Brussell, 14.3.2017

COM(2017) 126 final

2017/0054(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Normalment, dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi waqt il-perjodu li matulu jkunu fis-seħħ.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti tfasslu skont l-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-obbligi tal-Unjoni għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jirriżultaw mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku l-ġdid tal-PKS.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-PKS hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, l-adozzjoni ta’ miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd hija r-responsabbiltà tal-Kunsill.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost: Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjonieżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta tqis ir-rispons mill-partijiet ikkonċernati, il-Kunsilli Konsultattivi, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-proposta hija bbażata fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF).

Valutazzjoni tal-impatt

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd huwa ċirkoskritt bl-Artikolu 43(3) tat-Trattat.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-miżuri proposti mhu se jkollhom l-ebda implikazzjoni għall-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-emendi proposti għandhom l-għan li jimmodifikaw ir-Regolament (UE) 2017/127 kif deskritt hawn taħt.

Iċ-ċiċċirell huwa speċi b’ħajja qasira u l-parir xjentifiku jkun disponibbli fit-tieni nofs ta’ Frar, filwaqt li s-sajd jibda diġà f’April. Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 il-limiti tal-qabda totali permissibbli (it-TAC) ġew stabbiliti għal żero. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu emendati f'konformità mal-aħħar parir xjentifiku tal-ICES.

Il-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (l-IATTC) adottat miżuri għat-tonna safra, għat-tonn ta’ għajnu kbira u għall-palamit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC. Dawk il-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

Skont il-proċedura prevista fil-ftehim u fil-protokoll dwar ir-relazzjonijiet tas-sajd ma’ Greenland, il-Kumitat Konġunt stabbilixxa l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland fl-2017. Għalhekk, jeħtieġ li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

Fil-ħames laqgħa annwali tagħha fl-2017, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (l-SPRFMO) stabbiliet l-opportunitajiet tas-sajd magħmula minn qabda totali permissibli (it-TAC) għas-sawrell. Din it-TAC għandha tkun inkluża fir-Regolament.

Wara l-konsultazzjonijiet mal-Gżejjer Faeroe ġie deċiż li jiżdied l-għadd ta’ liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għall-kavalli: għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe u għall-bastimenti tas-sajd tal-Ġżejjer Faeroe fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Ċerti kodiċijiet ta’ rappurtar għandhom jiġu modifikati sabiex jiġi żgurat ir-rappurtar xieraq tal-qabdiet.

2017/0054 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)Il-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (l-IATTC) fil-91 Laqgħa Annwali (Straordinarja) tagħha, li saret bejn is-7 u l-10 ta’ Frar 2017, adottat miżuri għat-tonna safra, għat-tonn ta’ għajnu kbira u għall-palamit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(3)Fir-Regolament (UE) 2017/127 il-qabda totali permissibbli (it-TAC) għaċ-ċiċċirell kienet stabbilita għal żero. Iċ-ċiċċirell huwa speċi b’ħajja qasira u l-parir xjentifiku jkun disponibbli fit-tieni nofs ta’ Frar, filwaqt li s-sajd jibda diġà f’April. Il-limiti tal-qbid għal dik l-ispeċi issa għandhom jiġu emendati f'konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-ICES maħruġ fit-23 ta’ Frar 2017.

(4)Skont il-proċedura prevista fil-ftehim u fil-protokoll dwar ir-relazzjonijiet tas-sajd ma’ Greenland, il-Kumitat Konġunt stabbilixxa l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland fl-2017. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

(5)Fil-ħames laqgħa annwali tagħha li saret bejn it-18 u t-22 ta’ Jannar 2017, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (l-SPRFMO) stabbiliet qabda totali permissibli (it-TAC) għas-sawrell. Din il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(6)Wara konsultazzjonijiet mal-Gżejjer Faeroe dwar id-drittijiet tas-sajd, ġie miftiehem li jiżdied l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-kavalli fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe u għall-bastimenti tas-sajd għall-kavalli tal-Ġżejjer Faeroe fl-ilmijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet jiġi mmodifikat skont dan.

(7)Jenħtieġ li ċerti kodiċijiet ta’ rappurtar jiġu modifikati sabiex jiġi permess ir-rappurtar preċiż tal-qabdiet u jenħtieġ li ċerti referenzi jiġu korretti.

