Brussell, 5.10.2017

COM(2017) 565 final

2017/0247(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati l-ammonti tar-riżorsi disponibbli għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea stabbilita fl-Artikoli 91(1) u 92(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 1 u r-rendikont dettaljat annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI tad-deċiżjonijiet adottati wara l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament. L-ewwel nett, biex tadatta l-ammonti li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ aġġustament tekniku f’konformità mal-Artikolu 92(3) ta’ dak ir-Regolament; it-tieni, biex jiġu riflessi t-trasferimenti diversi deċiżi fuq il-bażi tal-Artikoli 25, 93 u 94 ta’ dak ir-Regolament li jaffettwaw l-ammonti globali fis-sena; it-tielet, biex jinkludu ż-żieda mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (“YEI”) sal-2020 b’ammont totali ta’ EUR 1.2 biljun f’prezzijiet kurrenti għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI, li teħtieġ li tkun kumplimentata minn mill-inqas EUR 1.2 biljun mill-investiment FSE immirat; u r-raba’, biex jiġi rifless it-trasferiment ta’ uħud mill-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-2014 għal snin sussegwenti minħabba l-adozzjoni ta’ programmi ġodda wara l-1 ta’ Jannar 2015. Ir-riżultati tal-aġġustament tekniku u t-trasferimenti deċiżi fuq il-bażi tal-Artikoli 25, 93 u 94 ta’ dak ir-Regolament kienu diġà indirizzati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1941 2 .

Il-proposta tirrefletti wkoll li Ċipru kellu jerġa' jsir eliġibbli mill-ġdid għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni u ma kellux jibqa’ jirċievi appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi tranżitorja u speċifika mill-1 ta’ Jannar 2017. Dan kien diġà ġie indirizzat fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1916 3 .

L-eżerċizzju ta’ aġġustament tekniku għandu l-oriġini tiegħu fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1311/2013 4 biex titqies is-sitwazzjoni partikolarment diffiċli ta’ Stati Membri li qed ibatu minħabba l-kriżi u biex fl-2016 l-allokazzjoni totali għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tiġi rieżaminata.

L-Artikolu 25 jistipula mekkaniżmu rigward il-ġestjoni tal-għajnuna teknika għall-Istati Membri b’diffikultajiet baġitarji temporanji, jiġifieri t-trasferiment ta’ parti mill-assistenza teknika għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

Taħt ċerti kundizzjonijiet, l-Artikolu 93 jippermetti t-trasferiment ta’ riżorsi bejn kategoriji ta’ reġjuni u l-Artikolu 94 għat-trasferiment ta’ riżorsi bejn miri.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hi r-riżultat tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 92(3) rigward ir-rieżami tal-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni għas-snin 2017-2020, id-deċiżjonijiet li jiġu trasferiti riżorsi bejn kategoriji u miri skont l-Artikoli 93 u 94, id-deċiżjoni li l-YEI tiġi estiża għas-snin 2017 sa 2020 u d-deċiżjoni li jiġu ttrasferiti wħud mill-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-2014 għal snin sussegwenti.

Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea b'rispons għall-kriżi finanzjarja.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula li, fl-2016, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2017 u f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali taħt il-mira ta’ Investmenti għat-tkabbir u l-impjiegi ta' kull Stat Membru għall-2017-2020, bl-applikazzjoni tal-metodu ta’ allokazzjoni stabbilit fil-paragrafi 1 sa 16 tal-Anness VII fuq il-bażi tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli.

Dak ir-rieżami tal-allokazzjonijiet totali jirrifletti wkoll ir-riżultati ta’ numru ta’ trasferimenti:

L-Artikolu 25 jistipula mekkaniżmu rigward il-ġestjoni tal-għajnuna teknika għall-Istati Membri b’diffikultajiet baġitarji temporanji, jiġifieri t-trasferiment ta’ parti mill-assistenza teknika għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

Taħt ċerti kundizzjonijiet, l-Artikolu 93 jippermetti t-trasferiment ta’ riżorsi bejn kategoriji ta’ reġjuni u l-Artikolu 94 għat-trasferiment ta’ riżorsi bejn miri.

