Brussell, 30.11.2016

COM(2016) 759 final

2016/0375(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija,

li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE,
id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2016) 394 final}
{SWD(2016) 395 final}
{SWD(2016) 396 final}
{SWD(2016) 397 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika ambizzjuża dwar il-klima u b’trasformazzjoni fundamentali tas-sistema tal-enerġija tagħna tista’ tinkiseb biss permezz ta’ azzjoni leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva kkoordinata fil-livell nazzjonali u tal-UE. Sabiex dan jinkiseb, l-Unjoni tal-Enerġija teħtieġ Governanza b’saħħitha li tiżgura li l-politiki u l-miżuri f’diversi livelli jkunu koerenti, kumplimentari u ambizzjużi biżżejjed. L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li jiġu stabbiliti s-sisien leġiżlattivi neċessarji għal dan il-proċess fid-dawl tat-twettiq tal-Unjoni tal-Enerġija, li jkollhom jiġu kkumplimentati b’miżuri u b’azzjoni mhux leġiżlattivi biex il-Governanza tirnexxi.

B’konformità mal-impenn qawwi tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta se twassal għal tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv għall-Istati Membri, għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet oħra tal-UE. Ir-rekwiżiti attwali tal-ippjanar u tar-rapportar (kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri) fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ informazzjoni dettaljata dwar oqsma speċifiċi ta’ politika u jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni settorjali. Madankollu, dawn jinstabu f’firxa wiesgħa ta’ biċċiet separati ta’ leġiżlazzjoni adottata f’punti differenti matul iż-żmien, u dan wassal għal ċertu ridondanza, inkoerenza, trikkib u nuqqas ta’ integrazzjoni bejn l-oqsma tal-enerġija u tal-klima. Barra minn hekk, xi wħud mir-rekwiżiti attwali ġew definiti bl-għan li jintlaħqu l-miri korrispondenti tal-2020, u għal dik ir-raġuni mhumiex adattati biex jappoġġaw il-kisba tal-Qafas għall-Enerġija u l-Klima għall-2030, u lanqas mhuma sinkronizzati mal-obbligi ta’ ppjanar u ta’ rapportar skont il-Ftehim ta’ Pariġi 1 .

Din il-proposta se tiġbor flimkien l-obbligi mferxin eżistenti ta’ ppjanar u ta’ rapportar mill-biċċiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-enerġija, tal-klima u oqsma oħra relatati ta’ politika tal-Unjoni tal-Enerġija biex b’hekk tinkiseb simplifikazzjoni kbira tal-obbligi. Il-proposta tnaqqas, tallinja u taġġorna dawn ir-rekwiżiti, u tneħħi d-duplikazzjonijiet eżistenti. B’kollox, il-proposta tintegra, tissimplifika jew tħassar iżjed minn 50 obbligu individwali eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ tal-acquis dwar l-enerġija u l-klima (tintegra 31 obbligu u tħassar 23). Il-proċess issimplifikat tal-Governanza politika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’involviment mill-qrib ta’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, se jallinja l-frekwenza u t-tempestività tal-obbligi, se jtejjeb b’mod sinifikanti t-trasparenza u l-kooperazzjoni u b’hekk se jwassal benefiċċji addizzjonali f’termini ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv.

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-Qafas għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 2 , abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni 3 . Il-konklużjonijiet kienu jeħtieġu l-iżvilupp ta’ Governanza affidabbli u trasparenti, mingħajr l-ebda piż amministrattiv bla bżonn, sabiex jgħinu biex jiġi żgurat li l-UE tilħaq l-għanijiet tagħha tal-politika tal-enerġija, bil-flessibbiltà neċessarja għall-Istati Membri u b’rispett sħiħ għal-libertà tagħhom li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom. Il-Kunsill enfasizza li jenħtieġ li din il-Governanza tibni fuq elementi kostitwenti eżistenti, bħal pereżempju programmi nazzjonali dwar il-klima, pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll li hemm bżonn li jiġu ssimplifikati u miġbura flimkien l-obbligi separati ta’ ppjanar u ta’ rapportar.

L-Istrateġija dwar l-Unjoni tal-Enerġija tal-25 ta’ Frar 2015 wessgħat l-ambitu tal-Governanza, lil hinn mill-Qafas tal-2030 għall-enerġija u l-klima, f’kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija (is-solidarjetà u l-fiduċja fis-sigurtà tal-enerġija; is-suq intern tal-enerġija; il-moderazzjoni tad-domanda; id-dekarbonizzazzjoni inkluża l-enerġija rinnovabbli; u r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività).

L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tat-18 ta’ Novembru 2015 u l-Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima annessi miegħu pprovdew iktar dettalji u speċifikaw li jenħtieġ li l-Governanza tissejjes fil-leġiżlazzjoni.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Enerġija tas-26 ta’ Novembru 2015 rrikonoxxew li l-Governanza se tkun għodda essenzjali għall-kostruzzjoni effiċjenti u effettiva tal-Unjoni tal-Enerġija. Fl-istess waqt, qed isiru diskussjonijiet regolari bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma Tekniku dwar il-Pjanijiet nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, “Lejn Unjoni tal-Enerġija Ewropea” tal-15 ta’ Diċembru 2015 appellat biex il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija tkun ambizzjuża, affidabbli, trasparenti, demokratika, tinkludi għalkollox lill-Parlament Ewropew u biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030.

Abbażi ta’ dan, din il-proposta għandha l-għan li jiġi stabbilit il-qafas regolatorju għall-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija b’żewġ pilastri ewlenin: L-ewwel nett, is-simplifikazzjoni u l-integrazzjoni tal-obbligi eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima sabiex jiġu riflessi l-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar. It-tieni nett, id-definizzjoni ta’ proċess politiku qawwi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni b’involviment mill-qrib ta’ istituzzjonijiet oħra tal-UE bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, b’mod partikolari l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030.

Fil-5 ta’ Ottubru 2016, l-Unjoni Ewropea rratifikat il-Ftehim ta’ Pariġi, li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016. Ir-Regolament propost jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, inkluż iċ-ċiklu ta’ rieżami tiegħu ta’ ħames snin, u jiżgura li r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi jiġu integrati b’mod armonjuż fil-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Abbażi tal-eżitu ta’ Kontroll tal-Idoneità tal-acquis dwar l-enerġija u tal-partijiet rilevanti tal-acquis dwar il-klima, ir-Regolament propost iħalli kif inhuma, iħassar jew jemenda l-obbligi ta’ ppjanar u ta’ rapportar tal-Istati Membri u l-obbligi ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni li attwalment jinstabu fil-leġiżlazzjoni settorjali. Il-proposta tħejjiet fl-istess waqt li tħejjew ir-rieżamijiet tal-Kummissjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u tad-diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni inkorporati fl-Inizjattiva tad-Disinn tas-Suq, bl-għan li tiġi żgurata koerenza sħiħa bejn dawn l-inizjattivi. Ġiet żgurata wkoll il-konsistenza ma’ biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-klima u tal-enerġija.

Barra minn hekk, il-proposta tintegra għalkollox ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ tal-Klima (MMR) biex tiġi żgurata l-integrazzjoni bejn l-oqsma tal-enerġija u tal-klima. B’mod ġenerali, il-proposta tkompli l-approċċ ta’ dispożizzjonijiet eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ li jaqgħu taħt l-MMR, li kien ir-riżultat ta’ eżerċizzju preċedenti ta’ simplifikazzjoni fil-qasam tal-klima. Madankollu, din il-proposta tissimplifika d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-MMR mal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-enerġija, taġġorna d-dispożizzjonijiet eżistenti biex b’hekk ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti proposti dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u dwar l-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) u biex jissodisfaw l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Peress li l-proposta tkopri għadd ta’ oqsma, ġie deċiż li ma tiġix proposta riformulazzjoni tal-MMR. Madankollu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira liż-żamma tal-kontenut kollu li kien hemm fl-MMR u li mhux qed jiġi propost li jinbidel bil-proposta attwali.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-inizjattiva hija marbuta wkoll ma’ oqsma oħra ta’ politika bħat-trasport, l-ambjent, l-industrija, l-ekonomija, ir-riċerka u l-kompetizzjoni. Madankollu ta’ min jinnota li din l-inizjattiva, fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tal-integrazzjoni tal-ippjanar u tar-rapportar, tiffoka fuq l-oqsma tal-enerġija u tal-klima, filwaqt li fl-istess ħin tinkorpora xi obbligi speċifiċi ta’ ppjanar u ta’ rapportar f’oqsma oħra. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat proċess li jkun jista’ jiġi ġestit b’enfasi fuq l-għanijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija.

L-aspett tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri kif stipulat bir-Regolament propost huwa kumplimentari u konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet li nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, li jiffoka fuq kwistjonijiet makroekonomiċi u ta’ riforma strutturali (li qajla jkunu marbuta mal-enerġija jew mal-klima), filwaqt li l-Governanza tindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima. Meta kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima jkollhom rilevanza makroekonomika jew ta’ riforma strutturali, jenħtieġ li dawn xorta waħda jkunu parti mis-Semestru Ewropew.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament huma l-Artikoli 191, 192 u 194 tat-TFUE.

Ir-Regolament propost ifittex li jintlaħaq għan leġittimu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-Artikoli. B’mod ġenerali, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(2) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-ħtieġa li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà hija waħda mill-kunsiderazzjonijiet fundamentali tal-Governanza abbażi tal-approċċ li l-Istati Membri stess jenħtieġ li jistabbilixxu l-pjanijiet nazzjonali u l-għanijiet u l-miżuri stipulati fihom.

Ħtieġa ta’ azzjoni mill-UE

Peress li bosta elementi tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tal-Enerġija huma marbuta mal-għanijiet stabbiliti fil-livell tal-UE, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-għanijiet, kif ukoll li jkun hemm koerenza fil-politiki dwar l-enerġija u l-klima fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà għall-Istati Membri. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-isfidi tal-enerġija li qed tiffaċċja l-Unjoni ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta’ azzjoni nazzjonali mhux ikkoordinata. L-istess jgħodd għat-tibdil fil-klima, li fin-natura tiegħu stess huwa transkonfinali u ma jistax jiġi solvut b’azzjoni lokali, nazzjonali jew saħansitra mill-UE waħedha.

Barra minn hekk, minħabba r-rilevanza transfruntiera ta’ kull dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa sabiex tiġi promossa iktar il-kooperazzjoni msaħħa fost l-Istati Membri. L-ebda dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija ma tista’ tiġi implimentata b’mod effettiv mingħajr Governanza tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li trawwem kooperazzjoni reġjonali fil-politika dwar l-enerġija u l-klima. L-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa wkoll biex tiżgura li l-UE tkun lesta li tipparteċipa b’mod sħiħ fil-proċessi ta’ rieżami skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

Fl-aħħar nett, l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex jiġu ssimplifikati l-obbligi eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ, peress li r-rekwiżiti eżistenti f’dan ir-rigward huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE – dawn jistgħu jiġu emendati u/jew imħassra biss permezz ta’ proposta leġiżlattiva fil-livell tal-UE.

Valur miżjud tal-UE

It-twaqqif ta’ Governanza soda tal-Unjoni tal-Enerġija se jgħin biex jiġi żgurat li b’mod kollettiv l-UE u l-Istati Membri tagħha jilħqu l-għanijiet maqbula tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030, u biex jinstabu soluzzjonijiet ikkoordinati u komuni għal sfidi komuni b’mod effettiv u tajbin għall-but ta’ kulħadd. Dan huwa importanti ħafna fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ investiment konsiderevoli fis-settur tal-enerġija matul id-deċennji li ġejjin.

L-Istati Membri se jgawdu minn qafas issimplifikat u razzjonalizzat ta’ ppjanar u ta’ rapportar għall-politiki tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. Bis-saħħa ta’ proċeduri amministrattivi iżjed effiċjenti u koerenti kemm fl-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll bejn l-Istati Membri se jkun hemm żvilupp u implimentazzjoni iktar effiċjenti tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima. Is-settur privat se jgawdi minn iżjed oqfsa regolatorji nazzjonali trasparenti bħala l-bażi għad-deċiżjonijiet ta’ investiment fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima; u ċ-ċittadini se jgawdu mill-benefiċċji ta’ informazzjoni aħjar dwar l-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-politiki assoċjati magħha.

Proporzjonalità

Il-proposta ta’ Governanza msejsa fil-leġiżlazzjoni (iktar milli approċċ mhux leġiżlattiv) hija meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri kollha jikkontribwixxu fil-proċess u biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri komuni b’mod paragunabbli, biex titjieb l-istabbiltà regolatorja u ċ-ċertezza għall-investituri, u biex jiġi żgurat monitoraġġ komuni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni.

L-approċċ għall-ippjanar u għar-rapportar nazzjonali huwa bbażat fuq il-Kontroll tal-Idoneità (ara hawn taħt) li l-għan prinċipali tiegħu kien il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-approċċ attwali u t-titjib tar-rispett tal-prinċipju kif ikun xieraq.

L-approċċ lejn proċess ripetittiv bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni iktar milli pereżempju fuq id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u r-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 194 tat-TFUE.

Għażla tal-istrument

Iktar milli Direttiva huwa meħtieġ Regolament sabiex tiġi żgurata l-applikabbiltà diretta tad-dispożizzjonijiet u b’hekk tiġi żgurata l-paragunabbiltà tal-pjanijiet u tar-rapporti nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima. L-applikabbiltà diretta għandha wkoll il-vantaġġ li tippermetti li l-pjanijiet jiġu stabbiliti qabel l-2021.

Barra minn hekk, ħafna mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament mhumiex maħsuba għall-Istati Membri, u għalhekk ma setgħux jiġu implimentati permezz tat-traspożizzjoni nazzjonali (pereżempju l-obbligi tal-Kummissjoni, il-proċess tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, eċċ.).

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-Regolament propost huwa li tiġi żgurata l-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni. B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.

Il-Kontroll tal-Idoneità (REFIT) li jappoġġa r-Regolament propost jissuġġerixxi li bl-approċċ il-ġdid jista’ jkun mistenni tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri kif ukoll fuq il-Kummissjoni, filwaqt li tali impatti jkunu jistgħu jiġu kkwantifikati parzjalment biss minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ dejta affidabbli. Fl-istess waqt, l-approċċ il-ġdid se jwassal għal sensiela ta’ benefiċċji li jsaħħu l-koerenza u l-effettività b’mod sinifikanti. Il-proposta ma tinkludi l-ebda eċċezzjoni fir-rigward ta’ mikroimpriżi u lanqas ma tinkludi xi approċċ iddedikat għall-SMEs peress li tali entitajiet mhumiex affettwati minn din l-inizjattiva.

Ir-Regolament propost se jtejjeb ir-rwol tar-rapportar elettroniku, li mistenni jkompli jnaqqas il-piż amministrattiv.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet mħejjija u żviluppata skont il-gwida applikabbli għal Regolamentazzjoni Aħjar, u l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva. It-titjib rakkomandat mill-Bord ġie inkorporat fil-verżjoni finali. Fir-rigward ta’ għażliet ta’ politika għas-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ, l-għażliet ivvalutati jvarjaw minn gwida mhux leġiżlattiva għall-Istati Membri għal diversi approċċi legali biex jiġu ssimplifikati u integrati l-obbligi eżistenti.

Ġew vvalutati wkoll diversi għażliet ta’ politika fir-rigward ta’ pereżempju l-aġġornamenti u l-frekwenza tal-pjanijiet u tar-rapporti nazzjonali u l-monitoraġġ mill-Kummissjoni; il-proċess ripetittiv bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jinkludi r-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri; ir-rispons possibbli ta’ politika meta l-isforzi aggregati mill-Istati Membri ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet maqbula fil-livell tal-UE; u r-rwol tal-konsultazzjoni reġjonali fl-iżvilupp ta’ pjanijiet nazzjonali.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkonkludiet li l-għażla ppreferuta hija li jkun hemm att legali wieħed ġdid li jinkorpora għalkollox ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ (MMR). Din indikat il-ħtieġa li jkun hemm lok għal xi aġġornamenti formali tal-pjanijiet nazzjonali u tar-rapporti ta’ progress biennali mill-Istati Membri u tar-rapporti ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni (inklużi r-rapporti annwali għall-oqsma speċifiċi ta’ politika). Il-valutazzjoni kkonkludiet li l-proċess ripetittiv mal-Kummissjoni jenħtieġ li jkopri kemm l-iżvilupp (l-ambizzjoni) kif ukoll l-implimentazzjoni (it-twettiq) tal-pjanijiet nazzjonali u li se jkunu meħtieġa rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali u r-rapporti ta’ progress. Barra minn hekk, ikkonkludiet li biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni adegwata tal-proċessi u tal-politiki nazzjonali tal-ippjanar fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija, se jkunu meħtieġa konsultazzjonijiet reġjonali obbligatorji ta’ Stati Membri oħra dwar l-abbozzi u l-verżjonijiet finali tal-pjanijiet nazzjonali.

Din il-kombinazzjoni ta’ għażliet ippreferuti ta’ politika msemmija hawn fuq twassal għall-aħjar impatti f’termini ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv u flessibbiltà għall-Istati Membri, filwaqt li tiżgura wkoll li jkun hemm Governanza li tkun b’saħħitha biżżejjed biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

Referenza tas-Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt: SWD(2016)395 4

Referenza tal-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB): SEC(2016)494 5

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

It-tħejjijiet tar-Regolament propost ġew appoġġati minn Kontroll tal-Idoneità tal-obbligi ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ fl-acquis tal-UE dwar l-enerġija (REFIT). Il-Kontroll tal-Idoneità evalwa wkoll l-interkonnessjonijiet bejn l-obbligi ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ fl-acquis dwar l-enerġija u l-obbligi skont il-leġiżlazzjoni ewlenija tal-UE dwar il-klima.

Il-konklużjoni ġenerali tal-Kontroll tal-Idoneità hija li filwaqt li b’mod ġenerali s-sistema eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ fl-acquis tal-UE dwar l-enerġija wasslet riżultati tajbin, f’dan ir-rigward hemm potenzjal għal titjib sinifikanti tal-acquis attwali tal-UE dwar l-enerġija, kif ukoll għal tisħiħ tal-interkonnessjonijiet mal-acquis tal-UE dwar il-klima, sabiex b’hekk jitjieb b’mod sinifikanti il-proporzjon attwali bejn il-benefiċċji u l-kostijiet.

Fuq din il-bażi, il-Kontroll tal-Idoneità ssuġġerixxa b’mod qawwi li se tkun meħtieġa integrazzjoni sistematika tal-ippjanar u tar-rapportar tal-Istati Membri kif ukoll tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jkunu jistgħu jużaw b’mod sħiħ is-sinerġiji u jiżguraw il-konsistenza bejn diversi obbligi ta’ ppjanar u ta’ rapportar, kif ukoll biex is-sistema tkun adattata għall-iskop tagħha skont il-qafas ġenerali ġdid tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi l-miri tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030. Ir-Regolament propost jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità bl-eċċezzjoni ta’ ftit każijiet meta dan ma kienx possibbli minħabba l-fatt li l-frekwenza ma kinitx tikkonċidi ma’ dik prevista fir-Regolament dwar il-Governanza jew li l-obbligu kien tekniku wisq.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Fil-11 ta’ Jannar 2016 tnediet konsultazzjoni pubblika biex jinġabru l-fehmiet u l-kummenti mill-partijiet ikkonċernati u miċ-ċittadini. Il-konsultazzjoni damet iktar minn 12-il ġimgħa u għalqet fit-22 ta’ April 2016 6 .

L-istħarriġ onlajn irċieva total ta’ 103 rispons, b’rispons addizzjonali bl-email, li minnhom 15 ġew mill-Istati Membri 7 . Ir-rispons għal din il-konsultazzjoni pubblika kkontribwixxa għall-evalwazzjoni u għall-Kontroll tal-Idoneità tal-Kummissjoni tal-obbligi eżistenti ta’ ppjanar u ta’ rapportar kif ukoll għall-Valutazzjoni tal-Impatt li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament propost.

Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li rrispondu rrikonoxxew l-importanza tal-obbligi eżistenti ta’ ppjanar u ta’ rapportar, iżda qablu wkoll dwar il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati, allinjati u integrati aħjar l-obbligi ta’ ppjanar u ta’ rapportar biex jiġu evitati diskrepanzi, duplikazzjonijiet u inkonsistenzi u biex l-isforzi ta’ simplifikazzjoni jiġu ffukati fuq obbligi ta’ ppjanar li jkunu iktar relatati mill-qrib mal-għanijiet tal-Qafas għall-2030. Bosta partijiet ikkonċernati ġibdu l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġu integrati aħjar il-pjanijiet nazzjonali attwali f’dawn l-oqsma 8 , filwaqt li saħqu dwar il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis tal-obbligi ġenerali ta’ ppjanar.

Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li rrispondew kienu tal-fehma li att leġiżlattiv uniku huwa l-għażla ppreferuta għas-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ ppjanar u ta’ rapportar fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima wara l-2020. L-Istati Membri kienu iktar diviżi bejn l-għażliet leġiżlattivi u dawk mhux leġiżlattivi.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li rrispondew kienu tal-fehma li jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali jirriflettu l-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija, jiġu prodotti abbażi ta’ mudell dettaljat (ikkonfermat ukoll mill-Istati Membri fil-Grupp ta’ Ħidma Tekniku) u jkollhom enfasi ċara fuq l-oqsma b’miri kkwantifikati tal-UE. Għadd limitat ta’ dawk li rrispondew, inklużi diversi Stati Membri, pjuttost kien favur pjanijiet nazzjonali strateġiċi qosra. Bosta partijiet ikkonċernati, inkluż il-maġġoranza tal-Istati Membri, insistew dwar il-ħtieġa li jiġu evitati kostijiet addizzjonali u piż amministrattiv ġdid.

Dwar il-proċess politiku li jirregola l-finalizzazzjoni u r-rieżami tal-pjanijiet, ħafna minn dawk li rrispondew kienu favur proċess ta’ ppjanar trasparenti u parteċipattiv li jqanqal il-fiduċja tal-investituri u l-aċċettazzjoni pubblika mifruxa.

Fl-aħħar nett, dawk li rrispondew b’mod ġenerali qablu li jenħtieġ li s-sistema l-ġdida ta’ Governanza tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar l-enerġija u tqanqal kooperazzjoni reġjonali u li jenħtieġ li l-Kummissjoni taqdi rwol importanti fil-proċess.

Sommarju iktar estensiv tal-konsultazzjoni pubblika huwa inkluż fil-Valutazzjoni tal-Impatt.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kontroll tal-Idoneità u l-Valutazzjoni tal-Impatt li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament propost ġew appoġġati minn żewġ studji li twettqu f’isem il-Kummissjoni minn Trinomics u Amec Foster Wheeler matul l-ewwel nofs tal-2016.

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-approċċ tal-pjanijiet nazzjonali fir-Regolament propost u fl-Anness 1 tiegħu (mudell għall-pjanijiet nazzjonali) ibbenefikaw mill-ħidma li wettaq il-Grupp ta’ Ħidma Tekniku dwar il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-klima, ippresedut mill-Kummissjoni bir-rappreżentanza tal-Istati Membri kollha.

