Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 279 final

2017/0111(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2017) 188 final}
{SWD(2017) 189 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

L-objettivi primarji ta’ din il-Kummissjoni huma li toħloq l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment u f’dan il-kuntest li tagħmel it-tranżizzjoni għal enerġija nadifa għall-Ewropej kollha. Din hi msaħħa bi pjan ta' investiment immirat lejn l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Ewropa bbażat fuq mudelli ta' negozju ġodda u fuq teknoloġiji avvanzati. L-għan ta’ terminu medju u fit-tul hu li tinkiseb ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju.

Fil-kuntest tat-trasport, partikolarment fir-rigward tat-trakkijiet, tax-xarabankijiet u tal-kowċis, jiġifieri vetturi heavy-duty (HDVs), il-viżjoni tal-Kummissjoni hi li tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej u n-negozji jkollhom aċċess għal mobilità ġusta, sostenibbli u kompetittiva.

L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn HDVs ġodda mqiegħda fis-suq tal-UE, s’issa għadhom la ġew ċċertifikati, la mmonitorjati u lanqas irrappurtati. Id-distakk fl-għarfien fir-rigward tal-HDVs iwassal għat-tliet sfidi li ġejjin:

(1)Opportunitajiet mitlufa biex jitfasslu politiki biex jitnaqqas il-kont tal-fjuwil għall-operaturi tat-trasport: L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija jistgħu jesperjenzaw kostijiet tal-fjuwil ogħla iktar minn kwart tal-kostijiet operazzjonali tagħhom 1 , u jikklassifikaw l-effiċjenza tal-fjuwil bħala l-ogħla kriterju għax-xiri tagħhom. Filwaqt li l-effiċjenza ta-fjuwil tal-HDVs tjiebet ħafna matul id-deċennji li għaddew, ħafna mill-iktar minn nofs miljun kumpanija ta’ trasport, li huma fil-biċċa l-kbira SMEs, għad m’għandhomx aċċess għal informazzjoni standardizzata biex jevalwaw it-teknoloġiji tal-effiċjenza tal-fjuwil, biex iqabblu t-trakkijiet ħalli jagħmlu l-iktar deċiżjoni ta’ xiri infurmata u biex inaqqsu l-kostijiet tal-fjuwil tagħhom. Matul iż-żmien, id-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet tal-karburanti fossili żdiedet b’mod kumulattiv minħabba nuqqas ta’ ffrankar fuq il-fjuwil, u għalhekk dan jirrappreżenta opportunità mitlufa biex jitnaqqsu l-importazzjonijiet tal-fjuwil.

(2)Żieda fil-kompetizzjoni għall-manifatturi ta’ vetturi: Fl-2015, skont id-data tal-industrija, l-esportazzjonijiet tat-trakkijiet iġġeneraw bilanċ kummerċjali favorevoli ta’ EUR 5,1 biljun. Is-settur tal-manifattura tal-HDV fl-UE hu parti mill-industrija awtomobilistika li tiġġenera 12,1-il miljun impjieg dirett u indirett fl-Ewropa (5,6% tal-impjiegi totali tal-UE) 2 . Il-manifatturi tal-HDV tal-UE jiffaċċjaw pressjonijiet kompetittivi globali li dejjem qed jiżdiedu. Swieq sinifikanti bħal pereżempju l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u ċ-Ċina, tul dawn l-aħħar snin implimentaw miżuri għaċ-ċertifikazzjoni u għall-effiċjenza tal-fjuwil fil-forma ta’ standards dwar il-konsum tal-fjuwil u/jew standards dwar l-emissjonijiet, biex jistimulaw l-innovazzjoni u jtejbu l-effiċjenza tal-vetturi b’mod mgħaġġel. Is-suq tax-xarabankijiet tal-ibliet qed jiffaċċja kompetizzjoni li dejjem qed tikber fil-qasam tal-vetturi elettroniċi, b’mod partikolari mill-manifatturi Ċiniżi. Jenħtieġ li s-settur jinżamm aġġornat mal-iżviluppi teknoloġiċi f’dawn is-swieq biex jippreserva l-pożizzjoni preżenti tiegħu fis-suq.

(3)Ostaklu biex jiġu stabbiliti politiki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra (GHG) mis-settur tal-vetturi heavy-duty: Is-settur tal-HDV tal-UE hu sors sinifikanti tal-emissjonijiet tal-gass serra. Fl-2014, l-emissjonijiet tal-gass serra mill-HDVs irrappreżentaw 5 % tal-emissjonijiet totali tal-UE, emissjoni minn kull ħames emissjonijiet mit-trasport kollu u madwar kwart tal-emissjonijiet tat-trasport bit-triq 3 . Mill-1990 sal-2014, l-emissjonijiet tal-gass serra globali 4 żdiedu b’20% u l-emissjonijiet tal-HDV żdiedu b’14% 5 . Mingħajr azzjoni ulterjuri, l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) tal-HDV mistennija jiżdiedu sa 10 % bejn l-2010 u l-2030 6 . Fl-istess waqt, l-UE stabbiliet miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-gass serra sal-2030, li s-settur tat-trasport għandu jikkontribwixxi għalihom. L-UE għandha mira globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi sal-2030 li hi tal-inqas 40 % taħt il-livelli tal-1990. Din inqasmet b’mod kosteffettiv, fi tnaqqis sal-2030 meta mqabbel mal-livelli ta’ emissjonijiet tal-2005 ta’ 43 % għall-emissjonijiet mis-setturi tal-iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u ta’ 30 % għal setturi mhux tal-ETS, li jappartjeni għalihom it-trasport. Barra minn hekk, l-emissjonijiet tat-trasport tal-Istati Membri jvarjaw minn 21 % sa 69 % tal-emissjonijiet nazzjonali totali fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.Filwaqt li ma ġiet stabbilita l-ebda mira speċifika għas-settur għall-2030, it-trasport jenħtieġ li jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu biex tinkiseb il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li ma jaqgħux taħt l-ETS taħt ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, flimkien mas-setturi tal-bini, tal-agrikoltura u tal-iskart.

Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet azzjoni biex tindirizza dan id-distakk fl-għarfien.

L-ewwel, il-Kummissjoni żviluppat software ta’ simulazzjoni - l-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO) - biex tikkalkula l-konsum ta’ fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ HDVs ġodda b’mod komparabbli u kosteffettiv.

It-tieni, il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid dwar id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għal vetturi heavy-duty ġodda (taħt l-hekk imsejjaħ regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni) taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip 7 . Fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, trid issir simulazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil bl-użu tal-VECTO għal kull HDV li taqa’ taħt l-iskop tagħha u li qiegħda fis-suq tal-UE. Il-manifatturi tal-vetturi nfushom jagħmlu s-simulazzjoni fuq il-bażi tad-data tal-input iċċertifikata dwar il-komponenti tal-vettura u ta’ proċess iċċertifikat tal-provenjenza, l-immaniġġjar u l-applikazzjoni ta’ tali data ta' input.

Iċ-ċertifikazzjoni tindirizza parzjalment id-distakk fl-għarfien identifikat. L-informazzjoni dwar ir-rendiment ta’ vettura speċifika se tkun disponibbli biss għax-xerrej individwali ta’ din il-vettura u għall-awtoritajiet nazzjonali fejn il-vettura hi rreġistrata.

It-tielet, il-Kummissjoni issa qed tipproponi li timmonitorja u tirrapporta l-emissjonijiet tas-CO2 minn HDVs ġodda soġġetti għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni, biex jitnaqqas id-distakk fl-għarfien u tinħoloq trasparenza sħiħa fis-suq. Permezz ta’ dan it-tielet pass, id-data relevanti kollha ċċirkolata mill-manifatturi f’konformità mal-metodoloġija ta’ ċertifikazzjoni tkun immonitorjata, rrapportata u ppubblikata fil-livell tal-UE. B'dan il-mod, id-data tkun disponibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha.