Ir-rieżami tal-allokazzjonijiet totali jirrifletti wkoll l-estensjoni tal-YEI sa 2017-2020.

Fl-aħħar nett, ir-rendikont annwali rivedut tal-Anness VI jirrifletti l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 1311/2013 li jittrasferixxi xi approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-2014 għas-snin sussegwenti.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà safejn dan huwa riżultat tekniku tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tal-applikazzjoni tal-Artikoli 93 u 94 u tad-deċiżjoni li l-YEI jiġi estiż għall-perjodu 2017 sa 2020.

Proporzjonalità

Il-proposta hija limitata għall-aġġustamenti tekniċi neċessarji.

L-għażla tal-istrument

L-istrument propost: emenda tar-regolament attwali.

Il-Kummissjoni esplorat l-ambitu għall-immanuvrar provdut permezz tal-qafas legali u tqis li huwa neċessarju li tipproponi emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ma kienx hemm konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien

L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma hemmx inizjattiva fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta m’għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Hemm impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jirriżultaw mill-effett nett pożittiv ugwali għal EUR 4 biljun (fi prezzijiet tal-2011) tal-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 92(3) u permezz tad-deċiżjoni li l-YEI tiġi estiża għas-snin 2017 sa 2020 b’ammont totali ta’ EUR 1.2 biljun fi prezzijiet attwali għall-allokazzjoni speċifika tal-YEI, li teħtieġ li tiġi kumplimentata minn mill-inqas 1.2 biljun mill-investiment immirat mill-FSE. Dawn ir-riżorsi addizzjonali se jiġġeneraw ukoll il-ħtiġijiet għal approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali għas-snin 2018 sa 2020.

Il-limiti għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament għall-intestatura 1B għalhekk jiżdiedu kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew [COM(2016) 311 finali] dwar l-aġġustament Tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2017 f’konformità maċ-ċaqliq fl-ING u aġġustament tal-pakketti tal-politika tal-koeżjoni. Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti relatati ma' din iż-żieda fl-impenji huma mistennija li jseħħu wara l-2020, iż-żieda fil-limiti massimi tal-pagamenti tibqa' limitata.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013, fl-2016 il-Kummissjoni kellha tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha tal-politika ta’ koeżjoni għall-mira ta’ “Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi” għall-2017-2020, billi tapplika l-metodu ta’ allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti (l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) abbażi tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli u tat-tqabbil, għal dawk l-Istati Membri b’limitu massimu, bejn il-PDG nazzjonali akkumulat osservat għas-snin 2014-2015 u l-PDG nazzjonali stmat fl-2012. L-allokazzjonijiet ġew aġġustati kull meta kien hemm diverġenza kumulattiva ta’ aktar minn +/- 5%. Barra minn hekk, fl-istess ħin, l-eliġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni ġiet rieżaminata u f’każ li Stat Membru jsir eliġibbli mill-ġdid għall-Fond ta’ Koeżjoni dawn l-ammonti jiżdiedu mal-fondi allokati lill-Istat Membru kkonċernat għas-snin 2017 sa 2020.

Ir-rieżami jkopri l-elementi li ġejjin:

a)    Għall-Istati Membri kollha, ir-rieżami tal-allokazzjonijiet għall-2017-2020 abbażi tal-aħħar statistiki disponibbli u bl-applikazzjoni tal-istess metodu bħal dak biex jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet oriġinali deskritti fil-paragrafi minn 1 sa 16 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

b)    Għall-Istati Membri b’limitu massimu (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja), il-tqabbil tal-livelli tal-PDG osservati għall-2014 u l-2015 ma’ dawk li fl-2012 kienu previsti għall-istess sentejn;

c)    Ir-rieżami tal-eliġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni abbażi tad-data tal-ING per capita għall-perjodu 2012-2014 apparagun tal-medja tal-UE-27.

L-eżerċizzju rriżulta f’diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/– 5 % bejn l-allokazzjonijiet totali u dawk rieżaminati fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, in-Netherlands, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-aġġustament fir-riżorsi rispettivi ġew ippubblikati fil-Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew  [COM(2016) 311 finali] dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2017 f’konformità maċ-ċaqliq fl-ING u aġġustament tal-pakketti tal-politika tal-koeżjoni.