L-għarfien espert rifless fil-kontributi tal-partijiet ikkonċernati waqt il-konsultazzjoni pubblika ntuża bħala sors addizzjonali ta’ għarfien li jikkumplimenta l-analiżi.

Drittijiet fundamentali

Peress li l-politika proposta tindirizza primarjament lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali, din hija konsistenti mal-Karta tad-drittijiet fundamentali.

4. IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

L-għanijiet prinċipali ta’ din il-proposta huma li jiġu ssimplifikati l-obbligi ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ u li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ Governanza. L-Istati Membri se jkollhom jibagħtu pjanijiet u rapporti integrati lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi r-rapporti ta’ monitoraġġ neċessarji. L-uffiċjali, l-aġenti temporanji jew il-persunal estern li jaħdmu fl-oqsma ta’ politika tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika se jiġu allokati għat-twettiq tal-kompiti tal-Kummissjoni skont il-prospettiva ġenerali eżistenti tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), apparti l-ipprogrammar eżistenti tar-riżorsi umani għall-EEA, hija mitluba l-introduzzjoni gradwali ta’ aġenti kuntrattwali addizzjonali (sa 3 fl-2020).

Il-kostijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament propost mid-DĠ ENER u mid-DĠ CLIMA — li huma stabbiliti wkoll fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża — se jitħallsu għalkollox permezz tal-pakkett finanzjarju pprogrammat attwali tal-partiti tal-baġit inkwistjoni sal-2020. Fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, dawk se jkunu addizzjonali meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju attwali.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-valutazzjoni u r-rapportar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri stabbiliti f’dan ir-Regolament se jiżguraw monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tar-Regolament.

Ir-Regolament se jkun soġġett għal rieżami formali fl-2026. Jenħtieġ li r-rieżami jqis ir-riżultati tar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu 1 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u s-suġġett u jistipula d-definizzjonijiet tat-termini li ntużaw.

Il-Kapitolu 2 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri biex sal-1 ta’Jannar 2019 jipproduċu pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima għall-perjodu mill-2021 sal-2030, kif ukoll għall-perjodi sussegwenti ta’ għaxar snin. L-Anness I jipprovdi mudell vinkolanti għall-pjanijiet, filwaqt li jipprovdi elementi ulterjuri dwar pereżempju bażi analitika, bażi ta’ politiki u bażi ta’ miżuri.

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi wkoll proċess ta’ konsultazzjoni ripetittiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri qabel il-finalizzazzjoni tal-pjan, abbażi tal-abbozz tal-pjan nazzjonali li jrid jiġi pprovdut lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2018, u wara dan, kull għaxar snin għall-perjodi sussegwenti ta’ għaxar snin. F’dan il-qafas il-Kummissjoni se tkun tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet rigward il-livell ta’ ambizzjoni tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontributi kif ukoll dwar il-politiki u l-miżuri speċifiċi inklużi fil-pjan. Stati Membri oħra se jkunu jistgħu jikkummentaw dwar l-abbozz tal-pjan fil-qafas tal-konsultazzjonijiet reġjonali. Jeħtieġ li l-pjanijiet jiġu aġġornati sal-1 ta’ Jannar 2024 (xorta waħda b’perspettiva għall-2030).

Il-Kapitolu 3 jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri li jħejju u li jirrapportaw lill-Kummissjoni strateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi b’perspettiva ta’ 50 sena, li jkunu fundamentali biex jikkontribwixxu għal trasformazzjoni ekonomika, impjiegi, tkabbir u biex jintlaħqu għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli usa’, kif ukoll biex joqorbu b’mod ġust u kosteffikaċi lejn l-għan fit-tul stabbilit bil-Ftehim ta’ Pariġi.

Il-Kapitolu 4 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri li jipproduċu rapporti biennali ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mill-2021 ’il quddiem fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija sabiex jinżamm amment tal-progress. F’dawn ir-rapporti ta’ progress, l-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jirrapportaw kull sentejn dwar l-ippjanar u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, filwaqt li jallinjaw il-perjodu ta’ żmien mal-ftehim ta’ Pariġi.

Dan il-Kapitolu jispeċifika wkoll ir-rapporti li jridu jitfasslu kull sena, pereżempju bil-ħsieb li tinżamm konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, u li jkun hemm il-bażi neċessarja għall-valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament [OP: numru tal-att XXX dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu ssodisfati l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima] 9 u r-Regolament [OP: act number XXX dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima] 10 . Dawn ir-rapporti huma relatati ma’ pereżempju l-inventarji dwar il-gassijiet serra (GHGs) u l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jippermettu lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha juru progress fl-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi. Dan il-Kapitolu jipprevedi wkoll trasparenza fl-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti skont id-Direttiva li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (id-Direttiva ETS).

Dan il-Kapitolu jipprevedi wkoll il-kontenut neċessarju ta’ dawn ir-rapporti fil-ħames dimensjonijiet u jistabbilixxi pjattaforma tar-rapportar elettroniku li jenħtieġ li tibni fuq il-proċessi eżistenti ta’ rapportar, il-bażijiet ta’ dejta u l-għodod elettroniċi, u tibbenefika minnhom, bħal pereżempju dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), tal-Eurostat (ESTAT) u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC).

Il-Kapitolu 5 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni biex twettaq monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali. Dan jistabbilixxi wkoll proċess biex il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tissaħħaħ l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali jew dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet li diġà ġew stabbiliti.

Barra minn hekk, dan il-Kapitolu jipprevedi l-valutazzjoni aggregata tal-ewwel pjanijiet nazzjonali sabiex tiġi identifikata diskrepanza eventwali fil-miri tal-UE kollha. Dan jipprevedi rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq ir-rapporti ta’ progress u jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni fil-livell tal-UE jew titlob miżuri mill-Istati Membri jekk il-valutazzjoni tal-progress tissuġġerixxi li l-miri tal-UE għall-enerġija u l-klima għall-2030 ma jkunux se jintlaħqu (jiġifieri it-tnaqqis tal-ambizzjoni potenzjali u tad-diskrepanzi fit-twettiq, jew it-tneħħija ta’ dawn id-diskrepanzi). Dan jistabbilixxi wkoll l-approċċ fil-konfront tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tal-Kummissjoni li joħroġ kull sena.

Il-Kapitolu 6 tar-Regolament propost jistabbilixxi r-rekwiżiti għal sistemi ta’ inventarji nazzjonali u tal-Unjoni għall-emissjonijiet, għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet dwar il-GHGs. It-twaqqif ta’ sistemi bħal dawn huwa meħtieġ fuq livell internazzjonali. Dawn se jappoġġaw ukoll l-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet Nazzjonali fir-rigward tad-dimensjoni ta’ dekarbonizzazzjoni.

Dan il-Kapitolu jipprovdi wkoll l-bażi ġuridika għat-twaqqif ta’ reġistri nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jitqiesu l-kontributi determinati fil-livell nazzjonali u jippermetti l-użu ta’ eżiti ta’ mitigazzjoni trasferiti fil-livell internazzjonali skont l-Artikolu 4(13) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Il-Kapitolu 7 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-mekkaniżmi u l-prinċipji għal kooperazzjoni u appoġġ bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Dan jistabbilixxi wkoll ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tappoġġa lill-Kummissjoni kif xieraq fil-ħidma ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar skont dan ir-Regolament.

Il-Kapitolu 8 tar-Regolament propost jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta’ ċerti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’sitwazzjonijiet iddefiniti b’mod preċiż.

Il-Kapitolu 9 tar-Regolament propost jwaqqaf Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija (kumitat ta’ eżaminazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011) u jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar ir-rieżami tar-Regolament fl-2026, it-tħassir u l-emendi ta’ biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni tal-UE sabiex tiġi żgurata l-koerenza, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-miżuri tranżizzjonali u d-dħul fis-seħħ.

2016/0375 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija,

li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE,

id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

[Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 11 ,]

[Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 12 ,]

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa għal Governanza affidabbli u trasparenti li tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija permezz ta’ sforzi kumplimentari, koerenti u ambizzjużi mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, filwaqt li jippromwovi l-prinċipji tal-Unjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar.

(2)Jenħtieġ li l-Unjoni tal-Enerġija Ewropea tkopri ħames dimensjonijiet ewlenin: is-sigurtà tal-enerġija; is-suq intern tal-enerġija; l-effiċjenza enerġetika; id-dekarbonizzazzjoni; u r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività).

(3)L-għan ta’ Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika ambizzjuża dwar il-klima fil-qalba tagħha huwa li l-konsumaturi tal-Unjoni, kemm l-unitajiet domestiċi kif ukoll n-negozji, jingħataw enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezz għall-but ta’ kulħadd, li jirrikjedi trasformazzjoni fundamentali tas-sistema tal-enerġija tal-Ewropa. Dak l-għan jista’ jintlaħaq biss permezz ta’ azzjoni kkoordinata, li tlaqqa’ flimkien kemm l-atti leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali.

(4)Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet żviluppata b’mod parallel u hija adottata flimkien ma’ sensiela ta’ inizjattivi fil-politika settorjali dwar l-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u d-disinn tas-suq. Dawk l-inizjattivi jiffurmaw pakkett bit-tema ġenerali tal-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel, ir-rwol mexxej globali tal-Unjoni fl-enerġija rinnovabbli, u arranġament ġust għall-konsumaturi tal-enerġija.

(5)Fl-24 ta’ Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew qabel fuq il-Qafas għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 għall-Unjoni bbażat fuq erba’ miri ewlenin: minn tal-inqas 40 % tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha, minn tal-inqas 27 % titjib fl-effiċjenza enerġetika bl-għan li jkun hemm livell ta’ 30 %, minn tal-inqas 27 % tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-Unjoni, u minn tal-inqas 15 % tal-interkonnessjoni tal-elettriku. Huwa speċifika li l-mira għall-enerġija rinnovabbli hija vinkolanti fil-livell tal-Unjoni u li din se tintlaħaq permezz ta’ kontributi mill-Istati Membri ggwidati mill-ħtieġa li l-mira tal-Unjoni tintlaħaq b’mod kollettiv.

(6)Il-mira vinkolanti ta’ minn tal-inqas 40 % tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbla mal-1990 ġiet approvata formalment bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għall-Ftehim ta’ Pariġi fil-laqgħa tal-Kunsill dwar l-Ambjent li seħħet fis-6 ta’ Marzu 2015. Il-Ftehim ta’ Pariġi ġie rratifikat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 13 u daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016. Dan jieħu post l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta’ Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Għalhekk, jenħtieġ li s-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tiġi aġġornata fid-dawl ta’ dan.

(7)Fl-24 ta’ Ottubru 2014 14 , il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema ta’ governanza affidabbli u trasparenti, mingħajr l-ebda piż amministrattiv bla bżonn, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha tal-politika dwar l-enerġija, bil-flessibbiltà meħtieġa għall-Istati Membri u b’rispett sħiħ tal-libertà tagħhom li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom. Il-Kunsill enfasizza li jenħtieġ li din is-sistema ta’ governanza tibni fuq elementi kostitwenti eżistenti, bħal pereżempju programmi nazzjonali dwar il-klima, pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll li hemm bżonn li jiġu ssimplifikati u miġbura flimkien l-obbligi separati ta’ ppjanar u ta’ rapportar. Huwa qabel ukoll li jissaħħu r-rwol u d-drittijiet tal-konsumaturi, it-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-investituri, fost l-oħrajn permezz ta’ monitoraġġ sistematiku tal-indikaturi ewlenin għal sistema tal-enerġija bi prezz għall-but ta’ kulħadd, sikura, kompetittiva, sigura u sostenibbli, u li tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar l-enerġija u titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri.

(8)L-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija tal-25 ta’ Frar 2015 tiddikjara l-ħtieġa għal Governanza integrata sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha marbuta mal-enerġija fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, u b’hekk jitwessa’ l-ambitu tal-Governanza – lil hinn mill-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 – għall-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija.

(9)Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tat-18 ta’ Novembru 2015 15 , il-Kummissjoni speċifikat ukoll li l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, li jindirizzaw il-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija, huma għodod meħtieġa għal ippjanar iktar strateġiku tal-politika tal-enerġija u l-klima. Bħala parti mill-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ipprovdiet il-bażi għall-Istati Membri sabiex jibdew jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali għall-perjodu mill-2021 sal-2030 u stabbiliet il-pilastri prinċipali tal-proċess ta’ governanza. Il-Komunikazzjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija speċifikat ukoll li jenħtieġ li l-Governanza tissejjes fil-leġiżlazzjoni.

(10)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2015 16 irrikonoxxew li l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija se tkun għodda essenzjali għall-kostruzzjoni effiċjenti u effettiva tal-Unjoni tal-Enerġija u biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Dawn enfasizzaw li jenħtieġ li s-sistema ta’ governanza tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ integrazzjoni ta’ ppjanar u ta’ rapportar strateġiċi dwar l-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-klima u l-enerġija u l-koordinazzjoni bejn l-atturi responsabbli għall-politika dwar l-enerġija u l-klima, fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni. Enfasizzaw ukoll li jenħtieġ li l-Governanza tiżgura li l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 jintlaħqu; u li l-Governanza twettaq monitoraġġ tal-progress kollettiv tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

(11)Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, “Lejn Unjoni tal-Enerġija Ewropea” tal-15 ta’ Diċembru 2015 17 appellat biex il-qafas ta’ Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija jkun ambizzjuż, affidabbli, trasparenti, demokratiku, jinkludi għalkollox lill-Parlament Ewropew u biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030.

(12)Għalhekk, jenħtieġ li l-għan ewlieni tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija jkun li tippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u b’mod partikolari l-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030. Għaldaqstant dan ir-Regolament huwa marbut mal-leġiżlazzjoni settorjali li timplimenta l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030. Filwaqt li l-Istati Membri jeħtieġu flessibbiltà biex jagħżlu l-politiki li jkunu l-iktar xierqa għat-taħlita u għall-preferenzi nazzjonali tagħhom tal-enerġija, jenħtieġ li dik il-flessibbiltà tkun kompatibbli ma’ integrazzjoni ulterjuri tas-suq, iżjed kompetizzjoni, li jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija u l-bidla gradwali lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(13)It-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Sabiex jintlaħaq it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jeħtieġ li l-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea jingħataw spinta u b’mod partikolari jenħtieġ li jwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-arja.

(14)Peress li l-biċċa l-kbira tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jiġu minn sorsi komuni, il-politika mfassla biex jitnaqqsu l-GHGs jista’ jkollha kobenefiċċji għall-kwalità tal-arja li jistgħu jpaċu parzjalment jew għalkollox il-kostijiet fuq medda qasira tal-mitigazzjoni tal-GHGs. Peress li d-dejta rrapportata skont id-Direttiva 2001/81/KE 18 tirrappreżenta kontribut importanti għall-kompilazzjoni tal-inventarju dwar il-GHGs u tal-pjanijiet nazzjonali, jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta l-importanza tal-kompilazzjoni u tar-rapportar ta’ dejta konsistenti bejn id-Direttiva 2001/81/KE u l-inventarju dwar il-GHGs.

(15)L-esperjenza li nġemgħet fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 19 indikat li hemm ħtieġa għal sinerġiji u koerenza mar-rapportar skont strumenti legali oħra, b’mod partikolari mad-Direttiva 2003/87/KE 20 , mar-Regolament (KE) Nru 166/2006 21 , mar-Regolament (KE) Nru 517/2014 22 , u mar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 23 . L-użu ta’ dejta konsistenti għar-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-kwalità tar-rapportar tal-emissjonijiet.

(16)B’konformità mal-impenn sod tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, jenħtieġ li l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija twassal għal tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv għall-Istati Membri, għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li tgħin biex jiġu żgurati l-koerenza u l-adegwatezza tal-politiki u tal-miżuri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tat-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(17)Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu permezz ta’ kombinazzjoni ta’ inizjattivi tal-Unjoni u ta’ politiki nazzjonali koerenti stabbiliti fi pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ippjanar, li kienu għodda utli biex tiġi xprunata l-bidla fil-livell nazzjonali. L-introduzzjoni tagħhom f’perjodi differenti ta’ żmien wasslet għal trikkib u nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tas-sinerġiji u tal-interazzjonijiet bejn l-oqsma ta’ politika. Għalhekk jenħtieġ li l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ separati attwali fl-oqsma tal-klima u tal-enerġija jiġu ssimplifikati u integrati kemm jista’ jkun.

(18)Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jkopru perjodi ta’ għaxar snin u jipprovdu stampa ġenerali tas-sistema tal-enerġija u tas-sitwazzjoni attwali ta’ politika. Jenħtieġ li dawn jistabbilixxu għanijiet nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u l-politiki u l-miżuri korrispondenti biex jintlaħqu dawk l-għanijiet u jkun hemm bażi analitika. Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali li jkopru l-ewwel perjodu mill-2021 sal-2030 jagħtu attenzjoni partikolari lill-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-enerġija rinnovabbli, tal-effiċjenza enerġetika u tal-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw li jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali jkunu konsistenti mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u jikkontribwixxu biex dawn jintlaħqu.

(19)Jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell obbligatorju għall-pjanijiet nazzjonali biex jiġi żgurat li l-pjanijiet nazzjonali kollha jkunu komprensivi biżżejjed u biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil u l-aggregazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali, filwaqt li fl-istess waqt tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri biex jistabbilixxu d-dettalji tal-pjanijiet nazzjonali li jirriflettu l-preferenzi u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

(20)L-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ miżuri fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima jkollha impatt fuq l-ambjent. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa u jiġi kkonsultat għat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima b’konformità, meta jkun applikabbli, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE 24 u l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNECE”) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f’Materji Ambjentali tal-25 ta’ Ġunju 1998 (il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-involviment tal-imsieħba soċjali fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima.

(21)Il-kooperazzjoni reġjonali hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu b’mod effettiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra qabel ma jiġu ffinalizzati biex jiġu evitati inkonsistenzi u impatti negattivi potenzjali fuq Stati Membri oħra u jiġi żgurat li l-għanijiet komuni jintlaħqu b’mod kollettiv. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni reġjonali fl-elaborazzjoni u fil-finalizzazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali kif ukoll fl-implimentazzjoni sussegwenti tal-pjanijiet nazzjonali tkun essenzjali għat-titjib tal-effettività u tal-effiċjenza tal-miżuri u għat-trawwim tal-integrazzjoni tas-suq u tas-sigurtà tal-enerġija.

(22)Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali jkunu stabbli biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-politiki u tal-miżuri nazzjonali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza għall-investituri. Madankollu jenħtieġ li l-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali jkunu previsti darba matul il-perjodu kopert ta’ għaxar snin biex l-Istati Membri jingħataw l-opportunità li jadattaw għal ċirkostanzi sinifikanti ta’ bidla. Jenħtieġ li għall-pjanijiet li jkopru l-perjodu mill-2021 sal-2030, l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġornaw il-pjanijiet tagħhom fl-2024. Jenħtieġ li l-miri, l-għanijiet u l-kontributi jiġu mmodifikati biss biex jirriflettu żieda ġenerali fl-ambizzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030. Bħala parti mill-aġġornamenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforzi biex itaffu kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jirriżulta bħala parti mir-rapportar integrat.

(23)Strateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi huma kruċjali biex jikkontribwixxu għal trasformazzjoni ekonomika, impjiegi, tkabbir u biex jintlaħqu għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli usa’, kif ukoll biex iqarrbu b’mod ġust u kosteffikaċi lejn l-għan fit-tul stabbilit bil-Ftehim ta’ Pariġi. Barra minn hekk, il-Partijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi mistiedna jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom tal-iżvilupp fit-tul u ta’ nofs is-seklu dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(24)Bħalma huwa l-każ għall-ippjanar, il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima tistabbilixxi rekwiżiti ta’ rapportar, li ħafna minnhom kienu għodda utli biex tiġi xprunata l-bidla fil-livell nazzjonali, iżda dawk ir-rekwiżiti ġew introdotti f’perjodi differenti ta’ żmien u dan wassal għal trikkib u għal nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tas-sinerġiji u tal-interazzjonijiet bejn l-oqsma ta’ politika bħal pereżempju l-mitigazzjoni tal-GHGs, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-integrazzjoni tas-suq. Għalhekk, sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġi żgurat segwitu adattat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rapporti biennali ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet u dwar żviluppi oħra fis-sistema tal-enerġija. Madankollu, xorta waħda jkun meħtieġ xi rapportar fuq bażi annwali, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar fil-qasam tal-klima li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“UNFCCC”) u mir-Regolamenti tal-Unjoni.

(25)Jenħtieġ li r-rapporti integrati ta’ progress tal-Istati Membri jirriflettu l-elementi stabbiliti fil-mudell għall-pjanijiet nazzjonali. Jenħtieġ li mudell għar-rapporti integrati ta’ progress ikun dettaljat f’att(i) ta’ implimentazzjoni sussegwenti minħabba n-natura teknika tagħhom u l-fatt li l-ewwel rapporti ta’ progress huma dovuti fl-2021. Jenħtieġ li r-rapporti ta’ progress jitwettqu sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-Unjoni, ta’ Stati Membri oħra u ta’ atturi oħra tas-suq, inklużi l-konsumaturi. Jenħtieġ li dawn ikunu komprensivi fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu, fl-istess waqt jagħmlu enfasi fuq l-oqsma koperti bil-miri tal-Qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030.

(26)Skont il-UNFCCC, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma mitluba jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali ta’ emissjonijiet antropoġeniċi, minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra kollha billi jintużaw metodoloġiji maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet. L-inventarji dwar il-GHGs huma essenzjali biex jinżamm amment tal-progress bl-implimentazzjoni tad-dimensjoni ta’ dekarbonizzazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-klima, b’mod partikolari r-Regolament [OP: act number XXX dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu ssodisfati l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima] 25 (“ir-Regolament [ ] [ESR]”) u r-Regolament [OP: act number XXX dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima] (“ir-Regolament [ ] [LULUCF]”) 26 .

(27)Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC tirrikjedi t-twaqqif ta’ arranġamenti nazzjonali biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra kollha. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti t-twaqqif ta’ dawk l-arranġamenti nazzjonali.

(28)L-esperjenza bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 uriet l-importanza tat-trasparenza, tar-reqqa, tal-konsistenza, tal-kompletezza u tal-paragunabbiltà tal-informazzjoni. Filwaqt li jibni fuq dik l-esperjenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tagħhom bħala komponent ewlieni tar-rapporti ta’ progress. Jenħtieġ li l-informazzjoni f’dawk ir-rapporti tkunu essenzjali biex tintwera l-implimentazzjoni f’waqtha tal-impenji skont ir-Regolament [ ] [ESR]. Jenħtieġ li t-tħaddim u t-titjib kontinwu tas-sistemi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, flimkien ma’ gwida aħjar dwar ir-rapportar, jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tisħiħ kontinwu tal-informazzjoni meħtieġa biex jinżamm amment tal-progress fid-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni.

