Brussell, 8.2.2017

COM(2017) 74 final

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Id-Disa' Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni



x0009


1Introduzzjoni

Id-Disa’ Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni juri s-sitwazzjoni attwali aġġornata mill-aħħar rapport tat-8 ta’ Diċembru 1 u jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-partijiet interessati rilevanti kollha mit-8 ta’ Diċembru 2016 sas-7 ta’ Frar 2017 (il-perjodu tar-rapportar) biex iwettqu l-impenji skont l-iskemi ta’ rilokazzjoni u risistemazzjoni.


Mill-5 ta’ Diċembru 2016, waslu fil-Greċja 3 873 persuna 2 . L-għadd totali ta’ migranti preżenti fil-Greċja baqa’ l-istess meta mqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti u mis-7 ta' Frar hemm madwar 62 600 migrant, b'madwar 15 000 fuq il-gżejjer u madwar 47 600 persuna fil-Greċja kontinentali 3 . Fl-Italja, 15 614-il persuna 4 waslu sa mill-5 ta’ Diċembru 2016. L-Eritreani, li huma n-nazzjonalità ewlenija eliġibbli għal rilokazzjoni fl-Italja, 5 irrappreżentaw 3,6% tal-wasliet.

Fit-Tmien Rapport, il-Kummissjoni stipulat miri speċifiċi ta’ kull xahar ta’ mill-inqas 1 000 persuna rilokata mill-Italja u mill-inqas 2 000 persuna mill-Greċja, minn Diċembru 2016. Fl-aħħar laqgħa tiegħu fil-15 ta’ Diċembru 6 , il-Kunsill Ewropew approva l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunta dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, li kien jinkludi l-miri ta’ rilokazzjoni għall-Greċja, u tenna l-appell tiegħu biex jintensifikaw aktar l-isforzi tagħhom sabiex jaċċelleraw ir-rilokazzjoni, b’mod partikolari għal minuri mhux akkumpanjati, u skemi ta’ risistemazzjoni eżistenti. Minkejja dawn l-appelli, ir-riżultati huma mħallta.

 

Matul il-perjodu ta’ rapportar, kienu rilokati 3 813-il persuna addizzjonali, li tellgħu l-għadd totali ta’ persuni rilokati sa issa għal 11 966 (8 766 mill-Greċja u 3 200 mill-Italja). 7 Ix-xahar ta’ Diċembru, fejn kien hemm 1 926 persuna li ġew rilokati (764 mill-Italja u 1 162 mill-Greċja), immarka rekord ġdid għal rilokazzjonijiet kemm mill-Italja kif ukoll mill-Greċja li ppermetta li jintlaħaq il-punt ta’ riferiment ta’ aktar minn 10 000 persuna rilokati. Ir-riżultati ta’ Jannar (551 rilokazzjoni lejn l-Italja u 1 131 lejn il-Greċja) ikkonfermaw l-istabbilizzazzjoni tar-rilokazzjonijiet mill-Greċja għal madwar 1 000 rilokazzjoni kull xahar. Madankollu, filwaqt li dawn iċ-ċifri qed ikomplu jirrappreżentaw xejra ġeneralment pożittiva, għadhom lura mill-miri stabbiliti mill-Kummissjoni, u fil-każ tar-rilokazzjonijiet mill-Greċja, approvati ħafna iktar mill-Kunsill Ewropew.  

Fir-rigward tar-risistemazzjoni, l-implimentazzjoni tal-Konklużjonijiet ta' Lulju 2015 8 dwar ir-risistemazzjoni ta’ 22 504 persuni qiegħda fit-triq it-tajba bi 13 968 persuna li kienu fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali risistemati sa issa, aktar minn nofs in-numru miftiehem. Mis-6 ta’ Diċembru 2016, 913 9 -il persuna ġew risistemati l-aktar mit-Turkija, mill-Ġordan u mil-Libanu. Parti mir-risistemazzjoni skont din l-iskema Ewropea sservi anki biex timplimenta l-mekkaniżmi 1:1 stabbiliti fid-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Sa mid-data tal-bidu tal-4 ta’ April, 10 3 098 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija lejn l-UE f'dan il-mekkaniżmu, inklużi 487 persuni 11 sa mir-rapport preċedenti.

2Rilokazzjoni

2.1Avvenimenti ewlenin matul il-perjodu tar-rapportar

Wara l-adozzjoni tat-Tmien Rapport, il-Kummissjoni appellat b’mod bilaterali lill-Istati Membri kważi kollha biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-miri. L-Istati Membri diġà attivi u l-Pajjiżi Assoċjati rreaġixxew b’mod pożittiv u kkomunikaw l-impenji ppjanati tagħhom ta’ kull xahar lill-Kummissjoni. Madankollu, l-istampa hija waħda diżappuntanti ma’ ċerti Stati Membri oħra. L-Ungerija, l-Awstrija u l-Polonja għadhom l-uniċi Stati Membri li ma rrilokaw lil ħadd. Is-Slovakkja għadha qed tirriloka fuq bażi limitata ħafna u r-Repubblika Ċeka ma għamlet l-ebda impenn minn Mejju 2016 u minn Awwissu 2016 ma rrilokat lil ebda persuna.

Meta mqabbel mal-mira ta’ 2 000 rilokazzjoni fix-xahar, 1 162 persuna ġew rilokati mill-Greċja f’Diċembru 2016 u 1 131 persuna f’Jannar 2017 u f’Diċembru kien hemm 1 178 impenn u 1 550 impenn f’Jannar 2017. Il-kisba tal-mira tkun possibbli jekk l-Istati Membri kollha jagħmlu impenn u jittrasferixxu fuq bażi stabbli ta’ kull xahar u skont id-daqs tal-allokazzjoni tagħhom. Il-kisba tal-mira ta' 2 000 rilokazzjoni tkun tirrekjedi, b’mod partikolari, li dawk l-Istati Membri li għadhom ma rrilokaw lil ħadd jew li rrilokaw biss għadd limitat (ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Kroazja, l-Awstrija, il-Polonja u s-Slovakkja) biex jibdew jirrilokaw minnufih. Barra minn hekk, il-kisba tal-mira ta' 2 000 rilokazzjoni tirrekjedi lil Belġju u lil Spanja biex jagħmlu impenji fuq bażi ta’ kull xahar skont id-daqs tal-allokazzjoni tagħhom u lill-Portugall, ir-Rumanija u l-Litwanja biex jerġgħu jibdew jagħmlu impenji fuq bażi ta’ kull xahar. Madankollu, jenħtieġ li jiġi rrikonoxxut ukoll li l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta u l-Finlandja qegħdin fit-triq it-tajba biex jilħqu l-obbligi tagħhom. Barra minn hekk, bir-rata attwali, l-Iżvizzera u n-Norveġja se jtemmu b’mod sħiħ l-impenji tar-rilokazzjoni tagħhom sa Marzu 2017. L-Istati Membri l-oħra li bdew biss reċentement bir-rilokazzjoni mill-Greċja għad fadlilhom biex jilħqu mal-Istati Membri u mal-Pajjiżi Assoċjati li qed jirrilokaw aktar minnhom.

L-awtoritajiet Griegi żiedu aktar l-effiċjenza tar-reġistrazzjoni u tal-appuntamenti skedati mill-ġdid sabiex sa nofs Marzu 2017, l-applikanti kollha rreġistrati minn qabel (inkluż dawk li jappartjenu għal nazzjonalitajiet li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni) ikunu reġistrati b’mod sħiħ 12 . Il-kisba mill-aktar fis possibbli tal-mira ta’ kull xahar se tkun essenzjali biex jiġu evitati perjodi twal ta’ stennija għall-applikanti u r-riskji ta’ movimenti sekondarji

Fl-Italja, 764 persuna ġew rilokati f’Diċembru 2016, liema rilokazzjoni rrappreżentat tkabbir kostanti tul ix-xhur preċedenti u l-ogħla rata li qatt kienet mill-bidu tal-iskema. Filwaqt li l-għadd ta’ impenji f’Diċembru 2016 kien ta’ 735, f’Jannar intlaħqet il-mira ta’ 1 000 impenn (ġew imwiegħda 1 025 post). Fl-aħħar erba’ xhur kien hemm żieda rapida ta’ rilokazzjonijiet mill-Italja (minn 230 għal madwar 750 kull xahar), imma l-għadd ta’ persuni rilokati f’Jannar tbaxxa għall-ewwel darba (551 ruħ irrilokaw). Jidher li parti mir-raġuni għal dan kien l-istaġun tal-vaganzi, imma raġuni oħra kienet il-kwistjonijiet loġistiċi u operazzjonali, li f’xi każijiet kienu marbutin mat-tixrid tal-applikanti kollha fuq it-territorju kollu Taljan.

Minħabba l-influss kostanti ta’ immigranti ġodda, inkluż mill-Eritrea, l-għadd ta’ applikanti għar-rilokazzjoni skont informazzjoni mill-Ministeru tal-Intern Taljan, baqa’ wieħed stabbli, bejn 5 300 u 5 800 Eritrean.