Dan jagħti lill-operaturi tat-trasport aċċess għall-informazzjoni dwar ir-rendiment tat-trakkijiet ta’ għamla differenti b’karatteristiċi simili, li jippermettilhom li jagħmlu deċiżjonijiet ta’ xiri aktar informati.

Il-manifatturi tal-vetturi jkunu jistgħu jqabblu r-rendimenti tal-vetturi tagħhom ma’ dawk ta’ għamliet differenti, u jipprovdu żieda fl-inċentivi għall-innovazzjoni.

L-awtoritajiet pubbliċi jkollhom aċċess għal data komprensiva għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki biex jippromwovu trakkijiet b’effiċjenza fil-fjuwil, pereżempju permezz ta’ tassazzjoni u t-taxxi għall-użu tat-triq. Dan kieku ma jkunx possibbli billi l-Istati Membri jkollhom biss aċċess għad-data tal-VECTO minn vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom. Finalment, dan jippermetti l-analiżi tad-data, eż. il-livell ta’ penetrazzjoni ta’ ċerti teknoloġiji.

Dan hu pass neċessarju wkoll għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ standards futuri għall-emissjonijiet tas-CO2 għall-HDVs. Sistema ta’ monitoraġġ u rapportar hi partikolarment neċessarja għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ tali standards futuri, bħalma hu l-każ għall-karozzi u l-vannijiet.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Din il-proposta timplimenta l-Komunikazzjoni tal-2014 dwar Strateġija għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Vetturi Heavy-Duty. L-Istrateġija tal-HDV ħabbret miżura ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi l-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 minn HDVs ġodda mqiegħda fis-suq tal-UE, ikkalkulati mill-għodda ta’ simulazzjoni VECTO, u proposta leġiżlattiva dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dawn l-emissjonijiet.

Din il-proposta timplimenta wkoll l-Istrateġija Ewropea tal-2016 għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi, li l-għanijiet tagħha jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra fit-trasport tat-triq b’tal-inqas 60 % fl-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u t-tnaqqis b’mod drastiku tal-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja. L-Istrateġija tiddikjara wkoll li l-Kummissjoni se tħaffef il-ħidma analitika fuq l-għażliet ta’ tfassil għall-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 bil-ħsieb li tħejji proposta leġiżlattiva matul il-mandat ta’ din il-Kummissjoni.

Finalment, din il-proposta se tiffaċilita wkoll l-iżvilupp ta’ metodoloġija biex tiddifferenzja t-tariffi għall-użu tal-infrastruttura għal HDVs ġodda f’konformità mal-emissjonijiet tas-CO2, u tappoġġja l-implimentazzjoni tar-reviżjoni tad-Direttiva “Eurovignette”.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Din il-proposta hi konsistenti mal-impenn tal-UE taħt il-Qafas ta' politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 li tnaqqas l-emissjonijiet domestiċi b’tal-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan l-impenn, f’Lulju 2016, il-Kummissjoni pproponiet ir-Regolament dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 (ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi) għas-setturi mhux inklużi fl-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (jiġifieri t-trasport, il-bini, l-agrikoltura u l-iskart).

Din il-proposta hi wkoll konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-2016, li stabbiliet mira vinkolanti ewlenija ta’ 30 % fil-livell tal-UE biex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija sal-2030 meta mqabbla maż-żamma tal-istatus quo.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi Ġuridika

L-Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-TFUE.

Sussidjarjetà

L-azzjoni tal-UE hi ġġustifikata fid-dawl tal-impatt transfruntier tat-tibdil fil-klima u tal-ħtieġa li jiġu ssalvagradjati s-swieq uniċi tal-fjuwil, tal-vetturi u tas-servizzi tat-trasport.

Barra minn hekk, ħafna drabi, HDVs ġodda rreġistrati fi Stat Membru partikolari jiġu manifatturati minn manifattur fi Stat Membru ieħor. Għalhekk, il-monitoraġġ fil-livell nazzjonali minflok fil-livell tal-UE ikun jeħtieġ kooperazzjoni estensiva fost l-Istati Membri; minħabba d-differenzi fil-prattiki tal-leġiżlazzjoni u politika tagħhom ma tistax tkun żgurata data tal-monitoraġġ omoġenja. Ikun diffiċili li jinkisbu l-komparabilità u l-kompletezza tad-data, u dan iwassal għal frammentazzjoni tas-suq tal-UE u għal telf tat-trasparenza tas-suq.

B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ bażi ta' data komuni li jkun fiha d-data ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri kollha tellef l-użu tad-data mix-xerrejja ta’ vetturi u minn min ifassal il-politika fil-livell tal-UE.

Jidher li l-iktar approċċ sempliċi hu skema ta’ monitoraġġ komuni fil-livell tal-UE. Dan l-istess approċċ diġà hu segwit għall-karozzi u l-vannijiet permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Ladarba l-proposta hi neċessarja u kif ukoll għandha benefiċċji ekonomiċi potenzjali, din tissodisfa r-rekwiżiti tal-proporzjonalità - fuq skala madwar l-UE, l-isforzi meħtieġa huma minimi u l-kostijiet huma kważi negliġibbli meta mqabbla mal-benefiċċji potenzjali tat-trasparenza tas-suq u d-disponibilità tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-HDV għall-partijiet ikkonċernati kollha.

Għażla tal-istrument

Biex ikun hemm applikazzjoni uniformi tar-regoli proposti madwar l-UE u jinkiseb sett tad-data omoġenju u komparabbli li joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi tal-vetturi heavy-duty u għall-utenti ta’ tali vetturi, huwa xieraq li jintuża Regolament li hu direttament applikabbli u vinkolanti fuq l-Istati Membri.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma saret l-ebda evalwazzjoni billi qabel, il-kwistjoni ma kinetx regolata.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni organizzat laqgħa għall-partijiet ikkonċernati biex tirċievi feedback dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu u tippreżenta l-valutazzjoni tal-kost amministrattiv li sar mill-konsulent estern. Il-partijiet ikkonċernati taw feedback kostruttiv u l-valutazzjoni tal-kost ma ġietx ikkontestata.

Il-Kummissjoni organizzat ukoll konsultazzjoni pubblika online dwar it-tħejjija tal-leġiżlazzjoni u dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ HDV 8 . Minn spettru wiesa’ ta’ partijiet ikkonċernati waslu 121 tweġiba, li pprovdew l-opinjonijiet tagħhom dwar il-bżonn ta’ azzjoni, l-objettivi u l-impatt antiċipat.

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kienu integrati fil-valutazzjoni tal-impatt; l-għażla magħżula hija wkoll l-għażla ppreferuta minn dawk li wieġbu. Fl-Anness 2 tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ din il-proposta hemm taqsira tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-valutazzjoni tal-kost tal-għażliet ta’ monitoraġġ u rapportar differenti saret minn kuntrattur estern (ara l-Anness 10 tal-valutazzjoni tal-impatt). L-istudju fil-biċċa l-kbira hu bbażat fuq intervisti mal-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni nazzjonali u l-manifatturi tal-HDV, biex jiġbor l-opinjonijiet tagħhom fuq diversi għażliet ta’ monitoraġġ u biex jirċievi input immirat fir-rigward tal-kostijiet għall-organizzazzjonijiet tagħhom, u jqis il-proċeduri kurrenti u l-adattamenti meħtieġa.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tibbaża fuq il-valutazzjoni tal-impatt preċedenti li akkumpanjat l-Istrateġija tal-2014 għat-Tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ Vetturi Heavy-Duty fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti l-oħra.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt 9 li takkumpanja din il-proposta tħejjiet u ġiet żviluppata f’konformità mal-gwida applikabbli dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar u l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva. It-titjib kif rakkomandat mill-Bord ġie inkorporat fil-verżjoni finali. Din tikkumplimenta l-analiżi li saret fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2014 li tappoġġja l-Istrateġija dwar l-HDV.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat għażliet relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs ġodda kollha mqiegħda fis-suq tal-UE soġġetti għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni taħt il-qafas tal-approvazzjoni tat-tip. Id-data li trid tiġi mmonitorjata u li jrid isir rapport dwarha tikkonsisti f’madwar 80 parametru relevanti għad-determinazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kull vettura.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hi l-iktar korp xieraq fil-livell tal-UE biex taġixxi f’isem il-Kummissjoni biex tiġbor id-data, tibni bażi ta' data ġdida u tanalizza u tagħmel kontrolli ta’ kwalità dwar il-monitoraġġ rapportat tad-data dwar l-HDVs. L-EEA diġà twettaq dawn il-kompiti għad-data ta’ monitoraġġ rapportata dwar il-vetturi light-duty (ara l-Anness 8 tal-valutazzjoni tal-impatt).