Ir-rieżami tal-eliġibbiltà għall-Fond ta’ Koeżjoni rriżulta f'każ wieħed ta’ bidla fl-eliġibbiltà, ta' Ċipru, li sar kompletament eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-2017-2020, li rriżulta fl-ammont addizzjonali ta’ EUR 19,4 miljun.

F’konformità mal-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni aċċettat proposta mressqa mid-Danimarka li tittrasferixxi parti mill-approprjazzjonijiet tagħha għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea lill-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi.

Fl-aħħar nett, il-Kunsill iddeċieda fl-20 ta’ Ġunju 2017 li jestendi l-YEI sal-2020 b’ammont ta’ EUR 1,2 biljun fi prezzijiet attwali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI imqassma kif ġej: EUR 500 miljun fl-2017 u sussegwentament, EUR 233,3 miljun fis-sena għall-perjodu 2018–2020.

2017/0247 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,

Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

(2)F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 8 u l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fl-2016 il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha skont il-politika ta’ koeżjoni tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi għas-snin 2017 sa 2020.

(3)F’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 u l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati ta' dawn iż-żewġ rieżamijiet lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew 9 . Fil-Komunikazzjoni, huwa msemmi li, abbażi tal-istatistiċi l-aktar riċenti, hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/– 5 % bejn l-allokazzjonijiet totali u dawk rieżaminati fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, in-Netherlands, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Barra minn hekk, jissemma' li, abbażi tal-ċifri tal-introjtu nazzjonali gross (ING) per capita tiegħu ta' 2012–2014, Ċipru ser isir kompletament eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni mill-1 ta' Jannar 2017.

(4)Skont l-Artikolu 7(4) u (5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 u l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-allokazzjonijiet ta' dawn l-Istati Membri għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ, dment li l-effett nett totali ta' dawn l-aġġustamenti ma jaqbiżx l-EUR 4 biljun.

(5)Safejn ir-reviżjoni kellha impatt fuq it-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet għar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u taħt il-Mira tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea kif ukoll dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “YEI”), ġiet implimentata permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1941 10 .

(6)L-effett nett totali ta’ dawn l-aġġustamenti huwa li r-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali jiżdiedu b’EUR 4 biljun. Din iż-żieda għandha tiġi riflessa fl-Artikolu 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li għandu jiġi aġġustat kif xieraq. 

(7)Ir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-allokazzjoni tagħhom bejn reġjuni inqas żviluppati, reġjuni ta' tranżizzjoni u reġjuni aktar żviluppati, l-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta' Koeżjoni u r-reġjuni l-aktar imbiegħda kif stipulat fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġu li jiġu aġġustati skont dan. 

(8)F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-marġini li għadhom disponibbli taħt il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju pluriennali (minn hawn ‘il quddiem il-"QFP”) għandhom jikkostitwixxu Marġini Globali tal-QFP għall-impenji, li għandhom isiru disponibbli barra mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika marbuta mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 11 il-limitazzjoni tal-marġnijiet li tħallew disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-snin 2014 sa 2017 ġiet imħassra u b’hekk il-YEI setgħat tiġi estiża sal-2020 u li l-allokazzjoni speċifika għall-YEI setgħet tiżdied b’ammont ta’ EUR 1,2 biljun fi prezzijiet attwali għall-perjodu 2017-2020. L-allokazzjoni speċifika għall-YEI kif stabbilita fl-Artikoli 91(1) u 92(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha għalhekk tiġi aġġustat kif xieraq.

(9)F’konformità mal-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni aċċettat proposta mressqa mid-Danimarka biex tittrasferixxi parti mill-approprjazzjonijiet tagħha għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. Dan it-trasferiment għandu jkun rifless f’emenda tar-riżorsi globali disponibbli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea fl-Artikolu 92(9) ta’ dak ir-Regolament.