(29)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li jsir rapportar mill-Istati Membri dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-provvista ta’ appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u għall-bini tal-kapaċitajiet lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Unjoni skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-appoġġ għal adattament nazzjonali hija importanti wkoll fil-kuntest tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima, speċjalment fir-rigward tal-adattament għal dawk l-effetti avversi tat-tibdil fil-klima marbuta mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni bħal pereżempju d-disponibbiltà tal-ilma għat-tkessiħ għall-impjanti tal-enerġija u d-disponibbiltà tal-bijomassa għall-enerġija, kif ukoll l-informazzjoni dwar appoġġ rilevanti għad-dimensjoni esterna tal-Unjoni tal-Enerġija.

(30)Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li din tal-aħħar tistabbilixxi pjattaforma tar-rapportar onlajn biex tiffaċilita l-komunikazzjoni u tippromwovi l-kooperazzjoni. Jenħtieġ li b’hekk tiġi żgurata s-sottomissjoni f’waqtha tar-rapporti u tiġi ffaċilitata trasparenza mtejba fir-rapportar nazzjonali. Jenħtieġ li l-pjattaforma tar-rapportar elettroniku tikkumplimenta u tibni fuq il-proċessi eżistenti ta’ rapportar, il-bażijiet ta’ dejta u l-għodod elettroniċi, bħal dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), il-Eurostat (ESTAT), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u l-lezzjonijiet meħuda mill-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi tal-Unjoni (EMAS) kif ukoll tibbenefika minnhom.

(31)Fir-rigward tad-dejta li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni permezz ta’ ppjanar u ta’ rapportar nazzjonali, jenħtieġ li l-informazzjoni mill-Istati Membri ma tirdoppjax id-dejta u l-istatistika li diġà jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-Eurostat fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea 27 bl-istess mod kif isir skont l-obbligi ta’ ppjanar u ta’ rapportar ta’ dan ir-Regolament u xorta jkunu disponibbli mill-Eurostat bl-istess valuri. Meta jkunu disponibbli u xierqa f’termini ta’ tempestività, jenħtieġ li d-dejta u l-projezzjonijiet irrapportati pprovduti fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima jibnu fuq id-dejta tal-Eurostat u fuq il-metodoloġija li ntużat għar-rapportar tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jkunu konsistenti magħhom.

(32)Se jkun essenzjali li l-Kummissjoni tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali nnotifikati permezz ta’ rapporti ta’ progress, bl-għan li jintlaħqu b’mod kollettiv l-għanijiet tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tal-Enerġija, għall-ewwel perjodu b’mod partikolari fir-rigward tal-miri tal-enerġija u tal-klima fil-livell tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi nazzjonali għal dawk il-miri. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni ssir fuq bażi biennali, u fuq bażi annwali meta jkun meħtieġ biss, u jenħtieġ li tiġi kkonsolidata fl-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tal-Kummissjoni.

(33)L-avjazzjoni jkollha impatti fuq il-klima globali minħabba r-rilaxx ta’ CO2 kif ukoll ta’ emissjonijiet oħra, inklużi l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, u mekkaniżmi, bħall-intensifikazzjoni mis-sħab taċ-ċirru. Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku dwar dawk l-impatti li qed jiżviluppa b’mod rapidu, fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 diġà hija prevista valutazzjoni aġġornata tal-impatti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2 fuq il-klima globali. Jenħtieġ li l-immudellar li ntuża f’dan ir-rigward jiġi adattat għall-progress xjentifiku. Abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha ta’ tali impatti, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra għażliet rilevanti ta’ politika biex dawn jiġu indirizzati.

(34)Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki u l-għanijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija, jenħtieġ li jkun hemm djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Kif ikun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri inkluż dwar il-livell ta’ ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali, dwar l-implimentazzjoni sussegwenti tal-politiki u tal-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali nnotifikati, u dwar pjanijiet u miżuri nazzjonali oħra ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu ferm dawn ir-rakkomandazzjonijiet u fir-rapporti sussegwenti ta’ progress jispjegaw kif ikunu ġew implimentati.

(35)Jekk l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jew tal-aġġornamenti tagħhom ma tkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu, b’mod partikolari l-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għall-2030, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet u l-miri jintlaħqu (u b’hekk titneħħa kwalunkwe ‘diskrepanza fl-ambizzjoni’). Jekk il-progress li jkun sar mill-Unjoni fir-rigward dawn l-għanijiet u l-miri ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu, il-Kummissjoni tista’, apparti li toħroġ rakkomandazzjonijiet, tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni jew titlob miżuri addizzjonali mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu (b’hekk titneħħa kwalunkwe ‘diskrepanza fit-twettiq’). Jenħtieġ li dawn il-miżuri jqisu l-kontributi ambizzjużi bikrin li jkunu saru mill-Istati Membri għall-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għall-2030 meta sseħħ il-kondiviżjoni tal-isforz biex il-miri jintlaħqu b’mod kollettiv. Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri għal pjattaforma ta’ finanzjament ġestita mill-Kummissjoni, li tintuża biex jingħata kontribut għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jqisu l-kontributi ambizzjużi bikrin li jkunu saru mill-Istati Membri biex b’mod kollettiv tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030. Jenħtieġ li l-miri nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri għall-2020 iservu bħala ishma ta’ referenza għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 ’il quddiem. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, miżuri addizzjonali jistgħu b’mod partikolari jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, tal-bini u tat-trasport.

(36)Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jipprovdu l-iżjed informazzjoni aġġornata dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra tagħhom. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti li tali stimi jitħejjew fl-iqsar żmien possibbli billi tintuża informazzjoni statistika u informazzjoni oħra, bħal, meta jkun xieraq, dejta spazjali pprovduta mill-programm ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà u minn sistemi satellitari oħra.

(37)Skont ir-Regolament [ ] [ESR], l-approċċ taċ-ċiklu annwali ta’ impenji meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE 28 se jissokta. Dan jirrikjedi rieżami komprensiv tal-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-konformità u l-applikazzjoni tal-azzjoni korrettiva, meta dan ikun meħtieġ. Huwa meħtieġ proċess ta’ rieżami fil-livell tal-Unjoni tal-inventarji tal-gassijiet serra ppreżentati mill-Istat Membri sabiex jiġi żgurat li l-konformità mar-Regolament [ ] [ESR] tkun ivvalutata b’mod kredibbli, konsistenti, trasparenti u tempestiv.

(38)Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija u ta’ dan ir-Regolament, bl-involviment mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Kif ikun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment ta’ pjanijiet nazzjonali u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet assoċjati.

(39)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jqisu l-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

(40)Kif ikun xieraq u skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tassisti lill-Kummissjoni bil-ħidma ta’ valutazzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar.

(41)Jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-qafas ġenerali tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima (mudell), tistabbilixxi pjattaforma ta’ finanzjament li jistgħu jikkontribwixxu għaliha l-Istati Membri f’każ li t-trajettorja tal-Unjoni fir-rigward tal-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni għall-2030 tkun tindika li ma tkunx se tintlaħaq b’mod kollettiv, tqis it-tibdil fil-potenzjali ta’ tisħin globali (“GWPs”) u fil-linji gwida dwar l-inventarji maqbula internazzjonalment, tistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u tistabbilixxi r-reġistri skont l-Artikolu 33. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. Meta jkun neċessarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni, tqis id-deċiżjonijiet adottati skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi.

(42)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 15(3), 17(4), 23(6), 31(3) u (4), u 32(3) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(43)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi assistita fil-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament permezz ta’ Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija sabiex jitħejjew l-atti ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dan jissostitwixxi u jassumi l-kompiti tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima u ta’ kumitati oħra kif ikun xieraq.

(44)Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-2026 u tagħmel proposti emendatorji kif ikun xieraq sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kif suppost ta’ dan ir-Regolament u li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami jqis iċ-ċirkostanzi li jevolvu u jkollu l-informazzjoni mir-riżultati tar-rendikont globali tal-Ftehim ta’ Pariġi, meta dan ikun meħtieġ.

(45)Dan ir-Regolament jintegra, jemenda, jissostitwixxi u jħassar ċerti obbligi ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ li attwalment jinstabu fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima sabiex jiġi żgurat approċċ simplifikat u integrat għall-obbligi prinċipali ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 94/22/KE 29 , 98/70/KE 30 , 2009/31/KE 31 , ir-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 32 , (KE) Nru 715/2009 33 , id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 , id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE 35 , id-Direttivi 2010/31/UE 36 , 2012/27/UE 37 , 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 39 jiġu emendati skont dan.

(46)Dan ir-Regolament jintegra għalkollox id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 ukoll. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 525/2013 jitħassar mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tissokta skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 u li ċerti aspetti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Kjoto jibqgħu koperti bil-leġiżlazzjoni, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet jibqgħu applikabbli wara din id-data.

(47)Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.    Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ Governanza sabiex

(a)jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, u għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin mill-2021 sal-2030, b’mod partikolari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-UE għall-2030;

(b)jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

Il-mekkaniżmu ta’ governanza għandu jkun ibbażat fuq pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima li jkopru perjodi ta’ għaxar snin li jibdew mill-2021 sal-2030, filwaqt li jikkorrispondi mar-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima mill-Istati Membri u mal-arranġamenti integrati ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni Ewropea. Dan għandu jiddefinixxi proċess strutturat u ripetittiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet nazzjonali u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali u l-azzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni.

2.    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija li ġejjin:

(1)is-sigurtà tal-enerġija,

(2)is-suq tal-enerġija,

(3)l-effiċjenza enerġetika,

(4)id-dekarbonizzazzjoni u

(5) r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b’COM(2016) 767], fid-Direttiva 2010/31/UE u fid-Direttiva 2012/27/UE.

Dawn id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:

(1)“politiki u miżuri eżistenti” tfisser il-politiki u l-miżuri implimentati u adottati;

(2)“politiki u miżuri implimentati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom japplika wieħed jew iktar minn dan li ġej fid-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali: tkun fis-seħħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikun ġie stabbilit ftehim volontarju wieħed jew iktar, ikunu ġew allokati riżorsi finanzjarji, ikunu ġew mobilizzati r-riżorsi umani;

(3)“politiki u miżuri adottati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali tal-gvern sad-data li fiha jintbagħtu l-pjan nazzjonali jew ir-rapport ta’ progress u jkun hemm impenn ċar li ssir l-implimentazzjoni;

(4)“politiki u miżuri ppjanati” huma għażliet li jkunu għadhom qed jiġu diskussi u li jkollhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data li fiha jintbagħtu l-pjan nazzjonali jew ir-rapport ta’ progress;

(5)“projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra minn fonti u l-assorbimenti minn bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, inklużi minn tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ erba’ snin futuri li tintemm b’0 jew b’5 immedjatament wara s-sena ta’ rapportar;

(6)“projezzjonijiet mingħajr miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti minn bjar li jeskludu l-effetti tal-politiki u tal-miżuri kollha li jkunu ppjanati, adottati jew implimentati wara s-sena magħżula bħala l-punt tat-tluq għall-projezzjoni rilevanti;

(7)“projezzjonijiet b’miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti minn bjar li jinkludu l-effetti, f’termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati;

(8)“projezzjonijiet b’miżuri addizzjonali” tfisser projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti minn bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija li jinkludu l-effetti, f’termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew biex jintlaħqu l-għanijiet tal-enerġija, kif ukoll tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ppjanati għal dak l-iskop;

(9)“il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030” tfisser il-mira vinkolanti fl-Unjoni ta’ tnaqqis domestiku ta’ minn tal-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha meta mqabbla mal-1990 li jrid jintlaħaq sal-2030, il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta’ minn tal-inqas 27 % tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE fl-2030, il-mira fil-livell tal-Unjoni ta’ minn tal-inqas 27 % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, li trid tiġi rieżaminata fl-2020 filwaqt li jitqies livell tal-UE ta’ 30 %, u l-mira ta’ 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 jew kwalunkwe mira sussegwenti f’dan ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill u mill-Parlament għall-2030.

(10)“sistema tal-inventarju nazzjonali” tfisser sistema ta’ arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet serra, u biex tiġi rrapportata u arkivjata l-informazzjoni tal-inventarju;

(11)“indikatur” tfisser fattur jew varjabbli kwantitattiv jew kwalitattiv li jikkontribwixxi biex jinftiehem aħjar il-progress fl-implimentazzjoni;

(12)“politiki u miżuri” tfisser l-istrumenti kollha li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u/jew biex jiġu implimentati l-impenji skont l-Artikolu 4(2)(a) u (b) tal-UNFCCC, li jistgħu jinkludu dawk li ma għandhomx il-limitazzjoni u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tibdil fis-sistema tal-enerġija bħala għan primarju;

(13)“sistema għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet” tfisser sistema ta’ arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti għar-rapportar ta’ politiki, ta’ miżuri u ta’ projezzjonijiet marbuta ma’ emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet serra u mas-sistema tal-enerġija, fost l-oħrajn kif meħtieġ mill-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament;

(14)“korrezzjonijiet tekniċi” tfisser aġġustamenti fl-istimi tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra li jkunu saru fil-kuntest tar-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 31 meta d-dejta tal-inventarju li tkun intbagħtet ma tkunx kompluta jew tkun tħejjiet b’mod li ma jkunx konsistenti mar-regoli jew mal-linji gwida rilevanti internazzjonali jew tal-Unjoni u li jkunu maħsuba biex jissostitwixxu l-istimi li jkunu ntbagħtu oriġinarjament;

(15)“garanzija tal-kwalità” tfisser sistema ppjanata ta’ proċeduri ta’ rieżami biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-kwalità tad-dejta u li jiġu rrapportati l-aqwa stimi u informazzjoni possibbli bl-għan li tiġi appoġġata l-effettività tal-programm ta’ kontroll tal-kwalità u tingħata assistenza lill-Istati Membri;

(16)“kontroll tal-kwalità” tfisser sistema ta’ attivitajiet tekniċi li jsiru regolarment sabiex titkejjel u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-informazzjoni u tal-istimi miġbura bl-għan li tiġi żgurata l-integrità, il-korrettezza u l-kompletezza tad-dejta, jiġu identifikati u indirizzati l-iżbalji u l-omissjonijiet, jiġu ddokumentati u arkivjati d-dejta u kull materjal ieħor li jintuża, u jiġu rreġistrati l-attivitajiet kollha ta’ garanzija;

(17)“indikaturi ewlenin” tfisser l-indikaturi għall-progress li jkun sar fir-rigward tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija kif proposti mill-Kummissjoni;

(18)“Pjan SET” tfisser il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2015) 6317.

KAPITOLU 2
PJANIJIET NAZZJONALI INTEGRATI DWAR L-ENERĠIJA U L-KLIMA

Artikolu 3
Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.    Sal-1 ta’ Jannar 2019 u sussegwentement kull għaxar snin, kull Stat Membru għandu jinnotifika pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Anness I. L-ewwel pjan għandu jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030. Il-pjanijiet sussegwenti għandhom ikopru l-perjodu ta’ għaxar snin li jiġi immedjatament wara t-tmiem tal-perjodu kopert mill-pjan preċedenti.

2.    Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:

(a)stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha sommarju eżekuttiv, deskrizzjoni tal-konsultazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tar-riżultati tagħhom, u tal-kooperazzjoni reġjonali ma’ Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan;

(b)deskrizzjoni tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;

(c)deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri previsti biex jintlaħqu l-għanijiet, il-miri u l-kontributi korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b);

(d)deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet, l-assorbimenti kif ukoll il-projezzjonijiet ta’ gassijiet serra tal-għanijiet msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta’ politiki u ta’ miżuri (implimentati u adottati) li diġà jkunu eżistenti;

(e)valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punt (b);

(f)anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta’ politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7(a) u (b) u l-Anness IV tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika [kif emendata bil-proposta COM(2016)761].

3.    Meta jħejju l-pjanijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u għandhom jużaw dejta u suppożizzjonijiet konsistenti fil-ħames dimensjonijiet kollha meta dan ikun rilevanti.    

4.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Anness I sabiex tadattah għall-emendi fil-qafas ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, l-iżviluppi fis-suq tal-enerġija u r-rekwiżiti l-ġodda tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 4
Għanijiet, miri u kontributi nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għanijiet, il-miri u l-kontributi ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fit-Taqsima A.2. tal-Anness I:

(a)rigward id-dimensjoni “Id-Dekarbonizzazzjoni”:

(1)fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra u bl-għan li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha:

i.il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali skont ir-Regolament [ ] [ESR];

ii.l-impenji tal-Istat Membru skont ir-Regolament [ ] [LULUCF];

iii.meta jkun applikabbli, għanijiet u miri nazzjonali oħra li jkunu konsistenti ma’ strateġiji eżistenti fit-tul għal emissjonijiet baxxi;

iv.meta jkun applikabbli, għanijiet u miri oħra, inklużi il-miri tas-settur u l-għanijiet ta’ adattament;

(2)fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli:

i.bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ minn tal-inqas 27 % enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b’COM(2016) 767], kontribut għal din il-mira f’termini tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja lineari għal dak il-kontribut mill-2021 ’il quddiem;

ii.it-trajettorji għas-sehem settorjali ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-elettriku u tat-trasport;

iii.it-trajettorji b’teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jippjana li juża biex jikseb it-trajettorji ġenerali u settorjali għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 inklużi t-total mistenni tal-konsum finali gross tal-enerġija għal kull teknoloġija u settur f’Mtoe u t-total ippjanat tal-kapaċità installata għal kull teknoloġija u settur f’MW;

(b)rigward id-dimensjoni “L-Effiċjenza Enerġetika”:

(1)il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika biex tinkiseb il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta’ 30 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)761], abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika;

L-Istati Membri għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f’termini tal-livell assolut ta’ konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u fl-2030, bi trajettorja lineari għal dak il-kontribut mill-2021 ’il quddiem. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta’ konverżjoni li ntużaw;

(2)l-ammont kumulattiv ta’ ffrankar enerġetiku li jrid jinkiseb matul il-perjodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 7 dwar l-obbligi tal-iffrankar enerġetiku tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)761];

(3)l-għanijiet għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u kummerċjali (kemm pubbliku kif ukoll privat);

(4)l-erja totali ta’ art li trid tiġi rrinnovata jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jrid jinkiseb mill-2020 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rinnovazzjoni ta’ bini tal-gvern ċentrali;

(5)għanijiet nazzjonali oħra tal-effiċjenza enerġetika, inklużi miri jew strateġiji fit-tul u miri settorjali f’oqsma bħat-trasport, it-tisħin u t-tkessiħ;

(c)rigward id-dimensjoni “Is-Sigurtà tal-Enerġija”:

(1)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward taż-żieda tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi;

(2)    l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi;

(3)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-kapaċità li wieħed ikampa bi provvista limitata jew interrotta ta’ sors tal-enerġija, b’koerenza mal-pjanijiet li jridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament [kif propost b’COM(2016) 52 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010] kif ukoll skont ir-Regolament [kif propost b’COM(2016) 862 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE] filwaqt li jiġi inkluż perjodu ta’ żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;

(4)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-użu ta’ sorsi domestiċi tal-enerġija (b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli);

(d)rigward id-dimensjoni “Is-Suq Intern tal-Enerġija”:

(1)il-livell ta’ interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta’ minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030; L-Istati Membri għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti li ntużat;

(2)l-għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija;

(3)l-għanijiet nazzjonali relatati ma’ aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, filwaqt li jiġi inkluż perjodu ta’ żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;

(4)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku kif ukoll il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiġi inkluż perjodu ta’ żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;

(e)rigward id-dimensjoni “Ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kompetittività”:

(1)l-għanijiet nazzjonali u miri ta’ finanzjament għar-riċerka u għall-innovazzjoni pubbliċi u privati fir-rigward tal-Unjoni tal-Enerġija; jekk ikun applikabbli, inkluż perjodu ta’ żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet. Jenħtieġ li tali miri u għanijiet ikunu koerenti ma’ dawk li ġew stabbiliti fl-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u fil-Pjan SET;

(2)l-għanijiet nazzjonali għall-2050 għall-użu ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

(3)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-kompetittività.

Artikolu 5
Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

1.    Meta jistabbilixxu l-kontribut tagħhom għas-sehem tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 u l-aħħar sena tal-perjodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti, skont l-Artikolu 4(a)(2)(i), l-Istati Membri għandhom iqisu dawn li ġejjin:

(a)il-miżuri previsti fir-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b’COM(2016) 767];

(b)il-miżuri adottati biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika adottata skont id-Direttiva 2012/27/UE;

(c)miżuri oħra biex tiġi promossa l-enerġija rinnovabbli fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni; u

(d)ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli, bħal pereżempju:

(i) id-distribuzzjoni ġusta tal-użu madwar l-Unjoni Ewropea;

(ii)il-potenzjal ekonomiku;

(iii)il-limiti ġeografiċi u naturali, inklużi dawk ta’ żoni u ta’ reġjuni mhux interkonnessi; u

(iv)il-livell ta’ interkonnessjoni tal-elettriku bejn l-Istati Membri.

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw b’mod kollettiv li s-somma tal-kontributi tagħhom tammonta għal minn tal-inqas 27 % minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

Artikolu 6
Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika

1.    Meta jistabbilixxu l-kontribut nazzjonali indikattiv tagħhom għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u l-aħħar sena tal-perjodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti skont l-Artikolu 4(b)(i), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 ma jkunx iżjed minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali, il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2030 ma jkunx iżjed minn 1 321 Mtoe ta’ enerġija primarja u mhux iżjed minn 987 Mtoe ta’ enerġija finali għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin;

(b)il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fl-Artikoli 1 u 3 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)761] tintlaħaq.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iqisu:

(a)il-miżuri previsti fid-Direttiva 2012/27/UE;

(b)miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

2.    Meta jistabbilixxu l-kontribut tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jqisu ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali, bħal pereżempju:

(a)il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b’mod kosteffikaċi;

(b)l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-prodott domestiku gross;

(c)it-tibdil fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet tal-enerġija;

(d)l-iżvilupp tas-sorsi kollha tal-enerġija rinnovabbli, tal-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u

(e)l-azzjonijiet bikrin.

Artikolu 7
Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

B’konformità mal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati biex b’mod partikolari jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali, filwaqt li jiġu inklużi miżuri li jiżguraw il-kooperazzjoni reġjonali u l-finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Artikolu 8
Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.    B’konformità mal-istruttura u l-format speċifikati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tal-gassijiet serra fiż-żmien li fih intbagħat il-pjan nazzjonali jew abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu u jiddeskrivu l-projezzjonijiet għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin minn tal-inqas sal-2040 (inkluż għall-2030) li mistennija jirriżultaw minn politiki u miżuri eżistenti (implimentati u adottati).

2.    Fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-valutazzjoni tagħhom, fil-livell nazzjonali u meta jkun applikabbli f’dak reġjonali, dwar:

(a)l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra fl-ewwel perjodu ta’ għaxar snin minn tal-inqas sal-2040 (inkluż għall-2030) skont il-politiki u l-miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)l-impatt makroekonomiku, ambjentali, soċjali u fuq il-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri ppjanati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet ta’ politiki u ta’ miżuri eżistenti (implimentati u adottati) imsemmija fil-paragrafu 1;

(c)valutazzjoni tal-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati f’dimensjoni ta’ politika u bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati ta’ dimensjonijiet differenti għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma’ xenarji soda tal-effiċjenza enerġetika.

