonferma l-għażliet ta’ politika tal-Kummissjoni fil-proposta dwar il-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti u jenfasizza li l-konsistenza fir-reġimi legali għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ ikollha effett ġenerali pożittiv fuq il-konsumaturi u n-negozji fis-suq uniku 43 .

Drittijiet fundamentali

Il-proposta mmodifikata se tħalli impatt pożittiv fuq għadd ta’ drittijiet imħarsa skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b’mod partikolari l-Artikolu 38 dwar il-ħarsien tal-konsumaturi u l-Artikolu 16 dwar il-libertà ta’ intrapriża.

Sett ta' regoli kompletament armonizzati għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ ta' oġġetti se jassigura livell għoli kompletament armonizzat ta' protezzjoni tal-konsumatur madwar l-UE kollha f'konformità mal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi jipprovdi lill-konsumaturi drittijiet ċari u speċifiċi meta jixtru oġġetti online domestikament jew minn Stati Membri oħra. Filwaqt li dawn ir-regoli se jieħdu post ir-regoli nazzjonali attwali li jeżistu għall-oġġetti li jistgħu jbaxxu fuq punt wieħed jew tnejn il-livell ta’ protezzjoni li jgawdu minnu l-konsumaturi fi ftit Stati Membri, dan hu megħlub miż-żidiet fil-protezzjoni tal-konsumatur meta mqabbla mal-liġijiet nazzjonali eżistenti fuq żewġ punti oħra.

Sett ta' regoli kompletament armonizzati għall-bejgħ mill-bogħod u wiċċ imb wiċċ ta' oġġetti se jikkontribwixxi wkoll sabiex jintlaħaq l-għan tal-Artikolu 16 minħabba li n-negozji se jsibuha eħfef biex ibigħu prodotti fl-UE. Għalhekk, il-ħila tagħhom li jespandu n-negozju tagħhom se tissaħħaħ.

Fl-aħħar nett, jeddijiet ċari tad-dritt kuntrattwali jistgħu jgħinu sabiex jintlaħaq l-għan tal-Artikolu 47 (Dritt għal rimedju effettiv) minħabba li jista’ jżid l-abbiltà li jiġi eżerċitat id-dritt ta' persuna għal rimedju effettiv quddiem il-qrati. Ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li jikkjarifikaw ir-rimedji disponibbli f’każ ta’ tilwimiet.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta emendata mhu se jkollha l-ebda implikazzjoni baġitarja

5.ELEMENTI OĦRAJN

Spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta mmodifikata

Il-proposta emendata testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta oriġinali li kienet limitata għall-bejgħ online u mill-bogħod ieħor għall-bejgħ wiċċ imb wiċċ. It-tibdiliet fil-proposta oriġinali jikkonsistu fl-emendi tekniċi meħtieġa għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta u għat-tħassir tad-Direttiva 1999/44/KE, jiġifieri t-tħassir tar-referenzi għal “bejgħ online u mill-bogħod ieħor”, iż-żieda ta’ dispożizzjoni dwar it-tħassir tad-Direttiva 1999/44/KE, inkluża kjarifika temporanja rigward il-kuntratti li se jkunu koperti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-proposta mmodifikata u ż-żieda ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/44/KE li huma neċessarji għall-kompletezza ta’ din id-Direttiva, bħala riżultat tat-tħassir tad-Direttiva 1999/44/KE, bħad-definizzjoni ta’ “produttur”. Fl-aħħar nett, ġew introdotti wkoll għadd ta’ emendi tekniċi biex jitjiebu l-konsistenza u ċ-ċarezza tat-test legali.

L-emendi jikkonċernaw il-premessi 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 15, 16, 17, 21, 22, 23, 26, 28, 30, 34, 37, 38 u 42. Il-premessa 4 preċedenti tħassret u l-premessi 5, 6 u 7 preċedenti ngħataw in-numru ġdid ta’ 4, 5 u 6 rispettivament, u żdiedet il-premessa 7. L-emendi fit-test legali jirrigwardaw l-Artikoli 1, 2, 15 u 19, u żdiedu l-Artikoli 20 u 21. L-Artikoli 20, 21 u 22 preċedenti ngħataw in-numru ġdid ta’ Artikoli 22, 23 u 24 rispettivament.

 

2015/0288 (COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL


dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ online u mill-bogħod ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 44 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)Sabiex tibqa' kompetittiva fis-swieq globali, l-Unjoni trid ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u twieġeb b'suċċess għall-isfidi multipli maħluqa llum minn ekonomija xprunata dejjem aktar mit-teknoloġija. L-Istrateġija dwar Suq Uniku Diġitali 45 tistabbilixxi qafas komprensiv li jiffaċilita l-integrazzjoni tad-dimensjoni diġitali fis-Suq suq intern. L-ewwel pilastru tal-Istrateġija jindirizza l-frammentazzjoni fil-kummerċ intra-UE billi jittratta l-ostakoli prinċipali tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transfruntier, li jikkostitwixxi l-aktar parti sinifikanti ta’ bejgħ transfruntier ta’ oġġetti min-negozju għall-konsumatur. 

(2)Biex jinkiseb Għall-ilħuq ta’ suq uniku diġitali ġenwin  funzjonament xieraq, tas-suq intern, hemm bżonn li jiġu armonizzati ċerti aspetti rigward il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(3)Il-kummerċ elettroniku huwa wieħed mill-motivaturi ewlenin għat-tkabbir fis-Suq intern Uniku Diġitali. Madankollu l-potenzjal tiegħu ta' tkabbir għadu mhuwiex sfruttat b'mod sħiħ. Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u jiżdied it-tkabbir, l-Unjoni hemm bżonn li taġixxi malajr u tinkoraġġixxi lill-atturi ekonomiċi sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ offrut mis-suq intern Uniku Diġitali.. Il-potenzjal sħiħ tas-suq intern Uniku Diġitali jista' jiġi sfruttat biss jekk il-parteċipanti kollha fis-suq igawdu aċċess bla xkiel għall-bejgħ onlajn transfruntier ta’ oġġetti, u jkunu kapaċi jinvolvu ruħhom b’mod kunfidenti inkluż fi tranżazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku. Ir-regoli tal-liġi kuntrattwali li abbażi tagħhom il-parteċipanti fis-suq jikkonkludu t-tranżazzjonijiet huma fost il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet tan-negozji jekk biss joffrux oġġetti onlajn bejn il-fruntieri. Dawk ir-regoli jinfluwenzaw ukoll ir-rieda tal-konsumaturi li jħaddnu u jafdaw dan it-tip ta' xiri.

(4)Filwaqt li l-bejgħ ta' oġġetti onlajn jikkostitwixxi l-maġġoranza kbira tal-bejgħ mill-bogħod fl-Unjoni, din id-Direttiva għandha tkopri l-kanali kollha tal-bejgħ mill-bogħod, fosthom l-ordnijiet bit-telefon u bil-posta, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ mhux ġustifikat tal-kompetizzjoni u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji kollha li jbigħu mill-bogħod.