(10)Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 12 ittrasferixxa għal snin sussegwenti ammont ta’ EUR 11 216 187 326 fi prezzijiet kurrenti tal-allokazzjoni pprovduta għall-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Ammont ta’ EUR 9 446 050 652 fi prezzijiet kurrenti tal-allokazzjoni prevista għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li ma setgħux jiġu impenjati fis-sena 2014 u lanqas riportati għall-2015 ġew trasferiti għas-snin sussegwenti. Dak it-trasferiment għandu jkun rifless fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jistipula t-tqassim annwali globali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2014 sal-2020.

(11)Minħabba l-urġenza li jiġu estiżi l-programmi li jappoġġaw il-YEI, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 91(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2014 - 2020 għandhom ikunu EUR 329 978 401 458 fi prezzijiet tal-2011, f’konformità mar-rendikont annwali stabbilit fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FERŻ, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni u EUR 4 039 707 225 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet ta' programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2 % kull sena.”,

2.L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 96,09 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta’ EUR 317 103 114 309) u għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) 48,64 % (jiġifieri, total ta’ EUR 160 498 028 177) għar-reġjuni anqas żviluppati;

(b) 10,19 % (jiġifieri, total ta’ EUR 33 621 675 154) għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni;

(c) 15,43 % (jiġifieri, total ta’ EUR 50 914 723 304) għar-reġjuni aktar żviluppati;

(d) 20,01 % (jiġifieri, total ta’ EUR 66 029 882 135) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(e) 0,42 % (jiġifieri, it-total ta’ EUR 1 378 882 914) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.”,

(b)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

"5. Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 039 707 225 mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI u mill-inqas EUR 4 039 707 225 mill-investiment immirat tal-FSE.”;

(c)il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:

"9. Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 2,69 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 (jiġifieri total ta’ EUR 8 865 148 841).”;

3.L-Anness VI jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 13  

4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 Politika Reġjonali u Urbana

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 63 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 64 01 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwarazzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija 14  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Mhux applikabbli

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Nru tal-objettiv speċifiku

Mhux applikabbli

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Mhux applikabbli

1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

Mhux applikabbli

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila

Mhux applikabbli

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Mhux applikabbli

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Mhux applikabbli

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2017 sal-31/12/2023

   Impatt finanzjarju fl-2017 - 2020

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 15  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ddelegati:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li huma ħatru;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Mhux applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Mhux applikabbli

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura…..............................................…]

Diff./Mhux diff 16 .

minn pajjiżi tal-EFTA 17

minn pajjiżi kandidati 18

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 63 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 64 01 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura…..............................................…]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

F’dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta’ pagament, il-modifika proposta se tfisser tibdil fit-titolu tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014–2020.

L-ewwel nett, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn, ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu bejn l-2017-2020 se jiżdied bi EUR 5 841 600 033 fi prezzijiet attwali. Mit-total, EUR 14 200 000 000 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI.

It-tieni, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-pagament, il-ħtiġijiet addizzjonali ġew ikkalkulati f’konformità mas-suppożizzjonijiet segwenti:

·Billi l-adozzjoni ta' Programmi Operattivi modifikati se titlesta biss fit-tieni nofs tal-2017, il-ħtiġijiet ta’ prefinanzjament annwali huma inklużi fl-2018-2020.

·Pagamenti interim marbuta ma’ riżorsi addizzjonali previsti fl-Artikolu 7, aġġustamenti tekniċi huma stmati li jsegwi x-xejra osservata fil-bidu ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.

·Pagamenti interim marbuta mal-estensjoni tal-allokazzjoni speċifika tal-YEI huma stmati li jsegwu profil aktar mgħaġġel minħabba li l-ostakli amministrattivi issa ġew eliminati u l-implimentazzjoni fuq l-art miexja ’l quddiem b’rata iktar mgħaġġla milli għall-FSEI.