Artikolu 9
Abbozz ta’ pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.    Sal-1 ta’ Jannar 2018 u sussegwentement kull għaxar snin, l-Istati Membri għandhom iħejju u jibagħtu lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3(1).

2.    B’konformità mal-Artikolu 28, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ pjanijiet. B’mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu:

(a)il-livell ta’ ambizzjoni tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontributi bl-għan li b’mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u b’mod partikolari il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030;

(b)il-politiki u l-miżuri marbuta mal-għanijiet fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni kif ukoll politiki u miżuri oħra ta’ rilevanza transfruntiera potenzjali;

(c)l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati u l-konsistenza tagħhom fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f’dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija.

3.    L-Istati Membri għandhom iqisu għalkollox kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni meta jkunu qed jiffinalizzaw il-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

Artikolu 10
Konsultazzjoni pubblika 

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz ta’ pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jehmżu sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku meta jibagħtu l-abbozz ta’ pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Safejn ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw ukoll l-obbligi ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11
Kooperazzjoni reġjonali

1.    L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fil-livell reġjonali biex b’mod effettiv jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

2.    Ferm qabel jibagħtu l-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali u jikkonsultaw lill-Istati Membri ġirien u lil Stati Membri oħra li jkunu interessati. Fl-abbozz ta’ pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-riżultati ta’ tali konsultazzjoni reġjonali, filwaqt li meta jkun applikabbli jinkludu kif ikunu ġew ikkunsidrati l-kummenti.

3.    Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ pjanijiet li jkunu ntbagħtulha skont l-Artikolu 9 bl-għan li jiġu ffinalizzati.

4.    Fil-pjan nazzjonali integrat finali dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kummenti li jkunu rċevew minn Stati Membri oħra skont il-paragrafi 2 u 3 u jispjegaw kif tali kummenti jkunu ġew ikkunsidrati.

5.    Għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkooperaw fil-livell reġjonali meta jimplimentaw il-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet tagħhom.

Artikolu 12
Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom kif innotifikat skont l-Artikoli 3 u 13. B’mod partikolari, għandha tivvaluta jekk:

(a)il-miri, l-għanijiet u l-kontributi humiex biżżejjed biex b’mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin b’mod partikolari l-miri tal-Qafas tal-Unjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 skont l-Artikolu 25;

(b)il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 sa 11 u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni li jkunu nħarġu skont l-Artikolu 28.

Artikolu 13
Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima

1.    Sal-1 ta’ Jannar 2023 u sussegwentement kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni abbozz ta’ aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 jew jikkonfermaw lill-Kummissjoni li l-pjan ikun għadu validu.

2.    Sal-1 ta’ Jannar 2024 u sussegwentement kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3, diment li ma jkunux ikkonfermaw li l-pjan ikun għadu validu skont il-paragrafu 1.

3.    L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw biss il-miri, l-għanijiet u l-kontributi stabbiliti fl-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2 biex jirriflettu żieda fl-ambizzjoni meta mqabbel ma’ dawk stabbiliti fl-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima.

4.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex fil-pjan aġġornat ikun hemm mitigazzjoni ta’ kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jfeġġ bħala parti mir-rapportar integrat skont l-Artikoli 15 sa 22.

5.    L-Istati Membri għandhom iqisu l-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew meta jħejju l-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.    Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 9(2) u 11 għandhom japplikaw għat-tħejjija u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.

KAPITOLU 3
STRATEĠIJI FIT-TUL GĦAL EMISSJONIJIET BAXXI

Artikolu 14
Strateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi

1.    Sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2020 u sussegwentement kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom iħejju u jirrapportaw lill-Kummissjoni l-istrateġiji tagħhom fit-tul għal emissjonijiet baxxi b’perspettiva ta’ 50 sena, sabiex jikkontribwixxu:

(a)għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar;

(b)biex jintlaħaq l-għan li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;

(c)biex jinkiseb it-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-għan tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp, biex b’mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

2.    L-istrateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi għandhom ikopru:

(a)it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar;

(b)it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tisħiħ tal-assorbimenti f’setturi individwali inklużi l-elettriku, l-industrija, it-trasport, is-settur tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);

(c)il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross u tal-istrateġiji għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;

(d)rabtiet ma’ ppjanar nazzjonali ieħor fit-tul.

3.    Jenħtieġ li l-istrateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi u l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikolu 3 jkunu konsistenti ma’ xulxin.

4.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli minnufih għall-pubbliku l-istrateġiji fit-tul rispettivi tagħhom għal emissjonijiet baxxi u kwalunkwe aġġornament tagħhom.

KAPITOLU 4
RAPPORTAR

Taqsima 1
Ir-rapporti biennali ta’ progress u s-segwitu tagħhom

Artikolu 15
Rapporti Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima

1.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, sal-15 ta’ Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima permezz ta’ rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima li jkopru l-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija.

2.    Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-elementi li ġejjin:

(a)l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu;

(b)l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 18 sa 22 u, meta jkun xieraq, l-aġġornamenti dwar il-politiki u l-miżuri, b’konformità ma’ dawk l-Artikoli;

(c)il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra minn fonti u l-assorbimenti minn bjar, b’konformità mal-Artikolu 16;

(d)l-informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, b’konformità mal-Artikolu 17(1);

(e)il-kopji tar-rapporti biennali u, fis-snin li jkunu applikabbli, il-komunikazzjonijiet nazzjonali li jkunu ntbagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

(f)l-istimi kif xieraq tat-titjib tal-kwalità tal-arja u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, kif ukoll benefiċċji oħra ta’ effiċjenza enerġetika speċifika;

(g)ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikoli 17(2) u 23.

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti biennali skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, kif ukoll il-komunikazzjonijiet nazzjonali skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

3.    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

4.    Il-frekwenza u l-iskala tal-informazzjoni u tal-aġġornamenti msemmija fil-paragrafu 2(b) għandhom jiġu bbilanċjati bil-ħtieġa li tiġi żgurata biżżejjed ċertezza għall-investituri.

5.    Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 27(2) jew 27(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport tiegħu msemmi fil-paragrafu 1, l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri adottati jew li beħsiebhom jiġu adottati u implimentati, sabiex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Tali informazzjoni għandha tinkludi skeda dettaljata ta’ żmien għall-implementazzjoni.

Artikolu 16
Rapportar integrat dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet dwar il-GHGs

1.    Sal-15 ta’ Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)il-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom kif stabbilit fl-Anness IV, u

(b)il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra minn fonti u l-assorbimenti minn bjar, li jridu jkunu organizzati skont il-gassijiet jew il-gruppi ta’ gassijiet (Idrofluworokarburi u Perfluworokarburi) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom iqisu kull politika u miżura li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V.

2.    L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-iktar projezzjonijiet aġġornati disponibbli. Meta Stat Membru ma jibgħatx stimi kompluti tal-projezzjonijiet sal-15 ta’ Marzu ta’ kull tieni sena, u l-Kummissjoni tkun stabbiliet li dak l-Istat Membru ma jistax jagħmel tajjeb għad-diskrepanzi fl-istimi ladarba jiġu identifikati permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni ta’ garanzija tal-kwalità jew ta’ kontroll tal-kwalità, il-Kummissjoni tista’ tħejji stimi kif ikun meħtieġ biex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

3.    Matul l-ewwel sena tal-perjodu ta’ rapportar, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1, sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara r-rapport preċedenti.

4.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f’format elettroniku, il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe valutazzjoni rilevanti tal-kostijiet u tal-effetti tal-politiki u tal-miżuri nazzjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni li jkunu rilevanti biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-GHGs flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku sottostanti u rilevanti. Jenħtieġ li dawk il-projezzjonijiet u l-valutazzjonijiet jinkludu d-deskrizzjonijiet tal-mudelli u tal-approċċi metodoloġiċi li ntużaw, id-definizzjonijiet kif ukoll is-suppożizzjonijiet sottostanti.

Artikolu 17
Rapportar integrat dwar l-azzjonijiet ta’ adattament nazzjonali, l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u l-irkant tad-dħul

1.    Sal-15 ta’ Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima lill-Kummissjoni, filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet implimentati jew ippjanati tagħhom biex jiġi ffaċilitat l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 1 tal-Anness VI.

2.    Sal-15 ta’ Marzu 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 2 tal-Anness VI;

(b)l-użu tad-dħul iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta’ kwoti skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI.

3.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti li ntbagħtu lill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

4.    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċessi ta’ sottomissjoni tar-rapportar tal-Istati Membri tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(3).

Artikolu 18
Rapportar integrat dwar l-enerġija rinnovabbli

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima:

(a)l-implimentazzjoni tat-trajettorji u tal-għanijiet li ġejjin:

(1)it-trajettorja nazzjonali għas-sehem ġenerali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija mill-2021 sal-2030;

(2)it-trajettorji nazzjonali għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport;

(3)it-trajettorji bit-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li jintużaw biex jinkisbu t-trajettorji ġenerali u settorjali għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030, inklużi t-total mistenni tal-konsum finali gross tal-enerġija għal kull teknoloġija u settur f’Mtoe u t-total ippjanat tal-kapaċità installata għal kull teknoloġija u settur f’MW;

(4)it-trajettorji dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta’ bijomassa skont il-materja prima u l-produzzjoni domestika mqabbla mal-importazzjonijiet. Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u tal-impatt tagħha fuq il-bjar tal-LULUCF;

(5)jekk ikun applikabbli, trajettorji u għanijiet nazzjonali oħra inklużi dawk fit-tul u dawk settorjali (bħal pereżempju s-sehem tal-bijofjuwils, is-sehem tal-bijofjuwils avvanzati, is-sehem tal-bijofjuwils prodotti minn għelejjel ewlenin prodotti fuq art agrikola, is-sehem tal-elettriku prodott mill-bijomassa mingħajr l-użu ta’ sħana, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-bliet, mill-komunitajiet tal-enerġija u mill-konsumaturi tal-enerġija tagħhom stess);

(b)l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:

(1)il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-livell tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli kif indikat fl-Artikolu 4(a)(2)(i), inklużi l-miżuri speċifiċi għas-setturi u għat-teknoloġija, b’rieżami speċifiku tal-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 23, 24 u 25 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b’COM(2016) 767];

(2)il-miżuri speċifiċi għall-kooperazzjoni reġjonali;

(3)mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, u fit-trasport;

(4)il-miżuri speċifiċi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 15, 16, 17, 18, 21 u 22 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b’COM(2016) 767];

(5)il-miżuri għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija tal-bijomassa, b’mod speċjali għal mobilizzazzjoni ġdida tal-bijomassa li tqis id-disponibbiltà tal-bijomassa (kemm il-potenzjal domestiku kif ukoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi) u użu ieħor tal-bijomassa (is-setturi tal-agrikoltura u forestali), kif ukoll il-miżuri għas-sostenibbiltà tal-bijomassa prodotta u dik li tintuża;

(6)informazzjoni addizzjonali kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness VII.

Artikolu 19
Rapportar integrat dwar l-effiċjenza enerġetika

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima:

(a)l-implimentazzjoni tat-trajettorji, tal-għanijiet u tal-miri nazzjonali li ġejjin:

(1)it-trajettorja għall-konsum tal-enerġija primarja u finali mill-2020 sal-2030 bħala l-kontribut nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija biex tinkiseb il-mira fil-livell tal-Unjoni għall-2030, inkluża l-metodoloġija sottostanti;

(2)l-għanijiet għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat;

(3)jekk ikun applikabbli, aġġornament dwar għanijiet nazzjonali oħra stabbiliti fil-pjan nazzjonali;

(b)l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:

(1)il-politiki, il-miżuri u l-programmi implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fl-Artikolu 6, inklużi l-miżuri u l-istrumenti ppjanati (anke ta’ natura finanzjarja) biex jiġi promoss ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-miżuri biex jintużaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku u miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;

(2)jekk ikun applikabbli, strumenti bbażati fuq is-suq li jinċentivaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika, inklużi t-taxxi, l-imposti u l-kwoti fuq l-enerġija iżda mhux biss;

(3)l-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016) 761], b’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(4)l-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, inklużi l-politiki u l-miżuri biex tiġi xprunata rinnovazzjoni profonda kosteffikaċi u rinnovazzjoni profonda f’diversi stadji;

(5)il-politiki u l-miżuri biex jiġu promossi s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u l-miżuri biex jitneħħew l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jxekklu t-twettiq tal-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħra ta’ servizzi tal-effiċjenza enerġetika;

(6)il-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, jekk ikun applikabbli;

(7)mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta’ finanzjament, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika fil-livell nazzjonali, jekk ikun applikabbli;

(c)informazzjoni addizzjonali kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness VII.

Artikolu 20
Rapportar integrat dwar is-sigurtà tal-enerġija

Fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni:

(a)tal-għanijiet nazzjonali għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u tal-pajjiżi fornituri, għall-ħżin u għar-rispons tad-domanda;

(b)tal-għanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi;

(c)tal-għanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tal-kapaċità li wieħed ikampa bi provvista limitata jew interrotta ta’ sors tal-enerġija, inklużi l-gass u l-elettriku;

(d)tal-għanijiet nazzjonali għall-użu ta’ sorsi domestiċi tal-enerġija, b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli;

(e)tal-politiki u tal-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c);

(f)tal-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-politiki msemmija fil-punti (a) sa (d);

(g)mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta’ finanzjament, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f’dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk ikun applikabbli;

Artikolu 21
Rapportar integrat dwar is-suq intern tal-enerġija

1.    Fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-miżuri li ġejjin:

(a)il-livell ta’ interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 b’rabta mal-mira ta’ 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030;

(1)l-għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mill-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija;

(2)jekk ikun applikabbli, il-proġetti prinċipali previsti ta’ infrastruttura għajr il-Proġetti ta’ Interess Komuni;

(3)l-għanijiet nazzjonali relatati ma’ aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, jekk ikun applikabbli;

(4)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-faqar enerġetiku, inkluż l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku;

(5)l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, jekk ikun applikabbli;

(6)il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti (1) sa (5);

(7)il-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-politiki msemmija fil-punti (1) sa (6);

(8)mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta’ finanzjament, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tas-suq intern tal-enerġija fil-livell nazzjonali, jekk ikun applikabbli;

(9)il-miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-introduzzjoni tal-akkoppjament tas-swieq tal-istess ġurnata u tas-swieq tal-ibbilanċjar transfruntiera.

2.    L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandha tkun koerenti mar-rapport tar-regolaturi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 58(1)(e) tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif propost b’COM(2016) 864] u l-Artikolu 41(1(e) tad-Direttiva 2009/73/KE u għandha tkun abbażi tiegħu kif xieraq.

Artikolu 22
Rapportar integrat dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività

Fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-miżuri li ġejjin:

(a)l-għanijiet u l-politiki nazzjonali li japplikaw l-għanijiet u l-politiki tal-Pjan SET għall-kuntest nazzjonali;

(b)l-għanijiet nazzjonali għall-infiq totali (pubbliku u privat) fir-riċerka u fl-innovazzjoni marbuta mat-teknoloġiji nodfa u tal-enerġija kif ukoll għall-kostijiet tat-teknoloġija u l-iżvilupp tal-prestazzjoni;

(c)jekk ikun xieraq, l-għanijiet nazzjonali inklużi l-miri fit-tul għall-2050 għall-użu tat-teknoloġiji għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi industrijali li huma intensivi fl-użu tal-enerġija u tal-karbonju u, jekk ikun applikabbli, għat-trasport tal-karbonju, għall-użu u għall-infrastruttura tal-ħżin li jkunu relatati;

(d)l-għanijiet nazzjonali biex is-sussidji tal-enerġija jitneħħew b’mod gradwali;

(e)il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti (b) sa (c);

(f)il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fl-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-politiki msemmija fil-punti (b) sa (d), inkluża l-koordinazzjoni tal-politiki u tal-miżuri permezz tal-Pjan SET, bħall-allinjament ta’ programmi ta’ riċerka u ta’ programmi komuni;

(g)il-miżuri ta’ finanzjament, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f’dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk ikun applikabbli.

Taqsima 2
Rapportar Annwali

Artikolu 23
Rapportar Annwali

1.    Sal-15 ta’ Marzu 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra għas-sena X-1;

(b)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/119/KE;

(c)l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness IX tad-Direttiva 2013/30/UE, b’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dik id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-punt (a) il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, u abbażi tal-istimi tagħha stess għandha tiġbor kull sena inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Kull sena sat-30 ta’ Settembru, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2.    Mill-2023, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-dejta tal-inventarju finali tal-gassijiet serra kull sena (X) sal-15 ta’ Marzu u d-dejta preliminari kull sena sal-15 ta’ Jannar u jirrapportawha lill-Kummissjoni, inklużi l-gassijiet serra u l-informazzjoni dwar l-inventarju elenkati fl-Anness III. Ir-rapport dwar id-dejta tal-inventarju finali tal-gassijiet serra għandu jinkludi wkoll rapport komplut u aġġornat dwar l-inventarju nazzjonali.

3.    Kull sena sal-15 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu inventarji nazzjonali lis-Segretarjat tal-UNFCCC, li jkun fihom informazzjoni dwar id-dejta tal-inventarju finali tal-gassijiet serra li tkun intbagħtet lill-Kummissjoni, b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. B’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tfassal inventarju annwali tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tħejji rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, u għandha tibgħathom kull sena lis-Segretarjat tal-UNFCCC sal-15 ta’ April.

4.    Sal-15 ta’ Jannar 2027 u sal-15 ta’ Marzu 2032, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-dejta tal-inventarju nazzjonali preliminari u finali lill-Kummissjoni, imħejji għall-kontabilità tal-LULUCF tagħhom għar-rapporti ta’ konformità skont l-Artikolu 12 tar-Regolament [ ] [LULUCF].

5.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex:

(a)temenda l-Parti 2 tal-Anness III billi żżid jew tħassar is-sustanzi fil-lista ta’ gassijiet serra;

(b)tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u tispeċifika l-linji gwida applikabbli għall-inventarji, b’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti li ġew adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta’ Pariġi.

6.    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, id-dettalji tekniċi, il-format u l-proċessi biex l-Istati Membri jibagħtu l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra skont il-paragrafu 1, l-inventarji tal-gassijiet serra skont il-paragrafu 2 u l-emissjonijiet u l-assorbimenti kkalkolati ta’ gassijiet serra skont l-Artikoli 5 u 12 tar-Regolament [ ] [LULUCF]. Meta tipproponi dawn l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-iskedi ta’ żmien tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta’ Pariġi għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta’ Pariġi sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-Unjoni mal-obbligi ta’ rapportar tagħha bħala Parti għall-UNFCCC u għall-Ftehim ta’ Pariġi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskedi ta’ żmien għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

TAQSIMA 3
Pjattaforma tar-rapportar

Artikolu 24
Pjattaforma tar-rapportar elettroniku

1.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma tar-rapportar onlajn biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

2.    L-Istati Membri għandhom jużaw il-pjattaforma onlajn sabiex jibagħtu r-rapporti msemmija f’dan il-Kapitolu lill-Kummissjoni ladarba l-pjattaforma ssir operazzjonali.

 

KAPITOLU 5
VALUTAZZJONI AGGREGATA TA’ KEMM NTLAĦQU L-PJANIJIET NAZZJONALI U L-MIRI TAL-UNJONI –– MONITORAĠĠ TAL-KUMMISSJONI

Artikolu 25
Valutazzjoni tal-progress

1.    Sal-31 ta’ Ottubru 2021 u sussegwentement kull tieni sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima, ta’ informazzjoni oħra rrapportata skont dan ir-Regolament, tal-indikaturi u tal-istatistika Ewropea meta jkunu disponibbli:

(a)il-progress li jkun sar fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, l-għanijiet tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, b’mod partikolari bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fl-għanijiet għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030;

(b)il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima;

(c)l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz tal-emissjonijiet jew tal-effetti mhux tas-CO2, abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23, u tittejjeb dik il-valutazzjoni b’referenza għall-avvanzi xjentifiċi u għad-dejta dwar it-traffiku tal-ajru, kif ikun xieraq.

2.    Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-Unjoni abbażi ta’ trajettorja lineari li tibda minn 20 % fl-2020 u li tilħaq minn tal-inqas 27 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(a)(2)(i).

3.    Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar biex b’mod kollettiv jintlaħaq livell massimu tal-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni ta’ 1 321 Mtoe ta’ konsum ta’ enerġija primarja u ta’ 987 Mtoe ta’ konsum ta’ enerġija finali fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(b)(1).

Meta twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)tikkunsidra nkisbitx il-mira tal-Unjoni ta’ mhux iżjed minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja jew ta’ mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali fl-2020;

(b)tivvaluta jekk il-progress tal-Istati Membri jindikax li l-Unjoni kollha qiegħda fit-triq it-tajba lejn il-livell ta’ konsum tal-enerġija fl-2030 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima;

(c)tuża r-riżultati mill-eżerċizzji ta’ mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u tuża analiżi kumplimentari oħra.

4.    Sal-31 ta’ Ottubru 2021 u sussegwentement kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari, abbażi tal-informazzjoni rapportata skont dan ir-Regolament, jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunux għamlu biżżejjed progress biex jiġu ssodisfati l-punti li ġejjin:

(a)l-impenji skont l-Artikolu 4 tal-UNFCCC u l-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Pariġi kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi;

(b)l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament [ ] [ESR] u fl-Artikolu 4 tar-Regolament [ ] [LULUCF];

(c)l-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030.

5.    Sal-31 ta’ Ottubru 2019 u sussegwentement kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE.

6.    Jenħtieġ li fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis l-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

7.    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valutazzjoni tagħha skont dan l-Artikolu bħala parti mir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 29.

Artikolu 26

Segwitu f’każ ta’ inkonsistenzi mal-għanijiet u mal-miri ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi

1.    Abbażi tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 25, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lil Stat Membru skont l-Artikolu 28 jekk l-iżviluppi ta’ politika f’dak l-Istat Membru juru inkonsistenzi mal-għanijiet ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija.

2.    Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni li jkunu ntbagħtu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament [ ] [ESR].

Artikolu 27
Rispons f’każ li l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ma tkunx biżżejjed u f’każ li l-progress biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni ma jkunx biżżejjed 

1.    Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom skont l-Artikolu 12, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri, l-għanijiet u l-kontributi tal-pjanijiet nazzjonali jew l-aġġornamenti tagħhom ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, b’mod partikolari, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex li dawk l-għanijiet u l-miri jintlaħqu b’mod kollettiv. Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta’ ambizzjoni tal-kontributi biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030 stabbilita mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali u fl-aġġornamenti tagħhom.

2.    Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1)(b), il-Kummissjoni tikkonkludi li ma jkunx sar biżżejjed progress minn Stat Membru biex jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi jew biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar il-klima u l-enerġija, għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 28. Meta toħroġ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis l-isforzi ambizzjużi bikrin mill-Istati Membri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira għall-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni għall-2030.