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat tliet għażliet leġiżlattivi dwar kif tali data ta’ monitoraġġ għandha tkun rapportata lill-Kummissjoni permezz tal-EEA: 1) ir-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali; 2) ir-rapportar mill-manifatturi tal-HDV; u 3) ir-rapportar imħallat mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-manifatturi.

Taħt l-għażla nru 1, l-awtoritajiet nazzjonali jirrapportaw id-data ta’ monitoraġġ flimkien mad-data ta’ reġistrazzjoni relevanti tal-vetturi kkonċernati lill-Kummissjoni permezz tal-EEA. Skont din l-għażla, id-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-monitoraġġ u r-rapportar tista’ ma tinkisibx daqshekk faċilment, billi l-maġġoranza tal-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni nazzjonali għadhom jużaw il-fajls tal-karti biex jirreġistraw l-HDVs. Bħala riżultat, l-adattament għal flussi kompletament diġitaliizzati tad-data ta’ monitoraġġ jista’ jkun ta’ sfida u ta’ spiża għolja.

L-għażla nru 2 tafda lill-manifatturi tal-HDV bl-inkarigu li jirrapportaw id-data ta’ monitoraġġ fuq kull vettura ġdida lill-Kummissjoni permezz tal-EEA. F’każ bħal dan, id-data ta’ monitoraġġ tkun ibbażata fuq id-data tal-bejgħ fil-pussess tal-manifatturi tal-vetturi u ma tiġi rapportata l-ebda data ta’ reġistrazzjoni. Bħala riżultat, id-data tal-emissjonijiet rapportata ma tistax tkun allokata għal Stat Membru partikolari. Dan jagħmilha iktar diffiċli għall-Istati Membri li jfasslu politiki nazzjonali effettivi biex iżidu l-użu ta’ HDVs iktar effiċjenti.

L-għażla 3 hija għażla intermedja. L-awtoritajiet nazzjonali maħturin - li ħafna minnhom huma mistennija li jkunu l-awtoritajiet nazzjonali tar-reġistrazzjoni - jirrapportaw b’mod annwali lill-Kummissjoni permezz tad-data ta’ reġistrazzjoni tal-EEA ta’ vetturi rreġistrati ġodda, b’mod partikolari n-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi, il-VINs. Il-manifatturi tal-vetturi jissottomettu d-data ta’ monitoraġġ li tikkorrispondi ma’ dawk il-vetturi lill-Kummissjoni permezz tal-EEA. Fuq il-bażi tan-numri VIN, iż-żewġ settijiet ta’ data jkunu kkombinati mill-EEA biex tinkiseb data ta’ monitoraġġ fil-livell tal-Istati Membri. Taħt din l-għażla, id-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-fluss ta’ data hi assigurata, billi l-manifatturi għandhom l-inkarigu li jirrapportaw id-data ta’ monitoraġġ, li diġà għandhom f'format diġitali għal skopijiet ta’ ċertifikazzjoni.

L-Għażla 3 hi l-għażla ppreferuta. Din hi l-iktar effettiva, partikolarment għax tiżgura l-fluss diġitali tal-informazzjoni u tipprovdi kopertura ta’ data kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, u l-kost amministrattiv tagħha hu modest.

Din l-għażla magħżula aktarx li tiġġenera kompetizzjoni biex jiġu prodotti iżjed vetturi enerġetikament effiċjenti u inċentivi għall-innovazzjoni. L-effetti ta’ trasport tal-merkanzija iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija huma mistennija li jinfirxu, mill-inqas parzjalment, għall-maġġoranza tas-setturi tal-ekonomija tal-UE: kostijiet operazzjonali tal-fjuwil iżjed baxxi jwasslu għal prezzijiet tat-trasport iżjed baxxi, u dan inaqqas il-kostijiet tas-setturi l-oħra u eventwalment jibbenefikaw il-konsumaturi tal-UE.

Il-kompetittività u l-impatt internazzjonali huma mistennija li jkunu pożittivi fuq perjodu ta' żmien medju/twil għall-manifatturi ta’ HDV ukoll, meta wieħed iqis il-kuntest internazzjonali fejn swieq oħrajn (bħal pereżempju l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u iċ-Ċina) diġà għandhom regolamenti fis-seħħ li jitolbu titjib fl-effiċjenza tal-fjuwil tal-HDVs.

L-impjiegi mistennija jibbenefikaw fuq terminu ta’ żmien medju/twil. Titjib inkrementali fl-effiċjenza tal-vetturi mixtrija għandu jirriżulta fi ffrankar fl-emissjonijiet tas-CO2. Tnaqqis favorevoli iżda negliġibbli biss huwa mistenni f’emissjonijiet oħrajn. L-uniċi kostijiet ekonomiċi huma dawk amministrattivi. Dawn huma mistennija li jkunu negliġibbli - stima ta’ EUR 1 għal kull vettura.

L-idoneità u s-simplifikazzjoni regolatorja

M’hemmx obbligi diretti ta’ rapportar għall-SMEs u għall-mikrointrapriżi. L-operaturi tat-trasport, li l-maġġoranza tagħhom huma SMEs, huma mistennija jibbenefikaw miż-żieda fit-trasparenza tas-suq. Dan jippermettilhom li jieħdu deċiżjonijiet ta’ xiri infurmati aħjar favur l-aktar vetturi li huma effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil li, permezz tal-iffrankar tal-kostijiet, jistgħu jnaqqsu l-kostijiet operazzjonali u jżidu l-kompetittività tagħhom.

Ir-Regolament propost se jagħmel użu minn rapportar elettroniku, li hu mistenni li jillimita l-piż amministrattiv għall-manifatturi tal-HDV, għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-Kummissjoni/l-EEA.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-impatt fuq il-baġit li jirriżulta mill-implimentazzjoni tar-Regolament propost hu limitat ħafna (ara d-dettalji fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa). Filwaqt li jibqa’ fi ħdan il-limitu massimu tal-QFP 2014-2020 għall-Intestatura nru 2, dan ikun jirrikjedi programmar żgħir għall-EEA għas-snin 2019 u 2020.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tar-rapportar

Skont il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u l-manifatturi tal-HDV, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport annwali. Dan ir-rapportar tal-Kummissjoni jiżgura monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tar-Regolament.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1 – Suġġett

Dan l-Artikolu jispjega l-miżuri ewlenin stabbiliti bir-Regolament, jiġifieri li jiġu mmonitorjati u rrapportati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-HDVs, jiġfieri t-trakkijiet, ix-xarabankijiet u l-kowċis.

Artikolu 2 - Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Artikolu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u jispeċifika l-kategoriji tal-vetturi li għalihom għandha tiġi mmonitorjata u rapportata d-data tar-reġistrazzjoni, id-data teknika u, fejn disponibbli, id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil.

Artikolu 3 – Id-Definizzjonijiet

Ir-Regolament hu marbut mill-qrib mal- leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u juża l-istess terminoloġija bħal dik li tintuża fiha. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tul l-istrumenti legali differenti, huwa għalhekk ċar li t-terminoloġija użata f’dan ir-Regolament trid tinftiehem bl-istess mod bħal dik iddefinita fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 4 - Monitoraġġ u rapportar mill-Istati Membri

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligi essenzjali imposti fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-iskeda tal-monitoraġġ u r-rapportar, il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u d-data li trid tiġi mmonitorjata. Dawn jinkludu vetturi heavy-duty ġodda u karrijiet ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni, jew irreġistrati barra mill-Unjoni iżda inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni.

Fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, huwa ċar li dawk l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data dwar vetturi light-duty għandhom ikunu l-awtoritajiet responsabbli wkoll għall-monitoraġġ fil-każ ta’ vetturi heavy-duty.

L-Annessi I u II jikkumplimentaw din id-dispożizzjoni billi jispeċifikaw il-parametri tad-data li trid tiġi mmonitorjata kif ukoll il-passi amministrattivi tal-proċedura tal-monitoraġġ u tar-rapportar.

Artikolu 5 - Monitoraġġ u rapportar mill-manifatturi

Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligi essenzjali imposti fuq il-manifatturi fir-rigward tal-iskeda tal-monitoraġġ u r-rapportar, il-ħatra tal-punti ta’ kuntatt u d-data li trid tiġi mmonitorjata.

L-Annessi I u II jikkumplimentaw din id-dispożizzjoni billi jispeċifikaw il-parametri tad-data li trid tiġi mmonitorjata kif ukoll il-passi amministrattivi tal-proċedura tal-monitoraġġ u tar-rapportar.

Artikolu 6 - Reġistru Ċentrali għad-data dwar vetturi heavy-duty

Id-data rrapportata lill-Kummissjoni għandha tinżamm f’reġistru disponibbli b’mod pubbliku. Ir-reġistru jinżamm mill-EEA f’isem il-Kummissjoni u jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-EEA fiż-żamma tar-reġistru ta’ data għal vetturi light-duty.

Filwaqt li l-maġġoranza tar-rekords tad-data għandhom ikunu disponibbli b’mod pubbliku, ċertu data ma tistax tkun divulgata minħabba l-ħtieġa li tiġi protetta d-data privata (in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi), u minħabba raġunijiet ta’ kompetizzjoni (l-ismijiet tal-manifatturi tal-komponenti).

Artikolu 7 – Il-kwalità tad-data

Data ta’ kwalità għolja hi essenzjali biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, hu importanti li jkun magħmul ċar li l-entitajiet li jirrapportaw id-data huma responsabbli għall-kwalità u għall-eżattezza tad-data fornuta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se jkollha l-possibilità li tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-kwalità tad-data kif ukoll tikkoreġi d-data jekk ikun hemm żbalji fid-data sottomessa.

Artikolu 8 – Rapport

Id-data rapportata lill-Kummissjoni permezz tal-EEA għandha tirriżulta f'analiżi annwali tax-xejriet tal-emissjoni tas-CO2 u tal-iżviluppi fil-flotta ta’ vetturi heavy-duty fl-UE kif ukoll dawk ta’ manifatturi individwali ta’ vetturi heavy-duty. Din l-analiżi annwali għandha titwettaq mill-Kummissjoni bl-appoġġ tal-EEA u se sservi bħala input importanti għar-rapport annwali usa’ dwar il-progress li hu obbligu skont ir-Regolament propost dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, fil-kuntest tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. L-analiżi se tipprovdi wkoll input importanti fi kwalunkwe miżura ta’ politika ulterjuri possibbli. L-analiżi se tipprovdi iktar trasparenza fir-rigward tal-konfigurazzjonijiet tat-teknoloġija u r-rendiment kemm tal-flotta tal-vetturi tal-UE kif ukoll dawk individwali f’termini ta’ emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil.

Artikoli 9 u 10 - Miżuri ta’ implimentazzjoni u delega ta' setgħat

Dawn l-artikoli jipprovdu rispettivament il-bażijiet ġuridiċi għall-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni u, permezz ta’ atti delegati, temenda l-elementi mhux essenzjali tal-Annessi I u II. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni se jikkumplimentaw l-Artikolu 7 billi jippermettu lill-Kummissjoni tiddefinixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati u l-proċeduri meħtieġa għall-verifika u l-korrezzjoni tad-data rapportata. Is-setgħat delegati mogħtija lill-Kummissjoni jinkludu l-aġġustament u l-aġġornament tal-parametri tad-data li jridu jiġu mmonitorjati kif ukoll il-passi differenti fil-proċedura ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Annessi I u II.

Artikoli 11 u 12 - Proċedura tal-kumitat u tal-eżerċitar tad-delega

Dawn l-Artikoli jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet standard relatati mal-proċedura tal-kumitat li trid tintuża biex jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni u biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ delega msemmija fl-Artikolu 9(2) u (3).

2017/0111 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 10 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 11 ,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)Mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-23-24 ta’ Ottubru 2014 dwar il-qafas ta’ politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija, ġiet approvata mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet ta’ gass serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u dan ġie kkonfermat mill-ġdid fil-laqgħa tal-Kunsill f’Marzu 2016.

(2)Il-konklużjonijiet ta’ Ottubru 2014 tal-Kunsill Ewropew stipulaw li l-mira għandha tintlaħaq b’mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005. L-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw f’dak l-impenn u s-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħaq dak it-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluż it-trasport.

(3)L-Istrateġija Ewropea tal-Kummissjoni tal-2016 għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi 12 stabbiliet l-objettiv li hu tnaqqis ta’ mill-inqas 60 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

(4)L-emissjonijiet ta’ gass serra mit-trakkijiet, mix-xarabankijiet u mill-kowċis, jiġifieri l-vetturi heavy-duty, bħalissa jirrappreżentaw madwar kwart tat-trasport bit-triq fl-Unjoni u huma mistennija li jiżdiedu iktar sal-2030. Iridu jiġu introdotti miżuri effettivi biex jitrażżnu l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet neċessarju fis-settur tat-trasport.

(5)Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2014 dwar l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Konsum tal-Fjuwil u tal-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Vetturi Heavy Duty 13 , il-Kummissjoni rrikonoxxiet li prerekwiżit għall-introduzzjoni ta’ tali miżuri hu proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil.

(6)Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 jipprovdi l-qafas għat-twaqqif ta’ tali proċedura regolata. Il-miżuri jipprovdu data robusta u komparabbli dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għal kull vettura għal parti sinifikanti tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty fl-Unjoni. Ix-xerrej ta’ vettura speċifika u l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni rispettiv ikollhom aċċess għal dik l-informazzjoni, b’hekk titnaqqas parzjalment id-diskrepanza fl-għarfien.

(7)L-informazzjoni dwar ir-rendiment ta’ vettura f’termini tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jitpoġġew disponibbli pubblikament biex l-operaturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati sewwa dwar ix-xiri. Il-manifatturi tal-vetturi kollha jkunu jistgħu jikkumparaw ir-rendimenti tal-vetturi tagħhom ma’ dawk ta’ għamliet differenti. Dan se jżid l-inċentivi għall-innovazzjoni u għalhekk se jżid il-kompetittività. Din l-informazzjoni se tipprovdi wkoll lil min ifassal il-politika fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri b’bażi soda għall-iżvilupp ta’ politiki biex jippromwovu l-użu ta’ iktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Għalhekk, huwa xieraq li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati għal kull vettura heavy-duty ġdida skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] 15 [Ir-referenza t-tajba trid tiġi inkluża mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet] huma mmonitorjati, rrapportati lill-Kummissjoni u jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.

(8)Biex jinkiseb għarfien komplet dwar il-konfigurazzjoni tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2, hu xieraq li tiġi mmonitorjata u rapportata d-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha u tal-karrijiet ġodda kollha, inkluż id-data dwar is-sistemi tal-motopropulsjoni kif ukoll dwar il-karozzerija relevanti.

(9)Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil se tkun disponibbli għal ċerti vetturi heavy-duty ġodda li huma rreġistrati fl-[2019]. Għalhekk, minn dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu data dwar ir-reġistrazzjonijiet ġodda u l-manifatturi għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu d-data teknika rigward dawk il-vetturi.

(10)Id-data teknika essenzjali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tar-rendiment tal-konsum tal-fjuwil ta’ vettura għandha tkun disponibbli pubblikament biex tiżdied it-trasparenza tal-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u tar-rendiment relatat u biex titrawwem kompetizzjoni fost il-manifatturi. Data li hi sensittiva għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u ta’ kompetizzjoni ġusta biss m’għandhiex tiġi ppubblikata. Madankollu, huwa ċertament fl-interess pubbliku li d-data teknika essenzjali biex jiġi ddeterminat ir-rendiment tal-vetturi tkun disponibbli. Għalhekk, tali data m’għandhiex tkun eżentata mill-aċċess pubbliku.