(54)Ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti għadhom frammentati għalkemm ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali, id-dritt tal-irtirar għall-kuntratti mill-bogħod u l-kundizzjonijiet tal-konsenja diġà kienu armonizzati b'mod sħiħ. Elementi kuntrattwali prinċipali oħra bħall-kriterji ta' konformità, ir-rimedji u l-modalitajiet għall-eżerċitar tagħhom għall-oġġetti li ma jikkonformawx mal-kuntratt, attwalment huma soġġetti għal armonizzazzjoni minima fid-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 . L-Istati Membri kienu permessi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni u jintroduċu regoli li jassiguraw livell saħansitra ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur. B'dan il-mod, huma aġixxew fuq elementi differenti u f'livelli differenti. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur d-Direttiva 1999/44/KE jvarjaw b'mod sinifikanti fuq elementi essenzjali ta' kuntratt ta' bejgħ, bħan-nuqqas jew l-eżistenza ta' ġerarkija ta' rimedji, il-perjodu tal-garanzija legali, il-perjodu tal-inverżjoni tal-oneru tal-provi, jew in-notifika tad-difett lill-bejjiegħ.

(65)Id-differenzi li jeżistu jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozji u l-konsumaturi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 , in-negozji li jwettqu attivitajiet ma' konsumaturi fi Stati Membri oħra jridu jqisu r-regoli obbligatorji tal-liġijiet dwar il-kuntratti mal-konsumatur tal-pajjiż ta' residenza abitwali tal-konsumatur. Billi dawn ir-regoli jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, in-negozji jistgħu jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali. Konsegwentement, bosta negozji jistgħu jippreferu li jkomplu jagħmlu l-kummerċ domestikament jew jesportaw biss lejn Stat Membru wieħed jew tnejn. Dik l-għażla li jnaqqsu l-esponiment għall-ispejjeż u r-riskji assoċjati mal-kummerċ elettroniku kummerċ transfruntier tirriżulta f'opportunitajiet mitlufa ta' espansjoni kummerċjali u ekonomiji ta' skala. L-intrapriżi żgħar u medji huma affettwati b'mod partikolari.

(76)Filwaqt li l-konsumaturi jgawdu livell għoli ta' protezzjoni meta jixtru onlajn jew mod ieħor mill-bogħod minn pajjiż ieħor b'riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, il-frammentazzjoni taffettwa b'mod negattiv ukoll il-livell ta' fiduċja tal-konsumaturi fit-tranżazzjonijiet transfruntierafil-kummerċ elettroniku. Filwaqt li diversi fatturi jikkontribwixxu għal dan in-nuqqas ta' fiduċja, l-inċertezza dwar drittijiet kuntrattwali ewlenin hija fost l-akbar tħassib tal-konsumaturi. Din l-inċertezza teżisti b'mod indipendenti minn jekk il-konsumaturi jkunux protetti bid-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur tal-Istat Membru tagħhom stess f'każ li fih bejjiegħ jidderieġi l-attivitajiet transfruntiera tiegħu lejhom jew jekk il-konsumaturi jikkonkludux kuntratti transfruntiera ma' bejjiegħ mingħajr ma l-bejjiegħ rispettiv iwettaq attivitajiet kummerċjali fl-Istat Membru tal-konsumatur.

(7)Filwaqt li l-bejgħ online ta’ oġġetti jikkostitwixxi l-maġġoranza assoluta tal-bejgħ bejn il-fruntieri fl-Unjoni, id-differenzi fid-drittijiet kuntrattwali nazzjonali jaffettwaw ugwalment lill-bejjiegħa bl-imnut li jużaw kanali tal-bejgħ mill-bogħod u lill-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu wiċċ imb wiċċ u jipprevjenuhom milli jespandu bejn il-fruntieri. Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri l-kanali tal-bejgħ kollha, biex jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji kollha li jbigħu oġġetti lill-konsumaturi. Billi tistabbilixxi regoli uniformi bejn kanali tal-bejgħ, jenħtieġ li din id-Direttiva tevita kwalunkwe diverġenza li tkun toħloq piżijiet sproporzjonati għan-numru dejjem ikbar ta’ bejjiegħa bl-imnut omni-channel fl-Unjoni. Il-ħtieġa li jinżammu regoli konsistenti dwar il-bejgħ u l-garanziji għall-kanali tal-bejgħ kollha ġiet ikkonfermata fil-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni, li kopra wkoll id-Direttiva 1999/44/KE 48 .

(8)Sabiex jirrimedjaw għal dawnk il-problemi dovuti għall-frammentazzjoni tar-regoli nazzjonali, in-negozji u l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jibbażaw fuq sett ta' regoli mmirati, kompletament armonizzati, għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti. Huma neċessarji regoli uniformi fir-rigward ta' diversi elementi essenzjali tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur li bl-approċċ preżenti ta' armonizzazzjoni minima wasslu għal differenzi u ostakoli għall-kummerċ madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tħassar id-Direttiva ta’ armonizzazzjoni minima 1999/44/KE u tintroduċi regoli armonizzati b’mod sħiħ fuq kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti.

(9)Regoli kompletament armonizzati tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur se jagħmluha aktar faċli għall-kummerċjanti biex joffru l-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra. In-negozji se jkollhom anqas spejjeż billi ma jkollhomx għalfejn iqisu aktar regoli obbligatorji differenti dwar il-konsumatur. Huma se jgawdu aktar ċertezza legali meta jbigħu mill-bogħod lejn Stati Membri oħra permezz ta' ambjent stabbli tal-liġi tal-kuntratti.

(10)Il-kompetizzjoni akbar bejn il-bejjiegħa bl-imnut hija probabbli li twassal biex il-konsumaturi jiġu offruti għażliet aktar wiesgħa bi prezzijiet aktar kompetittivi. Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u żidiet fil-benesseri mir-regoli mmirati kompletament armonizzati. Dan min-naħa tiegħu jżid il-fiduċja tagħhom fil-kummerċ transfruntier mill-bogħod u b'mod partikolari onlajn. Il-konsumaturi se jixtru b'mod aktar konfidenti mill-bogħod bejn il-fruntieri għax jafu li se jgawdu l-istess drittijiet madwar l-Unjoni kollha.

(11)Din id-Direttiva tkopri r-regoli applikabbli għall-bejgħ online u mill-bogħod ieħor ta' oġġetti fir-rigward biss ta' elementi kuntrattwali ewlenin meħtieġa sabiex jingħelbu l-ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali fis-suq internUniku Diġitali. Għal dan il-għan, ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' konformità, ir-rimedji għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi għan-nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt u l-modalitajiet għall-eżerċizzju tagħhom għandhom ikunu armonizzati bis-sħiħ u l-livell ta' protezzjoni tal-konsumatur meta mqabbel mad-Direttiva 1999/44/KE, għandu jiżdied.

(12)    Meta kuntratt jinkludi fih kemm elementi tal-bejgħ kif ukoll tal-għoti ta’ servizzi, din id-id-Direttiva għandha tkun tapplika biss għall-parti marbuta mal-bejgħ tal-prodotti skont l-approċċ meħud mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 . 

(13)Id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal oġġetti bħal DVDs u CDs li jinkorporaw kontenut diġitali b'tali mod li l-oġġetti jaħdmu biss bħala trasportatur tal-kontenut diġitali. Madankollu, din id-Direttiva għandha tapplika għal kontenut diġitali integrat fl-oġġetti bħal apparati domestiċi jew ġugarelli fejn il-kontenut diġitali jkun inkorporat b’tali mod li l-funzjonijiet tiegħu jkunu subordinati għall-funzjonalitajiet ewlenin tal-prodotti u jopera bħala parti integrali tal-oġġetti.