Seba’ pajjiżi (il-Ġermanja, Franza, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Finlandja u l-Iżvizzera) huma impenjati bis-sħiħ fir-rilokazzjoni mill-Italja. Minn dawk il-pajjiżi, Malta u l-Finlandja qegħdin fit-triq it-tajba biex jilħqu l-obbligi tagħhom, filwaqt li bir-rata preżenti, in-Norveġja u l-Iżvizzera se jtemmu b’mod sħiħ l-impenji tagħhom ta’ rilokazzjoni sa Marzu 2017. L-Istati Membri, b’mod partikolari dawk li ma għadhomx qed jagħmlu rilokazzjonijiet mill-Italja, għandhom iżidu l-isforzi tagħhom sabiex tinkiseb il-mira ta’ 1 000 rilokazzjoni mill-Italja kull xahar.

Min-naħa tagħha, l-Italja beħsiebha żżid in-numru tal-persunal li qed jipproċessaw l-applikazzjonijiet fl-Unità ta’ Dublin, u wriet flessibbiltà fir-rigward ta’ screening ta’ sigurtà. Wara li saret talba min-Norveġja, l-arranġamenti mal-Europol sabiex jitħaffu l-kontrolli addizzjonali eċċezzjonali tas-sigurtà tpoġġew fis-seħħ għall-ewwel darba f’Jannar 2017. Abbażi tal-Protokoll tar-Rilokazzjoni għall-Italja, l-ewwel intervista konġunta tas-sigurtà għandha ssir mill-Europol, mill-uffiċjali Norveġiżi u Taljani fi Frar fl-Italja. Din għandha sservi biex jinsiltu t-tagħlimiet mill-proċedura u biex tiżdied il-fiduċja fis-sistema mill-Istati Membri kollha li qed jirrilokaw mill-Italja.

L-għadd ta’ minuri mhux akkumpanjati 13 li qed jaslu fl-Italja baqa’ jiżdied: 28 129 minuri waslu l-Italja fl-2016, u minnhom 25 772 (91,6%) ma kinux akkumpanjati, inkluż 3 806 Eritreani, 218-il Sirjan, 394 Iraqin u 13-il Jemenit) 14 . Barra minn dan, sat-23 ta’ Jannar 2017, 462 minuri mhux akkumpanjati waslu l-Italja, b’erbgħa minnhom jappartjenu għal nazzjonalità li hi eliġibbli għar-rilokazzjoni. Fil-Greċja, iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali qed jirrapporta li mis-27 ta’ Jannar kien stmat li kien hemm preżenti fil-Greċja 2 200 minuri mhux akkumpanjati. Kif diġà ġie rrapportat, l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni tal-massa fil-Greċja identifika 1 225 minuri mhux akkumpanjati, 15 li minnhom 48 % (madwar 588) jappartjenu għal waħda min-nazzjonalitajiet li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni (36 % Sirjani u 12 % Iraqini) 16 .

Mill-bidu ta’ Frar 2017, ġew irreġistrati 523 minuri mhux akkumpanjati (skont id-definizzjoni tal-liġi Griega), imma 248 biss ġew rilokati. Id-diffikultà ewlenija hija r-rilokazzjoni ta’ minuri miżżewġin (b’mod partikolari dawk taħt l-età ta’ 17) peress li ħafna Stati Membri għandhom ostakli ġuridiċi biex jippermettu r-rilokazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ tfal mifrudin (eż. l-adult li jiżżewweġ lill-minuri jista’ jiġi kkundannat). Bħala konsegwenza, ma jaċċettawhomx jew anke jiċħdu talbiet ta’ rilokazzjoni li jkunu ġew sottomessi 17 . L-Istati Membri għandhom jesploraw modi dwar kif jistgħu jiffaċilitaw ir-rilokazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ tfal mifrudin.

L-Italja wkoll qed tagħmel sforz addizzjonali biex tiffaċilita r-rilokazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati; madankollu, il-proċedura sabiex tkun possibbli r-rilokazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati li jkunu qed jivvjaġġaw waħedhom għad trid tiġi żviluppata. Kien hemm tifel wieħed biss li ġie rilokat mill-Italja lejn in-Netherlands f’Novembru 2016.

L-għadd totali ta’ minuri mhux akkumpanjati li ġew rilokati f’dan il-perjodu ta’ rappurtar kien ta’ 74 (lejn il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norveġja, Spanja, il-Finlandja u l-Iżvizzera) li tellgħu l-għadd totali ta’ minuri rilokati mhux akkumpanjati għal 249 18 , li kważi kollha ġew rilokati esklussivament mill-Greċja.

2.2Azzjonijiet ta’ rilokazzjoni mill-Istati Membri

Mis-7 ta’ Diċembru sas-7 ta’ Frar, 3 813-il persuna addizzjonali ġew rilokati, 2 558 mill-Greċja (inkluż l-ewwel trasferiment ta’ rilokazzjoni lejn il-Liechtenstein) 19 u 1 255 persuna mill-Italja 20 . Franza hija l-pajjiż li għandha l-akbar għadd ta’ applikanti rilokati (2 727), segwita mill-Ġermanja (2 042) u n-Netherlands (1 361).

Azzjonijiet sabiex jindirizzaw l-għadd limitat ta’ wegħdiet: Fil-perjodu tar-rapportar, 13-il Stat Membru biss (il-Ġermanja, il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Kroazja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, is-Slovenja u l-Finlandja) 21 kif ukoll l-Iżvizzera u n-Norveġja 22 ressqu 4 413-il impenn formali (1 760 impenji formali ppreżentati għall-Italja u 2 653 għall-Greċja). L-għadd totali ta' impenji formali mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni jammonta għal 22 928 (7 599 lejn l-Italja u 15 329 lejn il-Greċja).

Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, Franza, l-Irlanda, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Finlandja u l-Iżvizzera ħabbru impenji ta’ kull xahar għall-Greċja, filwaqt li l-Belġju, il-Ġermanja, il-Latvja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Finlandja u l-Iżvizzera biss għamlu dan għall-Italja. Barra minn hekk, il-Lussemburgu ħabbar impenji kull xahrejn kemm għall-Italja kif ukoll għall-Greċja.

L-Awstrija 23 u l-Ungerija għadhom l-uniċi żewġ pajjiżi li ma ppreżentaw l-ebda impenn jew li ma għamlu l-ebda rilokazzjoni. Minn April 2016, il-Polonja ma mexxietx ’il quddiem l-implimentazzjoni tal-impenji tagħha u ma għamlet l-ebda impenn jew rilokazzjoni ta’ applikanti 24 . Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri, (il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka) ilhom ma jagħmlu impenji għal iktar minn seba’ xhur.

Azzjonijiet biex jitħaffef il-ħin ta’ rispons għat-talbiet ta’ rilokazzjoni: L-Istati Membri għamlu xi progress matul il-perjodu ta’ rappurtar biex inaqqsu l-ħin ta’ rispons għat-talbiet ta’ rilokazzjoni imma għadhom mhumiex konformi mal-mira ta’ 10 ijiem ta’ ħidma stabbilita fil-protokolli ta’ rilokazzjoni. Kif imsemmi f’rapporti preċedenti, jenħtieġ li intervisti ta’ sigurtà jsiru biss f’każijiet ġustifikati kif xieraq u fi żmien il-mira ta’ 10 ijiem ta’ ħidma. L-Istati Membri se jkollhom itejbu l-kapaċità tal-ipproċessar tagħhom biex jitħaffef il-ħin tar-rispons.

Uħud mir-rifjuti għadhom ibbażati fuq raġunijiet li mhumiex previsti mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, bħal nazzjonalità (anke jekk il-persuna tappartjeni għal waħda min-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni). Ir-raġunament għar-rifjuti jridu jitjiebu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. F’dan ir-rigward, il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Irlanda jistgħu jitqiesu bħala eżempji tajba ta’ kif jistgħu jiġu ġġustifikati r-rifjuti. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni hija kruċjali għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrifjutawx ċerti applikazzjonijiet li jirreferu biss għal kwistjonijiet ta’ sigurtà f’termini ġenerali u jenħtieġ li jaħdmu flimkien biex jindirizzaw din il-kwistjoni b’mod komprensiv. Fir-rigward tat-tħassib imqajjem minn bosta Stati Membri rigward il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà, il-Europol offra kanal ta’ kommunikazzjoni sigur dedikat biex Stati Membri jkunu jistgħu jipprovdu raġunijiet b’mod sigur għal rifjuti ta’ talbiet għal rilokazzjoni. Dan il-kanal beda jkun operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2016 iżda sa issa l-ebda Stat Membru ma għamel użu minnha biex jirrapurtaw raġunijiet għal rifjuti. Fil-Greċja, il-Pulizija Ellenika stabbiliet korrispondent ta’ sikurezza nazzjonali bħala l-punt ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni tar-raġunijiet għal rifjut. Il-Kummissjoni għal darba oħra tenfasizza l-possibbiltà ta’ skambju tal-marki tas-swaba’ permezz ta’ mezzi ta’ kooperazzjoni tal-pulizija għall-verifika tas-sigurtà fuq livell nazzjonali, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-applikanti ma jkollhomx ID jew dokumenti tal-ivvjaġġar.

Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli, inklużi minuri mhux akkumpanjati: Ir-ritmu tar-rilokazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati kien simili għall-perjodu ta’ rappurtar preċedenti minħabba diffikultajiet biex jiġu rilokati minuri miżżewġin kif indikat fit-Taqsima 2.1. Uħud mill-Istati Membri wkoll qed joqogħdu lura milli jaċċettaw kategoriji oħra ta’ persuni vulnerabbli (eż. persuni li għandhom marda serja); oħrajn qed jinterpretaw id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill b’mod wisq strett billi qed jikkunsidraw li l-impenn skada meta t-trasferiment kellu jiġi pospost għal raġunijiet ta’ tħassib dwar is-saħħa (eż. il-persuna mhix fi stat li tivvjaġġa minħabba mard) lil hinn mil-limitu ta’ żmien ta’ xahrejn kif kien previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, applikanti vulnerabbli għandhom jiġu rilokati bi prijorità, u l-flessibilità hija meħtieġa meta t-trasferiment għandu jiġi pospost u implimentat lil hinn mil-limitu ta’ żmien ta’ xahrejn minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Dan aktar u aktar meta l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni mhux qed jirrispetta l-limitu ta’ żmien diġà miftiehem biex iwieġeb għal talba ta’ rilokazzjoni. Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill jippermettu estensjoni b’perjodu ulterjuri ta’ erba' ġimgħat u fl-aħħar mill-aħħar anke lil hinn mill-limitu ta’ ħin estiż. Għalhekk aktar flessibilità min-naħa tal-Istati Membri ta’ rilokazzjoni tkun mixtieqa.

Azzjonijiet biex jitħaffef it-trasferiment ta’ applikanti: Il-ħin tad-dewmien bejn l-aċċettazzjoni mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni u t-trasferiment attwali ma naqasx b’mod sinifikanti. Kif issemma fir-rapport preċedenti, filwaqt li f’xi każijiet dan id-dewmien huwa dovut għal kontrolli addizzjonali mwettqa mill-Istati Membri wara l-aċċettazzjonijiet, dewmien ieħor huwa minħabba problemi operazzjonali u loġistiċi jew minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ akkoljenza fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Aktar flessibilità min-naħa tal-Istati Membri ta’ rilokazzjoni tkun mixtieqa fejn jidħlu organizzazzjoni u dati tat-titjiriet, inkluż meta jseħħu trasferimenti wara l-iskadenza ta’ xahrejn minħabba raġunijiet ta’ saħħa u minħabba titjiriet charter. L-Istati Membri jkollhom jiżguraw ukoll il-kapaċità ta’ akkoljenza tagħhom li jakkomodaw applikanti rilokati.

Azzjonijiet biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO - European Asylum Support Office ) biex jappoġġa lill-Italja u l-Greċja: fid-19 ta’ Diċembru 2016, l-EASO emenda Deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni dwar il-profili u n-numru globali ta’ esperti li jkunu disponibbli għat-timijiet ta’ appoġġ għall-asil. Din id-Deċiżjoni tippermetti lill-persunal interim tal-EASO biex, taħt il-gwida tal-persunal permanenti tal-EASO u l-esperti nazzjonali, tiġi appoġġjata l-ħidma tat-Timijiet ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil. L-EASO ser tfittex bilanċ bejn in-numru ta’ esperti nazzjonali u l-persunal interim.

Fir-rigward tal-Greċja. fl-20 ta’ Diċembru, l-EASO nieda l-ewwel sejħa miftuħa għal 26 espert bi profili diversi 25 taħt il-Pjan Operazzjonali l-ġdid. Din l-ewwel sejħa tkopri s-sena sħiħa tal-2017 billi tippermetti lill-Istati Membri biex jorganizzaw l-iskjerament tal-esperti tagħhom fuq perjodu itwal. Matul l-aħħar laqgħa tal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali ta' Riżerva ta’ Intervent għall-Asil fil-laqgħa li saret f’Malta fit-12 u fit-13 ta’ Jannar 2017, bosta Stati Membri (il-Ġermanja u n-Netherlands) ħabbru li kienu se jaqsmu l-ippjanar fit-tul tagħhom dwar l-iskjerament ta’ esperti mal-EASO.

L-għadd totali ta’ esperti stazzjonati fil-Greċja biex jappoġġjaw l-iskema ta’ rilokazzjoni mis-6 ta’ Frar huwa ta’ 19-il espert, li minnhom tlieta huma esperti individwali u 40 interpreti. Bħalissa hemm nuqqas ta’ disa' esperti, 26 li huwa previst li se jiżdied għal nuqqas ta’ 21 espert mill-ġimgħa tat-13 ta’ Marzu. 

Fir-rigward tal-Italja, l-EASO ħareġ l-ewwel sejħa tiegħu taħt il-Pjan Operazzjonali l-ġdid (iffirmat mal-Italja fit-22 ta’ Diċembru 2016) għal għadd globali ta’ 72 espert. Mis-6 ta’ Frar, 48 espert tal-asil u 43 medjatur kulturali ġew skjerati fl-Italja. Bħalissa hemm nuqqas ta’ 24 esperti, li se jiżdied għal nuqqas ta’ 35 espert mill-ġimgħa tat-13 ta’ Marzu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jaħtru esperti b’mod regolari biex iwieġbu għas-sejħiet diversi tal-EASO fuq bażi regolari li jiżguraw skjeramenti iktar fit-tul u profili iktar anzjani u speċjalizzati.

2.3Azzjonijiet mill-Greċja u l-Italja

Il-Greċja

Azzjonijiet sabiex jiġu aċċellerati r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar tal-migranti u l-kapaċità ta’ reġistrazzjoni tas-Servizz tal-Asil Grieg: Wara l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni tal-massa, li dwaru l-Kummissjoni rrapurtat iktar kmieni, is-Servizz tal-Asil Grieg skeda l-appuntamenti għall-preżentazzjoni sħiħa tal-applikazzjonijiet għall-asil. Wara li żdiedet b’mod ulterjuri l-effiċjenza tal-proċedura tar-reġistrazzjoni, is-Servizz tal-Asil Grieg skeda l-appuntamenti mill-ġdid sabiex ir-reġistrazzjoni sħiħa titlesta sa nofs Marzu 2017 (minflok sa April, kif kien previst oriġinarjament). Persuni li tilfu l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni xorta jistgħu jaċċessaw il-proċedura tal-asil billi jagħmlu appuntament permezz tas-sistema tal-iSkype.

Id-differenza bejn l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet mis-Servizz tal-Asil Grieg u l-għadd totali ta’ impenji matul il-perjodu tar-rapportar żdiedet (bejn is-6 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Frar, il-Greċja rreġistrat 5 233 talba ta’ rilokazzjoni filwaqt li l-għadd ta’ impenji addizzjonali kien ta’ 2 733). B’kollox, sas-6 ta’ Frar, il-Greċja kienet irreġistrat 24 640 applikazzjoni filwaqt li l-għadd totali ta’ impenji kien ta’ 15 329, li jfisser li hemm madwar 9 000 każ li huma lesti li jiġu rilokati mingħajr impenji. Li tintlaħaq il-mira tax-xahar għall-impenji u trasferimenti ssir prijorità sabiex jiġi żgurat li t-trasferimenti ta’ Dublin u r-rilokazzjoni tal-applikanti eliġibbli kollha jistgħu jerġgħu jibdew fil-perjodu ta’ żmien previst mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

Azzjonijiet biex titjieb il-kapaċità ta’ akkoljenza fil-Greċja: Mis-7 ta’ Frar, il-kapaċità totali ta’ akkoljenza fil-Greċja hija ta’ 75 182 post 27 , f’faċilitajiet temporanji u f’postijiet ta’ akkoljenza permanenti fil-kontinent, kemm għall-migranti irregolari kif ukoll għall-persuni li esprimew ix-xewqa tagħhom li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali jew li kienu diġà ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Il-kapaċità totali tal-40 sit permanenti fuq il-kontinent huwa stmat għal madwar 27 000 post.

Mill-20 000 post allokati għal applikanti eliġibbli għar-rilokazzjoni skont l-iskema tal-kiri mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR - United Nations High Commissioner for Refugees), 28 sa mis-7 ta' Frar, kienu disponibbli 19 309 postijet 29 , inklużi 1 831 post f'binjiet, 5 132 post f’lukandi, 10 865 post f'appartamenti, 417-il post f'familji ta' akkoljenza, u 704 postijiet f'faċilitajiet dedikati għall-minuri mhux akkumpanjati. Ir-rata attwali tal-postijiet ta' xogħol meħuda hija madwar 80 % 30 . Ta’ min jinnota li l-UNHCR laħaq l-20 000 post allokati f’Diċembru 2016 u anke qabiżhom (kien hemm 21 057 post disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2016). Madankollu, uħud mill-postijiet ma humiex sostenibbli fit-tul (eż. vawċers tal-lukandi) u qed jiġu sostitwiti b’alternattivi (eż. appartamenti/binjiet). Valutazzjoni tal-ħtiġijiet aġġornata fiċ-ċentri ta’ akkoljenza Griegi se titwettaq fix-xhur li ġejjin u d-daqs tal-iskema tal-kiri se tiġi evalwata mill-ġdid.