(11)Huwa importanti li d-data mmonitorjata u rapportata tkun robusta u affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha l-mezzi biex tivverifika, u fejn ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data finali. Għalhekk, il-parametri li jippermettu li d-data tkun traċċata u vverifikata b’mod adegwat għandhom ikunu previsti fir-rekwiżiti tal-monitoraġġ.

(12)Skont l-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 għal karozzi tal-passiġġiera ġodda u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-iskambju ta’ data mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-manifatturi, kif ukoll għall-ġestjoni tal-bażi tad-data finali għan-nom tal-Kummissjoni tingħata lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Huwa wkoll xieraq li sa fejn hu possibbli, il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għal vetturi heavy-duty jiġu allineati ma’ dawk diġà eżistenti għal vetturi light-duty.

(13)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-verifika u l-korrezzjoni tad-data mmonitorjata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 .

(14)Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta’ monitoraġġ u rapportar jibqgħu relevanti tul iż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty għall-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-disponibilità tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat ta’ Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tar-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta’ monitoraġġ u rapportar stabbilita fl-Annessi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(15)Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda fl-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni Ewropea u l-konsum tal-fjuwil tagħhom.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-monitoraġġ u r-rapportar mill-Istati Membri u mill-manifatturi ta’ vetturi heavy-duty ta’ data dwar vetturi ġodda.

Dan għandu japplika fir-rigward tal-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:

(a)il-vetturi heavy-duty tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg li ma jaqgħux fi ħdan l-iskop tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , u l-vetturi kollha tal-kategoriji M3 u N3.

(b)    il-vetturi tal-kategoriji O3 u O4    

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 u fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill.

Artikolu 4
Monitoraġġ u rapportar mill-Istati Membri

1.Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, mill-[2020], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiġbru d-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I għas-sena kalendarja preċedenti relatata mal-vetturi reġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni. Data relatata ma’ vetturi ġodda li ġew irreġistrati qabel barra mill-Unjoni ma għandhiex tiġi mmonitorjata u rrapportata, sakemm dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni. Id-data għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

2.L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Artikolu 5
Monitoraġġ u rapportar mill-manifatturi

1.Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, mill-[2020], il-manifatturi tal-vetturi heavy-duty għandhom jiġbru d-data speċifikata fil-Parti B tal-Anness I rigward vetturi b’data tal-produzzjoni li taqa’ fis-sena kalendarja preċedenti.

Id-data tal-produzzjoni għandha tkun id-data tal-firma taċ-ċertifikat ta’ konformità jew, fejn applikabbli, id-data tal-firma taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali.

2.Il-manifatturi għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt għall-iskop tar-rapportar tad-data skont dan ir-Regolament.

Artikolu 6
Reġistru Ċentrali għad-data dwar il-vetturi heavy-duty

1.Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali għad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5. Ir-Reġistru għandu jkun disponibbili pubblikament bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data 1, 24, 25, 32, 33, 39 u 40 speċifikati f’Parti B tal-Anness I.

2.Ir-reġistru se jkun ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) f’isem il-Kummissjoni.

Artikolu 7
Il-kwalità tad-data

1.L-awtoritajiet kompetenti u l-manifatturi għandhom ikunu responsabbli għall-eżattezza u l-kwalità tad-data li jirrapportaw skont l-Artikoli 4 u 5. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żball misjub fid-data rapportata mingħajr dewmien.

2.Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-verifiki tagħha stess tal-kwalità tad-data rapportata skont l-Artikoli 4 u 5.

3.Fejn il-Kummissjoni tkun infurmata bl-iżbalji fid-data jew bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, issib diskrepanzi fis-sett tad-data, hi għandha, fejn xieraq, tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-Reġistru Ċentrali msemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 8
Ir-rapport

1.Bħala parti mir-rapport annwali tagħha skont [l-Artikolu 29 tar-Regolament propost dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], il-Kummissjoni għandha tippubblika l-analiżi tagħha tad-data trażmessa mill-Istati Membri u mill-manifatturi għas-sena kalendarja preċedenti.

2.L-analiżi għandha tindika, bħala minimu, ir-rendiment tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni kif ukoll dik ta’ kull manifattur f’termini tal-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2. Din għandha wkoll, fejn disponibbli,tqis id-data dwar it-teħid ta’ teknoloġiji ġodda u avvanzati ta’ tnaqqis tas-CO2.

3.    Il-Kummissjoni għandha tħejji l-analiżi bl-appoġġ tal-EEA.

Artikolu 9
L-għoti tas-setgħat ta’ implimentazzjoni

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-miżuri ta’ verifika u korrezzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 10
Delegazzjoni tas-setgħat

1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 bil-ħsieb li temenda l-Anness I għall-iskop ta’ aġġornament jew ta’ aġġustament tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fih, fejn dan jitqies li hu neċessarju, biex tiġi stiuplata analiżi bir-reqqa skont l-Artikolu 8.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 bil-ħsieb li temenda l-Anness II għall-iskop ta’ aġġustament tal-proċedura ta’ monitoraġġ u rapportar speċifikata f’dan biex tkun tista’ titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11
Il-proċedura tal-kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 . Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.Hekk kif tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva – "Aġenziji"

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet:

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani [tal-korp]

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

1.2.Qasam/Oqsma ta' politika kkonċernat/i fl-istruttura ta’ ABM/ABB 22  

34: Azzjoni klimatika

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 23  

 Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Il-miri strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirati mill-proposta/inizjattiva

Il-proposta tikkostitwixxi miżura leġiżlattiva prinċipali tal-ewwel pakkett dwar il-mobilità li se jiġi adottat f’Mejju 2017. Din tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għal mobilità b’emissjonjiet baxxi tal-Kummissjoni 24 , adottata fl-2016, u l-pjan ta’ azzjoni tagħha 25 biex ittejjeb l-effiċjenza tal-fjuwil u tnaqqas l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (HDVs), jiġifieri trakkijiet, xarabanks u kowċis.

Il-proposta hija parti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni mħabbrin fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2014 dwar Strateġija għat-Tnaqqis tal-Konsum tal-Fjuwil u tal-Emissjonijiet tas-CO2 mill-Vetturi Heavy Duty 26 sabiex tiġi stabbilita proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-HDVs u għall-monitoraġġ u r-rapportar tagħhom għall-vetturi kollha ġodda li jitpoġġew fis-suq tal-UE.

Din il-miżura tipprovdi wkoll għodda ta’ infurzar prinċipali għall-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 futuri tal-HDVs li l-Kummissjoni kkommettiet li tipproponi fl-2018.

Il-proposta tikkontribwixxi biex jinkiseb l-impenn tal-UE sabiex tilħaq tnaqqis ta’ 40 % fl-emissjonijiet domestiċi sal-2030 mqabbel mal-1990.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet AB M/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru 3

Aktar dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport fl-UE permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki armonizzati (f’kooperazzjoni ma’ DĠ oħra bħad-DĠ MOVE, GROW,...)

Attivitajiet ABM/ABB konċernati

Attività ABB 34 02 – Azzjoni klimatika fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali.

Attività ABB 07 02 – Politika ambjentali fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali (artikolu baġitarju 07 02 06 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent).

1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

Il-proposta se tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty (HDVs) ġodda li jitpoġġew fis-suq tal-UE.

Il-proposta se tikkontribwixxi għal suq tal-HDV aktar trasparenti li se jistimula l-kompetizzjoni fost il-manifatturi tal-HDV u l-operaturi tat-trasport. Dan imbagħad se jistimula l-innovazzjoni fil-livell tal-manifatturi tal-komponenti u tal-vetturi biex jipproduċu vetturi iżjed effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-suq tal-UE.