(14)Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġijiet kuntrattwali tal-Istati Membri f'oqsma li mhumiex regolati minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, f’ċerti oqsma regolati minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet aktar dettaljatijistabbilixxu regoli marbutin ma’ dawk l-aspetti li mhumiex regolati minn din id-Direttivasafejn dawn ma jkunux armonizzati b’mod sħiħ minn din id-Direttiva: dan jikkonċerna l-perjodi ta’ limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet u l-garanziji kummerċjali. Fl-aħħar nett, rigward u id-dritt għal rimedju tal-bejjiegħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi biex jipprovdu kundizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt. 

(15)Meta jirreferu għall-istess kunċettiIr-regoli ta’ din id-Direttiva jikkumplimentaw għandhom jiġu applikati u interpretati b'mod konsistenti mar-ir-regoli tad-Direttiva 1999/44/KE u 2011/83/UE tal-Parlament u tal-Kunsill. Filwaqt li d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament u tal-Kunsill l-aktar tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, id-dritt ta’ rtirar minn kuntratti mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju u r-regoli dwar il-konsenja u t-trasferiment tar-riskju, din id-Direttiva tintroduċi regoli dwar il-konformità tal-oġġetti, rimedji fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità u modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(16)Għall-iskop taċ-ċarezza legali, din id-id-Direttiva jenħtieġ li tinkludi definizzjoni ta' kuntratt ta' bejgħ. Dik Dinid-definizzjoni ssostni jenħtieġ li tipprovdi li kuntratti fejn l-oġġetti jkunu għadhom iridu jiġu prodotti jew manifatturati, inkluż skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur, huma inklużi wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni tad-ta’ din id-Direttiva.

(17)Sabiex tipprovdi ċarezza u ċertezza għall-bejjiegħa u l-konsumaturi, id-din id-Direttiva għandha tiddefinixxi l-kunċett ta' kuntratt. Din Dik id-definizzjoni jenħtieġ li ssegwi t-tradizzjonijiet komuni tal-Istati Membri kollha billi sabiex ikun jeżisti kuntratt hija teħtieġ ftehim maħsub biex joħloq obbligi jew effetti legali oħra.

(18)Sabiex ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali jiġi bbilanċjat ma' flessibbiltà xierqa tar-regoli legali, kwalunkwe referenza għal dak li jista' jkun mistenni mingħand persuna f'din id-Direttiva għandha tinftiehem bħala referenza għal dak li jista’ raġonevolment ikun mistenni. L-istandard tar-raġonevolezza jenħtieġ li jiġi aċċertat b’mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura u l-għan tal-kuntratt, iċ-ċirkustanzi tal-każ u kwalunkwe użu u prattika tal-partijiet involuti. B'mod partikolari, iż-żmien raġonevoli għat-tlestija ta' tiswija jew sostituzzjoni għandu jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu l-għamla tal-oġġetti u n-nuqqas ta' konformità.

(19)Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar dak li konsumatur jista' jistenna mill-oġġetti u għalxiex ikun responsabbli l-bejjiegħ f'każ li ma jitwassalx dak li jkun mistenni, hija essenzjali l-armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli sabiex tiġi determinata l-konformità mal-kuntratt. L-applikazzjoni ta' taħlita ta' kriterji suġġettivi u oġġettivi għandha tħares l-interessi leġittimi taż-żewġ partijiet f'kuntratt ta' bejgħ. Il-konformità mal-kuntratt għandha tiġi valutata billi jitqiesu mhux biss ir-rekwiżiti li fil-fatt ikunu ġew stabbiliti fil-kuntratt - inkluż fl-informazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt - iżda wkoll ċerti rekwiżiti oġġettivi li jikkostitwixxu l-istandards normalment mistennija għall-oġġetti, b'mod partikolari f'termini tal-idoneità għall-iskop, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta' prestazzjoni normali.

(20)Numru kbir ta' oġġetti għall-konsumatur huma maħsuba sabiex jiġu installati qabel ma jkunu jistgħu jintużaw b'mod utli mill-konsumatur. Għalhekk kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jirriżulta minn installazzjoni ħażina tal-oġġetti għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt meta l-installazzjoni tkun twettqet mill-bejjiegħ jew taħt il-kontroll tal-bejjiegħ, kif ukoll meta l-oġġetti jkunu ġew installati mill-konsumatur iżda l-installazzjoni ħażina tkun minħabba struzzjonijiet ħżiena għall-installazzjoni.

(21)Il-konformità għandha tkopri d-difetti materjali kif ukoll id-difetti legali. Id-drittijiet ta' partijiet terzi u difetti legali oħra jistgħu effettivament jimpedixxu lill-konsumatur milli jgawdi l-oġġetti skont il-kuntratt meta d-detentur tad-drittijiet dritt iġiegħel b'mod leġittimu lill-konsumatur biex ma jkomplix jikser dawk id-drittijiet. Għalhekk, il-bejjiegħ għandu jara li l-oġġetti huma ħielsa minn kwalunkwe dritt ta’ parti terza, li jipprekludi lill-konsumatur milli jgawdi l-oġġetti skont il-kuntratt.

(22)Filwaqt li għandha tiġi assigurata l-libertà kuntrattwali fir-rigward tal-kriterji ta' konformità mal-kuntratt, sabiex tiġi evitata l-evażjoni tar-responsabbiltà għan-nuqqas ta' konformità u jiġi assigurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, kwalunkwe deroga mir-regoli obbligatorji dwar il-kriterji tal-konformità u l-installazzjoni ħażina, li tkun ta' dannu għall-interessi tal-konsumatur, għandha tkunjenħtieġ li tkun valida biss jekk il-konsumatur ikun ġie infurmat espressament dwarha u qabel espressament magħha fil-konklużjoni tal-kuntratt.

(23)Billi l-assigurazzjoni ta' durabilità itwal hija importanti sabiex jinkisbu mudelli ta' konsum aktar sostenibbli u ekonomija ċirkolari. B’mod simili, iż-żamma ta’ prodotti mhux konformi barra mis-suq tal-Unjoni billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq u jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajbin lill-operaturi ekonomiċi hija essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja fil-funzjonament tas-suq internuniku. Għal dawn l-għanijiet, leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika għall-prodott hija l-aktar approċċ xieraq sabiex jiddaħħlu rekwiżiti ta' durabilità u rekwiżiti oħrajn marbutin mal-prodott fir-rigward ta' tipi jew gruppi speċifiċi ta' prodotti, u għal dan il-għan jintużaw kriterji addattati. Din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li tkun kumplimentari għall-objettivi fil-mira ta’ dinf’leġiżlazzjoni bħal din speċifika għall-prodott għas-settur tal-Unjoni. Sa fejn ikun hemm indikata informazzjoni speċifika dwar id-durabilità f'kull dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-konsumatur għandu jkun jista' jibbaża fuqha bħala parti mill-kriterji għall-konformità. 