3.    Jekk, abbażi tal-valutazzjoni aggregata tagħha tar-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membri skont l-Artikolu 25(1)(a) u appoġġata minn sorsi oħra ta’ informazzjoni, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni qed tissogra li ma tilħaqx l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, b’mod partikolari, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, il-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija tal-Unjoni għall-2030, tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 28 biex jittaffa dan ir-riskju. Kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi żgurat b’mod partikolari li l-Unjoni tilħaq il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030. Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, dawn il-miżuri għandhom iqisu l-isforzi ambizzjużi bikrin mill-Istati Membri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030.

4.    Jekk, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, mingħajr preġudizzju għall-miżuri fil-livell tal-Unjoni stabbiliti fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1) u (2) fl-2023, li t-trajettorja lineari tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) ma ġietx issodisfata b’mod kollettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sal-2024 li kwalunkwe diskrepanza emerġenti tkun koperta b’miżuri addizzjonali, bħal:

(a)l-aġġustament tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b’COM(2016) 767];

(b)l-aġġustament tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport, kif stabbilit fl-Artikolu 25(1) tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b’COM(2016) 767];

(c)tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal pjattaforma ta’ finanzjament stabbilita fil-livell tal-Unjoni, li tikkontribwixxi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u li tkun ġestita direttament jew indirettament mill-Kummissjoni;

(d)miżuri oħra biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

Tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta’ ambizzjoni ta’ kontributi bikrin għall-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 mill-Istat Membru kkonċernat.

Jekk Stat Membru ma jżommx is-sehem ta’ referenza ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tiegħu tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 3(3) tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b’COM(2016) 767] mill-2021 ’il quddiem, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li kwalunkwe diskrepanza fis-sehem ta’ referenza tkun koperta b’kontribuzzjoni finanzjarja għall-pjattaforma ta’ finanzjament imsemmija fil-punt (c). Għall-finijiet ta’ dan is-sottoparagrafu u tal-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-kwoti annwali ta’ emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 sabiex tistabbilixxi kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa għat-twaqqif u għall-funzjonament tal-pjattaforma ta’ finanzjament imsemmija fil-punt (c).

5.    Jekk, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra fil-livell tal-Unjoni skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1) u (3) fl-2023, li l-progress biex tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(3) ma jkunx biżżejjed, għandha tieħu miżuri sal-2024 flimkien ma’ dawk li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE u fid-Direttiva 2012/27/UE sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030. Tali miżuri addizzjonali jistgħu b’mod partikolari jtejbu l-effiċjenza enerġetika:

(a)tal-prodotti, skont id-Direttiva 2010/30/UE u d-Direttiva 2009/125/KE;

(b)tal-bini, skont id-Direttiva 2010/31/UE u d-Direttiva 2012/27/UE;

(c)u tat-trasport.

Artikolu 28
Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Istati Membri

1.    Kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

2.    Meta f’dan ir-Regolament issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis għalkollox ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni u fost l-Istati Membri;

(b)fir-rapport nazzjonali integrat tiegħu ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima li jkun sar sena wara li tkun inħarġet ir-rakkomandazzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi kif ikun ikkunsidra għalkollox ir-rakkomandazzjoni u kif ikun implimentaha jew beħsiebu jimplimentaha. L-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjonijiet meta jiddevja mir-rakkomandazzjoni;

(c)Jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet ikunu kumplimentari għall-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Artikolu 29
Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija

1.    Kull sena, sal-31 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.    Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija għandu jinkludi, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:

(a)il-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 25;

(b)meta jkun xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 28;

(c)il-funzjonament tas-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluż l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE msemmija fl-Artikolu 21(2) tal-istess Direttiva;

(d)is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-Unjoni, li jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII;

(e)l-iskemi volontarji li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 27(4) tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b’COM(2016) 767], li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament;

(f)rapport ġenerali ta’ progress dwar l-applikazzjoni tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif propost b’COM(2016) 864] skont l-Artikolu 70 ta’ dik id-Direttiva;

(g)rapport ġenerali ta’ progress dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 52 ta’ dik id-Direttiva;

(h)l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika kif imsemmija fl-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016) 761];

(i)il-progress tal-Istati Membri biex joħolqu suq tal-enerġija komplut u operazzjonali;

(j)il-kwalità reali tal-fjuwils fl-Istati Membri differenti u l-kopertura ġeografika tal-fjuwils b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg, bl-għan li tiġi pprovduta stampa ġenerali tad-dejta dwar il-kwalità tal-fjuwils fl-Istati Membri differenti kif irrapportat skont id-Direttiva 98/70/KE;

(k)kwistjonijiet oħra ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż l-appoġġ pubbliku u privat.

KAPITOLU 6
SISTEMI NAZZJONALI U TAL-UNJONI GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA U GĦALL-ASSORBIMENTI MINN BJAR

Artikolu 30
Sistemi ta’ inventarji nazzjonali u tal-Unjoni

1.    Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi ta’ inventarji nazzjonali biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet serra elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament u tiġi żgurata t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-inventarji tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni speċifikata fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament, jużaw is-sistemi ta’ rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 biex itejbu l-istima tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (i) u (j) tal-Parti 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

3.    B’dan tiġi stabbilita sistema ta’ inventarju tal-Unjoni biex tiġi żgurata it-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji nazzjonali fir-rigward tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha ġġestixxi, tieħu ħsieb u tfittex li ttejjeb kontinwament dik is-sistema, li għandha tinkludi t-twaqqif ta’ programm ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, it-twaqqif tal-għanijiet tal-kwalità, it-tfassil ta’ pjan ta’ inventarju tal-garanzija tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità, il-proċeduri biex jitlestew l-istimi tal-emissjonijiet biex jitħejja l-inventarju tal-Unjoni skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u r-rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 31.

4.    Il-Kummissjoni għandha twettaq kontroll inizjali tar-reqqa tad-dejta preliminari tal-inventarju tal-gassijiet serra li trid tintbagħat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23(2). Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta’ dak il-kontroll lill-Istati Membri fi żmien sitt ġimgħat mill-iskadenza tas-sottomissjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kull mistoqsija rilevanti mqajma mill-kontroll inizjali sal-15 ta’ Marzu, flimkien mas-sottomissjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.

5.    Meta Stat Membru ma jibgħatx id-dejta tal-inventarju li tkun meħtieġa biex jitħejja l-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta’ Marzu, il-Kummissjoni tista’ tħejji stimi biex tikkompleta d-dejta li tkun intbagħtet mill-Istat Membru, b’konsultazzjoni u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tuża l-linji gwida applikabbli għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.

6.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-kontenut, l-istruttura, il-format u l-proċess ta’ sottomissjoni tal-informazzjoni marbuta mas-sistemi ta’ inventarji u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-funzjonament tas-sistemi ta’ inventarju nazzjonali u tal-Unjoni. Fit-tħejjija ta’ atti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe deċiżjoni rilevanti adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 31
Rieżami tal-inventarju

1.    Fl-2027 u fl-2032, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-dejta tal-inventarju nazzjonali li tkun intbagħtet mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23(3) ta’ dan ir-Regolament bl-għan li twettaq monitoraġġ tat-tnaqqis jew tal-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 9 u 10 tar-Regolament [ ] [ESR] u tat-tnaqqis tagħhom tal-emissjonijiet u tat-tisħiħ tal-assorbimenti minn bjar skont l-Artikoli 4 u 12 tar-Regolament [ ] [LULUCF] u ta’ kwalunkwe mira oħra ta’ tnaqqis jew ta’ limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ f’dak il-proċess.

2.    Ir-rieżami komprensiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi:

(a)kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni li tkun intbagħtet;

(b)kontrolli li jidentifikaw każijiet li fihom id-dejta tal-inventarju tkun tħejjiet b’mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta’ gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni;

(c)kontrolli li jidentifikaw każijiet li fihom il-kontabilità tal-LULUCF tkun tħejjiet b’mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta’ gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni; u

(d)meta jkun xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri.

3.    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina t-tempestività u l-proċedura għat-twettiq tar-rieżami komprensiv, inklużi l-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tiżgura li ssir il-konsultazzjoni dovuta mal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rieżamijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

4.    Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina s-somma totali ta’ emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-dejta kkorreġuta tal-inventarju għal kull Stat Membru, malli jitlesta r-rieżami maqsum bejn id-dejta tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR] u d-dejta tal-emissjonijiet imsemmija fil-Parti 1(c) tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament u wkoll biex tiddetermina s-somma totali ta’ emissjonijiet u ta’ assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament [ ] [LULUCF].

5.    Id-dejta għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 13 tar-Regolament [ ] [LULUCF] xahar wara id-data tal-pubblikazzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament [ ] [LULUCF] inkluż it-tibdil f’din id-dejta li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament [ ] [LULUCF].

6.    Id-dejta għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament [ ] [ESR] xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità mar-Regolament [ ] [LULUCF] imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR] għall-2021 u għall-2026. Il-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR] għal kull waħda mis-snin mill-2022 sal-2025 u mill-2027 sal-2030 għandu jitwettaq fid-data li tinzerta xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità għas-sena preċedenti. Dan il-kontroll għandu jinkludi t-tibdil f’din id-dejta li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament [ ] [ESR].

Artikolu 32
Sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet

1.    Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni rispettivament għar-rapportar dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti minn bjar. Dawk is-sistemi għandhom jinkludu l-arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali rilevanti stabbiliti fi Stat Membru u fl-Unjoni għall-evalwazzjoni tal-politika u għat-twettiq ta’ projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti minn bjar.

2.    L-Istati Membri u l-Kummissjoni rispettivament għandhom jimmiraw li jiżguraw it-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn fonti u tal-assorbimenti minn bjar, kif imsemmi fl-Artikolu 16, inkluż l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità u l-analiżi tas-sensittività.

3.    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċess ta’ sottomissjoni tal-informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 16. Meta tipproponi tali atti, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta’ Pariġi, inklużi r-rekwiżiti ta’ rapportar maqbula internazzjonalment kif ukoll l-iskedi ta’ żmien għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

Artikolu 33
It-twaqqif u t-tħaddim ta’ reġistri

1.    L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistri biex ikollhom rendikont bir-reqqa tal-kontribut determinat fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 4(13) u tal-eżiti ta’ mitigazzjoni trasferiti fil-livell internazzjonali skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi.

2.    L-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jżommu r-reġistri tagħhom f’sistema kkonsolidata, flimkien ma’ Stat Membru ieħor wieħed jew iktar.

3.    Id-dejta fir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għall-amministratur ċentrali nnominat skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE.

4.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 sabiex tistabbilixxi r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sabiex twassal, permezz tar-reġistri tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għall-implimentazzjoni teknika neċessarja tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta’ Pariġi, b’konformità mal-paragrafu 1.

KAPITOLU 7
KOOPERAZZJONI U APPOĠĠ

Artikolu 34
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw għalkollox ma’ xulxin u mal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw:

(a)il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 9 sa 12;

(b)il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tar-rapport nazzjonali integrat ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 15 tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 23;

(c)il-proċess marbut mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-indirizzar ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 9(2) u (3), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 27(2) u (3);

(d)it-tħejjija tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u t-tfassil tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, b’konformità mal-Artikolu 23(3);

(e)it-tħejjija tal-komunikazzjoni nazzjonali tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC u tar-rapport biennali tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 jew id-deċiżjonijiet sussegwenti rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC;

(f)il-proċeduri ta’ rieżami u ta’ konformità skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi b’konformità ma’ kwalunkwe deċiżjoni applikabbli skont il-UNFCCC kif ukoll il-proċedura ta’ rieżami tal-Unjoni għall-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament;

(g)kwalunkwe aġġustament wara l-proċess ta’ rieżami msemmi fl-Artikolu 31 jew tibdil ieħor fl-inventarji u fir-rapporti dwar l-inventarji li jkunu ntbagħtu jew li jridu jintbagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

(h)it-tħejjija tal-inventarju approssimat dwar il-gassijiet serra tal-Unjoni, skont l-Artikolu 23(1)(a) u l-aħħar sottoparagrafu tal-Artikolu 23(1).

2.    Fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament.

Artikolu 35
Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha fir-rigward tad-dimensjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika sabiex tikkonforma mal-Artikoli 14, 15, 16, 17, 18, 19, 23, 24, 25, 29, 30, 31, 32 u 34 skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha. Dik l-assistenza għandha tinkludi l-assistenza kif meħtieġ:

(a)għall-ġbir tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet;

(b)għat-twettiq tal-proċeduri ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità fir-rigward tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar il-projezzjonijiet, il-politiki u l-miżuri;

(c)għat-tħejjija tal-istimi jew biex jiġu kkumplimentati dawk li jkunu disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-dejta dwar il-projezzjonijiet li ma jkunux irrapportati mill-Istati Membri;

(d)għall-ġbir tad-dejta, kull meta tkun disponibbli, li tkun meħuda mill-istatistika Ewropea u li tkun xierqa f’termini ta’ tempestività, kif meħtieġ għar-rapport imħejji mill-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

(e)għat-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inkluż iż-żamma u l-aġġornament ta’ bażi tad-dejta dwar il-politiki u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-Istati Membri u l-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima, fir-rigward tal-impatti, tal-vulnerabbiltajiet u tal-adattament għat-tibdil fil-klima;

(f)għat-twettiq ta’ proċeduri ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;

(g)għat-tħejjija tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u għat-tfassil tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;

(h)għat-tħejjija tal-istimi għal dejta li ma tkunx irrapportata fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

(i)għat-twettiq tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 31;

(j)għat-tħejjija tal-inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni.

KAPITOLU 8
DELEGA

Artikolu 36
Eżerċitar tad-delega

1.    Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 23(5), 27(4), 30(6) u 33(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess durata, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.    Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(4), 23(5), 27(4), 30(6) u 33(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għal tmiem id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

4.    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.    Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 23(5), 27(4), 30(6) u 33(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għalih fi żmien perjodu ta’ xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU 9
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 37
Il-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u għandu jaħdem fil-formazzjonijiet settorjali rispettivi li jkunu rilevanti għal dan ir-Regolament.

2.    Dan il-Kumitat jissostitwixxi l-kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE, bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Ir-referenzi għall-kumitat stabbilit skont dawk l-atti legali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-kumitat stabbilit b’dan ir-Regolament.

3.    Meta ssir referenza għal dan l-artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 38
Rieżami

Sat-28 ta’ Frar 2026 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tal-ippjanar, tar-rapportar u tal-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew ma’ deċiżjonijiet futuri marbuta mal-UNFCCC u mal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposti jekk ikun xieraq.

Artikolu 39
Emendi għad-Direttiva 94/22/KE

Id-Direttiva 94/22/KE hija emendata kif ġej:

(1)fl-Artikolu 8, jitħassar il-paragrafu 2;

(2)l-Artikolu 9 jitħassar.

Artikolu 40
Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

(1)fl-Artikolu 8(4), titħassar it-tieni sentenza;

(2)fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7a(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“il-volum totali tal-provvista ta’ kull tip ta’ fjuwil jew ta’ enerġija; u”;

(3)fl-Artikolu 7a(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri jnaqqsu bl-iktar mod gradwali possibbli iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija mill-provvista ta’ fjuwil u ta’ enerġija sa massimu ta’ 10 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard ta’ referenza tal-fjuwil stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652.”.

Artikolu 41
Emenda għad-Direttiva 2009/31/KE

Fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2009/31/KE, jitħassar il-paragrafu 1.

Artikolu 42
Emendi għar-Regolament 663/2009/KE

Ir-Regolament 663/2009/KE huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 27, jitħassru l-paragrafi 1 u 3;

(2)l-Artikolu 28 jitħassar.

Artikolu 43
Emendi għar-Regolament (KE) 715/2009/KE

L-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) 715/2009/KE jitħassar.

Artikolu 44
Emendi għad-Direttiva 2009/73/KE

Id-Direttiva 2009/73/KE hija emendata kif ġej:

(1)l-Artikolu 5 jitħassar;

(2)l-Artikolu 52 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 52

Rapportar

Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tibgħat rapport ġenerali ta’ progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala anness tar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament [XX/20XX] ta’ [dan ir-Regolament].”

Artikolu 45
Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE

Fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Kull sena sal-15 ta’ Marzu, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja fil-qosor tar-reġistru tal-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 li turi minn tal-inqas il-kwantitajiet u n-natura tal-istokk ta’ emerġenza inklużi fir-reġistru fl-aħħar jum tas-sena kalendarja preċedenti.”.

Artikolu 46
Emendi għad-Direttiva 2010/31/UE

Id-Direttiva 2010/31/UE hija emendata kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016) 765], jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

“4. L-istrateġija fit-tul skont il-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-Pjan Nazzjonali Integrat dwar l-Enerġija u l-Klima, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament [XX/20XX], ta’ [dan ir-Regolament].”;

(2)fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2), titħassar is-sentenza “Ir-rapport jista’ jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE”; 

(3)fl-Artikolu 9(5), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Bħala parti mir-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament [XX/20XX] ta’ [dan ir-Regolament], il-Kummissjoni kull sentejn għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda tal-għadd ta’ bini li bilkemm jikkonsma enerġija. Abbażi ta’ din l-informazzjoni rrapportata, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta’ azzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi rakkomandazzjonijiet u miżuri skont l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament [XX/20XX] ta’ [dan ir-Regolament] biex jiżdied l-għadd ta’ dak il-bini u tħeġġeġ li jintużaw l-aħjar prattiki fir-rigward tat-trasformazzjoni kosteffikaċi ta’ bini eżistenti f’bini li bilkemm jikkonsma enerġija.”;

(4)fl-Artikolu 10, jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

Artikolu 47
Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE

Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif ġej:

(1)fl-Artikolu 4, jitħassar l-aħħar paragrafu;

(2)fl-Artikolu 18(1), jitħassar il-punt (e);

(3)fl-Artikolu 24, jitħassru l-paragrafi 1 sa 4 u 11;

(4)l-Anness XIV jitħassar.

Artikolu 48
Emendi għad-Direttiva 2013/30/UE

Fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/30/UE, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapportar annwali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament [XX/20XX] ta’ [dan ir-Regolament], l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Anness IX.”.

Artikolu 49
Emendi għad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 hija emendata kif ġej:

(1)Fil-Parti 2 tal-Anness I, jitħassru l-punti 2, 3, 4 u 7.

(2)L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(b)“1. L-Istati Membri jridu jirrapportaw id-dejta elenkata fil-punt 3. Din id-dejta trid tiġi rrapportata għal kull fjuwil u enerġija mqiegħda fis-suq f’kull Stat Membru. Meta l-bijofjuwils multipli jkunu mħallta mal-fjuwils fossili, trid tiġi pprovduta d-dejta għal kull bijofjuwil.”

(c)fil-punt 3, jitħassru l-punti (e) u (f).

(3)L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)il-mudelli li ġejjin għar-rapportar tal-informazzjoni għall-konsistenza tad-dejta rrapportata jitħassru:

- Oriġini — Fornituri Uniċi

- Oriġini — Fornituri Konġunti

- Post tax-Xiri

(b)fin-noti dwar il-format, jitħassru l-punti 8 u 9.

Artikolu 50
Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 51. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 51
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

B’deroga mill-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 7 u 17(1)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-dejta meħtieġa skont dawk l-Artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020.

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-dejta tal-inventarju tal-GHGs għall-2018, għall-2019 u għall-2020.

L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għas-sottomissjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-Artikolu.

Artikolu 52
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 33, 46(2) sa (4) u 47(3) u (4) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI LEĠIŻLATTIVI

Servizzi tal-Kummissjoni

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Metodu(i) ppjanat(i) ta’ ġestjoni

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) affettwata(i) tal-infiq

3.2.Impatt stmat fuq l-infiq 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

REGOLAMENT (UE) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 40  

32: Enerġija

34: Azzjoni klimatika

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 41  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiżgura implimentazzjoni kkoordinata u koerenti tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija fil-ħames dimensjonijiet tagħha, kif ukoll li b’mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija permezz ta’ kombinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali u tal-UE abbażi ta’ obbligi ssimplifikati ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ u proċess funzjonali ta’ governanza bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

It-twaqqif tal-Unjoni tal-Enerġija huwa parti mill-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, u din il-proposta hija element importanti tal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija.

Il-proposta hija mħejjija b’mod konġunt mid-DĠ Enerġija u mid-DĠ Azzjoni Klimatika.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru

Għad-DĠ Enerġija: Għan Speċifiku Nru 6: Implimentazzjoni u segwitu tal-Istrateġija ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija.

Għad-DĠ Azzjoni Klimatika: Għan Speċifiku Nru 6: Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija għal titjib fil-mekkaniżmu ta’ governanza għall-klima u għall-enerġija, inkluż rapportar u ppjanar issimplifikati wara l-2020 (koordinazzjoni mad-DĠ ENER).

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

L-infiq tad-DĠ Enerġija qed isir permezz tal-attività ABB 32.02 Enerġija Konvenzjonali u Rinnovabbli (jew ABB1: Enerġija Konvenzjonali u Rinnovabbli).

Fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-2016 u b’konformità mal-istruttura l-ġdida ta’ għanijiet speċifiċi wara l-Unjoni tal-Enerġija, ABB 1 tikkontribwixxi għas-sitt għanijiet speċifiċi kollha inklużi l-aspetti ta’ kompetittività tal-għan speċifiku Nru 5.

Għad-DĠ CLIMA jsir bl-Attività ABB 34 02 – “Azzjoni klimatika fil-livell internazzjonali u tal-Unjoni”

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li jenħtieġ li jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Jenħtieġ li l-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u tal-Klima u r-Rapporti ta’ Progress korrispondenti jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, filwaqt li jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni u t-trasparenza, jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u l-monitoraġġ tal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll itejbu l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji bejn fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima.

Is-simplifikazzjoni tal-obbligi eżistenti ta’ ppjanar u ta’ rapportar tal-Istati Membri u l-obbligi ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni tkun qed ittejjeb s-sitwazzjoni għall-partijiet ikkonċernati kollha b’konformità mal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar dwar l-effettività, l-effiċjenza, il-valur miżjud Ewropew, ir-rilevanza u l-koerenza.

Barra minn hekk, din il-proposta se tispeċifika l-kontenut u l-frekwenza adegwata tal-Pjanijiet Nazzjonali, tar-Rapporti ta’ Progress u tal-monitoraġġ integrat mill-Kummissjoni, kif ukoll il-proċess relatat ta’ governanza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni inkluż il-koordinazzjoni reġjonali. Din għandha l-għan li ssir sinkronizzazzjoni maċ-ċikli ta’ rieżami ta’ ħames snin tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-proposta tiżgura li jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar il-progress kollettiv tal-Istati Membri u tal-UE lejn l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija għall-2030 u lil hinn, u tipprovdi qafas ta’ governanza li jkun adattat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija.

L-indikatur għall-implimentazzjoni tal-proposta huwa: L-għadd ta’ Stati Membri li jipprovdu pjanijiet integrati fil-ħin (kif speċifikat fir-Regolament).