Huwa mistenni li jekk il-monitoraġġ u r-rapportar jiskattaw titjib addizzjonali inkrementali ta’ 1 % fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-flotta tal-HDV tal-UE, dan jirriżulta fi tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta’ madwar 2.1 Mt.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva proposta.

Indikatur nru 1: Emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-fjuwil medji annwali għal kull klassi ta’ vetturi, manifattur u Stat Membru minn HDVs ġodda reġistrati fl-UE fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni.

Indikatur nru 2: Tqabbil tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil medji annwali tal-istess klassi ta’ vetturi minn snin differenti.

Indikatur nru 3: Ħarsa ġenerali annwali lejn it-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija mgħammra fil-vetturi l-ġodda u l-livell ta’ penetrazzjoni tagħhom.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

L-Istati Membri u l-manifatturi ta’ vetturi heavy-duty irreġistrati ġodda fl-UE jkollhom jiġbru u jirrapportaw id-data tal-monitoraġġ tas-CO2 lill-Kummissjoni bl-użu tar-Repożitorju tad-Data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tiġbor u tiġġestixxi d-data. Kull sena se jkun disponibbli għall-pubbliku sett tad-data. Il-Kummissjoni se tippubblika rapport annwali dwar il-monitoraġġ.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Kemm is-swieq għal HDVs ġodda u kemm is-servizzi tat-trasport qed joperaw madwar l-UE u huma partijiet integrali tas-Suq Uniku. In-nuqqas ta’ trasparenza dwar il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 minn HDVs ġodda għadu ma ġiex indirizzat fl-ebda Stati Membru u jikkonċerna l-UE kollha. Barra dan, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs huma koperti taħt il-mira ta’ tnaqqis ta’ gass serra tal-UE.

Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għall-UE kollha, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jadottaw approċċi differenti lejn il-monitoraġġ u r-rapportar, li jwassal għal ġbir frammentat u inkonsistenti tat-tali data madwar l-UE. Dan iwassal għal piż amministrattiv għoli għall-manifatturi tal-HDVs li jkollhom jikkonformaw ma’ sistemi ta’ rapportar differenti. Madankollu, il-konsultazzjoni pubblika mwettqa fit-tħejjija tal-proposta tindika li l-awtoritajiet nazzjonali jippreferu ma jiħdux azzjoni.

Sistema għall-UE kollha għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-HDVS se tipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar il-livell ta’ penetrazzjoni u d-diffużjoni attwali tat-teknoloġiji avvanzati li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija għax-xerrejja tal-HDVs u dawk li jfasslu l-politika.

Barra dan, it-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera u fl-istess ħin kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. Għalhekk, tenħtieġ il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-livell Ewropew u l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà.

1.5.3.Tagħlimiet mitgħallma minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Għall-karozzi u l-vannijiet diġà hemm fis-seħħ sistema obbligatorja għall-UE kollha għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 27 . Is-sistema wriet li hija siewja ħafna biex tipprovdi aktar trasparenza fis-suq tal-UE, għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Is-sett tad-data ppubblikat kull sena mill-EEA jintuża b’mod komuni għat-tqabbil tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tax-xogħol ħfief fl-UE. Dan jikkostitwixxi l-bażi għall-istabbiliment tal-istandards tal-prestazzjoni tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet u għall-valutazzjoni tal-konformità annwali tal-manifatturi ma’ dawn l-istandards.

Is-sistema ta’ monitoraġġ u rapportar proposta għall-UE għall-HDVs tibni ħafna fuq it-tagħlimiet meħuda mis-sistema ta’ monitoraġġ u rapportar għall-UE għall-vetturi kummerċjali ħfief. Għal vetturi kummerċjali ħfief, ir-Regolament propost jipprevedi sistema ta’ monitoraġġ ibbażata fuq in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi (VINs) u d-data tiġi sottomessa kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-manifatturi sabiex il-piż amministrattiv jinżamm baxx kemm jista’ jkun. Bħal fil-każ tas-sistema ta’ monitoraġġ u rapportar għall-karozzi u l-vannijiet, ir-Repożitorju tad-Data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jintuża għas-sottomissjoni tad-data. Barra dan, minħabba l-esperjenza akkumulata tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-monitoraġġ tas-CO2, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tappoġġja wkoll il-Kummissjoni fil-ġestjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ għall-UE għall-HDVs.

1.5.4.Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-proposta hija konsistenti mar-Regolament propost tal-Kummissjoni […] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b'perjodu li jibda mill-2018 (mingħajr l-impatt finanzjarju) għal tul ta’ żmien mhux limitat,

u warajh tħaddim fl-iskala kollha

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

pajjiżi terzi jew korpi li ħatru;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi ta’ dritt pubbliku;

korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-parteċipazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) se tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament propost dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

Speċifikazzjoni tal-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament propost jispeċifika l-frekwenza u d-data li trid tiġi rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi għall-vetturi heavy-duty ġodda reġistrati fl-Unjoni. Id-data kif speċifikata fir-Regolament propost trid tiġi rapportata kull sena bl-użu tar-Repożitorju tad-Data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Sabiex jingħata sostenn lill-Istati Membri u lill-manifatturi fir-rapportar annwali tagħhom, se tingħata gwida ulterjuri permezz tas-CIRCABC.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

L-Istati Membri jew il-manifatturi jistgħu jdumu biex jissodisfaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar tagħhom. Huwa mistenni li l-Istati Membri jaħtru l-istess awtoritajiet li huma diġà responsabbli għall-monitoraġġ u r-rapportar għall-karozzi u l-vannijiet. Dawn l-awtoritajiet huma familjari mal-monitoraġġ u r-rapportar u l-għodda tal-IT rilevanti li se tnaqqas dawn ir-riskji.

Ir-Repożitorju tad-Data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent huwa sistema tar-rapportar tad-data stabbilita sew. Jista’ jitqies li kwistjonijiet ta’ disaggregazzjoni possibbli tas-sistema u kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità huma indirizzati b’mod suffiċjenti.

2.2.2.Informazzjoni dwar kif taħdem is-sistema ta’ kontroll intern

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regolamenti ta’ Applikazzjoni.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Minbarra l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet, fuq il-bażi tas-sistema stabbilita sew għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda, il-kontroll tal-kwalità u l-verifika tad-data sottomessa se jitwettqu sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe lakuna u irregolarità.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

·Linji tal-baġit eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...…………]

Diff./Mhux diff 28 .

minn pajjiżi tal-EFTA 29

minn pajjiżi kandidati 30

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

34 02 01: Tnaqqis tal-emissjonijiet GHG (mitigazzjoni)

Diff.

LE

LE

LE

LE

2

07 02 06 : L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Mhux Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

·Linji tal-baġit ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

2

Tkabbir Sostenibbli Riżorsi Naturali

[Test]: <EEA – L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent>

Sena
2019

Sena
2020

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

AMMONT TOTALI

2019-2020

Titolu 1:Nefqa fuq il-persunal

L-impenji

(1)

0.150

0.200

0.350

Pagamenti

(2)

0.150

0.200

0.350

Titolu 2: Nefqa operazzjonali u infrastrutturali

L-impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

L-impenji

(3a)

0.250

0.175

0.425

Pagamenti

(3b)

0.250

0.175

0.425

Approprjazzjonijiet TOTALI
għall-[korp] <EEA>

L-impenji

=1+1a +3a

0.400

0.375

0.775

Pagamenti

=2+2a

+3b

0.400

0.375

0.775






3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenni f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-għanijiet u l-eżiti

Sena
2019

Sena
2020

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

AMMONT TOTALI

RIŻULTATI (outputs)

Tip 31

Spiża medja

L-ebda

Spiża

L-ebda

Spiża

L-ebda

Spiża

L-ebda

Spiża

L-ebda

Spiża

L-ebda

Spiża

L-ebda

Spiża

Nru totali

Nefqa totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 32 ...

- Pjattaforma tar-rapportar tal-istabbiliment

1

0.250

0.250

QA/QC dettaljati bl-assistenza- MS/OEMS li jirrapportaw, komunikazzjoni mal-pajjiżi u l-manifatturi, amministrazzjoni u żamma tal-bażi ta’ data, appoġġ tal-helpdesk eċċ.