Barra minn hekk, fir-rigward taċ-ċentri ta’ rilokazzjoni dedikati, sa mis-6 ta’ Frar, wieħed biss mit-tliet ċentri ta’ rilokazzjoni allokat mill-awtoritajiet Griegi (Lagadikia) ġie stabbilit. Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li qed jiħżienu fit-Tramuntana tal-Greċja, it-tined kollha tneħħew u minflokhom tqiegħdu 60 kontenitur kompletament adattati għax-xitwa. Bħala konsegwenza, is-sit issa jesa’ 360 ruħ. Se jitqiegħdu iktar kontenituri fix-xhur li ġejjin sabiex tiġi rduppjata l-kapaċità tas-sit. Għat-tnejn l-oħra, l-awtoritajiet Griegi għadhom ma allokawx siti adegwati. Għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-UNHCR u l-awtoritajiet Griegi fir-rigward tal-forniment ta’ aktar siti għall-bini ta’ ċentri ta’ rilokazzjoni dedikati, b’mod partikolari ċentru ta’ rilokazzjoni fir-reġjun ta’ Attica b’kapaċità għal 3 000 persuna. Kif issemma f’rapporti preċedenti, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Greċja sabiex talloka dawn is-siti mill-aktar fis possibbli biex jiġu evitati l-effetti lembut fl-implimentazzjoni tal-aħħar stadji tal-fluss tax-xogħol tar-rilokazzjoni wara l-eżerċizzju ta’ prereġistrazzjoni tal-massa u biex tippermetti kosteffiċjenza fil-proċess ta’ rilokazzjoni.

L-Italja

Azzjonijiet biex jiżdied in-numru ta’ hotspots u biex dawn ikunu kompletament operazzjonali: L-għadd totali ta’ wasliet fl-2016 kien ta’ 181 346. Meta kkumparat ma’ din iċ-ċifra rekord, il-kapaċità totali tal-erba’ hotspots operazzjonali (1 600 post f’Pozzallo, Lampedusa, Trapani u Taranto) mhix biżżejjed. Inqas minn terz biss tal-iżbarki jseħħu fl-erba’ hotspots operazzjonali (52 337 persuna). Madankollu, meta jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-disembarkazzjonijiet fis-sitt portijiet addizzjonali li japplikaw il-Proċeduri Operattivi Standard tal-hotspot (SOPs - Standard Operating Procedures) 31 , il-proporzjon huwa ta’ żewġ terzi. Fis-7 ta’ Diċembru, il-Ministru tal-Intern iddeċieda li jinnomina 15-il port ta’ disembarkazzjoni bħala portijiet li japplikaw l-SOPs ta’ hotspot. Jenħtieġ li l-Italja taċċellera l-ftuħ ta’ hotspots addizzjonali diġà mħabbra u taġġorna l-portijiet l-oħra ta’ żbarkament.

Is-sitwazzjoni tal-minuri mhux akkumpanjati fil-hotspots hija waħda partikolarment diffiċli. Ta’ spiss jibqgħu fl-istrutturi ta’ hotspot jew f’ċentri oħra ta’ akkoljenza tal-ewwel linja għal żmien itwal peress li s-sistema ta’ akkoljenza ma tippermettix għal trasferiment awtomatiku għal ċentri f’partijiet oħra tal-Italja, għall-kuntrarju ta’ adulti u familji. Kategoriji vulnerabbli oħra vulnerabbli wkoll jibqgħu fil-hotspots għal żminijiet itwal. Jenħtieġ li l-awtoritajiet Taljani għandhom jieħdu azzjoni sabiex jipprovdu għal żoni dedikati u jipprovdu assistenza fil-hotspots kollha, iħaffu l-proċeduri sabiex jippermettu trasferimenti għal faċilitajiet ta’ akkoljenza fl-ewwel linja u fit-tieni linja fl-iqsar żmien possibbli fejn għandu jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ postijiet disponibbli, u jaħtru tuturi fil-ħin.

Fid-19 u fl-20 ta’ Jannar, l-Italja u l-EASO organizzaw l-ewwel sessjoni dwar l-akkoljenza ta’ minuri mhux akkumpanjati fil-kuntest tal-asil, li kienet immirata lejn il-bini tal-kapaċità fl-identifikazzjoni ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali (inklużi tfal mhux akkumpanjati li jitolbu l-asil) u l-preżentazzjoni ta’ prattiċi tajbin fil-qasam ta’ akkoljenza ta’ tfal f’sitwazzjonijiet ta’ influss għoli. Se jsiru iktar sessjonijiet fi Frar u f’Marzu 2017.

Azzjonijiet biex jitjiebu l-kapaċitajiet ta' pproċessar fl-Italja: Kif irrapportat qabel, il-kapaċità tal-awtoritajiet Taljani, inkluż tal-Unità ta’ Dublin sabiex jirreġistraw u jipproċessaw l-applikazzjonijiet jenħtieġ li tiżdied sabiex tiġi aċċellerata r-reġistrazzjoni tal-persuni li jappartjenu għan-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni u jimtlew l-impenji ġodda. L-Italja tista’ wkoll tikkunsidra li tirċievi appoġġ addizzjonali mill-EASO għal dan il-għan. Barra minn hekk, it-tqassim ta’ applikanti għar-rilokazzjoni f’ħafna ċentri differenti tul it-territorju Taljan kollu, li sa ċertu punt saru inevitabbli minħabba l-influss rekord ta’ migranti fl-2016, għandu jittaffa. L-awtoritajiet Taljani jistgħu jikkunsidraw li jużaw sistema iktar ċentralizzata fejn l-applikanti għar-rilokazzjoni jkunu kkonċentrati f’inqas ċentri ta’ rilokazzjoni dedikati, ta’ mill-inqas fl-aħħar stadji tal-proċedura, sabiex jiġu faċilitati d-diversi stadji qabel ma jsiru t-trasferimenti ta’ rilokazzjoni. Tali sistema tippermetti għal faċilitazzjoni aħjar tal-fażi ta' qabel it-tluq, inkluż l-ispezzjonijiet tas-saħħa u s-sessjonijiet ta’ orjentazzjoni kulturali. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi wkoll biex inaqqas ir-riskji ta’ ħarba, billi l-applikazzjonijiet għal rilokazzjoni jiġu pproċessati aktar malajr.

Azzjonijiet biex jitħaffef il-ħin ta’ rispons għat-talbiet ta’ rilokazzjoni: Kif imsemmi fit-Taqsima 2.1, wara li saret talba min-Norveġja, l-arranġamenti mal-Europol sabiex jitħaffu l-intervisti addizzjonali eċċezzjonali tas-sigurtà tpoġġew fil-prattika għall-ewwel darba f’Jannar 2017.

Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli u minuri mhux akkumpanjati: Il-Kummissjoni tibqa’ tappoġġja l-awtoritajiet Taljani fl-isforzi kollha mmirati lejn il-kjarifika tal-proċeduri li jippermettu r-rilokazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati. Dan għandu jirriżulta f’rilokazzjonijiet mill-iktar fis possibbli. Sabiex jitħaffu dawn il-proċeduri, l-awtoritajiet Taljani għandhom joħolqu Ċentru ta’ rilokazzjoni wieħed jew aktar għall-minuri mhux akkumpanjati, u għandhom jikkunsidraw jagħmlu użu mill-gwida tal-EASO u minn iktar appoġġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jagħmlu impenji għal minuri mhux akkumpanjati sabiex ikun hemm postijiet disponnibbli malli jiddaħħlu l-ewwel talbiet. Is-suċċess tar-rilokazzjoni għal minuri mhux akkumpanjati tista’ tikkontribwixxi għal tnaqqis f’persuni li jippruvaw jaħarbu. Fid-dawl tal-applikabbiltà diretta tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, it-tuturi għandhom diġà jikkunsidraw ir-rilokazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati eliġibbli li huma taħt il-kustodja tagħhom, bħala alternattiva. Jenħtieġ li l-awtoritajiet Taljani jiżguraw li l-minuri mhux akkumpanjati eliġibbli jiġu informati dwar ir-rilokazzjoni mill-iktar fis possibbli meta jiżbarkaw.

Azzjonijiet biex jiġu limitati l-movimenti sekondarji: Bħala parti mill-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet Taljani biex jillimitaw il-movimenti sekondarji, il-pulizija Taljana qiegħda tittrasferixxi regolarment il-migranti li ċċaqilqu b’mod irregolari min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana tal-pajjiż, lura lejn il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fin-Nofsinhar tal-Italja. Kif indikat hawn isfel, l-EASO intensifika l-attivitajiet tat-tim mobbli li jwettaq ir-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni f’diversi żoni fejn il-kandidati għar-rilokazzjoni jkunu akkomodati (fuq il-bażi tal-ħtiġijiet indikati mill-awtoritajiet Taljani) barra ċ-Ċentri ta’ reġistrazzjoni. L-EASO bagħat tim permanenti ta’ appoġġ fil-qasam tal-asil għar-reġistrazzjoni f’żewġ postijiet oħra. Jinħtieġ li l-preżenza u l-movimenti tal-migranti irregolari fuq it-territorju Taljan jiġu ssorveljati mill-qrib, u jiġu evitati movimenti sekondarji irregolari.