(8)Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2017/127 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti ta' qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2017/127

1.Fl-Artikolu 12(1), il-punt (v) jinbidel b’dan li ġej:

“(v)    il-mazzola griża (Squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X u XII tal-ICES, bl-eċċezzjoni ta’ programmi għall-evitar kif jinsab fl-Anness IA;”.

2.Fl-Artikolu 27, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

“L-Istati Membri għandhom jagħlqu s-sajd tal-bastimenti bit-tartaruni tal-borża bl-FADs u li jtajru l-bandiera tagħhom meta jintlaħaq il-limitu tal-qbid allokat għal dak is-sajd.”

3.Fl-Artikolu 41(1), il-punt (p) jinbidel b’dan li ġej:

“(p)    il-mazzola griża (squalus acanthias) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X u XII tal-ICES;”.

4.L-Annessi IA, IB, ID, IE, IJ, IID, III u VIII tar-Regolament (UE) 2017/127 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President


Brussell, 14.3.2017

COM(2017) 126 final

ANNESS

tal-
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd


ANNESS

1.L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(a)Fit-test kollu tal-Anness IA, il-kliem “Japplika l-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament” jinbidel bil-kliem “Japplika l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament”;

(b) it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ IIa, IIIa u IV tinbidel b'dan li ġej:

Speċi:

Ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ IIa, IIIa u IV(1)

 

Ammodytes spp.

 

 

 

 

Id-Danimarka

 

458 552

(2)

TAC analitika

 

 

Ir-Renju Unit

10 024

(2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Il-Ġermanja

701

(2)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Iżvezja

16 838

(2)

L-Unjoni

486 115

TAC

486 115

(1)

Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet aċċessorji tal-barbun komuni, il-merlangu u l-kavalli jistgħu jikkonsistu f'mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OT1/* 2A3A4). Fejn Stat Membru juża din id-dispożizzjoni għal speċi ta' qabda aċċessorja f'dan is-sajd, ma tista' tintuża l-ebda dispożizzjoni ta' flessibbiltà bejn l-ispeċijiet minn dak l-Istat Membru fir-rigward tal-qabdiet aċċessorji ta' dik l-ispeċi.

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif ddefinit fl-Anness IID:

Żona: L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell

1r

2r

3r

4

5r

6

7r

(SAN/234_1R)

(SAN/234_2R)

(SAN/234_3R)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5R)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7R)

Id-Danimarka

241 443

165 965

0

50 979

0

165

0

Ir-Renju Unit

5 278

3 628

0

1 114

0

4

0

Il-Ġermanja

369

254

0

78

0

0

0

L-Iżvezja

8 866

6 094

0

1 872

0

6

0

L-Unjoni

255 956

175 941

0

54 043

0

175

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

255 956

175 941

0

54 043

0

175

0

 

 

 

 

 

 

 

 

(c)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju iswed f’IIIa, IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta’ IIa, il-kodiċi tar-rappurtar “(POK/2A3A4.)” jinbidel b’ “(POK/2C3A4)”;

(d)Fin-nota f’qiegħ il-paġna numru (3) tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ VIa, VIb VIIa-VIIc u VIIe-VIIk, il-kodiċi tar-rappurtar “(RJE/7FG)” jinbidel b’ “(RJE/7FG.)”.

(e)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ VIId in-noti f’qiegħ il-paġna numri (1) u (2) jinbidlu b'dan li ġej:

“(1)Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), ir-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), ir-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.) u r-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) għandhom jiġu rrapurtati separatament.

(2)Kondizzjoni speċjali: sa 5 % minnhom jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), ir-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJN/*67AKD), ir-raja batra (Raja brachyura) (RJN/*67AKD), u r-raja makkjettata (Raja montagui) (RJN/*67AKD) għandhom jiġu rrapurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).”

(f)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kavalli f’IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta’ IIa, IIIb, IIIc u tas-suddiviżjonijiet 22-32, in-nota f’qiegħ il-paġna numru (3) tinbidel b’dan li ġej:

“(3)Kondizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li jrid jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi ta’ IIa u IVa (MAC/*2A4AN):

328

Meta jsir sajd skont din il-kondizzjoni speċjali, il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed iridu jingħaddu mal-kwoti ta’ dawn l-ispeċijiet.”