1

0.175

0.025

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

1

0.250

1

0.175

0.275

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

1

0.250

1

0.175

0.275

3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EEA

3.2.3.1.Fil-Qosor

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

AMMONT TOTALI

2019+2020

Uffiċjali (Gradi AD)

Uffiċjali (Gradi AST)

Persunal b’kuntratt

0.150

0.200

0.350

Persunal temporanju

Esperti Nazzjonali Sekondati

AMMONT TOTALI

0.150

0.200

0.350

Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – pjan ta’ stabbiliment

Grupp ta’ kariga u grad

Is-sena 2019

Is-sena 2020

Sena N+2

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

AD16

AD15

AD14

AD13

AD12

AD11

AD10

AD9

AD8

AD7

AD6

AD5

 

Total AD

AST11

AST10

AST9

AST8

AST7

AST6

AST5

AST4

AST3

AST2

AST1

Total AST

AST/SC 6

AST/SC 5

AST/SC 4

AST/SC 3

AST/SC 2

AST/SC 1

AST/SC Total

TOTAL FINALI

Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – persunal estern

Aġenti kuntrattwali

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Grupp ta’ kariga IV

1

1

Grupp ta’ kariga III

1(*)

1

Grupp ta’ kariga II

Grupp ta’ kariga I

Totali

2

2

(*) ir-reklutaġġ huwa previst f’nofs l-2019.

Esperti Nazzjonali Sekondati

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Jekk jogħġbok indika d-data tar-reklutaġġ ippjanat u adatta l-ammont xieraq (jekk ir-reklutaġġ iseħħ f’Lulju, 50% biss tal-ispiża medja tiġi kkunsidrata) u agħti iktar spjegazzjonjiet fl-anness.

Minbarra l-aġent temporanju wieħed u l-aġent kuntrattwali wieħed li fil-preżent qed jaħdmu fl-EEA fuq il-kompiti relatati mal-monitoraġġ tas-CO2 mill-karozzi u l-vannijiet 33 , u filwaqt li tirrifletti t-tul ta’ żmien mingħajr limitu tal-attivitajiet addizzjonali li qed jiġu proposti għall-Aġenzija, l-EEA teħtieġ 2 aġenti kuntrattwali addizzjonali biex jimmaniġġjaw:

·L-istabbiliment, il-ġestjoni u ż-żamma tal-flussi ta’ rapportar ġodda u l-infrastruttura tar-rapportar elettroniku inklużi l-attivitajiet kollha relatati mal-IT, fir-rigward tas-sottomissjoni tad-data għall-HDVs;

·It-twettiq ta’ valutazzjoni tal-kwalità tad-data dettaljata u kontroll tal-kwalità għas-sottomissjonijiet tad-data mill-Istati Membri u l-manifatturi, inkluża l-koordinazzjoni tal-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-esperti tal-manifattura, l-appoġġ tal-helpdesk assoċjat eċċ.;

·Il-kumpilazzjoni u l-pubblikazzjoni tas-settijiet tad-data fuq is-sit web tal-EEA għall-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet ikkonċernati l-oħrajn.

Aġent kuntrattwali wieħed (Grupp ta’ kariga IV) jibda fl-2019 biex jipprepara u jimplimenta s-sistema ta’ rapportar biex jiżgura li din tkun kompletament operattiva fl-2020. It-tieni aġent kuntrattwali (Grupp ta’ kariga III) se jibda fit-tieni semestru tal-2019 biex jappoġġa l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rapportar kif ukoll it-tħejjija tas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità tad-data.

L-impatt fuq il-baġit ġie kkalkulat kif xieraq b’suppożizzjoni ta’ spiża medja ta’ EUR 100 000 fis-sena/aġent kuntrattwali.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

L-inizjattiva proposta se teħtieġ żieda tal-Ipprogrammar Finanzjarju għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) iffinanzjat mill-intestatura baġitarja 07 02 06 għas-snin 2019 u 2020 bl-ammonti indikati fit-tabella 3.2.1 hawn fuq.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 34 .

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Is-sena
N

Is-sena
N+1

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati



3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq l-introjtu mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja tal-baġit tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 35

Is-sena
N

Is-sena
N+1

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-intestatura/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul

(1) Studji dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet tal-fjuwil murija fit-Taqsima 5.6 u fl-Anness 8 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ akkumpanjament, SWD(2017)XXX.
(2) http://www.acea.be/uploads/publications/ACEA_Pocket_Guide_2016_2017.pdf .
(3) Id-data tal-2016 dwar l-Inventarju tal-gass serra, http://www.eea.europa.eu/data-and-maps/data/data-viewers/greenhouse-gases-viewer .
(4) Inkluż l-avjazzjoni internazzjonali iżda eskluż it-trasport marittimu internazzjonali.
(5) Id-data tal-2016 dwar l-Inventarju tal-gass serra, http://www.eea.europa.eu/data-and-maps/data/data-viewers/greenhouse-gases-viewer .
(6) Xenarju ta’ Referenza tal-UE għall-2016: L-Enerġija, it-Trasport u l-emissjonijiet ta’ gass serra - Xejriet sal-2050.
(7) Id-Direttiva 2007/46/KE, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32007L0046&from=EN&lang3=choose&lang2=choose&lang1=MT.
(8) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma disponibbli http://ec.europa.eu/clima/consultations/articles/0031_en .
(9) SWD(2017)XXX
(10) ĠU C , , p. .
(11) ĠU C , , p. .
(12) COM(2016) 501 final.
(13) COM(2014) 285 final.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) […/…] li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L…,..,..).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tat-23 ta’ April 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, ĠU L 140, 5.2.2009, p. 1.
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, ĠU L 145, 31.5.2011, p.1.
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(21) Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1).
(22) ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività
(23) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(24) https://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2016/EN/1-2016-501-EN-F1-1.PDF
(25) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=SWD:2016:244:FIN
(26) COM (2014)285, disponibbli taħt: http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/heavy/documentation_en.htm
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 443/2009 u r-Regolament (KE) Nru 510/2011.
(28) Diff. AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(29) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(30) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(31) Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(32) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku(ċi)...”.
(33) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011.
(34) Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(35) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 31.5.2017

COM(2017) 279 final

ANNESSI

tal-proposta għal

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom

{SWD(2017) 188 final}
{SWD(2017) 189 final}


Anness I
Data li trid tiġi mmonitorjata u rrapportata

Parti A: Data li trid tiġi monitorjata u rapportata mill-Istati Membri:

(a)in-numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi ġodda kollha kif imsemmi fl-Artikolu 2(a) u (b) li huma rreġistrati fit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)l-isem tal-manifattur;

(c)id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur);

(d)il-kodiċi għall-body kif speċifikat fil-punt 38 taċ-ċertifikat ta’ konformità, fejn disponibbli;

(e)fil-każ tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(a), l-informazzjoni fuq l-impjant tal-enerġija speċifikata fil-punti 23, 23.1 u 26 taċ-ċertifikat ta’ konformità.

Parti B:Id-data li trid tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-manifatturi ta' vetturi heavy-duty:

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors Appendiċi 1 għal Anness I għar-Regolament […/…] 

Deskrizzjoni

1

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN)

1.1.1

L-identifikazzjoni tal-vettura u l-komponenti

2

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tal-magna

1.2.1

3

In-numru taċ-ċertifikazzjoni CdxA (jekk applikabbli)

1.8.2

4

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tal-gerijiet

1.3.2

5

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tal-fus

1.7.2

6

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 1

1.9.2

7

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 2

1.9.6

8

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 3

1.9.10

9

in-numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 4

1.9.14

10

il-kategorija tal-vettura

1.1.2

Il-klassifikazzjoni tal-vettura

11

il-konfigurazzjoni tal-fus

1.1.3

12

il-piż gross massimu tal-vettura

1.1.4

13

il-grupp tal-vettura

1.1.5

14

l-isem tal-manifattur

1.1.6

L-ispeċifikazzjoni tal-vettura u tax-xażì

15

l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

1.1.7

16

il-massa attwali kkoreġuta tal-vettura fi stat ta’ tħaddim

1.1.8

17

il-potenza nominali tal-magna

1.2.2.