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew fit-tul

L-Istati Membri jkollhom jibagħtu inqas pjanijiet u rapporti nazzjonali li jkunu meħtieġa minn strumenti legali settorjali differenti, iżda jenħtieġ li minflok jibagħtu pjanijiet u rapporti integrati lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi r-rapporti ta’ monitoraġġ neċessarji.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-ewwel nett, peress li diversi elementi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija huma marbuta mal-għanijiet stabbiliti fil-livell tal-UE, l-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-għanijiet kif ukoll li jkun hemm koerenza fil-politiki dwar l-enerġija u l-klima fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà għall-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-isfidi tal-enerġija li qed tiffaċċja l-Unjoni ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta’ azzjoni nazzjonali mhux ikkoordinata. L-istess jgħodd għat-tibdil fil-klima, li fin-natura tiegħu huwa transkonfinali u ma jistax jiġi solvut b’azzjoni lokali jew nazzjonali waħedha. Għalhekk, il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika hija meħtieġa kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak globali. Għaldaqstant, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata biex jitwettaq monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima fl-UE skont l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija kif ukoll tal-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija.

It-tieni nett, minħabba r-rilevanza transfruntiera ta’ kull dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex tiġi promossa iktar il-kooperazzjoni msaħħa fost l-Istati Membri. L-ebda dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija ma tista’ tiġi implimentata b’mod effettiv mingħajr proċess ta’ governanza tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jiżgura wkoll li jkun hemm approċċ iktar reġjonali għall-politika dwar l-enerġija u l-klima. Hija meħtieġa wkoll biex jinħoloq il-qafas li jippermetti li jiġi żgurat li l-UE tkun lesta tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċessi ta’ rieżami skont il-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jiġu żgurati sinkronizzazzjoni u sinerġiji massimi.

It-tielet nett, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għall-għan tal-inizjattiva li jiġu ssimplifikati l-obbligi eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ, peress li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fl-acquis dwar l-enerġija kif ukoll ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ jistgħu jiġu emendati biss permezz ta’ proposti leġiżlattivi sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni u tittejjeb il-koerenza tal-ippjanar u tar-rapportar kif ukoll biex tiġi żgurata l-paragunabbiltà tal-Pjanijiet Nazzjonali u tar-Rapporti ta’ Progress.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-biċċa l-kbira tal-obbligi attwali ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ informazzjoni utli dwar qasam speċifiku ta’ politika u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ għanijiet speċifiċi ta’ politika stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali. L-obbligi attwali ta’ rapportar tal-Kummissjoni jiżguraw li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riżultati miksuba bil-leġiżlazzjoni tal-UE u l-progress li sar mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fl-issodisfar tal-obbligi rispettivi tagħhom skont l-impenji internazzjonali tal-UNFCCC.

Madankollu, il-qafas eżistenti mhuwiex adattat għall-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 u għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, peress li ma jiżgurax il-koerenza politika tal-obbligi fil-qasam tal-enerġija u l-konsistenza bejn l-oqsma tal-enerġija u tal-klima. Barra minn hekk, uħud mill-pjanijiet u mir-rapporti attwali jitqiesu li għandhom kostijiet amministrattivi għoljin.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija konsistenti mar-rieżamijiet tad-Direttiva 2009/28/KE (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), tad-Direttiva 2010/31/UE (id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija), tad-Direttiva 2012/27/UE (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika) u mal-Inizjattiva tad-Disinn tas-Suq.

Hija konsistenti wkoll mad-Deċiżjoni 406/2009/KE (Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi – valida għall-perjodu 2013-20), mad-Deċiżjoni suċċessiva proposta għall-perjodu 2021-30, COM(2016) 482 final – 2016/0231 (COD) (Proposta għal Regolament dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima), kif ukoll il-proposta tal-LULUCF, COM(2016) 479 final – 2016/0230 (COD) (Proposta għal Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima). Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jiġi stabbilit qafas legali speċifiku għas-setturi għal wara l-2020, filwaqt li l-proposta attwali għandha tistabbilixxi l-qafas ġenerali ta’ governanza biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

Hija konsistenti wkoll mad-Direttiva 2009/31/KE dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2018 sa durata illimitata,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ppjanat(i) ta’ ġestjoni 42  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

x Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

x lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku diment li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat iżjed minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament se tkun meħtieġa l-parteċipazzjoni tal-JRC u tal-EEA.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza u l-kundizzjonijiet għall-ippjanar, għar-rapportar u għall-monitoraġġ mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Għall-kompiti ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni se jkun meħtieġ l-appoġġ tekniku estern minn kuntrattur. Barra minn hekk, huwa ppjanat li tiġi stabbilita għodda ġdida ta’ komunikazzjoni, inkluż pjattaforma tal-web u sit web pubbliku għall-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki u d-divulgazzjoni lill-pubbliku ġenerali.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

L-Istati Membri jista’ jkollhom dewmien fl-obbligi tagħhom ta’ ppjanar u ta’ rapportar. Għal din ir-raġuni wkoll, se tiġi stabbilita bażi tad-dejta tal-web. Il-kwalità u l-kompletezza tad-dejta jaf ikunu riskji importanti wkoll b’mod partikolari fil-bidu tal-proċess.

Ir-riskji marbuta mal-funzjonament tal-pjattaforma tal-web jikkonċernaw b’mod prinċipali il-problemi relatati mal-IT, bħal ħsarat possibbli tas-sistema u kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità.

2.2.2.Informazzjoni dwar it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll intern

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta’ Applikazzjoni.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i affettwata/i tal-infiq

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nfiq

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 43

minn pajjiżi tal-EFTA 44

minn pajjiżi kandidati 45

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

5 Amministrazzjoni

32 01 01

Infiq marbut mal-uffiċjali u mal-aġenti temporanji tal-qasam ta’ politika “Enerġija”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

5 Amministrazzjoni

32 01 02

Infiq marbut mal-persunal estern u infiq ieħor maniġerjali b’appoġġ għall-qasam ta’ politika “Enerġija”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

5 Amministrazzjoni

34 01 01

Infiq marbut mal-uffiċjali u mal-aġenti temporanji fil-qasam ta’ politika “Azzjoni klimatika”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

5 Amministrazzjoni

34 01 02

Infiq marbut mal-persunal estern u infiq ieħor maniġerjali b’appoġġ għall-qasam ta’ politika “Azzjoni klimatika”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

1A

32 02 02

Attivitajiet ta’ appoġġ għall-politika Ewropea tal-enerġija u għas-suq intern tal-enerġija

Diff.

LE

LE

LE

LE

2

34 02 01

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHGs (mitigazzjoni)

Diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nfiq

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq l-infiq

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

L-infiq stmat imsemmi f’din it-taqsima se jkun kopert għalkollox mill-pakkett finanzjarju pprogrammat attwali tal-linji baġitarji inkwistjoni sal-2020.

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 1A

Intestatura 1A – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

DĠ: <ENER>

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL 2018+2019+2020

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

(2)

0

0,150

0,350

0,500

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 46  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ <ENER>

Impenji

=1+1a +3

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

=2+2a

+3

0

0,150

0,350

0,500






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

(5)

0

0,150

0,350

0,500

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <1A.>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

=5+ 6

0

0,150

0,350

0,500

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

2

Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

DĠ: < CLIMA>

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

2018+2019+2020

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

linja baġitarja 34 02 01

Impenji

(1a)

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

(2a)

0

0,150

0,350

0,500

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 47  

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ < CLIMA >

Impenji

=1a +1b

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

=2a+ 2b

0

0,150

0,350

0,500






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4a)

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

(5a)

0

0,150

0,350

0,500

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6a)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

skont l-INTESTATURA <2>

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0

0,500

0,500

1,000

Pagamenti

0

0,150

0,350

0,500

Jekk iżjed minn intestatura waħda tkun affettwata mill-proposta / mill-inizjattiva:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0

1,000

1,000

2,000

Pagamenti

(5)

0

0,300

0,700

1,000

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0

1,000

1,000

2,000

Pagamenti

=5+ 6

0

0,300

0,700

1,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Infiq amministrattiv”

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

2018+2019+2020

DĠ: <ENER, CLIMA>

• Riżorsi umani

2,356

2,356

2,356

7,068

• Infiq amministrattiv ieħor

0,280

0,280

0,280

0,840

TOTAL TAD-DĠ <ENER, CLIMA>

Approprjazzjonijiet

2,636

2,636

2,636

7,908

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

2,636

2,636

2,636

7,908

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

2018+2019+2020

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

2,636

3,636

3,636

9,908

Pagamenti

2,636

2,936

3,336

8,908

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2018+2019+2020

OUTPUTS

Tip 48

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 49

- Assistenza teknika għall-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri 50  

0

0,250

0,440

0,690

- Żvilupp u tħaddim tal-bażi tad-dejta

0

0,250

0,060

0,310

- Kuntratt ta’ servizzi b’appoġġ għall-monitoraġġ ta’ CLIMA

SER

1

0,500

1

0,500

1,000

Sottototal tal-għan speċifiku Nru 1

0

1,000

1,000

2,000

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Sottototal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

0

1,000

1,000

2,000

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2018+2019+2020

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1,686+ 0,670

1,686+

0,670

1,686+

0,670

7,068

Infiq amministrattiv ieħor

0,280

0,280

0,280

0,840

Sottototal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

2,636

2,636

2,636

7,908

Barra mill-INTESTATURA 5 51
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Sottototal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL ĠENERALI

2,636

2,636

2,636

7,908

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

12+5

12+5

12+5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 52

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

1

1

1

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  53

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

TOTAL

18

18

18

32 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat (DĠ ENER)

34 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat (DĠ CLIMA)

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu koperti mill-uffiċjali tad-DĠ li jkunu diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

12 (ENER) + 5 (CLIMA)

Persunal estern

1 (ENER)

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema pprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 54

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.



Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva – “Aġenziji”

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Metodu/i ppjanat(i) ta’ ġestjoni

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i affettwata/i tal-infiq

3.2.Impatt stmat fuq l-infiq 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani [tal-korp]

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

REGOLAMENT (UE) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 55  

32: Enerġija

34: Azzjoni klimatika

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 56  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiżgura l-implimentazzjoni kkoordinata u koerenti tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija fil-ħames dimensjonijiet tagħha, kif ukoll li b’mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija permezz ta’ kombinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali u tal-UE abbażi ta’ obbligi ssimplifikati ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ u proċess funzjonali ta’ governanza bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

It-twaqqif tal-Unjoni tal-Enerġija hija parti mill-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, u din il-proposta hija element importanti tal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija.

Il-proposta hija mħejjija b’mod konġunt mid-DĠ Enerġija u mid-DĠ Azzjoni Klimatika.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru

Għad-DĠ Enerġija: Għan Speċifiku Nru 6: Implimentazzjoni u segwitu tal-Istrateġija ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija.

Għad-DĠ Azzjoni Klimatika: Għad-DĠ Azzjoni Klimatika: Għan Speċifiku Nru 6: Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija għal titjib fil-mekkaniżmu ta’ governanza għall-klima u għall-enerġija, inkluż rapportar u ppjanar issimplifikati wara l-2020 (koordinazzjoni mad-DĠ ENER).

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

L-infiq tad-DĠ Enerġija qed isir permezz tal-attività ABB 32.02 Enerġija Konvenzjonali u Rinnovabbli (jew ABB1: Enerġija Konvenzjonali u Rinnovabbli).

Fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-2016 u b’konformità mal-istruttura l-ġdida ta’ għanijiet speċifiċi wara l-Unjoni tal-Enerġija, ABB 1 tikkontribwixxi għas-sitt għanijiet speċifiċi kollha inklużi l-aspetti ta’ kompetittività tal-għan speċifiku Nru 5.

Għad-DĠ CLIMA jsir bl-Attività ABB 34 02 – “Azzjoni klimatika fil-livell internazzjonali u tal-Unjoni”.

Il-proposta tikkonċerna wkoll il-Qasam strateġiku 1.3 tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: “Implimentazzjoni ta’ politika ta’ informazzjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-enerġija”, kif ukoll il-Qasam strateġiku 3.2 “Żvilupp tas-sistemi tekniċi”.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li jenħtieġ li jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Jenħtieġ li l-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u tal-Klima u r-Rapporti ta’ Progress korrispondenti jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, filwaqt li jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni u t-trasparenza, jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u l-monitoraġġ tal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll itejbu l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji bejn fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima.

Is-simplifikazzjoni tal-obbligi eżistenti ta’ ppjanar u ta’ rapportar tal-Istati Membri u l-obbligi ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni kieku ttejjeb s-sitwazzjoni għall-partijiet ikkonċernati kollha b’konformità mal-prinċipji tal-effettività, tal-effiċjenza, tal-valur miżjud tal-UE, tar-rilevanza u tal-koerenza.

Barra minn hekk, din il-proposta se tispeċifika l-kontenut u l-frekwenza adegwata tal-Pjanijiet Nazzjonali, tar-Rapporti ta’ Progress u tal-monitoraġġ integrat mill-Kummissjoni, kif ukoll il-proċess relatat ta’ governanza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni inkluż il-koordinazzjoni reġjonali. Din għandha l-għan li ssir sinkronizzazzjoni maċ-ċikli ta’ rieżami ta’ ħames snin tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-proposta tiżgura li jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar il-progress kollettiv tal-Istati Membri u tal-UE lejn l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija għall-2030 u lil hinn, u tipprovdi qafas ta’ governanza li jkun adattat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija.

L-indikatur għall-implimentazzjoni tal-proposta huwa: L-għadd ta’ Stati Membri li jipprovdu pjanijiet integrati, rapporti biennali ta’ progress u rapporti annwali fil-ħin (kif speċifikat fir-Regolament).

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew fit-tul

L-Istati Membri jkollhom jibagħtu inqas pjanijiet u rapporti nazzjonali li jkunu meħtieġa minn strumenti legali settorjali differenti, iżda jenħtieġ li minflok jibagħtu pjanijiet u rapporti integrati lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi r-rapporti ta’ monitoraġġ neċessarji.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-ewwel nett, peress li diversi elementi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija huma marbuta mal-għanijiet stabbiliti fil-livell tal-UE, l-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa biex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-għanijiet kif ukoll li jkun hemm koerenza fil-politiki dwar l-enerġija u l-klima fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà għall-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-isfidi tal-enerġija li qed tiffaċċja l-Unjoni ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta’ azzjoni nazzjonali mhux ikkoordinata. L-istess jgħodd għat-tibdil fil-klima, li fin-natura tiegħu huwa transkonfinali u ma jistax jiġi solvut b’azzjoni lokali jew nazzjonali waħedha. Għalhekk, il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika hija meħtieġa kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak globali. Għaldaqstant, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata biex jitwettaq monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima fl-UE skont l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija kif ukoll tal-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija.

It-tieni nett, minħabba r-rilevanza transfruntiera ta’ kull dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex tiġi promossa iktar il-kooperazzjoni msaħħa fost l-Istati Membri. L-ebda dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija ma tista’ tiġi implimentata b’mod effettiv mingħajr proċess ta’ governanza tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jiżgura wkoll li jkun hemm approċċ iktar reġjonali għall-politika dwar l-enerġija u l-klima. Hija meħtieġa wkoll biex jinħoloq il-qafas li jippermetti li jiġi żgurat li l-UE tkun lesta tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċessi ta’ rieżami skont il-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jiġu żgurati sinkronizzazzjoni u sinerġiji massimi.

It-tielet nett, l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għall-għan tal-inizjattiva li jiġu ssimplifikati l-obbligi eżistenti ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ, peress li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fl-acquis dwar l-enerġija kif ukoll ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ jistgħu jiġu emendati biss permezz ta’ proposti leġiżlattivi sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni u tittejjeb il-koerenza tal-ippjanar u tar-rapportar kif ukoll biex tiġi żgurata l-paragunabbiltà tal-Pjanijiet Nazzjonali u tar-Rapporti ta’ Progress.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-biċċa l-kbira tal-obbligi attwali ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ informazzjoni utli dwar qasam speċifiku ta’ politika u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ għanijiet speċifiċi ta’ politika stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali. L-obbligi attwali ta’ rapportar tal-Kummissjoni jiżguraw li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riżultati miksuba bil-leġiżlazzjoni tal-UE u l-progress li sar mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fl-issodisfar tal-obbligi rispettivi tagħhom skont l-impenji internazzjonali tal-UNFCCC.

Madankollu, il-qafas eżistenti mhuwiex adattat għall-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 u għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, peress li ma jiżgurax il-koerenza politika tal-obbligi fil-qasam tal-enerġija u l-konsistenza bejn l-oqsma tal-enerġija u tal-klima. Barra minn hekk, uħud mill-pjanijiet u mir-rapporti attwali jitqiesu li għandhom kostijiet amministrattivi għoljin.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija konsistenti mar-rieżamijiet tad-Direttiva 2009/28/KE (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), tad-Direttiva 2010/31/UE (id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija), tad-Direttiva 2012/27/UE (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika) u mal-Inizjattiva tad-Disinn tas-Suq.

Hija konsistenti wkoll mad-Deċiżjoni 406/2009/KE (Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi – valida għall-perjodu 2013-20), mad-Deċiżjoni suċċessiva proposta għall-perjodu 2021-30, COM(2016) 482 final – 2016/0231 (COD) (Proposta għal Regolament dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima), kif ukoll il-Proposta tal-LULUCF, COM(2016) 479 final — 2016/0230 (COD) (Proposta għal Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima). Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jiġi stabbilit qafas legali speċifiku għas-setturi għal wara l-2020, filwaqt li l-proposta attwali għandha tistabbilixxi l-qafas ġenerali ta’ governanza biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

Hija konsistenti wkoll mad-Direttiva 2009/31/KE dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2018 sa durata illimitata,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ppjanat(i) ta’ ġestjoni 57  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

x Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

x lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku diment li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat iżjed minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament se tkun meħtieġa l-parteċipazzjoni tal-EEA.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza u l-kundizzjonijiet għall-ippjanar, għar-rapportar u għall-monitoraġġ mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Għall-kompiti ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni se jkun meħtieġ l-appoġġ tekniku estern minn kuntrattur. Barra minn hekk, huwa ppjanat li tiġi stabbilita għodda ġdida ta’ komunikazzjoni, inkluż pjattaforma tal-web u sit web pubbliku għall-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki u d-divulgazzjoni lill-pubbliku ġenerali.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

L-Istati Membri jista’ jkollhom dewmien fl-obbligi tagħhom ta’ ppjanar u ta’ rapportar. Għal din ir-raġuni wkoll, se tiġi stabbilita bażi tad-dejta tal-web.

Ir-riskji marbuta mal-funzjonament tal-pjattaforma tal-web jikkonċernaw b’mod prinċipali l-problemi relatati mal-IT, bħal ħsarat possibbli tas-sistema u kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità.

2.2.2.Informazzjoni dwar it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll intern

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta’ Applikazzjoni.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) affettwata(i) tal-infiq

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nfiq

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...…………]

Diff./Mhux diff. 58

minn pajjiżi tal-EFTA 59

minn pajjiżi kandidati 60

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[2]

[34 02 01: Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHGs (mitigazzjoni)

Diff.

LE

LE

LE

LE

[07 02 06 : l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent…]

Mhux Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nfiq

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq l-infiq

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

2

[Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali.

..……………………………………………………………….]

[Korp]: <EEA – l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent…….>

Sena
2017 61

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2018-2020

Titolu 1: Infiq fuq il-persunal

Impenji

(1)

0,035

0,140

0,210

0,385

Pagamenti

(2)

0,035

0,140

0,210

0,385

Titolu 2: Infiq operazzjonali u tal-infrastruttura

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3: Infiq operazzjonali

Impenji

(3a)

0,250

0,500

0,500

1,250

Pagamenti

(3b)

0,250

0,500

0,500

1,250

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal [korp] <EEA…….>

Impenji

=1+1a +3a

0,285

0,640

0,710

1,635

Pagamenti

=2+2a

+3b

0,285

0,640

0,710

1,635






3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 62

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 63

- Twaqqif ta’ pjattaforma ta’ rapportar

1

0,250

0,250

Assistenza għar-rapportar tal-QA/tal-QC tal-Istati Membri

1

0,500

1

0,500

1,000

- Output

Sottototal tal-għan speċifiku Nru 1

1

0,250

1

0,500

1

0,500

1,250

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Sottototal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

1

0,250

1

0,500

1

0,500

1,250

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EEA

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

x    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Impatt stmat fuq il-persunal (addizzjonali) – il-persunal estern

Aġenti kuntrattwali

2018

2019

2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Grupp ta’ funzjonijiet IV

0,5 CA

2 CA

3 CA

Durata illimitata

Grupp ta’ funzjonijiet III

Grupp ta’ funzjonijiet II

Grupp ta’ funzjonijiet I

Total

0,5 CA

2 CA

3 CA

Apparti d-disa’ aġenti temporanji (4 AD + 5 AST) li qed jaħdmu attwalment fl-EEA fuq kompiti relatati ma’ dan ir-Regolament, l-EEA teħtieġ tliet aġenti kuntrattwali addizzjonali biex tkopri:

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-enerġija rinnovabbli, li tinkludi l-valutazzjoni tal-informazzjoni dwar il-projezzjonijiet/it-trajettorji nazzjonali, il-politiki u l-miżuri u l-bijomassa,

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-effiċjenza enerġetika, li tinkludi l-valutazzjoni tal-informazzjoni dwar il-projezzjonijiet/it-trajettorji nazzjonali, il-politiki u l-miżuri u

Ir-rapportar integrat dwar il-klima u l-enerġija;

L-obbligi ġodda tat-twaqqif, tal-ġestjoni u taż-żamma tar-rapportar u l-infrastruttura tar-rapportar elettroniku, b’rabta mal-flussi tad-dejta li hija responsabbli għalihom.

Jenħtieġ li tiġi inkluża deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE fit-taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

x    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema pprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 64 .