2.4Azzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

L-attivitajiet ewlenin imwettqa mill-Kummissjoni ġew enfasizzati fir-rapport, inklużi kuntatti bilaterali mal-Istati Membri sabiex isir progress fuq il-miri. Il-Kummissjoni se tibqa’ tqajjem tħassib ma’ dawk l-Istati Membri li qed jaqgħu lura fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Jekk ma jinkisibx progress tanġibbli fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni mhijiex se toqgħod lura milli tuża s-setgħat tagħha skont it-Trattati.

Barra minn hekk, fil-laqgħat regolari tal-Uffiċjali ta’ Kollegament organizzati mill-Kummissjoni fil-Greċja (fl-14 ta’ Diċembru 2016) u fl-Italja (fil-31 ta’ Jannar 2017), il-Kummissjoni kienet qed tiddiskuti kif jistgħu jinġabru mezzi tajbin biex ittejjeb l-għoti ta’ informazzjoni matul il-proċedura ta’ rilokazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ qabel it-tluq u ta’ sessjonijiet ta’ orjentazzjoni kulturali, bil-għan li jiġu ġestiti aħjar l-aspettattivi u b’hekk jiġu evitati movimenti sekondarji jew ħarba mill-proċedura u biex tinbena aktar il-fiduċja tal-applikanti lejn l-iskema ta’ rilokazzjoni. Il-Kummissjoni żviluppat kwestjonarju u dokument kunċettwali li jidentifikaw azzjonijiet prijoritarji li jwasslu għal provvista aħjar f’kull stadju tal-proċedura ta’ rilokazzjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu aġġornati l-fuljetti kurrenti ta’ rilokazzjoni żviluppati mill-EASO, u jenħtieġ li l-ktejbiet li jitqassmu lill-applikanti mill-pajjiżi ta’ rilokazzjoni jiġu riveduti u aġġornati jekk hemm bżonn. Flimkien mal-EASO, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li tipprovdi għodod magħmula apposta dwar l-għoti ta’ informazzjoni (eż. vidjows, fuljetti dwar il-pajjiż, eċċ) lil dawk il-pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi li jikkonċernaw movimenti sekondarji jew ħarba.

Il-finanzjament għal rilokazzjoni li huwa disponibbli għall-Italja u l-Greċja u għall-Istati Membri permezz tal-Programmi Nazzjonali ta’ Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) rispettivi tagħhom. Dawn qed jiġu emendati biex iqisu l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1601. Il-Kummissjoni tinkoraġixxi t-trasferimenti simultanja ta’ koppji mħallta u ta’ familji (eż. meta wieħed mill-konjuġi jappartjeni għal waħda min-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni u l-konjuġi l-ieħor u/jew it-tfal jappartjenu għal nazzjonalità oħra) biex tirrispetta l-prinċipju tal-unità tal-familja. It-trasferiment tal-konjuġi li ma jappartjenix għal nazzjonalità li hija eliġibbli għar-rilokazzjoni huwa bbażat fuq talba ta’ Dublin biex jittieħed inkarigu u għalhekk l-Italja u l-Greċja mhux se jibbenifikaw mis-somma sħiħa ta’ EUR 500 u l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni mhux se jibbenefika mis-somma sħiħa ta’ EUR 6 000. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jesploraw il-possibbiltàli jkopru dawn l-ispejjeż permezz tal-Programmi Nazzjonali rispettivi tagħhom tal-AMIF.

Kif previst fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa b’kooperazzjoni mal-Ministeru tal-Intern tal-Italja u ma’ partijiet interessati rilevanti oħrajn, matul il-perjodu ta’ rrapurtar il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand l-awtoritajiet Taljani għal għajnuna ta’ emerġenza tal-AMIF fir-rigward tal-provvista ta' servizzi fil-faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni għal kandidati għar-rilokazzjoni (il-kontribuzzjoni mitluba mill-UE: EUR 14,8-il miljun). Barra minn hekk, fil-perjodu ta’ rappurtar ta’ qabel, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ applikazzjonijiet oħrajn li ma kinux relatati mar-rilokazzjoni bl-ammont totali ta’ EUR 113,4-il miljun. Filwaqt li l-Kummissjoni tat EUR 38,2 miljun, it-talba għal EUR 14,8-il miljun (kif ukoll talbiet oħrajn) bħalissa qed tiġi evalwata mill-Kummissjoni. Mistennija tittieħed deċiżjoni dalwaqt.

Billi l-Ftehim ta’ Delegazzjoni attwali mal-UNHCR għall-iskema tal-kiri fil-Greċja ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, għaddejjin taħdidiet bejn il-Kummissjoni, il-UNHCR u l-awtoritajiet Griegi għall-estensjoni tal-iskema fl-2017, abbażi ta’ valutazzjoni aġġornata tal-bżonnijiet ta’ akkoljenza tal-Greċja.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil

Azzjonijiet biex jitħaffef il-proċess tar-rilokazzjoni u tiżdied il-kapaċità tar-reġistrazzjoni fil-Greċja u l-Italja: Fl-20 u fit-22 ta’ Diċembru 2016, l-EASO iffirma Pjanijiet Operattivi ġodda għall-2017 mal-Greċja u mal-Italja rispettivament. Il-Pjanijiet Operattivi jiddeskrivu l-attivitajiet kollha ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni fl-2017 għall-Greċja u għall-Italja. Minbarra l-appoġġ għall-iskema ta’ rilokazzjoni, il-Pjanijiet Operattivi jkopru miżuri ta’ appoġġ għall-proċedura ġenerali tal-asil, inkluż il-proċedura ta’ Dublin, is-sistema ta’ akkoljenza, u fir-rigward tal-Greċja, appoġġ għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija.

Mis-6 ta’ Frar fil-Greċja, it-timijiet tal-EASO li qed jappoġġjaw lis-Servizz ta’ Asil Grieg għar-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ulterjuri se jikkonsistu minn tmien esperti f’Tessaloniki 32 u l-uffiċċju għall-eskalazzjoni se jikkonsisti minn ħames esperti f’Ateni. Barra minn hekk, l-EASO bagħat erba' esperti għall-provvista ta’ informazzjoni, żewġ esperti oħra ta’ Dublin bħala appoġġ fl-Unità ta’ Dublin u 40 interpretu f’Ateni u f’Tessaloniki. L-EASO fornixxa wkoll uffiċċji mobbli kompletament mgħammrin lis-Servizz tal-Asil Grieg f’Tessaloniki biex ikomplu jappoġġjaw il-proċedura tar-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni. Dawn l-uffiċċji mobbli se jippermettu l-għaqda tal-proċeduri ta’ reġistrazzjoni f’Tessaloniki u f’Alexandroupoli sabiex tiżdied aktar l-effiċjenza tal-proċedura filwaqt li jippermettu lill-EASO biex jibgħat sa 12-il espert fir-reġistrazzjoni f’Tessaloniki.

Wara l-laqgħa ta’ tnedija f’Novembru, l-EASO qed jittestja għodda tat-tqabbil flimkien mas-Servizz ta’ Asil Grieg: Ir-rekwiżiti funzjonali qed jiġu ddefiniti, l-oqsma ta’ reġistrazzjoni fid-database Griega Alkyoni u l-formoli ta’ reġistrazzjoni korrispondenti qed jiġu adattati, l-algoritmu rikonċiljanti qed jiġi definit mill-ġdid għat-testjar, u l-komunikazzjoni ta’ dejta bejn id-database Alkyoni u l-għodda tat-tqabbil qed tiġi żviluppata. L-ewwel interfaċċa li tista’ tintuża tal-għodda tat-tqabbil hija mistenni li titlesta sa Frar 2017.

Mis-6 ta’ Frar fl-Italja, l-EASO se jiskjera 48 minn 72 esperti mitluba mill-Istati Membri u mill-Pajjiżi Assoċjati: disa' esperti fil-hotspots, disa' esperti f’żewġ timijiet mobbli (ibbażati f’Ruma u f’Katanja), 16-il espert fiċ-Ċentri tar-reġistrazzjoni, seba' esperti fit-tim mobbli tar-reġistrazzjoni, u seba' esperti fl-Unità ta’ Dublin f’Ruma. L-EASO qed jiskjera wkoll sa 43 medjatur kulturali (għall-Għarbi, it-Tigrinjan u l-Kurd) biex jappoġġa l-proċess ta’ rilokazzjoni. Fil-perjodu tar-rapportar, l-EASO intensifika l-attivitajiet tat-tim mobbli li jwettaq ir-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni f’diversi postijiet fejn il-kandidati għar-rilokazzjoni jkunu akkomodati (fuq il-bażi tal-ħtiġijiet indikati mill-awtoritajiet Taljani) barra ċ-Ċentri tar-reġistrazzjoni 33 . It-tim mobbli jappoġġa wkoll il-Questura lokali billi jibni l-kapaċità tal-uffiċjali tal-Pulizija biex iwettqu r-reġistrazzjonijiet huma stess.