(24)Iż-żieda taċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-bejjiegħa teħtieġ indikazzjoni ċara taż-żmien meta għandha tiġi valutata l-konformità tal-oġġetti mal-kuntratti. Sabiex tiġi assigurata l-koerenza bejn id-Direttiva preżenti u d-Direttiva 2011/83/UE, huwa xieraq li ż-żmien tat-trasferiment tar-riskju jiġi indikat bħala ż-żmien sabiex tiġi valutata l-konformità tal-oġġetti. Madankollu, f'każijiet fejn l-oġġetti jridu jiġu installati, dak iż-żmien rilevanti għandu jiġi adattat.

(25)Il-possibbiltà fakultattiva għall-Istati Membri li jżommu l-obbligi ta' notifika għall-konsumaturi tista' twassal biex dawn jitilfu pretensjonijiet issostanzjati sewwa għar-rimedji f'każ ta' notifika ttardjata jew nieqsa, speċjalment fi tranżazzjoni transfruntiera fejn tapplika liġi ta’ Stat Membru ieħor u l-konsumatur ma jkunx jaf b'dan l-obbligu ta' notifika li jirriżulta mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor. Għalhekk ma għandux jiġi stabbilit obbligu ta' notifika għall-konsumaturi. Għaldaqstant, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew idaħħlu jew iżommu rekwiżit biex il-konsumatur jinnotifika n-nuqqas ta' konformità lill-bejjiegħ sa żmien partikolari.

(26)Sabiex tippermetti lin-negozji li jibbażaw fuq sett uniku ta' regoli madwar l-Unjoni, hemm bżonn li jiġi armonizzat b'mod sħiħ il-perjodu taż-żmien li matulu l-oneru tal-provi għan-nuqqas ta' konformità jinqaleb favur il-konsumatur. Fl-ewwel sentejn, sabiex jibbenefika mis-suppożizzjoni ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jistabbilixxi juri biss li l-oġġett mhuwiex konformi, bla ma jkollu wkoll bżonn juri li n-nuqqas ta' konformità kien jeżisti fiż-żmien rilevanti għall-istabbiliment tal-konformità. Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali fir-rigward tar-rimedji disponibbli għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt u sabiex jiġi eliminat wieħed mill-ostakoli ewlenin li qegħdin ixekklu s-Ssuq internUniku Diġitali, għandu jiġi pprovdut ordni kompletament armonizzat li fih jistgħu jiġu eżerċitati r-rimedji. B'mod partikolari, il-konsumatur għandu jgawdi għażla bejn tiswija jew sostituzzjoni bħala l-ewwel rimedju li għandu jgħin sabiex tinżamm ir-relazzjoni kuntrattwali u l-fiduċja reċiproka. Barra minn hekk, il-fatt li l-konsumaturi jkunu jistgħu jitolbu tiswija għandu jinkoraġġixxi konsum sostenibbli u jista' jikkontribwixxi għal durabilità akbar tal-prodotti.

(27)L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni għandha tkun limitata biss fejn l-opzjoni magħżula tkun sproporzjonata meta mqabbla mal-opzjoni l-oħra disponibbli, impossibbli jew illegali. Pereżempju, jista' jkun sproporzjonat li titlob is-sostituzzjoni ta' oġġetti minħabba barxa żgħira meta din is-sostituzzjoni toħloq spejjeż sinifikanti filwaqt li, fl-istess ħin, il-barxa tista' faċilment tiġi msewwija.

(28)Fejn il-bejjiegħ ma jkunx irrimedja għan-nuqqas ta' konformità permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur u fi żmien raġonevoli, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt. B'mod partikolari, kull tiswija jew sostituzzjoni trid jenħtieġ li issir b'suċċess sa dan il-perjodu raġonevoli. X'inhu żmien raġonevoli għandu jiġi aċċertat b'mod oġġettiv billi n-natura tal-oġġetti u n-nuqqas ta' konformità. Jekk wara li jgħaddi l-perjodu raġonevoli, il-bejjiegħ ikun naqas milli jirrimedja b'suċċess għan-nuqqas ta' konformità, il-konsumatur m'għandu jkun obbligat li jaċċetta l-ebda tentattiv ieħor mill-bejjiegħ fir-rigward tal-istess nuqqas ta' konformità.

(29)Minħabba li d-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt minħabba n-nuqqas ta' konformità huwa rimedju importanti applikabbli fejn it-tiswija jew sostituzzjoni ma jkunux fattibbli jew ikunu fallew, il-konsumatur għandu jgawdi wkoll id-dritt li jtemm il-kuntratt f'każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità jkun minuri. Dan jipprovdi inċentiv b'saħħtu sabiex il-każijiet kollha ta' nuqqas ta' konformità jiġu rimedjati fi stadju bikri. Sabiex id-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt isir effettiv għall-konsumaturi, f'sitwazzjonijiet fejn il-konsumatur jakkwista diversi oġġetti, li xi wħud minnhom ikunu aċċessorju għall-oġġett prinċipali li l-konsumatur ma kienx jakkwista mingħajr l-oġġett prinċipali, u n-nuqqas ta' konformità jaffettwa dak l-oġġett prinċipali, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt anki fir-rigward tal-elementi aċċessorji, anki jekk dawn tal-aħħar ikunu konformi mal-kuntratt.

(30)Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt minħabba n-nuqqas ta' konformità, din id-Direttiva jenħtieġ li tippreskrivi biss l-effetti u l-modalitajiet prinċipali tad-dritt ta' terminazzjoni, b'mod partikolari l-obbligu li l-partijiet jirritornaw lura dak li jkunu rċevew. Għalhekk, il-bejjiegħ għandu jenħtieġ li jkun obbligat li jħallas lura l-prezz li jkun irċieva mingħand il-konsumatur u l-konsumatur għandujenħtieġ li jirritorna l-oġġetti.

(31)Sabiex tiġi assigurata l-effikaċja tad-dritt ta' terminazzjoni għall-konsumaturi filwaqt li jiġi evitat l-arrikkiment indebitu tal-konsumatur, l-obbligu tal-konsumatur li jħallas għat-tnaqqis fil-valur tal-oġġetti għandu jiġi limitat għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn it-tnaqqis jaqbeż l-użu normali. Fi kwalunkwe każ, il-konsumatur m'għandux ikun obbligat li jħallas aktar mill-prezz miftiehem għall-oġġetti. F'sitwazzjonijiet fejn ir-ritorn tal-oġġetti ma jkunx possibbli minħabba l-qerda jew it-telf tagħhom, il-konsumatur għandu jħallas il-valur monetarju tal-oġġetti li jkunu nqerdu. Madankollu, il-konsumatur m'għandux ikun obbligat li jħallas il-valur monetarju meta l-qerda jew it-telf ikunu kkawżati min-nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt.

(32)Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-bejjiegħa u l-fiduċja ġenerali tal-konsumaturi fix-xiri bejn il-fruntieri, hemm bżonn li jiġi armonizzat il-perjodu li matulu l-bejjiegħ jinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jkun jeżisti fil-ħin meta l-konsumatur jieħu l-pussess fiżiku tal-oġġetti. Billi l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri pprevedew perjodu ta' sentejn meta implimentaw id-Direttiva 1999/44 u fil-prattika dan huwa meqjus mill-parteċipanti fis-suq bħala perjodu raġonevoli, dan il-perjodu għandu jinżamm.

