8.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8569 — Europcar/Goldcar)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 376/04)

1.

Fis-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Europcar Groupe SA (“Europcar”, Franza)

Car Rentals Topco, S.L. u s-sussidjarji tagħha (flimkien “Goldcar”, Spanja)

Europcar takkwsita fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Goldcar kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Europcar: kiri ta’ karozzi għal perjodu qasir, bi flotta medja ta’ 200 000 vettura f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja. Europcar hija attiva wkoll fis-swieq tal-mobbiltà u fil-bejgħ ta’ karozzi użati.

—   għal Goldcar: kiri ta’ vetturi għal żmien qasir, bi flotta medja ta’ 35 000 vettura u 76 uffiċċju fl-UE. Goldcar hija attiva wkoll fil-bejgħ ta’ karozzi użati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8569 — Europcar/Goldcar

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).