3Risistemazzjoni

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-Istati parteċipanti, tlestew iktar minn nofs it-22 504 risistemazzjonijiet miftiehma skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015. Mis-6 ta’ Diċembru 2016, 913 34 -il persuna ġew risistemati l-aktar mit-Turkija, mill-Ġordan u mil-Libanu. Mis-6 ta’ Frar 2017 ġew risistemati 13 968 persuna lejn 21 Stat ta’ risistemazzjoni (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit). L-Iżvezja, ir-Renju Unit, il-Finlandja u n-Netherlands kif ukoll il-Pajjiżi Assoċjati l-Iżvizzera, il-Liechtenstein u l-Iżlanda diġà ssodisfaw l-impenji tagħhom. Minkejja prospettiva ġeneralment pożittiva, l-Istati Membri li għadhom ma ġewx risistemati skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 u dawk li għadhom’il bogħod milli jilħqu l-mira tagħhom għandhom iżidu l-isforzi tagħhom.

Il-maġġoranza tal-Istati li pparteċipaw fl-iskema indikaw li l-isforzi ta’ risistemazzjoni tagħhom kienu primarjament, iżda mhux esklussivament, diretti lejn Sirjani li jgħixu fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija. Dan jinkludi sforzi mill-Istati Membri biex jirrisistemaw Sirjani mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016.

L-għadd ta’ risistemazzjonijiet mit-Turkija jkompli jiżdied. L-Istati Membri qegħdin javvanzaw sew fil-preparazzjoni ta’ aktar missjonijiet ta’ risistemazzjoni, inklużi missjonijiet fit-Turkija sabiex jintervistaw kandidati għar-risistemazzjoni. L-awtoritajiet Torok qed iwettqu l-wegħda tagħhom li jżidu fl-isforzi tagħhom biex jipprovdu listi itwal ta’ riferimenti. F’Jannar 2017 ġew sottomessi listi għal total ta’ 10 000 persuna.

Mill-4 ta' April 2016, 3 098 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija skont il-parti tar-risistemazzjoni tal-iskema 1:1 tad-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar, b’kollox ġew risistemati 487 persuna skont dan il-mekkaniżmu u l-ammont ta’ impenji li għad fadal huwa ta’ 10 402. Sa issa kien hemm risistemazzjonijiet taħt l-iskema 1: 1 għall-Belġju, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, Spanja u l-Iżvezja. Barra minn hekk, mill-4 ta’ April, in-Norveġja sa issa rrisistemizzat 150 Sirjan mit-Turkija 35 .

Kif irraportat qabel, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754 36 li temenda t-tieni Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni ġiet adottata. L-emenda tippermetti lill-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligi rispettivi tagħhom taħt l-allokazzjoni tal-54 000 billi jużaw ir-rilokazzjoni jew l-ammissjoni legali ta’ ċittadini Sirjani preżenti fit-Turkija. L-emenda teħtieġ modifika tal-Programmi Nazzjonali tal-AMIF. Bħala segwitu immedjat għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754, u bħala parti mill-eżerċizzju li jemenda l-Programmi Nazzjonali AMIF il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel indikazzjonijiet mill-Istati Membri dwar l-għadd ta’ Sirjani preżenti fit-Turkija li l-Istati Membri huma beħsiebhom jagħtu ammissjoni legali skont din id-Deċiżjoni. Mill-indikazzjonijiet li waslu sa issa, l-Istati Membri jippjanaw li jdaħħlu ’l fuq minn 34 000 Sirjan mit-Turkija fuq din il-bażi, inkluż permezz tar-risistemazzjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni 37 , adottata fit-13 ta’ Lulju 2016, attwalment qed tiġi eżaminata mill-koleġiżlaturi.

4It-triq 'il quddiem

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern għarfu ripetutament il-bżonn urġenti li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni migratorja tal-Ewropa u sejħu għal azzjoni ulterjuri biex tiġi aċċellerata l-implementazzjoni tal-iskema ta’ rilokazzjoni, bħala espressjoni essenzjali tas-solidarjetà lejn l-Istati Membri li qegħdin fuq quddiem. F’Diċembru 2016, il-Kunsill Ewropew reġa’ tenna l-bżonn li l-Istati Membri jkomplu jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex iħaffu r-rilokazzjoni u approva l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunta biex iħaffef l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, li kien jinkludi l-miri ta’ rilokazzjoni għall-Greċja

Dan l-appell mingħand il-Kunsill Ewropew jiġi fl-isfond ta’ riżultati mħallta matul il-perjodu ta’ rapportar. Il-kisba tal-miri ta’ mill-inqas 1 000 persuna rilokata mill-Italja u ta’ mill-inqas 2 000 persuna rilokata mill-Greċja kull xahar tkun possibbli jekk l-Istati Membri kollha jibdew jagħmlu l-impenji kull xahar minn issa. Għadd ta’ Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati qed iwittu t-triq u jwettqu l-obbligi legali tagħhom u b’hekk japplikaw miżuri ta’ solidarjetà fil-prattika, u jenħtieġ li l-Istati Membri l-oħra jsegwu l-eżempju tagħhom. L-Istati Membri kollha wkoll iridu jaħtru iktar esperti b’mod regolari biex iwieġbu għas-sejħiet diversi tal-EASO fuq bażi regolari li jiżguraw skjeramenti iktar fit-tul u profili iktar anzjani u speċjalizzati. Dawn l-isforzi komuni se jgħinu biex tittaffa l-pressjoni fuq l-Italja u l-Greċja.

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni u se tkompli taħdem mal-Istati Membri sabiex isibu l-aktar mod effettiv biex jiġu implimentati ż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. B’mod parallel, jeħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jwettqu l-impenji ta’ risistemazzjoni tagħhom, u f’xi każijiet iżidu l-isforzi tagħhom, inkluż bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija 38 . Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta regolarment u se tippreżenta l-Għaxar Rapport tagħha f’Marzu 2017.

(1)

     COM(2016) 791 final.

(2)

     L-għadd ta’ każijiet identifikati u rrappurtati mill-Greċja ta’ qsim illegali tal-fruntieri bejn punti ta’ qsim tal-fruntiera mit-Turkija permezz tal-fruntieri tal-baħar u tal-art mill-5 ta’ Diċembru 2016 sal-5 ta’ Frar 2017 kif irreġistrati fl-Applikazzjonijiet tar-Rapportar tal-Operazzjonijiet Konġunti.

(3)

     Sors: L-awtoritajiet Griegi.

(4)

     Sors: Il-Ministeru tal-Intern Taljan li jkopri mill-5 ta’ Diċembru 2016 sal-5 ta’ Frar 2017.

(5)

     In-nazzjonalitajiet li bħalissa huma eliġibbli għar-rilokazzjoni huma: il-Burundi, l-Eritrea, il-Maldivi, l-Oman, il-Qatar, is-Sirja u l-Jemen. Kif imsemmi f’rapporti preċedenti, għalkemm xi nazzjonalitajiet ma għadhomx eliġibbli għar-rilokazzjoni, dan ma jaffettwax lil dawk in-nazzjonalitajiet diġà identifikati bħala persuni fi bżonn possibbli ta’ protezzjoni internazzjonali (eż. dawk prereġistrati xorta jistgħu jiġu rilokati).

(6)

     http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/12/15-euco-conclusions-final/.

(7)

     Disa’ trasferimenti rrappurtati f’rapporti preċedenti bħala trasferimenti ta’ rilokazzjoni kienu fil-fatt trasferimenti ta’ Dublin u mhux każijiet ta’ rilokazzjoni (erba’ każijiet mill-Italja lejn il-Portugall f’Diċembru 2015 u f’April 2016: każ wieħed mill-Italja lejn in-Netherlands f’Novembru 2016; każ wieħed mill-Greċja lejn il-Lussemburgu f’Ġunju 2016, każ wieħed mill-Greċja lejn Franza f’Ġunju 2016 u żewġ każijiet mill-Greċja lejn ir-Rumanija f’Awwissu 2016). Dawn għalhekk tnaqqsu mit-total u mit-trasferimenti speċifiċi tal-Istati Membri rrappurtati fl-Annessi. Barra minn hekk, waqt dan il-perjodu ta’ rappurtar, każ wieħed mill-Greċja lejn Spanja f’Diċembru 2016 u każ mill-Greċja lejn in-Norveġja f’Jannar 2017 ukoll kienu trasferimenti ta’ Dublin u għalhekk ma tqisux fl-għadd totali għal dawk il-pajjiżi.

(8)

     Il-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill dwar ir-risistematizzazzjoni permezz ta' skema multilaterali u nazzjonali ta' 20 000 persuna fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali (11130/15).