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR fil-prezzijiet attwali (sa 3 pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Numru

1

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DG: EMPL, REGIO

2014

2015

2016

2017

2018 19

2019

2020

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni

Impenji

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

(1)

237 320 881

251 466 089

87 329 881

500 000 000

237 320 880

251 466 089

87 329 881

-26 071 285

242 067 299

256 495 412

89 076 479

233 333 333

242 067 299

256 495 411

89 076 479

-26 592 711

246 908 645

261 625 320

90 858 008

233 333 333

246 908 645

261 625 320

90 858 009

-27 124 565

251 846 817

266 857 826

92 675 169

233 333 333

251 846 645

266 857 826

92 675 168

-27 667 056

978 143 642

1 036 444 647

359 939 537

1 200 000 000

978 143 642

1 036 444 646

359 939 537

-107 455 617





Pagamenti

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 63 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 64 01 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

(2)

85 000 000

25 285 013

26 792 094

9 304 437

220 000 000

25 285 013

26 792 094

9 304 437

-2 777 728

50 887 923

53 921 033

18 725 854

231 000 000

50 887 923

53 921 033

18 725 854

-5 590 378

108 495 693

114 962 440

39 924 494

349 000 000

108 495 693

114 962 440

39 924 493

-11 918 977

184 668 629

195 675 567

67 954 785

885 000 000

184 668 629

195 675 567

67 954 785

-20 287 083

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi 20  

Mhux applikabbli

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ EMPL, REGIO

Impenji

=1+1a +3

1 626 162 416

1 382 019 001

1 404 992 715

1 428 425 901

5 841 600 033

Pagamenti

=2+2a

+3

85 000 000

339 985 361

472 479 242

863 846 276

1 761 310 878



TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(5)

0

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

0

0

0

0

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

=5+ 6

0

0




Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

0

0



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DG: <…….>

•Riżorsi umani

•Nefqa amministrattiva oħra

TOTALI DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena
N 21

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL    

OUTPUT

Tip 22

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 23

- Output

- Output

- Output

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena
N 24

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Sottototal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

’Il barra mill-INTESTATURA 5 25
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.    

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 26

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  27

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq l-introjtu mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 28

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju ‘assenjat’, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 2016/2135 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 338, 13.12.2011, p. 34).
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1941 tat-3 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/190/UE li tistabbilixxi t-tqassim annwali, skont l-Istat Membru, tar-riżorsi globali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, it-tqassim annwali, skont l-Istat Membru, tar-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli u l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti mill-allokazzjonijiet tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-Fondi Strutturali ta' kull Stat Membru għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għall-għajnuna maħsuba għall-persuni l-aktar fil-bżonn, għall-perjodu 2014-2020 (notifikata bid-dokument C(2016) 6909) (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 61).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1916 tas-27 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE li tistabbilixxi l-lista ta' reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 (notifikata bid-dokument C(2016) 6820) (ĠU L 296, 1.11.2016, p. 15).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat- 2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(5) OJ C […], […], p. […].
(6) OJ C […], […], p. […].
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(9) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2017 f’konformità maċ-ċaqliq fl-ING u aġġustament tal-pakketti tal-politika tal-koeżjoni (COM(2016) 311 tat-30 ta’ Ġunju 2016).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1941 tat-3 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/190/UE li tistabbilixxi t-tqassim annwali, skont l-Istat Membru, tar-riżorsi globali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni fil-qafas tal-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, it-tqassim annwali, skont l-Istat Membru, tar-riżorsi mill-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli u l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti mill-allokazzjonijiet tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-Fondi Strutturali ta' kull Stat Membru għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għall-għajnuna maħsuba għall-persuni l-aktar fil-bżonn, għall-perjodu 2014-2020 (notifikata bid-dokument C(2016) 6909) (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 61).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/1123 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 163, 24.6.2015, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1).
(13) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(14) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(15) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(16) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(17) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(18) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(19) F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 il-prefinanzjament għandu jkun ġustifikat (approvat) bin-nefqa tal-Inizjattiva YEI iddikjarata sal-31/12/2018.
(20) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(21) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(22) L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(23) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(24) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(25) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(26) AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(27) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(28) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Brussell, 5.10.2017

COM(2017) 565 final

ANNESS

għal

Proposta għal

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea


“ANNESS VI

TQASSIM ANNWALI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN GĦALL-2014 SAL-2020

Profil annwali aġġustat (inkluż il-YEI top-up)

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Total

EUR,

il-prezzijiet tal-2011

34 108 069 924

55 725 174 682

46 044 910 736

48 027 317 164

48 240 419.297

48 712 359 314

49 120 150 341

329 978 401 458