2.Fl-Anness IB tar-Regolament (UE) Nru 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland ta’ V u XIV tinbidel b’dan li ġej:

Speċi:

Kapelin

 

Żona:

L-ilmijiet ta’ Greenland ta’ V u XIV

 

Mallotus villosus

 

(CAP/514GRN)

Id-Danimarka

0

TAC analitika

Il-Ġermanja

0

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Iżvezja

0

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Ir-Renju Unit

0

L-Istati Membri kollha

0

(1)

L-Unjoni

0

(2)

In-Norveġja

4 389

(2)

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri Kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b'iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta' “L-Istati Membri kollha”.

(2)

Għal perijodu ta' sajd mill-20 ta' Ġunju sat-30 ta' April tas-sena ta' wara.

3.L-Anness ID tar-Regolament (UE) 2017/127 huwa emendat kif ġej:

(a)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxivela fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45  N, il-perjodu tar-rappurtar “(SAIL/AE45W)” jinbidel b’ “(SAI/AE45W)”;

(b)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxivela fl-Oċean Atlantiku, fil-Punent ta’ 45  N, il-perjodu tar-rappurtar “(SAIL/AW45W)” jinbidel b’ “(SAI/AW45W)”;

(c)Fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxispad fil-Mediterran, il-kodiċi tar-rappurtar “(SWO/M)” jinbidel b’ “(SWO/MED)”.

4.Fl-Anness IE tar-Regolament (UE) 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-grenadieri f’FAO 48.3 fl-Antartiku, il-kodiċi tar-rappurtar “(SRX/F483.)” jinbidel b’ “(GRV/F483.)”.

5.Fl-Anness IJ tar-Regolament (UE) Nru 2017/127, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO tinbidel b'dan li ġej:

Speċi:

Sawrell

Żona:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

 

Trachurus murphyi

 

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

7 583,98

TAC analitika

In-Netherlands

8 220,25

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Il-Litwanja

5 277,13

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Il-Polonja

9 073,64

L-Unjoni

30 155

TAC

Mhux rilevanti

 

 

 

 

 

6.L-Anness IID tar-Regolament (UE) 2017/127 u l-Appendiċi 1 ta’ dak l-Anness jinbidlu b’dan li ġej:

“ANNESS IID

IŻ-ŻONI TA' ĠESTJONI GĦAĊ-ĊIĊĊIRELL FID-DIVIŻJONIJIET IIa, IIIa TAL-ICES U FIS-SUBŻONA IV TAL-ICES

Għall-finijiet tal-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet IIa u IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES li huma stabbiliti fl-Anness IA, iż-żoni ta' ġestjoni li fih japplikaw il-limiti tal-qbid huma ddefiniti kif jidher hawn taħt u fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness:

Żona ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell

Rettangoli statistiċi tal-ICES

1r

31–33 E9–F4; 33 F5; 34–37 E9–F6; 38–40 F0–F5; 41 F4–F5

2r

35 F7–F8; 36 F7–F9; 37 F7–F8; 38-41 F6–F8; 42 F6–F9; 43 F7–F9; 44 F9–G0; 45 G0–G1; 46 G1

3r

41-46 F1–F3; 42-46 F4–F5; 43-46 F6; 44-46 F7–F8; 45-46 F9; 46-47 G0; 47 G1 u 48 G0

4

38–40 E7–E9 u 41–46 E6–F0

5r

47–52 F1–F5

6

41–43 G0–G3; 44 G1

7r

47–52 E6–F0

Appendiċi 1 tal-Anness IID

ŻONI TA' ĠESTJONI GĦAĊ-ĊIĊĊIRELL

7.Fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/127, l-entrata għall-kavalli fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe tinbidel b'dan li ġej:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

Kavalli

20

DK

pm

14

BE

pm

DE

pm

FR

pm

IE

pm

NL

pm

SE

pm

UK

pm

8.Fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/127, l-entrati għall-kavalli u għas-sawrell fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe jinbidlu b'dan li ġej:

Il-Gżejjer Faeroe

Kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta’ 56° 30’ N), IIa, IVa (fit-Tramuntana ta’ 59º N)

20

14

Sawrell, IV, VIa (fit-Tramuntana ta’ 56° 30’ N), VIIe, VIIf, VIIh

14

14