(9)

     Iċ-ċifra ppubblikata fir-rapport preċedenti kellha tiġi aġġustata minħabba informazzjoni aġġornata riċevuta sussegwentement mill-Istati ta’ risistematizzazzjoni. Minflok it-13 887 risistemazzjoni rrapportati, l-ammont korrett ta’ persuni risistemati sal-5 ta’ Diċembru 2016 kien ta’ 13 055.

(10)

     SN 38/16, 18.03.2016.

(11)

     Iċ-ċifra ppubblikata fir-rapport preċedenti kellha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-fatt li risistemazzjonijiet tas-Sirjani mit-Turkija lejn in-Norveġja fil-kuntest tal-iskema 1: 1 ma tingħaddx kontra dawk ir-ritorni tas-Sirjani mill-Greċja.

(12)

      http://asylo.gov.gr/en/?p=1974  

(13)

     L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-Kwalifika (id-Direttiva 2011/95/UE) jiddefinixxi “minuri mhux akkumpanjat” bħala minuri (taħt it-18-il sena) li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat “minn adult responsabbli għalih jew għaliha sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat” [l-enfasi hija miżjuda]. Minħabba d-differenzi fil-liġi u l-prattika bejn l-Istati Membri, id-definizzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati tvarja minn Stat Membru għall-ieħor li twassal biex tfal separati, inklużi minuri miżżewġin ma’ adulti, jitqiesu bħala mhux akkumpanjati f’xi Stati Membri filwaqt li f’xi oħrajn le. Dan joħloq inkonsistenzi wkoll fir-rapportar tal-għadd totali ta’ minuri rilokati mhux akkumpanjati billi xi Stati Membri jqisu biss bħala tali dawk li jkunu waħedhom u jeskludu mir-rapportar tfal separati rilokati.

(14)

     Jissemmew biss in-nazzjonalitajiet potenzjalment eliġibbli għar-rilokazzjoni.

(15)

      http://asylo.gov.gr/en/wp-content/uploads/2016/08/Preregistration-data_template_5_EN_EXTERNAL.pdf .

(16)

     L-akbar grupp ta’ minuri mhux akkumpanjati fil-Greċja huma Afgani, li mhumiex eliġibbli għar-rilokazzjoni. Madankollu, il-gvern Grieg qiegħed f’kuntatt ma’ diversi Stati Membri sabiex jinnegozja trasferiment volontarju possibbli ta’ dawn il-minuri bi status differenti, mhux bħala applikanti għal protezzjoni internazzjonali.

(17)

     Ir-Rapport tal-2016 tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali dwar tfal mifrudin jipprovdi dejta dwar id-dispożizzjonijiet u t-trattament legali fir-rigward ta’ minuri migranti miżżewġin. Ara b’mod partikolari t-Tabella 1, fuq paġna 11 tar-Rapport, disponibbli hawn http://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-december-2016-monthly-migration-report-separated-childr.pdf  

(18)

     L-awtoritajiet Griegi u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) ma jużawx l-istess definizzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati;; b’konsegwenza ta’ dan, iċ-ċifri rrapportati mill-awtoritajiet Griegi u l-IOM ivarjaw. Skont id-dejta tal-IOM, l-għadd totali ta’ minuri mhux akkumpanjati rilokati matul il-perjodu ta’ rapportar huwa ta’ 51.

(19)

     934 lejn il-Ġermanja, 13 lejn iċ-Ċipru, 21 lejn l-Estonja, 355 lejn Franza, 171 lejn l-Irlanda, 48 lejn il-Latvja, 10 lejn il-Liechtenstein, 44 lejn il-Litwanja, 29 lejn il-Lussemburgu, 172 lejn in-Netherlands, 184 lejn in-Norveġja, 231 lejn il-Portugall, 26 lejn ir-Rumanija, 252 lejn Spanja, 18 lejn il-Finlandja u 50 lejn l-Iżvizzera.

(20)

     493 lejn il-Ġermanja, waħda lejn il-Latvja, 21 lejn il-Lussemburgu, 92 lejn in-Netherlands, 335 lejn in-Norveġja, 10 lejn il-Portugall, tnejn lejn ir-Rumanija, 94 lejn Spanja u 207 lejn l-Iżvizzera.

(21)

     Il-Ġermanja 1 000 għall-Italja u 1 000 għall-Greċja, il-Belġju 35 għall-Italja u 65 għall-Greċja, l-Estonja 58 għall-Greċja, Franza 50 għall-Italja u 400 għall-Greċja, il-Kroazja 20 għall-Italja u 30 għall-Greċja, l-Irlanda 80 għall-Greċja, il-Latvja 30 għall-Italja u 60 għall-Greċja, il-Litwanja 10 għall-Italja u 40 għall-Greċja, il-Lussemburgu 50 għall-Greċja, Malta 15 għall-Greċja, in-Netherlands 100 għall-Italja u 200 għall-Greċja, is-Slovenja 15 għall-Italja u 35 għall-Greċja, u l-Finlandja 50 għall-Italja u 100 għall-Greċja.

(22)

     In-Norveġja 250 għall-Italja u 200 għall-Greċja, u l-Iżvizzera 200 għall-Italja u 320 għall-Greċja.

(23)

     F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016, l-Awstrija tibbenefika minn sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni sa' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601. Bħala konsegwenza, ir-rilokazzjoni lejn l-Awstrija ta’ 1 065 applikant għandha tiġi sospiża sal-11 ta’ Marzu 2017. Madankollu, l-obbligi skont id-Deċiżjoni 2015/1601 ikomplu japplikaw għall-Awstrija fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-kumplament tal-allokazzjoni, u għalhekk, l-impenji u r-rilokazzjonijiet xorta huma meħtieġa.

(24)

     Fil-bidu ta’ April, il-Polonja ssospendiet l-ipproċessar ta’ 73 talba għal rilokazzjoni li s-Servizz tal-Asil Grieg kien bagħat lill-Polonja fuq il-bażi ta’ impenn li l-Polonja ppreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 u għalhekk de facto ffriżat il-proċedura ta’ rilokazzjoni tliet xhur u nofs wara l-preżentazzjoni tal-impenn. L-istess japplika għat-talbiet mill-Italja.

(25)

     Minn bżonn ġenerali ta’ 193 espert kif previst fil-Pjan Operazzjonali l-ġdid.

(26)

     Is-Servizz tal-Asil Grieg għamel talba addizzjonali għal żewġ esperti ta’ Dublin mill-Unità ta’ Dublin sakemm dawn ikunu disponibbli.

(27)

     Din iċ-ċifra tinkludi l-postijiet pprovduti taħt l-iskema ta’ kiri tal-UNHCR u l-postijiet ta’ akkoljenza organizzati pprovduti mill-awtoritajiet Griegi fil-Greċja kontinentali u fil-hotspots.

http://mindigital.gr/images/prosfygiko/REFUGEE_FLOWS-07-02-2017.pdf

(28)

     Il-Ftehim ta' Delega mal-UNHCR għall-iskema ta' 20 000 post tal-kiri f’Jannar 2016 jibbenefika primarjament l-applikanti għall-asil eliġibbli għar-rilokazzjoni. Il-Ftehim ta’ Delega ġie rivedut f’Lulju 2016 bil-għan li jsir aktar ċar fit-test li l-iskema ta’ akkomodazzjoni tinkludi wkoll il-possibbiltà li jiġu stabbiliti postijiet f’siti ta’ rilokazzjoni mmaniġġati mill-UNHCR, u li l-grupp fil-mira tal-iskema ta’ akkomodazzjoni jinkludi mhux biss kandidati għar-rilokazzjoni iżda wkoll applikanti għall-asil oħra. L-UNHCR qabel li jagħmel 6 000 post disponibbli mill-iskema ta’ kiri disponibbli għaċ-ċentri ta' rilokazzjoni biex jakkomoda l-applikanti kollha għal rilokazzjoni li huma rreġistrati bis-sħiħ.

(29)

     Dejta tal-UNHCR: 393 post għal tfal mhux akkumpanjati huma ffinanzjati minn donaturi oħrajn.

(30)

     309 postijiet għal minuri mhux akkumpanjati huma ffinanzjati minn donaturi oħrajn.

(31)

      http://www.libertaciviliimmigrazione.dlci.interno.gov.it/sites/default/files/allegati/hotspots_sops_-_english_version.pdf .

(32)

     Is-Servizz ta’ Asil Grieg skeda mill-ġdid ir-reġistrazzjonijiet ppjanati f’Alexandroupoli fl-uffiċċju ta’ Tessaloniki, mis-6 ta’ Frar.

(33)

     Sad-data preżenti, it-tim kopra 26 post madwar l-Italja.

(34)

     Iċ-ċifra ppubblikata fir-rapport preċedenti kellha tiġi aġġustata minħabba informazzjoni aġġornata riċevuta sussegwentement mill-Istati ta’ risistematizzazzjoni. Minflok it-13 887 risistemazzjoni rrapportati, l-ammont korrett ta’ persuni risistemati sal-5 ta’ Diċembru 2016 kien ta’ 13 055.

(35)

     Minkejja li n-Norveġja tapplika l-proċeduri operattivi standard għar-risistemazzjoni miftiehma mat-Turkija fl-ambitu tal-iskema 1:1, l-għadd ta’ risistemazzjonijiet lejn in-Norveġja fil-kuntest tal-iskema 1:1 ma tingħaddx kontra r-ritorni ta’ Sirjani mill-Greċja.