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 65

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1) Adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) f’Diċembru 2015.
(2) Abbażi ta’ mira tal-klima ta’ tnaqqis domestiku ta’ minn tal-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbla mal-1990, mira vinkolanti fil-livell tal-UE ta’ minn tal-inqas 27 % tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE sal-2030, mira indikattiva fil-livell tal-UE ta’ minn tal-inqas 27 % għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-2030 u mira ta’ 15 % għall-interkonnessjonijiet. Il-Konklużjonijiet iddikjaraw ukoll li l-miri tal-effiċjenza enerġetika se jiġu rieżaminati sal-2020, bil-ħsieb li jkun hemm livell tal-UE ta’ 30 %.
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2014 bit-titolu “Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2030” (COM/2014/015 final).
(4) Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni).
(5) Opinjoni tal-RSB li takkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.
(6) Il-konsultazzjoni ffukat fuq: i) kif l-obbligi attwali ta’ ppjanar u ta’ rapportar fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima jistgħu jiġi ssimplifikati biex jgħinu iktar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija; ii) kif ikun l-aħjar li wieħed jipproċedi għall-iżvilupp tal-għodod integrati ta’ ppjanar, ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ u; iii) kif jiġi stabbilit proċess ta’ Governanza li jwassal biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
(7) Il-Belġju, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja.
(8) Jiġifieri, il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs), il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika (NEEAPs), u r-rekwiżiti għall-ippjanar dwar il-klima.
(9) COM/2016/0482 final - 2016/0231 (COD).
(10) COM/2016/0479 final - 2016/0230 (COD).
(11) ĠU C , , p. .
(12) ĠU C , , p. .
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(14) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 (EUCO 169/14).
(15) Il-Komunikazzjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tat-18 ta’ Novembru 2015, COM(2015)572 final.
(16) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2015 (14632/15).
(17) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2015 imsejħa “Lejn Unjoni tal-Enerġija Ewropea” (2015/2113(INI)).
(18) Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(20) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(21) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).
(24) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
(25) ĠU L […], […], p. […].
(26) ĠU L […], […], p. […].
(27) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164). 
(28)

   Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(29) Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3).
(30) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).
(31) Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(32) Ir-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31).
(33) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).
(34) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(35) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).
(36) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(37) Id-Direttiva tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(38) Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).
(39) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 tal-20 ta’ April 2015 li tistabbilixxi l-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti ta’ rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 26).
(40) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġit ibbażat fuq l-attività.
(41) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(42) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(43) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(44) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(45) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(46) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nfiq b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta u ta’ riċerka diretta.
(47) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nfiq b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta u ta’ riċerka diretta.
(48) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, l-għadd ta’ km ta’ toroq li nbnew, eċċ.).
(49) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”
(50) Tali assistenza tista’ tkopri l-valutazzjoni tar-rapporti, l-intervisti mal-partijiet ikkonċernati, l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma u ta’ konferenzi, eċċ.
(51) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nfiq b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta u ta’ riċerka diretta.
(52) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(53) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu linji “BA”).
(54) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
(55) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġit ibbażat fuq l-attività.
(56) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(57) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(58) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(59) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(60) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(61) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(62) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, l-għadd ta’ km ta’ toroq li nbnew, eċċ.).
(63) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”
(64) Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(65) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 30.11.2016

COM(2016) 759 final

ANNESSI

ta' [...]

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL


dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija,

li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE,
id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013

{SWD(2016) 394 final}
{SWD(2016) 395 final}
{SWD(2016) 396 final}
{SWD(2016) 397 final}


ANNESS I

QAFAS ĠENERALI GĦAL PJANIJIET NAZZJONALI INTEGRATI GĦALL-ENERĠIJA U L-KLIMA

Parti 1

Qafas ġenerali

TAQSIMA A: PJAN NAZZJONALI

1.ĠABRA FIL-QOSOR U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN

1.1.Sommarju Eżekuttiv

I.Kuntest politiku, ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-pjan

II.Strateġija predominanti li tkopri l-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

III.Tabella fil-qosor bl-għanijiet ewlenin, il-politiki u l-miżuri tal-pjan

1.2.Ġabra fil-qosor tas-sitwazzjoni politika attwali

I.Sistema tal-enerġija nazzjonali u tal-UE u l-kuntest politiku tal-pjan nazzjonali

II.Politiki attwali dwar l-enerġija u l-klima u miżuri fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

III.Kwistjonijiet ewlenin u rilevanza transkonfinali

IV.Struttura amministrattiva fl-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-enerġija u l-klima

1.3.Konsultazzjonijiet u involviment ta' entitajiet nazzjonali u tal-UE u r-riżultati tagħhom

I.Involviment tal-Parlament

II.Involviment ta' awtoritajiet lokali u reġjonali

III.Konsultazzjonijiet ma' partijiet ikkonċernati, li jinkludu sħab soċjali, u l-involviment tas-soċjetà ċivili

IV.Konsultazzjonijiet ma' Stati Membri oħra

V.Proċess iterattiv mal-Kummissjoni Ewropea

1.4.Kooperazzjoni reġjonali fit-tħejjija tal-pjan

I.Elementi suġġetti għall-ippjannar konġunt jew koordinat ma' Stati Membri oħra.

II.Spjegazzjoni kif tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni reġjonali fil-pjan.

2.GĦANIJIET U MIRI NAZZJONALI

2.1.Dimensjoni Dekarbonizzazzjoni

2.1.1.Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra ( għall-pjan li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030, il-mira tal-Qafas għall-2030 ta' mill-anqas 40 % ta' tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomiji kollha meta mqabbla mal-1990)  1

I.Il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2030 tal-Istat Membru dwar l-emissjonijiet tal-gass serra fis-setturi li mhumiex fl-ETS, il-limiti nazzjonali vinkolanti annwali 2 u l-impenji skont ir-Regolament LULUCF 3  

II.Jekk applikabbli, għanijiet u miri nazzjonali oħra konsistenti ma' strateġiji eżistenti ta' emissjonijiet baxxi għal terminu ta' żmien twil. Jekk applikabbli, għanijiet u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u għanijiet ta' adattament

2.1.2.Enerġija rinnovabbli (Mira tal-Qafas għall-2030)

I.Is-sehem tal-enerġija ppjanata tal-Istat Membru minn sorsi rinnovabbli tal-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 bħala l-kontribuzzjoni nazzjonali tiegħu biex tinkiseb il-mira vinkolanti fil-livell tal-UE ta' mill-anqas 27 % fl-2030.

II.Trajettorja lineari għas-sehem globali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija mill-2021 sal-2030 biex tinkiseb il-mira vinkolanti fil-livell tal-UE.

III.Trajettorja għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport.

IV.Trajettorji b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jipprojetta li juża biex jikseb it-trajjetorji globali u settorjali għal enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 li jinkludu l-konsum finali gross tal-enerġija mistenni skont it-teknoloġija u s-settur f'Mtoe u l-kapaċità installata ppjanata totali (diviża bil-kapaċità ġdida u forniment mill-ġdid tal-enerġija) għal kull teknoloġija u settur f'MW.

V.Trajettorji għad-domanda tal-bijoenerġija, diżaggregata bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u fuq provvista ta' bijomassa skont il-materja prima, il-produzzjoni domestika vs l-importazzjonijiet. Għall-bijomassa tal-foresti, valutazzjoni tas-sors tagħha u l-impatt fuq il-bir LULUCF

VI.Jekk applikabbli, trajettorji u għanijiet nazzjonali oħra, li jinkludu dawk ta' terminu ta' żmien twil jew settorjali (eż. sehem ta' bijofjuwils avvanzati, sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet, il-komunitajiet tal-enerġija u l-awtokonsumaturi)

2.2.Dimensjoni Effiċjenza Enerġetika (Mira tal-Qafas għall-2030)

I.Il-kontribuzzjoni tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali indikattiva biex tinkiseb il-mira tal-effiċjenza enerġetika vinkolanti tal-Unjoni ta' 30 % fl-2030 imsemmija fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)761], abbażi ta' konsum tal-enerġija primarja jew finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew l-intensità tal-enerġija; espressi f'termini ta' livell assolut ta' konsum tal-enerġija primarja u konsum tal-enerġija finali fl-2020 u fl-2030, bi trajettorja lineari għal dik il-kontribuzzjoni mill-2021 'il quddiem; inkluż il-metodoloġija sottostanti u l-fatturi ta' konverżjoni użati

II.Ammont kumulattiv ta' iffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb matul il-perjodu 2021-2030 skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)761], dwar l-obbligi ta' iffrankar tal-enerġija

III.Għanijiet għal rinnovazzjoni fuq terminu ta' żmien twil tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u kummerċjali (kemm pubbliku kif ukoll privat)

IV.L-erja tal-pavimentar totali li jrid jiġi rinnovat jew l-iffrankar ekwivalenti annwali tal-enerġija li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE, fuq ir-rinnovazzjoni ta' bini ċentrali tal-gvern

V.Jekk applikabbli, għanijiet nazzjonali oħra, li jinkludu miri jew strateġiji għal perjodu ta' żmien twil u miri settorjali. Għanijiet nazzjonali f'oqsma bħall-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport u fir-rigward tat-tisħin u t-tkessiħ

2.3.Dimensjoni Sigurtà tal-Enerġija

I.Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' żieda fid-diversifikazzjoni ta' sorsi tal-enerġija u forniment minn pajjiżi terzi, ħażna u rispons għad-domanda

II.Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' tnaqqis fid-dipendenza ta' importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi

III.Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' rieda biex jintlaħaq il-forniment kostrett jew interrot ta' sors tal-enerġija (li jinkludi gass u elettriku) u, meta jixraq, il-medda ta' żmien ta' meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu 4

IV.Għanijiet nazzjonali fir-rigward l-iskjerament ta' sorsi tal-enerġija domestika (notevolment enerġija rinnovabbli)

2.4.Dimensjoni Suq Intern tal-Enerġija

2.4.1.Interkonnettività tal-elettriku (Mira tal-Qafas għall-2030)

I.Il-livell ta' interkonnettività elettrika li l-Istat Membru qed jimmira għalih fl-2030 fir-rigward tal-għan tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014.

2.4.2.Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija

I.Għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tal-elettriku u l-gass li huma meħtieġa għall-kisba tal-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet elenkati fi 2.

II.Jekk applikabbli, proġetti ta' infrastruttura ewlenin previsti għajr il-Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) 5

2.4.3.Integrazzjoni tas-Suq

I.Għanijiet nazzjonali marbuta ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħall-integrazzjoni tas-suq u l-akkoppjament, jekk applikabbli, li jinkludi medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu.

II.Għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, jekk applikabbli, kif ukoll għall-flessibilità tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li jinkludi medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu.

III.Għanijiet nazzjonali sabiex jiġu protetti l-konsumaturi tal-enerġija u titjib il-kompetittività tas-settur tal-enerġija bl-imnut.

2.4.4.Faqar enerġetiku

I.Għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-faqar enerġetiku li jinkludi medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu.

2.5.Dimensjoni Riċerka, innovazzjoni u kompetittività

I.Għanijiet nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija li jinkludu, jekk jixraq, medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Pjan SET

II.Jekk jixraq, għanijiet nazzjonali li jinkludu miri fuq terminu ta' żmien twil (2050) għal skjerament ta' teknoloġiji ta' karbonju baxx, li jinkludi s-setturi industrijali li jiddekarbonizzaw l-enerġija u dawk intensivi fil-karbonju u, jekk applikabbli, għal infrastruttura marbuta ma' trasport u ħażna ta' karbonju.

III.Għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-kompetittività

3.POLITIKI U MIŻURI

3.1.Dimensjoni Dekarbonizzazzjoni

3.1.1.Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra (għall-pjan li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030, Mira tal-Qafas għall-2030).

I.Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament [ ] [ESR] kif jissemma fi 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament [ ] [LULUCF], li jkopri l-oqsma kollha ewlenin ta' emissjonijiet u setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-viżjoni u għan fuq perjodu ta' żmien twil sabiex issir ekonomija ta' karbonju baxx b'perspettiva ta' 50 sena u li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet u t-tneħħija b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi.

II.Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam

III.Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ta' regoli ta' għajnuna mill-Istat, miżuri ta' finanzjament, li jinkludu appoġġ tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk applikabbli.

3.1.2.Enerġija rinnovabbli (Mira tal-Qafas għall-2030)

I.Politiki u miżuri sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-2030 fil-livell ta' UE għall-enerġija rinnovabbli u t-trajettorji kif ippreżentati fi 2.1.2 li jinkludu miżuri settorjali u speċifiċi għat-teknoloġija 6

II.Miżuri speċifiċi għal kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll l-istima ta' produzzjoni tal-enerġija eċċessiva minn sorsi rinnovabbli li tista' tkun trasferita lil Stati Membri oħra sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni nazzjonali u t-trajettorji ppreżentati fi 2.1.2

III.Miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, li jinkludi l-appoġġ tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, għall-promozzjoni tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport.

IV.Miżuri speċifiċi biex jiġu introdotti one-stop-shop, proċeduri amministrattivi simplifikati, jingħataw informazzjoni u taħriġ, u tagħti setgħa lill-awtokonsumaturi u l-komunitajiet tal-enerġija dwar l-enerġija rinnovabbli.

V.Valutazzjoni tal-ħtieġa li jinbnew infrastrutturi ġodda għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

VI.Miżuri speċifiċi dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa, b’mod speċjali għall-mobilizzazzjoni tal-bijomassa ġdida b'konsiderazzjoni ta':

- id-disponibbiltà tal-bijomassa: kemm il-potenzjal domestiku kif ukoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

- użi oħra tal-bijomassa minn setturi oħra (is-setturi tal-agrikultura u dawk ibbażati fuq il-foresta); kif ukoll miżuri għas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa.

3.1.3.Elementi oħra tad-dimensjoni

I.Politiki u miżuri nazzjonali li jaffettwaw is-settur ETS u valutazzjoni tal-kumplimentarjetà u l-impatti fuq l-ETS tal-UE, jekk applikabbli

II.Strateġiji, pjanijiet u miżuri dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima

III.Politiki u miżuri biex jintlaħqu miri nazzjonali oħra, jekk applikabbli

IV.Politiki u miżuri biex tintlaħaq mobilità ta' emissjoni baxxa (li tinkludi l-elettrifikazzjoni tat-trasport)

3.2.Dimensjoni Effiċjenza Enerġetika (Mira tal-Qafas għall-2030)

Politiki, miżuri u programmi ppjanati sabiex tinkiseb il-mira indikattiva għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fi 2.2, li jinkludu miżuri u strumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) li jippromwovu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:

I.Skemi obbligatorji ta' effiċjenza enerġetika u miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendat bil-proposta COM(2016)761] (li għandhom jiġu ppreparati b'konformità mal-Anness II)

II.Strateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u kummerċjali (kemm pubbliku kif ukoll privat)  7 li jinkludu politiki u miżuri biex jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi ta' nfiq effettiv u fi stadji profondi.

III.Deskrizzjoni tal-politika u miżuri li jippromwovu s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u miżuri li jneħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jimpedixxu t-teħid tal-ikkuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli ta' servizz tal-effiċjenza enerġetika. 8

IV.Politiki, miżuri u programmi oħra ppjanati biex jilħqu l-mira indikattiva tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fi 2.2 (pereżempju miżuri biex jippromwovu r-rwol eżemplari tal-bini pubbliku u l-akkwist pubbliku effiċjenti tal-enerġija, miżuri li jippromwovu verifiki tal-enerġija u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija 9 , informazzjoni għall-konsumatur u miżuri ta' taħriġ 10 , u miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika 11 )

V.Deskrizzjoni ta' miżuri għall-iżvilupp ta' miżuri li jutilizzaw il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku 12

VI.Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam, jekk applikabbli

VII.Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu sostenn tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, fil-qasam fil-livell nazzjonali

3.3.Dimensjoni Sigurtà tal-enerġija 13  

I.Politiki u miżuri sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fi 2.3 14

II.Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam

III.Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu l-appoġġ tal-UE u l-użu tal-fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk applikabbli

3.4.Dimensjoni Suq Intern tal-enerġija 15

3.4.1.Infrastruttura tal-elettriku

I.Politiki u miżuri sabiex jinkiseb il-livell fil-mira tal-interkonnettività ppreżentat fi 2.4.1

II.Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam 16

III.Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu l-appoġġ tal-UE u l-użu tal-fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk applikabbli

3.4.2.Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija

I.Politiki u miżuri sabiex jintlaħqu l-għanijiet infrastrutturali ewlenin ippreżentati fi 2.4.2, li jinkludu, jekk applikabbli, miżuri speċifiċi li jippermettu t-twassil ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) u proġetti infrastrutturali ewlenin oħra

II.Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam 17

III.Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu l-appoġġ tal-UE u l-użu tal-fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk applikabbli

3.4.3.Integrazzjoni tas-Suq

I.Politiki u miżuri sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fi 2.4.3

II.Miżuri li jżidu l-flessibilità tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li jinkludi t-tnedija tal-akkoppjament tas-suq matul il-jum u l-ibbilanċjar tas-swieq transkonfinali.

III.Miżuri li jiżguraw aċċess ta' prijorità u d-dispaċċ tal-elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u li jevitaw it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' dan l-elettriku 18

IV.Politiki u miżuri li jipproteġu l-konsumaturi, speċjalment konsumaturi vulnerabbli u fqar mil-lat tal-enerġija, u sabiex itejbu l-kompetittività u l-kontestabbiltà tas-suq bl-imnut tal-enerġija.

V.Deskrizzjoni ta' miżuri li jippermettu u jiżviluppaw ir-rispons għad-domanda li jinkludu dawk li jindirizzaw tariffi li jsostnu prezzijiet dinamiċi 19

3.4.4.Faqar enerġetiku

I.Politiki u miżuri sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fi 2.4.4

3.5.Dimensjoni Riċerka, innovazzjoni u kompetittività

I.Politiki u miżuri li jinkludu dawk biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fi 2.5

II.Kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra fit-dan il-qasam, li tinkludi informazzjoni dwar kif l-għanijiet u l-politiki tal-Pjan SET qed jiġu tradotti fil-kuntest nazzjonali.

III.Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu l-appoġġ tal-UE u l-użu tal-fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk applikabbli



TAQSIMA B: BAŻI ANALITIKA 20

4.SITWAZZJONI ATTWALI U PROJEZZJONIJIET B'POLITIKI U MIŻURI EŻISTENTI 21 22

4.1.Evoluzzjoni projettata ta' fatturi eżoġeni ewlenin li jinfluwenzaw sistema tal-enerġija u żviluppi ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra

I.Previżjonijiet makroekonomiċi (PDG u tkabbir tal-popolazzjoni)

II.Bidliet settorjali li mistennija jagħmlu impatt fuq is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

III.Xejriet tal-enerġija globali, prezzijiet internazzjonali tal-fjuwils fossili, prezz tal-karbonju ETS

IV.Żviluppi fl-ispejjeż tat-teknoloġija

4.2.Dimensjoni Dekarbonizzazzjoni

4.2.1.Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra

I.Xejriet fl-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra attwali fl-ETS, ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u l-oqsma LULUCF u oqsma differenti tal-enerġija.

II.Projezzjonijiet ta' żviluppi settorjali b'politiki u miżuri nazzjonali u tal-UE eżistenti tal-anqas sal-2040 (li jinkludu għas-sena 2030)

4.2.2.Enerġija rinnovabbli

I.Sehem attwali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija u f'oqsma differenti (tisħin u tkessiħ, elettriku u trasport) kif ukoll skont it-teknoloġija fit-kull wieħed minn dawn is-setturi

II.Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)

4.3.Dimensjoni Effiċjenza enerġetika

I.Konsum tal-enerġija primarju u finali attwali fl-ekonomija u skont is-settur (li jinkludu industrija, residenzjali, servizz u trasport)

II.Potenzjal attwali għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti 23

III.Projezzjonijiet li jikkunsidraw politiki, miżuri u programmi ta' effiċjenza enerġetika eżistenti kif deskritt skont 1.2. ii) għal konsum tal-enerġija primarja u finali għal kull settur tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030) 24

IV.Livelli kostottimali tar-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-enerġija minima li tirriżulta minn kalkolazzjonijiet nazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/31/UE

4.4.Dimensjoni Sigurtà tal-Enerġija

I.Taħlita tal-enerġija attwali, riżorsi tal-enerġija domestika, dipendenza fuq l-importazzjoni, li jinkludu riskji rilevanti

II.Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)

4.5.Dimensjoni Suq Intern tal-Enerġija

4.5.1.Interkonnettività tal-elettriku

I.Livell ta' interkonnessjoni attwali u l-interkonnetturi ewlenin 25  

II.Projezzjonijiet tar-rekwiżiti ta' espansjoni tal-interkonnetur tal-anqas sal-2040 (li jinkludi għas-sena 2030) 26

4.5.2.Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija

I.Karatteristiċi ewlenin tal-infrastruttura ta' trażmissjoni eżistenti għall-elettriku u l-gass 27  

II.Projezzjonijiet għal rekwiżiti ta' espansjoni ta' netwerk tal-anqas sal-2040 (li jinkludi għas-sena 2030) 28  

4.5.3.Swieq tal-elettriku u l-gass, prezzijiet tal-enerġija

I.Sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-elettriku u l-gass, li tinkludi l-prezzijiet tal-enerġija

II.Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)

4.6.Dimensjoni Riċerka, innovazzjoni u kompetittività

I.Sitwazzjoni attwali fis-settur tat-teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju u l-pożizzjoni ta' dan fis-suq globali

II.Livell attwali ta' riċerka pubblika u privata u nfieq fl-innovazzjoni fuq teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju, għadd attwali ta' privattivi, u għadd attwali ta' riċerkaturi

III.Livell attwali ta' spejjeż tal-enerġija inkluż fil-kuntest internazzjonali

IV.Projezzjonijiet ta' żviluppi f'i. sa iii. b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (li jinkludu għas-sena 2030)

5.VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TA' POLITIKI U MIŻURI PPJANATI 29

5.1.Impatti ta' politiki u miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 dwar is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-assorbiment tagħhom li jinkludu tqabbil ta' projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti (kif deskritti fit-taqsima 4).

I.Projezzjonijiet tal-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u l-assorbiment tal-gassijiet serra kif ukoll tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja b'konformità mad-Direttiva [kif proposta minn COM/2013/0920] 30 skont il-politiki u l-miżuri ppjanati sal-anqas għaxar snin wara l-perjodu kopert mill-pjan (li jinkludi l-aħħar sena tal-perjodu kopert mill-pjan), li jinkludi l-politiki u l-miżuri rilevanti tal-UE.

II.Valutazzjoni ta' interazzjonijiet tal-politika (bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati fi ħdan dimensjoni politika u bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati ta' dimensjonijiet differenti) tal-anqas sal-aħħar sena tal-perjodu kopert mill-pjan

5.2.Impatti makroekonomiċi, ambjentali, tal-ħiliet u soċjali (f'termini ta' spejjeż u benefiċċji kif ukoll tal-kost-effettività) tal-politiki u miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 tal-anqas sal-aħħar sena tal-perjodu kopert mill-pjan, li jinkludi tqabbil ta' projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti. 