(33)Sabiex ikun assigurat għarfien akbar tal-konsumaturi u infurzar aktar faċli tar-regoli tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur fir-rigward ta' oġġetti mhux konformi, din id-Direttiva għandha tallinja l-perjodu taż-żmien li matulu l-oneru tal-provi jinqaleb favur il-konsumatur mal-perjodu li matulu l-bejjiegħ jinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità.

(34)Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza, għandhom jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti ta' trasparenza għall-garanziji kummerċjali. Barra minn hekk, sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprovdi li fejn il-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali kontenuti f'reklami jew f'informazzjoni prekuntrattwali jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk inklużi fid-dikjarazzjoni tal-garanzija, għandhom jirbħu l-kundizzjonijiet l-aktar vantaġġużi. Finalment, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprovdi regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ garanzija u l-mod li bih jenħtieġ li tkun disponibbli lill-konsumaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jistabbilixxu regoli dwar aspetti oħra ta’ garanziji kummerċjali mhux koperti minn din id-Direttiva, sakemm dawk ir-regoli ma jżommux lill-konsumaturi mill-protezzjoni mogħtija lilhom mid-dispożizzjonijet kompletament armonizzati ta’ din id-Direttiva dwar il-garanziji kummerjali.

(35)Minħabba li l-bejjiegħ huwa responsabbli lejn il-konsumatur għal kull nuqqas ta' konformità tal-prodotti, li jirriżulta minn att jew ommissjoni tal-bejjiegħ jew ta' parti terza, huwa ġustifikat li l-bejjiegħ għandu jkun jista' jfittex rimedji kontra l-persuna responsabbli aktar qabel fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali bejn il-bejjiegħ u partijiet oħra fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Id-dettalji għall-eżerċizzju ta' dak id-dritt, b'mod partikolari kontra min u kif għandhom jiġu segwiti dawn ir-rimedji, għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri.

(36)Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet meqjusin mil-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur għandhom jingħataw id-dritt li jibdew il-proċedimenti, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti jew li jiftħu l-proċedimenti legali xierqa.

(37)Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jippreġudika l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 593/2008 u r-Regolament (KUE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 .

(38)Id-Direttiva 1999/44/KE għandha tiġi emendata sabiex teskludi kuntratti ta’ bejgħ fuq distanza mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhamħassra. Id-data tat-tħassir jenħtieġ li tkun allinjata mad-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex l-Istati Membri jikkonformaw ma’ din id-Direttiva għal kuntratti konklużi mid-data ta’ traspożizzjoni ‘l quddiem, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal kuntratti konklużi qabel id-data ta’ traspożizzjoni tagħha.

(39)Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi referenza għal din id-Direttiva bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-infurzar ta' din id-Direttiva.

(40)Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 għandha tiġi emendata sabiex tinkludi referenza għal din id-Direttiva fl-Anness tagħha sabiex ikun assigurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi stabbiliti f'din id-Direttiva jkunu protetti.

(41)Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni 53 , l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata. Fir-rigwward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġġustifikata.

(42)Peress li lL-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern billi tindirizza b’mod konsistenti l-ostakoli marbutin mal-liġi dwar il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ ieħor fuq distanza ta’ oġġetti bejn il-fruntieri fl-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, peress li kull Stat Membru individwalment mhuwiex f’pożizzjoni li jittratta l-frammentazzjoni legali eżistenti billi jiżgura l-koerenza tal-leġiżlazzjoni tiegħu mal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra. L-objettivi ta’ din id-Direttiva iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, billi jitneħħew l-ostakoli relatati mad-dritt tal-kuntratti identifikati permezz ta’ armonizzazzjoni sħiħa., Għalhekk, sabiex tikseb l-objettivi ta’ din id-Direttiva l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tilħaq dawk l-objettivi.

(43)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod speċifiku l-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti rekwiżiti dwar il-kuntratti ta' bejgħ mill-bogħod konklużi bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur, b'mod partikolari r-regoli dwar il-konformità tal-oġġetti, ir-rimedji f'każ ta' nuqqas ta' konformità u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawn ir-rimedji.

2.Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal kuntratti fuq distanza għall-provvista ta' servizzi. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti ta’ bejgħ li jipprovdu kemm għall-bejgħ ta’ oġġetti kif ukoll għall-forniment ta’ servizzi, din id-Direttiva tapplika għall-parti marbuta mal-bejgħ ta’ oġġetti.

3.Din id-Direttiva ma tapplikax għal kull mezz durabbli tanġibbli li jinkorpora kontenut diġitali meta l-mezz durabbli tanġibbli jkun intuża b'mod esklussiv bħala trasportatur għall-għoti tal-kontenut diġitali lill-konsumatur.

4.L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti użati mibjugħa f’irkant pubbliku fejn il-konsumaturi jkollhom l-opportunità li jattendu l-bejgħ.

45.Meta ma jkunux irregolati fiha, din id-Direttiva ma taffettwax liġijiet ġenerali nazzjonali dwar il-kuntratti bħal regoli dwar il-formazzjoni, il-validità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta’ kuntratt.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a)"kuntratt ta' bejgħ" tfisser kull kuntratt li bih il-bejjiegħ jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi s-sjieda tal-oġġetti, inklużi oġġetti li sejrin jiġu mmanifatturati jew prodotti, lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom;

(b)"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(c)"bejjiegħ" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kull persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta' persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva;

(d)“produttur” tfisser il-manifattur tal-oġġetti, l-importatur tal-oġġetti fl-Unjoni jew kull persuna li ssostni li hija produttur billi tqiegħed isimha, it-trademark jew sinjal distintiv ieħor fuq l-oġġetti;

(e)"oġġetti" tfisser kull oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni ta'

(a)oġġetti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi;

(b)l-ilma, il-gass u l-elettriku sakemm dawn ma jitpoġġewx għall-bejgħ f'volum limitat jew kwantità stabbilita;

(f)"kuntratt ta' bejgħ mill-bogħod" tfisser kull kuntratt konkluż taħt skema organizzata ta' bejgħ mill-bogħod mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-bejjiegħ u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni mill-bogħod, inkluż permezz tal-internet, saż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt u inkluż iż-żmien li fih jiġi konkluż;

(g)"mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kull strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-bejjiegħ li jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(f)"garanzija kummerċjali" tfisser kull impenn mill-bejjiegħ jew minn produttur (il-garanti) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligu legali tiegħu dwar il-garanzija ta' konformità, ta' rimbors tal-prezz imħallas jew ta' sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta' oġġetti f'kull mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kull rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu;

(g)"kuntratt" tfisser ftehim maħsub biex joħloq obbligi jew effetti legali oħra;

(h)"tiswija" tfisser, f'każ ta' nuqqas ta' konformità, li l-oġġetti jinġiebu f'konformità mal-kuntratt;

(i)"mingħajr ħlas" tfisser ħielsa mill-ispejjeż neċessarji neċessarjament magħmula sabiex l-oġġetti jinġiebu f'konformità, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-posta, tax-xogħol u l-materjali.