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

18

il-veloċità idle tal-magna

1.2.3

19

il-veloċità nominali tal-magna

1.2.4

20

il-kapaċità tal-magna

1.2.5

21

it-tip ta’ fjuwil ta’ referenza tal-magna

1.2.6

22

Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tas-CdxA (valur jew kejl prestabbilit)

1.8.1

L-ajrudinamika

23

Il-valur CdxA

1.8.3

24

l-isem u l-indirizz tal-manifattur

-

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-gerijiet

25

l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

-

26

opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tal-mappa tat-telf tal-Għodda tal-Kalkolazzjoni tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vettura (valuri standard/metodu 1/metodu 2)

1.3.1

27

it-tip ta’ trażmissjoni

1.3.3

28

in-numru ta’ gerijiet

1.3.4

29

il-ger finali tal-proporzjon tat-trażmissjoni

1.3.5

30

brejk (iva/le)

1.3.6

31

power take off (iva/le)

1.3.7

32

l-isem u l-indirizz tal-manifattur

-

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fus

33

l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

-

34

opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tal-mappa tat-telf tal-għodda tal-kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vettura (valuri/kejl standard)

1.7.1

35

it-tip ta’ fus

1.7.3

36

il-proporzjon tal-fus

1.7.4

37

opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tal-mappa tat-telf tal-għodda tal-kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vettura (valuri/kejl standard)

1.6.1

L-ispeċifikazzjonijiet tas-sewqan f'angolu

38

il-proporzjon tas-sewqan f'angolu

1.6.2

39

l-isem u l-indirizz tal-manifattur

-

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tat-tajers

40

l-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

-

41

id-daqs tat-tajers, fus 1

1.9.1

42

il-koeffiċjent speċifiku tar-reżistenza kontra l-qlib (RRC, rolling resistance coefficient) tat-tajers kollha fuq fus 1 (xellug/lemin)

1.9.3

43

id-daqs tat-tajers, fus 2

1.9.4

44

fus doppju (iva/le), fus 2

1.9.5

45

RRC tat-tajers kollha fuq fus 2 (xellug/lemin)

1.9.7

46

id-daqs tat-tajers, fus 3

1.9.8

47

fus doppju (iva/le), fus 3

1.9.9

48

RRC tat-tajers kollha fuq fus 3 (xellug/lemin)

1.9.11

49

id-daqs tat-tajers, fus 4

1.9.12

50

fus doppju (iva/le), fus 4

1.9.13

51

RRC, fus 4 (xellug/lemin)

1.9.15

52

teknoloġija tal-fann tat-tkessiħ tal-magna (iva/le – jekk iva indika t-tip ta’ teknoloġija)

1.10.1

L-ispeċifikazzjonijiet ewlenin awżiljarji

53

teknoloġija tal-pompa tal-istering (iva/le – jekk iva indika t-tip ta’ teknoloġija)

1.10.2

54

teknoloġija tas-sistema tal-elettriku (iva/le – jekk iva indika t-tip ta’ teknoloġija)

1.10.3

55

teknoloġija tas-sistema pnewmatika (iva/le – jekk iva indika t-tip ta’ teknoloġija)

1.10.4

56

profil tal-missjoni (trasport fit-tul, reġjonali, urban, kostruzzjoni)

2.1.1

Parametri ta' simulazzjoni (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

57

it-tagħbija (kif definita fl-Għodda tal-kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vettura)

2.1.2

58

il-massa totali tal-vettura fis-simulazzjoni

2.1.4

59

il-veloċità medja

2.2.1

Prestazzjoni tas-sewqan tal-vettura (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

60

il-veloċità minima instantanja

2.2.2

61

il-veloċità massima instantanja

2.2.3

62

id-deċellerazzjoni massima

2.2.4

63

l-aċċellerazzjoni massima

2.2.5

64

il-perċentwal tat-tagħbija sħiħa fuq il-ħin tas-sewqan

2.2.6

65

l-għadd totali tat-tibdil tal-ger

2.2.7

66

id-distanza totali misjuqa

2.2.8

67

l-emissjonijiet ta’ CO2 

(espressi fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m³-km)

2.3.13-2.3.16

l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni)

68

il-konsum tal-fjuwil

(espress f’l/100km, l/t-km, l/p-km, l/m³-km, MJ/km, MJ/t-km, MJ/p-km, MJ/m³-km)

2.3.1-2.3.12

69

il-verżjoni tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi

3.1.1

L-informazzjoni tas-softwer u l-utent

70

id-data u l-ħin tas-simulazzjoni tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi

3.1.2

71

ir-referenza tal-utent/liċenzja tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi

3.1.3

72

Hash kriptografiku

3.1.4

73

Teknoloġiji avvanzati għat-tnaqqis tas-CO2

-

Teknoloġiji għat-tnaqqis tas-CO2 tal-vettura



ANNESS II

Rapportar u ġestjoni tad-data

1.Rapportar mill-Istati Membri

1.1    Sa mill-1 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I fuq bażi ta’ sena kalendarja.

1.2    Id-data għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 4 mill-punt tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment ta’ data elettronika lir-Repożitorju tad-Data Ċentrali mmaniġġjat mill-EEA.

Il-punt tal-kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-EEA meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-indirizzi li ġejjin:

[ EC-CO2-HDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu ] and

HDV-monitoring@eea.europa.eu .

2.Rapportar mill-manifatturi

2.1    Il-manifatturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2018] l-informazzjoni li ġejja:

(a)Isem il-manifattur indikat fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali;

(b)Il-kodiċi tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Manifattur Dinji (il-kodiċi WMI) kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 1 biex jintuża fin-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi ta’ vetturi heavy-duty ġodda li se jitpoġġew fis-suq;

(c)Il-punt tal-kuntatt responsabbli għat-tlugħ tad-data fir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju tal-EEA.

Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni.

In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.2.

2.2    Manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1.

2.3    Sa mill-[1 ta’ Jannar 2019], u għal kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur għandu jirreġistra, għal kull vettura heavy-duty ġdida prodotta, id-data speċifikata fil-Parti B tal-Anness I.

2.4    Id-data msemmija fil-punt 2.3 għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 5(1) mill-punt tal-kuntatt tal-manifattur permezz ta’ trasferiment elettroniku lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju mmaniġġjat mill-EEA.

Il-punt tal-kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-EEA meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-kaxex postali funzjonali speċifikati fil-punt 1.2 ta’ dan l-Anness.

3.Ipproċessar tad-data

3.1L-EEA għandha tipproċessa d-data trażmessa skont il-punti 1.2 u 2.4 u għandha tirreġistra d-data pproċessata fir-Reġistru Ċentrali għad-data dwar vetturi heavy-duty.

3.2Id-data li għandha x'taqsam ma' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja preċedenti u rreġistrati fir-Reġistru għandha tkun magħmula pubblika sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Ottubru] ta’ kull sena, mill-[2020], bl-eċċezzjoni tal-inputs tad-data speċifikati fl-Artikolu 6(1).

3.3Meta awtorità kompetenti jew il-manifatturi jidentifikaw żbalji fid-data sottomessa, dawn għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-EEA billi jissottomettu rapport ta’ notifika ta’ żball lir-Repożitorju tad-Data Ċentrali jew lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju u bil-posta elettronika mibgħuta lill-kaxex funzjonali li hemm referenza għalihom fil-punt 1.2.

3.4Bl-appoġġ tal-EEA, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-iżbalji nnotifikati u, fejn xieraq, tikkoreġi d-data fir-Reġistru.

3.5Bl-appoġġ tal-EEA, il-Kummissjoni għandha tagħmel formati elettroniċi disponibbli għat-trażmissjonijiet tad-data msemmija fil-punti 1.2 u 2.4 fiż-żmien dovut qabel id-dati tal-iskadenza tat-trażmissjoni.

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).