(36)

     ĠU L 268, 1.10.2016, p. 82-84.

(37)

     COM(2016) 468 final.

(38)

     Ir-Raba’ Rapport dwar il-Progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, COM(2016) 792 final.


Brussell, 8.2.2017

COM(2017) 74 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Id-Disa' Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni


Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja sas-7 ta' Frar 2016

Stat Membru

Impenjati b’mod formali 1

Effettivament Rilokati

Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill

L-Awstrija 2

1 491

Il-Belġju

465

177

2 415

Il-Bulgarija

260

29

831

Il-Kroazja

40

10

594

Ċipru

95

55

181

Ir-Repubblika Ċeka

30

12

1 655

L-Estonja

227

87

204

Il-Finlandja

840

560

1 299

Franza

3 770

2 445

12 599

Il-Ġermanja

2 740

1 342

17 209

L-Ungerija

988

L-Iżlanda

L-Irlanda

494

280

240

Il-Latvja

319

188

295

Il-Liechtenstein

10

10

Il-Litwanja

500

229

420

Il-Lussemburgu

210

164

309

Malta

67

34

78

In-Netherlands

1 150

939

3 797

In-Norveġja

430

204

Il-Polonja

65

4 321

Il-Portugall

1 230

690

1 778

Ir-Rumanija

1 022

523

2 572

Is-Slovakkja

30

9

652

Is-Slovenja

135

101

349

Spanja

750

600

6 647

L-Iżvezja 3

2 378

L-Iżvizzera

450

78

TOTAL

15 329

8 766

63 302

(1)

Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.


Brussell, 8.2.2017

COM(2017) 74 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Id-Disa' Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni



Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja sas-7 ta' Frar 2016

Stat Membru

Impenjati b’mod formali 1

Effettivament Rilokati

Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill

L-Awstrija 2

462

Il-Belġju

165

29

1 397

Il-Bulgarija

140

471

Il-Kroazja

36

9

374

Ċipru

45

10

139

Ir-Repubblika Ċeka

20

1 036

L-Estonja

8

125

Il-Finlandja

580

359

779

Franza

400

282

7 115

Il-Ġermanja

2 510

700

10 327

L-Ungerija

306

L-Iżlanda

L-Irlanda

20

360

Il-Latvja

105

9

186

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

70

251

Il-Lussemburgu

60

61

248

Malta

47

46

53

In-Netherlands

525

422

2 150

In-Norveġja

690

415

Il-Polonja

35

1 861

Il-Portugall

388

267

1 173

Ir-Rumanija

680

45

1 608

Is-Slovakkja

250

Is-Slovenja

45

23

218

Spanja

150

144

2 676

L-Iżvezja 3

50

39

1 388

L-Iżvizzera

830

340

TOTAL

7 599

3 200

34 953

(1)

Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.


Brussell, 8.2.2017

COM(2017) 74 final

ANNESS

tar-

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Id-Disa' Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni




Anness 3: Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni fis-6 ta' Frar 2016, skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015
u skont il-"mekkaniżmu 1:1" mat-Turkija (li ilu japplika mill-4 ta' April 2016)

Stat Membru /
Stat Assoċjat

Impenji magħmula skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

Total risistemat skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015, inkluż il-mekkaniżmu 1:1 mat-Turkija

Pajjiż terz li minnu saret ir-risistemazzjoni

L-Awstrija

1 900

1 501 1

Il-Libanu: 881; Il-Ġordan: 442; It-Turkija: 177; L-Iraq: 1

Il-Belġju

1 100

597

Il-Libanu: 439; It-Turkija: 106 (li minnhom 102 skont il-mekkaniżmu 1:1); Il-Ġordan: 28; L-Eġittu: 24;

Il-Bulgarija

50

0

Il-Kroazja

150

0

Ċipru

69

0

Ir-Repubblika Ċeka

400

52

Il-Libanu: 32; Il-Ġordan: 20

Id-Danimarka

1 000

481

Il-Libanu, l-Uganda

L-Estonja

20

11

It-Turkija: 11 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Finlandja

293 2

293 3

Il-Libanu: 245; L-Eġittu: 37; Il-Ġordan: 4; L-Iraq: 3; Il-Jemen: 2; L-Iżrael 2; It-Turkija: 162 skont il-mekkaniżmu 1:1, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju

Franza

2 375 4

1 088

It-Turkija: 456 skont il-mekkaniżmu 1:1 (li minnhom 228 huma fl-iskema tal-20 ta’ Lulju u 228 barra mill-iskema tal-20 ta’ Lulju 5 ); Il-Libanu: 433; Il-Ġordan: 334; L-Iraq: 8; oħrajn: 85

Il-Ġermanja

1 600

1 213

It-Turkija: 1 213 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Greċja

354

0

L-Ungerija

0

0

L-Iżlanda

50

50 6

Il-Libanu

L-Irlanda

520

519

Il-Libanu

L-Italja

1 989

673

Il-Libanu: 490; It-Turkija: 117 skont il-mekkaniżmu 1:1; Is-Sudan: 48; Il-Ġordan: 18

Il-Latvja

50

10

It-Turkija: 10 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Liechtenstein

20

20

It-Turkija

Il-Litwanja

70

25

It-Turkija: 25 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Lussemburgu

30

0 7

It-Turkija: 98 skont il-mekkaniżmu 1:1, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju

Malta

14

0

In-Netherlands

1 000

1 000

It-Turkija: 563 (li minnhom 557 skont il-mekkaniżmu 1:1); Il-Libanu: 341; Il-Kenja: 70; L-Etjopja: 8; Il-Ġordan: 7; Il-Libja: 4; L-Iżrael: 2; L-Iraq, il-Marokk, l-Eġittu, l-Arabja Sawdija, is-Sirja: 1

In-Norveġja

3 500

2 924

Il-Libanu: 2 552; It-Turkija: 351 8  (li minnhom 150 mill-4 ta’ April 2016); Il-Ġordan: 21;

Il-Polonja

900

0

Il-Portugall

191

12

It-Turkija: 12 skont il-mekkaniżmu 1:1

Ir-Rumanija

80

0

Is-Slovakkja

100

0

Is-Slovenja

20

0

Spanja

1 449

289

Il-Libanu: 232; It-Turkija: 57 skont il-mekkaniżmu 1:1; 

L-Iżvezja

491

491 9

It-Turkija: 278 skont il-mekkaniżmu 1:1, (li minnhom 269 fl-iskema tal-20 ta' Lulju); Is-Sudan: 124; Il-Kenja: 80; Il-Libanu: 8; L-Iraq: 8; L-Eġittu: 1; Il-Ġordan: 1 

L-Iżvizzera

519

519

Il-Libanu: 431; Is-Sirja: 88

Ir-Renju Unit

2 200

2 200 10

Il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iraq u oħrajn

TOTAL

22 504

13 968

 

Total ta' 3 098 persuna ġew risistemati mit-Turkija skont il-mekkaniżmu 1:1; 2 601 minnhom permezz tal-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

(1)

     Din iċ-ċifra tinkludi l-każijiet skont il-Programm Awstrijak ta' Ammissjoni Umanitarja.

(2)

  Din iċ-ċifra hija parti mill-kwota nazzjonali Finlandiża għall-2016 ta' 750 li għandhom jiġu risistemati.

(3)

     Din iċ-ċifra ma tinkludix il-162 Sirjan li ġew risistemati mit-Turkija skont il-mekkaniżmu 1:1, permezz tal-iskema nazzjonali Finlandiża.

(4)

     Din iċ-ċifra tiżdied mal-kwota nazzjonali annwali ta' Franza u mal-impenji preċedenti.

(5)

228 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija barra mill-iskema tal-20 ta’ Lulju għandhom jingħaddu skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/1754.

(6)

L-Iżlanda għandha total ta’ 97 persuna risistemata; kollha mil-Libanu.

(7)

Filwaqt li għadha ma saret l-ebda risistemazzjoni skont il-Konklużjoni tal-20 ta’ Lulju 2015, 98 Sirjan ġew rilokati taħt il-programm nazzjonali tal-Lussemburgu fil-qafas tal-mekkaniżnu 1:1 u għandhom jingħaddu skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/1754.

(8)

  Mill-4 ta’ April 2016, in-Norveġja rrilokat 150 Sirjan mit-Turkija billi applikat il-proċeduri operattivi standard għar-rilokzzjoni miftiehma mat-Turkija fl-ambitu tal-iskema 1:1. L-għadd ta’ rilokazzjonijiet lejn in-Norveġja fil-kuntest tal-iskema 1:1 ma tingħaddx meta mqabbel mar-ritorni tas-Sirjani mill-Greċja.

(9)

     L-Iżvezja rrisistemat 1 900 persuna fl-2015 skont il-programm nazzjonali tagħha, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju 2015.

(10)

Sa Ġunju 2016, total ta' 3 439 persuna ġew risistemati fir-Renju Unit skont l-iskemi eżistenti ta' risistemazzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.