Artikolu 3

Livell ta' armonizzazzjoni

L-Istati Membri ma jżommux jew jintroduċu dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Artikolu 4

Konformità mal-kuntratt

1.Il-bejjiegħ jassigura li, sabiex jikkonformaw mal-kuntratt, l-oġġetti, fejn ikun rilevanti:

(a)ikunu tal-kwantità, kwalità u deskrizzjoni mitluba mill-kuntratt, li jinkludi li meta l-bejjiegħ juri kampjun jew mudell lill-konsumatur, l-oġġetti jkollhom il-kwalità ta’ u jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta' dan il-kampjun jew mudell;

(b)ikunu tajbin għal kull għan partikolari li għalih ikun jeħtieġhom il-konsumatur u li l-konsumatur ikun għarraf bih lill-bejjiegħ fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt u li l-bejjiegħ aċċetta; u

(c)ikollhom il-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta’ prestazzjoni indikati f'kull dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt.

2.Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt, l-oġġetti jridu għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikoli 5, 6 u 7.

3.Kull ftehim li jeskludi, jidderoga minn jew ivarja l-effetti tal-Artikoli 5 u 6 għad-detriment tal-konsumatur ikun għandu jkun validu biss jekk, fiż-żmien meta jkun ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur kien jaf il-kundizzjoni speċifika tal-oġġetti u l-konsumatur aċċetta b'mod ċar din il-kundizzjoni speċifika meta kkonkluda l-kuntratt.

Artikolu 5

Rekwiżiti għall-konformità tal-oġġetti

Fejn ikun rilevanti, l-oġġetti għandhom:

(a)ikunu tajbin għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw oġġetti tal-istess deskrizzjoni;

(b)jiġu pprovduti flimkien ma' tali aċċessorji li jinkludu l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni jew struzzjonijiet oħra li l-konsumatur jista' jistenna li jirċievi; u

(c)ikollhom il-kwalitajiet u l-kapaċitajiet ta' prestazzjoni li huma normali f'oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista' jistenna minħabba n-natura tal-oġġetti u fid-dawl ta' kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f'isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f'ħoloq aktar bikrija tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, sakemm il-bejjiegħ ma jurix li:

(i)il-bejjiegħ ma kienx, u ma setax b'mod raġonevoli jkun, konxju tad-dikjarazzjoni in kwistjoni;

(ii)sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni tkun ġiet korretta; jew

(iii)id-deċiżjoni li jinxtraw l-oġġetti ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni.

Artikolu 6

Installazzjoni ħażina

Fejn l-oġġetti jiġu installati ħażin, kull nuqqas ta' konformità li jirriżulta mill-installazzjoni ħażina jitqies bħala nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-oġġetti jekk:

(a)l-oġġetti jkunu ġew installati mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ; jew

(b)l-oġġetti, maħsuba sabiex jiġu installati mill-konsumatur, kienu installati mill-konsumatur u l-installazzjoni ħażina kienet dovuta għal nuqqas fl-istruzzjonijiet għall-installazzjoni.

Artikolu 7

Drittijiet ta' terzi

Fiż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità mal-kuntratt kif stabbilit mill-Artikolu 8, l-oġġetti jkunu għandhom ikunu ħielsa minn kull dritt ta' parti terza, fosthom fuq il-bażi tal-proprjetà intellettwali, sabiex l-oġġetti jkunu jistgħu jintużaw skont il-kuntratt.

Artikolu 8

Iż-żmien rilevanti sabiex tkun stabbilita l-konformità mal-kuntratt

1.Il-bejjiegħ ikun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jkun jeżisti fiż-żmien meta:

(a)il-konsumatur jew parti terza indikata mill-konsumatur u li ma tkunx il-portatur, ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti; jew

(b)l-oġġetti jiġu mgħoddija lill-portatur magħżul mill-konsumatur, meta dak il-portatur ma jkunx ġie propost mill-bejjiegħ jew meta l-bejjiegħ ma jipproponi l-ebda mezz ta' ġarr.

2.F’każijiet li fihom l-oġġetti jkunu ġew installati mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ, iż-żmien meta l-installazzjoni titlesta jitqies bħala ż-żmien meta l-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. F'każ fejn l-oġġetti kienu maħsuba sabiex jiġu installati mill-konsumatur, iż-żmien li jittieħed bħala referenza għall-mument meta l-konsumatur kellu żmien raġonevoli għall-installazzjoni iżda f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum wara ż-żmien indikat fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ż-żmien meta l-konsumatur ikun kiseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti.

3.Kull nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jsir apparenti fi żmien sentejn miż-żmien indikat fil-paragrafi 1 u 2 huwa preżunt li kien jeżisti fiż-żmien indikat fil-paragrafi 1 u 2 sakemm dan ma jkunx inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta' konformità.

Artikolu 9

Ir-rimedji tal-konsumatur għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt

1.Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt, il-konsumatur kollu d-dritt li l-oġġetti jinġiebu konformi mill-bejjiegħ, mingħajr ħlas, permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni skont l-Artikolu 11.

2.Tiswija jew sostituzzjoni titlesta fi żmien raġonevoli u mingħajr l-ebda inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kellu bżonnhom.

3.Il-konsumatur ikun intitolat għal tnaqqis proporzjonat fil-prezz skont l-Artikolu 12 jew li jittermina l-kuntratt skont l-Artikolu 13 meta:

(a)tiswija jew sostituzzjoni jkunu impossibbli jew illegali;

(b)il-bejjiegħ ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni fi żmien raġonevoli;

(c)tiswija jew sostituzzjoni jikkawżaw inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur; jew

(d)il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun daqstant ieħor ċar miċ-ċirkustanzi, li l-bejjiegħ ma jkunx se jġib l-oġġetti konformi mal-kuntratt fi żmien raġonevoli.

4.Il-konsumatur ikollu d-dritt li jżomm il-pagament ta' kwalunkwe parti mhux imħallsa tal-prezz, sakemm il-bejjiegħ iġib il-prodotti f'konformità mal-kuntratt.

5.Il-konsumatur ma jkollux id-dritt għal rimedju safejn il-konsumatur ikun ikkontribwixxa għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jew l-effetti tiegħu.

Artikolu 10

Sostituzzjoni tal-oġġetti

1.Fejn il-bejjiegħ jirrimedja għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt b'sostituzzjoni, il-bejjiegħ jieħu lura l-oġġetti mibdula bi spejjeż tiegħu sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor wara li n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ikun inġieb għall-attenzjoni tal-bejjiegħ mill-konsumatur.

2.Meta l-konsumatur ikun installa l-oġġetti b’mod konsistenti mal-għamla u l-iskop tagħhom, qabel ma sar apparenti n-nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt, l-obbligu li jittieħdu lura l-oġġetti mibdula jinkludi t-tneħħija tal-oġġetti mhux konformi u l-installazzjoni tal-oġġetti ta' sostituzzjoni, jew il-ġarr tal-ispejjeż tagħhom.

3.Il-konsumatur ma jkunx obbligat iħallas għall-ebda użu li jkun sar mill-oġġetti sostitwiti fil-perjodu ta' qabel is-sostituzzjoni.

Artikolu 11

L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni

Il-konsumatur jista' jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni sakemm l-għażla tiegħu ma tkunx impossibbli, illegali jew, meta mqabbla mal-għażla l-oħra, timponi spejjeż fuq il-bejjiegħ li jkunu sproporzjonati, meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha, fosthom:

(a)il-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' konformità mal-kuntratt;

(b)is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt;

(c)jekk ir-rimedju alternattiv ikunx jista' jitlesta mingħajr inkonvenjent sinifikanti lill-konsumatur.

Artikolu 12

Tnaqqis fil-prezz

It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-oġġetti li kienu riċevuti mill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li kien ikollhom l-oġġetti kieku kienu konformi mal-kuntratt.

Artikolu 13

Id-dritt tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt

1.Il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta' terminazzjoni tal-kuntratt permezz ta' notifika lill-bejjiegħ mogħtija bi kwalunkwe mezz.

2.Meta n-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt jkun jirrigwarda biss xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati skont il-kuntratt u jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni ta’ kuntratt skont l-Artikolu 9, il-konsumatur jista' jittermina l-kuntratt biss fir-rigward ta' dawk l-oġġetti u kull oġġett ieħor li l-konsumatur ikun kiseb bħala aċċessorju mal-oġġetti mhux konformi.

3.Meta l-konsumatur jittermina kuntratt sħiħ jew fir-rigward ta' xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati taħt il-kuntratt skont il-paragrafu 2:

(a)il-bejjiegħ irodd lura lill-konsumatur mingħajr dewmien bla bżonn il-prezz imħallas, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jirċievi n-notifika u għandu jġorr l-ispejjeż tar-rimborż;

(b)il-konsumatur jirritorna, bi spejjeż tal-bejjiegħ, l-oġġetti lill-bejjiegħ mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jibgħat in-notifika tat-terminazzjoni;

(c)fejn l-oġġetti ma jkunux jistgħu jiġu ritornati minħabba li jkunu nqerdu jew intilfu, il-konsumatur iħallas lill-bejjiegħ il-valur monetarju li l-oġġetti mhux konformi kien ikollhom fid-data meta kellu jsir ir-ritorn, kieku nżammu mill-konsumatur mingħajr ma nqerdu jew intilfu sa dik id-data, sakemm il-qerda jew it-telf ma kinux ikkawżati minn nuqqas ta' konformità tal-oġġetti mal-kuntratt; u

(d)il-konsumatur iħallas għal kull tnaqqis fil-valur tal-oġġetti biss safejn it-tnaqqis fil-valur jaqbeż id-deprezzament permezz tal-użu regolari. Il-pagament għat-tnaqqis fil-valur m'għandux jaqbeż il-prezz imħallas għall-oġġetti.

Artikolu 14

Limiti ta' żmien

Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal rimedju għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-oġġetti meta n-nuqqas ta' konformità jsir apparenti fi żmien sentejn miż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità. Jekk, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-drittijiet stipulati fl-Artikolu 9 ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni, dak il-perjodu ma jkunx iqsar minn sentejn miż-żmien rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità mal-kuntratt.

Artikolu 15

Il-garanziji kummerċjali

1.Kull garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti fuq il-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi:

(a)l-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta mill-bejjiegħ, inkluża kwalunkwe dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti integrali mill-kuntratt;

(b)ir-reklamar disponibbli fiż-żmien ta', jew qabel il-konklużjoni tal-kuntratt; u

(c)id-dikjarazzjoni tal-garanzija.

Jekk id-dikjarazzjoni tal-garanzija tkun anqas vantaġġuża għall-konsumatur mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta mill-bejjiegħ jew ir-reklamar, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-informazzjoni prekuntrattwali jew ir-reklamar dwar il-garanzija kummerċjali.

2.Id-dikjarazzjoni tal-garanzija ssir disponibbli fuq mezz li jservi fit-tul u titfassal b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Hija għandha tinkludi dan li ġej:

(a)dikjarazzjoni ċara tad-drittijiet legali tal-konsumatur kif previsti f'din id-Direttiva u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affettwati mill-garanzija kummerċjali; u

(b)it-termini tal-garanzija legali li jmorru lil hinn mid-drittijiet legali tal-konsumatur, informazzjoni dwar id-durata, it-trasferibbiltà, il-kamp ta' applikazzjoni territorjali u l-eżistenza ta' kull ħlas li l-konsumatur ikollu jagħmel biex jibbenefika mill-garanzija kummerċjali, l-isem u l-indirizz tal-garanti u, jekk tkun differenti mill-garanti, il-persuna li kontriha għandha ssir kwalunkwe talba u l-proċedura li biha għandha ssir it-talba.

3. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, “mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kull strument li jippermetti li l-partijiet iżommu informazzjoni indirizzata personalment lilhom b’mod li huwa aċċessibbli għal referenza fil-ġejjieni għal perjodu ta’ żmien xieraq għall-għanijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni miżmuma.

3.4. In-nuqqas ta' konformità mal-paragrafu 2 ma jaffettwax in-natura vinkolanti tal-garanzija kummerċjali għall-garanti.

4.5.L-IsStati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar aspetti oħrajn li jikkonċernaw il-garanziji kummerċjali li mhumiex regolati f’dan l-Artikolu sakemm dawk ir-regoli ma jnaqqsux il-protezzjoni stabbilita f'dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Id-dritt ta' rimedju

Fejn il-bejjiegħ ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna f'ħoloq aktar bikrija fil-katina tat-tranżazzjonijiet, il-bejjiegħ għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina ta’ tranżazzjonijiet. Il-persuna li kontriha l-bejjiegħ jista' jfittex rimedji u l-azzjonijiet rilevanti u l-kondizzjonijiet ta' eżerċizzju, għandhom ikunu determinati skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 17

L-infurzar

1.    L-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva.

2.    Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista’ jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:

(a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur b’interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumatur;

(c) l-organizzazzjonijiet professjonali b’interess leġittimu sabiex jieħdu azzjoni.

Artikolu 18

Natura mandatorja

Kwalunkwe ftehim kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jidderoga minnhom jew ivarja l-effetti tagħhom qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-bejjiegħ dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt tal-oġġetti, ma għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur sakemm il-partijiet fil-kuntratt ma jeskludux, jidderogaw minn jew ivarjaw l-effetti tar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6, skont l-Artikolu 4(3).

Artikolu 19

Emendi għad-Direttiva 1999/44/KE, għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u għad-Direttiva 2009/22/KE

1.L-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/44/KE huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 ġie sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-għan ta' din id-Direttiva hija l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar ċerti aspetti tal-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti tal-konsumatur u garanziji assoċjati magħhom, li mhumiex kuntratti ta' bejgħ mill-bogħod, sabiex tiżgura livell uniformi minimu ta' protezzjoni tal-konsumatur fil-kuntest tas-suq intern."

(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f) tiswija: għandha tfisser, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità, li l-oġġetti tal-konsum jinġiebu f'konformità mal-kuntratt ta' bejgħ.

(ii) jiżdied il-punt li ġej:

‘'g)"kuntratt ta' bejgħ mill-bogħod" tfisser kull kuntratt konkluż bi skema organizzata ta' bejgħ mill-bogħod mingħajr il-preżenza fiżika simultanja tal-bejjiegħ u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni mill-bogħod, fosthom permezz tal-internet, saż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt u inkluż iż-żmien li fih jiġi konkluż".

21.Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, għandujiżdied il-punt 11 huwa sostitwit b’li ġej:

“22. Id-Direttiva (UE) N/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX/201X dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU...)"

32.Fl-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE, jiżdied il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

"167. Id-Direttiva (UE) N/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX/XX/201X dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU...)"

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti konklużi qabel [data ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva japplikaw minn [data ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ] għall-kuntratti kollha konklużi minn din id-data ‘l quddiem.

Artikolu 21

Tħassir tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom titħassar minn [data ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ]. Ir-referenzi għad-Direttiva rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness 1.

Artikolu 202 

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [data ta’ sentejn mid-dħul fis-seħħ].

2.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

3.L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 213

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Artikolu 19 għandu japplika minn [data ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Artikolu 224

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(2015) 634 final.
(2)    COM(2015) 635 final.
(3)    Għall-finijiet ta’ dan il-Memorandum ta’ spjegazzjoni, kwalunkwe referenza għal “bejgħ online” għandha tinftiehem bħala “bejgħ online u bejgħ mill-bogħod ieħor”
(4)    COM (2015) 633 final, p.8.
(5)    Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, ĠU L 171, 7.7.1999, p.12.
(6)    COM (2015) 633final, p.8..
(7)    SWD(2017)209 final. Ir-Rapport dwar il-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-istudji esterni ta’ appoġġ huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=59332&ticket=ST-25614682-e2tNLEtewXUap6Gbcb0Wzg4NGelXRUC7OXD3BkwlM0NNPzQKuVog4GztcwvMf4lakPH7hLHq5ol9Z1Qp4vLHcpm-Jj71zxYb8yr4dh9M8XMrc8-AOP82AjNmHaQXuUINLKghPW4zVIoMFwYYx6y0wJxqAl
(8)     http://www.europarl.europa.eu/thinktank/mt/document.html?reference=EPRS_STU%282017%29603258 .
(9)    EUCO 26/16, http://www.consilium.europa.eu/press-releases-pdf/2016/6/47244643506_mt.pdf
(10)    EUCO 8/17, http://www.consilium.europa.eu/press-releases-pdf/2017/6/47244661590_mt.pdf.
(11)    SWD(2017)209 final, Report of the Fitness Check of consumer and marketing law (Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni).
(12)    SWD (2017) 354 final, Impacts of fully harmonised rules on contracts for the sales of goods (Impatti ta’ regoli kompletament armonizzati fuq il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti).
(13)    SWD(2017) 209 final, Report of the Fitness Check of consumer and marketing law (Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni), p.78.
(14)    SWD(2017) 209 final, Report of the Fitness Check of consumer and marketing law (Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni), p.62-65.
(15)    72.4 % tal-konsumaturi huma kunfidenti biex jixtru domestikament filwaqt li 57.8 % huma kunfidenti li jixtru b’mod transfruntier. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur–Edizzjoni tal-2017, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=117250 .
(16)    Il-Kummissjoni Ewropea, Consumer survey identifying the main cross-border obstacles to the DSM and where they matter most (Stħarriġ fost il-konsumaturi li jidentifika l-ostakli transfruntiera għad-DSM u fejn huma rilevanti l-aktar), 2015.
(17)    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur–Edizzjoni tal-2017
(18)    Survey on retailers' attitudes towards cross-border trade and consumer protection 2016 (Stħarriġ dwar l-attitudni tal-bejjiegħa lejn il-kummerċ transfruntier u l-protezzjoni tal-konsumatur), p.120.
(19)    Survey on retailers' attitudes towards cross-border trade and consumer protection 2016 (Stħarriġ dwar l-attitudni tal-bejjiegħa lejn il-kummerċ transfruntier u l-protezzjoni tal-konsumatur), p.123-124. Dawn l-ostakli ġew irrapportati bħala l-iktar importanti eżatt wara r-“riskju ogħla ta’ frodi u ta’ nuqqas ta’ pagament fil-bejgħ transfruntier” (39.7 %) u “differenzi fir-regolamenti nazzjonali dwar it-taxxa” (39.6 %).
(20)    Survey on retailers' attitudes towards cross-border trade and consumer protection 2016 (Stħarriġ dwar l-attitudni tal-bejjiegħa lejn il-kummerċ transfruntier u l-protezzjoni tal-konsumatur), p.105.
(21)    SWD(2017) 209 final, Report of the Fitness Check of consumer and marketing law (Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni), p.100-101.
(22)    SWD(2017) 209 final, Report of the Fitness Check of consumer and marketing law (Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni), p.100.
(23)    Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 304, 22.11.2011, p.64.
(24)    SWD(2017)209 final, Report of the Fitness Check of consumer and marketing law (Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni).
(25)    Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10 – 35.
(26)    Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija, ĠU L 153, 18.06.2010, p. 1 – 12.
(27)    ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1–32.
(28)    ĠU L 177, 4.07.2008, p. 6
(29)    COM(2016)320 final, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Approċċ kompresiv għall-istimolu ta' kummerċ elettroniku transfruntier għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa.
(30)    COM(2016)289 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE.
(31)    Impact assessment accompanying the digital contracts proposals (Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposti ta’ kuntratti diġitali), SWD (2015) 274 final, p.5.
(32)    COM/2017/228 final, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali Suq Uniku Diġitali Konness għal kulħadd.
(33)    Dik l-informazzjoni hija miksuba prinċipalment min-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE; għan-notifiki sħaħ ara: http://ec.europa.eu/consumers/consumer_rights/rights-contracts/directive/notifications/index_en.htm .
(34)    Il-parlamenti nazzjonali ta’ DE, CZ, IE, FR, IT, LI, NL, AT, PT u RO ssottomettew opinjonijiet. Għall-opinjonijiet, jekk jogħġbok ara: http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/relations/relations_other/npo/index_mt.htm .
(35)    Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, ĠU 364, 9.12.2004
(36)    Għal aktar dettalji dwar il-konsultazzjonijiet, jekk jogħġbok ara: http://ec.europa.eu/justice/newsroom/contract/opinion/index_en.htm  
(37)     http://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=59332  
(38)    Studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-armonizzazzjoni minima skont id-Direttiva 1999/44/KE u tal-armonizzazzjoni u l-allinjament sħaħ tar-regoli tal-UE għal kanali ta’ bejgħ differenti, p.44.
(39)    Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt u s-sommarju eżekuttiv huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/contract/digital-contract-rules/index_en.htm
(40)    SWD (2017) 354 final, Impacts of fully harmonised rules on contracts for the sales of goods (Impatti ta’ regoli kompletament armonizzati fuq il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti).
(41)    It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur, Edizzjoni tal-2017.
(42)    2016/JUST/023, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/info/publications/fitness-check-consumer-and-marketing-law_mt.
(43)    Sommarju Eżekuttiv tal-istudju dwar il-kostijiet u l-benefiċċji tal-armonizzazzjoni minima skont is-CSGD u tal-armonizzazzjoni potenzjali sħiħa tal-oqsma magħżula ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
(44)    ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.
(45)    COM(2015) 192 final.
(46)    Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.
(47)    Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.
(48)    Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni {SWD(2017) 208 final}, Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità dwar id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali”); Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi; Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom; Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi; Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv
(49)    Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 304, 22.11.2011, p.64.
(50)    Ir-Regolament (KUE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(51)    Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ĠU L 165, 18.06.2013ĠU 364, 9.12.2004, p. 1.  
(52)    Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi ĠU L 110, 1.05.2009 , p. 30.
(53)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.