5.3.Impatti ta' politiki u miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 fuq Stati Membri oħra u kooperazzjoni reġjonali tal-anqas sal-aħħar sena tal-perjodu kopert mill-pjan, li jinkludi tqabbil ta' projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti

I.Impatti fuq is-sistema tal-enerġija fil-viċinat u fi Stati Membri oħra fir-reġjun sa fejn huwa possibbli

II.Impatti fuq il-prezzijiet tal-enerġija, l-utilitajiet u l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija

III.Impatti fuq il-kooperazzjoni reġjonali

Parti 2

Lista ta' parametri u varjabbli li jridu jiġu rapportati fit-Taqsima B tal-Pjanijiet Nazzjonali 31   32   33   34

Il-parametri, varjabbli, bilanċi u indikaturi tal-enerġija li ġejjin għandhom jiġu rapportati fit-Taqsima B "Bażi Analitika" tal-Pjanijiet Nazzjonali:

1.Parametri ġenerali u varjabbli

(1)Popolazzjoni [f'miljuni]

(2)PDG [f'miljuni ta' euro]

(3)Valur gross settorjali miżjud [li jinkludi l-oqsma industrijali, ta' kostruzzjoni, tas-servizzi u agrikoli ewlenin) [f'miljuni ta' euro]

(4)Għadd ta' djar [f'eluf]

(5)Daqs tad-djar [residenti/dar]

(6)Introjtu disponibbli tad-djar [f'euro]

(7)Għadd ta' passiġġieri-kilometri: il-modi kollha, jiġifieri maqsumin bejn triq (karozzi u xarabanks separati jekk possibbli), ferrovija, avjazzjoni u navigazzjoni domestika (meta rilevanti) [miljun għal kull km]

(8)Tunnellati-kilometri ta' trasport tal-merkanzija: il-modi kollha bl-esklużjoni ta' tbaħħir internazzjonali, jiġifieri maqsumin bejn triq, ferrovija, avjazzjoni, navigazzjoni domestika (passaġġi fuq l-ilma intern u tbaħħir nazzjonali) [f'miljuni ta' tkm]

(9)Prezzijiet tal-importazzjoni taż-żejt, tal-gass u fjuwil tal-faħam [euro/GJ jew euro/toe] - allinjati mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni

(10)Prezz tal-karbonju ETS-UE [euro/EUA] -allinjati mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni

(11)Suppożizzjonijiet fuq ir-rati tal-kambju għal euro u d-Dollaru Amerikan (jekk applikabbli) [euro/munita u USD/munita]

(12)Għadd ta' Jiem ta' Gradi ta' Tisħin (HDD - Heating Degree Days)

(13)Għadd ta' Jiem ta' Gradi ta' Tkessiħ (CDD - Cooling Degree Days)

(14)Suppożizzjonijiet dwar spejjeż ta' teknoloġija użati fl-immudellar għal teknoloġiji rilevanti ewlenin

2.Bilanċi u indikaturi tal-enerġija

2.1.Provvista tal-enerġija

(1)Produzzjoni indiġena skont it-tip ta' fjuwil (kull prodott tal-enerġija: faħam, żejt mhux raffinat, gass naturali, enerġija nukleari, sorsi tal-enerġija rinnovabbli )[ktoe]

(2)Importazzjonijiet nett skont it-tip ta' fjuwil (li jinkludi elettriku u maqsumin f'importazzjonijiet intra u extra Ewropej nett) [ktoe]

(3)Dipendenza fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi [%]

(4)Sorsi ewlenin tal-importazzjoni (pajjiżi) għal trasportaturi ewlenin tal-enerġija (li jinkludu gass u elettriku)

(5)Konsum Intern Gross skont is-sors tat-tip ta' fjuwil (li jinkludi solidi, il-prodotti tal-enerġija kollha: faħam, żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi, gass naturali, enerġija nukleari, elettriku, sħana derivata, enerġiji rinnovabbli, skart) [ktoe]

2.2.Elettriku u tisħin

(1)Ġenerazzjoni elettrika grossa [GWhe]

(2)Ġenerazzjoni elettrika grossa skont il-fjuwil (il-prodotti kollha tal-enerġija) [GWhe]

(3)Sehem ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tat-tisħin ikkombinati fit-total tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tat-tisħin [perċentwali]

(4)Kapaċità tal-elettriku ġġenerata skont is-sors li jinkludi l-irtirar u l-investimenti ġodda (MW)

(5)Ġenerazzjoni tat-tisħin mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali

(6)Ġenerazzjoni tat-tisħin minn impjanti tat-tisħin u tal-enerġija kkombinati, inkluż tisħin industrijali mormi

(7)Kapaċitajiet ta' interkonnessjoni transkonfinali għall-gass u l-elettriku [Definizzjoni għall-elettriku skont ir-riżultat tad-diskussjonijiet kontinwi abbażi tal-mira ta' interkonnessjoni ta' 15 %] u r-rati tal-użu projettat tagħhom.

2.3.Settur tat-trasformazzjoni

(1)Inputs ta' fjuwil għal ġenerazzjoni tal-enerġija termali (li jinkludu solidi, żejt, gass) [ktoe]

(2)Inputs ta' fjuwil għal proċessi ta' konverżjoni oħra [ktoe]

2.4.Konsum tal-enerġija

(1)Konsum primarju u finali tal-enerġija [ktoe]

(2)Konsum finali tal-enerġija skont is-settur (li jinkludi industrija, trasport (maqsum bejn passiġġieri u merkanzija, meta disponibbli) djar, servizzi, agrikoltura) [ktoe]

(3)Konsum finali tal-enerġija skont il-fjuwil (il-prodotti kollha tal-enerġija) [ktoe]

(4)Konsum finali mhux tal-enerġija [ktoe]

(5)Intensità tal-enerġija primarja tal-ekonomija globali (konsum primarju tal-enerġija għal PDG [toe/euro]

(6)Intensità tal-enerġija finali skont is-settur (li jinkludi industrija, residenzjali, terzjarja, trasport ta' passiġġieri (inkluż dak maqsum bejn passiġġieri u merkanzija, meta disponibbli), trasport ta' merkanzija)

2.5.Prezzijiet

(1)Prezzijiet tal-elettriku skont it-tip ta' użu tas-settur (residenzjali, industrija, terzjarju)

(2)Prezzijiet nazzjonali tal-fjuwil bl-imnut (li jinkludi taxxi, skont is-sors u s-settur) (euro/ktoe)

2.6.Investimenti

Spejjeż ta' investimenti relatati mal-enerġija meta mqabbla mal-PDG (u mqabbla mal-valur gross miżjud għas-settur tal-industrija)

2.7.Enerġiji rinnovabbli

(1)Konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross tal-enerġija finali u skont is-settur (elettriku, tisħin u tkessiħ, trasport) u skont it-teknoloġija

(2)Elettriku u ġenerazzjoni tat-tisħin minn enerġija rinnovabbli fil-bini (kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2010/31/UE); dan għandu jinkludi dejta diżaggregata fuq l-enerġija prodotta, ikkonsmata u injettata fil-grid minn sistemi solari fotovoltajċi, sistemi termali solari, bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi kif ukoll sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati)

(3)Jekk applikabbli, trajettorji nazzjonali oħra, li jinkludi dawk fuq perjodu ta' żmien twil jew settorjali (is-sehem ta' bijofjuwils minn kultivazzjonijiet alimentari u dawk avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, kif ukoll bħala l-enerġija rinnovabbli prodotta fil-bliet u l-komunitajiet tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 22 ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767])

3.Indikaturi relatati ta' emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra

(1)L-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont is-settur tal-politika (ETS, ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u LULUCF)

(2)Emissjonijiet tal-gassijiet serra skont is-settur IPCC u skont il-gass (meta rilevanti maqsumin bejn ETS u ESD) [tCO2eq]

(3)Intensità tal-karbonju tal-ekonomija globali [tCO2eq/PDG]

(4)Indikaturi relatati mad-CO2

(a)Intensità tal-karbonju għal produzzjoni tal-elettriku u l-fwar [tCO2eq/MWh]

(b)Intensità tal-karbonju tad-domanda finali tal-enerġija skont is-settur (inkluż l-industrija, residenzjali, terzjarju, trasport ta' passiġġieri, trasport ta' merkanzija) [tCO2eq/toe]

(5)Parametri marbuta ma' emissjoni mhux ta' CO2

(a)Bhejjem: Baqar tal-ħalib (1000 bhima), Baqar mhux tal-ħalib (1000 bhima), Nagħaġ (1000 nagħġa), Ħnieżer (1000 ħanżir), Tjur (1000 tajra)

(b)Input ta' nitroġenu mill-applikazzjoni ta' fertilizzanti sintetiċi (kt nitroġenu)

(c)Input ta' nitroġenu mill-applikazzjoni tad-demel (kt nitroġenu)

(d)Nitroġenu ffissat minn għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu (kt nitroġenu)

(e)Nitroġenu f'residwi tal-għelejjel ritornati lura fil-ħamrija (kt nitroġenu)

(f)Żona ta' ħamrija organika kkultivata (f'ettari)

(g)Ġenerazzjoni tal-iskart solidu muniċipali (MSW)

(h)Skart solidu muniċipali (MSW) li jintrema fil-miżbliet

(i)Sehem ta' rkupru ta' CH4 fil-ġenerazzjoni totali ta' CH4 mill-miżbliet (%)



ANNESS II

NOTIFIKA TAL-MIŻURI U L-METODOLOĠIJI TAL-ISTATI MEMBRI BIEX JIMPLIMENTAW L-ARTIKOLU 7 TAD-DIRETTIVA 2012/27/UE [KIF EMENDATA BIL-PROPOSTA COM(2016)761]

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodoloġija dettaljata proposta tagħhom b'konformità mal-Anness V(4) tad-Direttiva 2012/27/UE għall-operat tal-iskemi ta' obbligu ta' effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u fl-Artikolu 20(6) tal-istess Direttiva.

1.Il-kalkolu tal-livell tar-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija għandu jinkiseb fuq il-perjodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030, sabiex jintwera kif l-elementi li ġejjin jittieħdu inkonsiderazzjoni:

(a)bejgħ annwali tal-enerġija, skont il-volum għall-klijenti finali tad-distributuri kollha tal-enerġija jew il-kumpaniji tal-enerġija kollha li jbiegħu bl-imnut fuq medja ta' tliet snin (2016, 2017, 2018) qabel l-1 ta' Jannar 2019 [f'ktoe];

(b)volum ta' bejgħ tal-enerġija użat fit-trasport eskluż mill-kalkolu [f'ktoe];

(c)kwantità tal-enerġija ġġenerata għall-użu proprju eskluża mill-kalkolu [f'ktoe];

(d)sorsi użati fil-kalkolu tad-dejta tal-bejgħ tal-enerġija li jinkludu ġustifikazzjoni għall-użu ta' sorsi tal-istatistika alternattivi u kull differenza fil-kwantitajiet li jirriżultaw (jekk jintużaw sorsi oħra li mhumiex ta' Eurostat);

(e)ammont kumulattiv ta' iffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb matul il-perjodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 (qabel l-eżenzjonijiet skont il-paragrafu 2) [f'ktoe];

(f)applikazzjoni tal-eżenzjonijiet (b), (c), (d) u (e) imsemmija fl-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2012/27/UE:

(i) volum ta' bejgħ tal-enerġija użata fl-attivitajiet industrijali [f'ktoe] elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE esklużi mill-kalkolu f'konformità mal-punt (b).

(ii) ammont tal-enerġija ffrankata [f'ktoe] miksub fis-setturi ta' trasformazzjoni, distribuzzjoni u trażmissjoni tal-enerġija b'konformità mal-punt (c),

(iii) ammont tal-enerġija ffrankata [f'ktoe] li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li ġew implimentati ġodda sa mill-31 ta' Diċembru 2008 li jibqgħu jkollhom impatt fl-2020 u lil hinn u b'konformità mal-punt (d);

(iv) ammont tal-enerġija ġġenerata fuq bini jew fih għall-użu proprju bħala riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwovu installazzjoni ġdida ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli b'konformità mal-punt (e) [f'ktoe];

(g)total kumulattiv tal-ammont ta' enerġija ffrankata (wara l-eżenzjonijiet skont il-paragrafu 2 applikat) [f'ktoe].

2.Miżuri ta' politika b'konsiderazzjoni tal-kisba tar-rekwiżit tal-iffrankar imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/27/UE:

2.1.Skemi ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2012/27/UE:

(a)deskrizzjoni tal-iskema ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika

(b)l-iffrankar mistenni tal-ammont annwali u kumulattiv u d-durata tal-perjodu/i ta' obbligu;

(c)il-partijiet obbligati u r-responsabbiltajiet tagħhom;

(d)setturi fil-mira;

(e)azzjonijiet eliġibbli previsti skont din il-miżura;

(f)informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 7(7) tad-Direttiva 2012/27/UE:

(i) azzjonijiet speċifiċi, sehem ta' ffrankar li jrid jinkiseb fid-djar affettwati b'faqar enerġetiku u fl-akkomodazzjoni soċjali b'konformità mal-punt (a);

(ii) iffrankar miksub mill-fornituri tas-servizz tal-enerġija jew partijiet terzi oħra b'konformità mal-punt (b);

(iii) operazzjonijiet bankarji u self b'konformità mal-punt (c);

(g)Informazzjoni dwar negozjar tal-iffrankar tal-enerġija (jekk rilevanti).

2.2.Miżuri alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b u Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr it-tassazzjoni):

(a)tip ta' miżura politika;

(b)deskrizzjoni fil-qosor tal-miżura politika li tinkludi l-karatteristiċi tad-disinn għal kull miżura ta' politika notifikata;

(c)l-ammont kumulattiv u annwali totali mistenni ta' ffrankar għal kull miżura u/jew l-ammont tal-enerġija ffrankata fir-rigward ta' kwalunkwe perjodu intermedjarju;

(d)il-partijiet tal-implimentazzjoni, tal-parteċipazzjoni, fdati u r-responsabiltajiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-miżura/i ta' politika/ċi;

(e)setturi fil-mira;

(f)azzjonijiet eliġibbli previsti skont din il-miżura;

(g)miżuri ta' politika speċifika jew azzjonijiet individwali li għandhom fil-mira il-faqar enerġetiku.

2.3.Informazzjoni dwar miżuri ta' tassazzjoni:

(a)deskrizzjoni fil-qosor tal-miżura ta' tassazzjoni;

(b)durata tal-miżura ta' tassazzjoni;

(c)ammont annwali u kumulattiv mistenni li jiġi ffrankat għal kull miżura;

(d)setturi fil-mira;

(e)addizzjonalità tal-iffrankar tal-enerġija billi jiġi deskritt l-approċċ tal-kalkolu tal-iffrankar, li jinkludi l-elastiċitajiet tal-prezz użati b'konformità mal-Anness V(4).

3.Metodoloġija tal-kalkolu għal miżuri notifikati skont l-Artikoli 7a, 7b u 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr għall-miżuri ta' tassazzjoni):

(a)metodi ta' kejl użati msemmija fl-Anness V(1) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(b)metodu li jesprimi l-iffrankar tal-enerġija (iffrankar tal-enerġija primarju jew finali):

(c)ħajjet l-azzjonijiet individwali u l-approċċ użat sabiex titqis ħajjet l-iffrankar;

(d)deskrizzjoni fil-qosor tal-metodoloġija tal-kalkolu li tinkludi kif jiġu żgurati l-addizzjonalità u l-materjalità tal-iffrankar;

(e)informazzjoni dwar kif il-possibbiltà ta' trikkib bejn il-miżuri u l-azzjonijiet individwali jiġu indirizzati biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-iffrankar tal-enerġija:

(f)varjazzjonijiet klimatiċi u l-approċċ użat (jekk rilevanti).

4.Monitoraġġ u verifika

(a)deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' monitoraġġ u verifika u l-proċess tal-verifika;

(b)l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni u r-responsabiltajiet ewlenin tagħha għas-sistema ta' monitoraġġ u ta' verifika fir-rigward tal-iskema ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika u/jew miżuri alternattivi;

(c)l-indipendenza tal-monitoraġġ u l-verifika mill-partijiet obbligati u l-partijiet parteċipanti, fdati;

(d)proporzjon statistikament sinifikanti ta' miżuri ta' titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-proporzjon u l-kriterji użati li jiddefenixxu u jagħżlu kampjun rappreżentattiv;

(e)l-obbligi ta' rapprotar għall-partijiet obbligati (iffrankar miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u t-total ta' kollox skont l-iskema).

(f)pubblikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija miksub (kull sena) skont l-iskema ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija u l-miżuri alternattivi;

(g)informazzjoni dwar penali applikati f'każ ta' nuqqas ta' konformità;

(h)informazzjoni dwar miżuri previsti jekk il-progress ma jkunx sodisfaċenti.



ANNESS III

INFORMAZZJONI DWAR L-INVENTARJI TA' GASSIJIET SERRA

Parti 1

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 23(2):

(a)l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom tal-gassijiet serra elenkati fil-parti 2 ta' dan l-Anness u l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament [ ] [ESR] għas-sena X-2;

(b)dejta dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom tal-monossidu tal-karbonju (CO), id-diossidu tal-kubrit (SO2), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti organiċi volatili, konsistenti mad-dejta diġà rapportata b'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/81/KE għas-sena X-2;

(c)l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra tagħhom minn sorsi u t-tneħħija tad-CO2 mill-bjar li jirriżultaw minn LULUCF, għas-sena X-2, b'konformità mal-metodoloġiji speċifikati fil-parti 3 ta' dan l-Anness. Din id-dejta għandha tkun rilevanti wkoll għar-rapport ta' konformità skont Artikolu 12 tar-Regolament [ ][LULUCF]:

(d)kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) għas-snin bejn is-sena jew perjodu bażi rilevanti u s-sena X-3, billi jiġu indikati r-raġunijiet għal dawn il-bidliet;

(e)informazzjoni dwar l-indikaturi, kif stabbilit fil-parti 4 ta' dan l-Anness, għas-sena X-2;

(f)informazzjoni fil-qosor dwar trasferimenti konklużi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament [ ] [ESR] u l-Artikolu 11 tar-Regolament [ ] [LULUCF] għas-sena X-1;

(g)informazzjoni dwar il-passi meħuda sabiex jittejbu l-estimi tal-inventarju, b'mod partikolari f'oqsma tal-inventarju li kienu soġġetti għal aġġustamenti jew rakkomandazzjonijiet wara rieżamijiet esperti;

(h)l-allokazzjoni reali jew stmata tal-emissjonijiet verifikati rapportati minn operaturi tal-installazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-kategoriji tas-sors tal-inventarju nazzjonali għall-gassijiet serra u l-proporzjon ta' dawk l-emissjonijiet verifikati mal-emissjonijiet totali rapportati tal-gassijiet serra f'dawk il-kategoriji tas-sors, għas-sena X-2;

(i)ir-riżultati tal-verifiki mwettqa dwar il-konsistenza tal-emissjonijiet rapportati fl-inventarji tal-gassijiet serra, għas-sena X-2, bl-emissjonijiet ivverifikati rapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE;

(j)ir-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq il-konsistenza tad-dejta użata biex jiġu stmati l-emissjonijiet bi tħejjija għall-inventarji tal-gassijiet serra, għas-sena X-2, ma':

(i)id-dejta użata biex jitħejjew l-inventarji tas-sustanzi li jniġġsu l-arja skont id-Direttiva 2001/81/KE;

(ii)id-dejta rapportata skont l-Artikolu 19(1) u l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014;

(iii)id-dejta dwar l-enerġija rapportata skont l-Artikolu 4 u l-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

(k)deskrizzjoni tal-bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom;

(l)deskrizzjoni tal-bidliet fir-reġistru nazzjonali;

(m)informazzjoni dwar l-assikurazzjoni tal-kwalità u l-pjanijiet tal-kontroll tal-kwalità tagħhom, valutazzjoni ġenerali tal-inċertezza, valutazzjoni ġenerali tal-kompletezza u, kwalunkwe element ieħor tar-rapport nazzjonali tal-inventarju ta' gass serra meħtieġ għat-tħejjija tar-rapport ta' inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;

(n)informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istat Membru biex jagħmel użu tal-flessibiltajiet msemmija fl-Artikolu 5(4) u (5) tar-Regolament [ ] [ESR].

Stat Membru jista' jitlob deroga mill-punt c biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fil-Parti 3 ta' dan l-Anness jekk it-titjib meħtieġ tal-metodoloġija ma jistax jinkiseb fil-ħin għat-titjib li jrid jitqies fl-inventarji tal-gassijiet serra tal-perjodu 2021 sa 2030, jew l-ispejjeż tat-titjib tal-metodoloġija ikun għoli b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji ta' meta tiġi applikata din il-metodoloġija sabiex titjieb il-kontabilità tal-emissjonijiet u assorbimenti minħabba s-sinifikat baxx tal-emissjonijiet u t-tneħħija mir-raggruppamenti ta' karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mid-deroga għandhom jissottomettu talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw l-iskeda ta’ żmien sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat u/jew il-metodoloġija alternattiva proposta, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali dwar il-korrettezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk it-talba tiġi miċħuda, il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Parti 2

Il-gassijiet serra li jridu jiġu koperti huma:

Diossidu tal-karbonju (CO2)

Metan (CH4)

Ossidu nitruż (N2O)

Eżafluworur tal-kubrit (SF6)

Trifluworur tan-nitroġenu (NF3)

Idrofluworokarburi (HFCs):

HFC-23 CHF3 

HFC-32 CH2F2 

HFC-41 CH3F

HFC-125 CHF2CF3 

HFC-134 CHF2CHF2 

HFC-134a CH2FCF3 

HFC-143 CH2FCHF2 

HFC-143a CH3CF3 

HFC-152 CH2FCH2F

HFC-152a CH3CHF2 

HFC-161 CH3CH2F

HFC-227ea CF3CHFCF3 

HFC-236cb CF3CF2CH2F

HFC-236ea CF3CHFCHF2 

HFC-236fa CF3CH2CF3 

HFC-245fa CHF2CH2CF3 

HFC-245ca CH2FCF2CHF2 

HFC-365mfc CH3CF2CH2CF3 

HFC-43-10mee CF3CHFCHFCF2CF3 jew (C5H2F10)

Perfluworokarburi (PFCs):

PFC-14, Perfluworometan, CF4 

PFC-116, Perfluworoetan, C2F6 

PFC-218, Perfluworopropan, C3F8 

PFC-318, Perfluworoċiklobutan, c-C4F8 

Perfluworoċiklopropan c-C3F6 

PFC-3-1-10, Perfluworobutan, C4F10 

PFC-4-1-12, Perfluworopentan, C5F12 

PFC-5-1-14, Perfluworoeżan, C6F14 

PFC-9-1-18, C10F18 

Parti 3 - Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur LULUCF

Id-dejta ta’ konverżjoni tal-użu tal-art espliċitu skont l-ispazju għall-identifikazzjoni u l-intraċċar ta’ kategoriji tal-użu tal-art u konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art.

Il-metodoloġija tal-Grad 1 li tuża fatturi standard ta’ emissjoni u valuri ta’ parametri kkalibrati globalment skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ font jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta’ pajjiż ta’ gassijiet serra f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 li tuża fatturi ta’ emissjoni u valuri ta’ parametri determinati fuq livell nazzjonali kkalibrati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3 li tuża mmudellar mhux parametriku kkalibrat għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, li tiddeskrivi l-interazzjoni fiżika tas-sistema bijofiżika, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

Parti 4 - Indikaturi tal-inventarju

Titlu tal-indikatur

Indikatur

TRASFORMAZZJONI B0

Emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 ta' impjanti tal-enerġija pubbliċi u awtoprodutturi, t/TJ

Emissjonijiet tad-CO2 minn stazzjonijiet tal-enerġija pubbliċi u termali awtoprodutturi, kt diviżi bil-prodotti kollha - output minn stazzjonijiet tal-enerġija pubbliċi u termali awtoprodutturi, PJ

TRASFORMAZZJONI E0

Emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 ta' impjanti awtoprodutturi, t/TJ

Emissjonijiet tad-CO2 minn awtoprodutturi, kt diviżi bl-output tal-prodotti kollha minn stazzjonijiet tal-enerġija termali awtoprodutturi, PJ

INDUSTRIJA A1.1

Intensità totali tad-CO2 — industrija tal-ħadid u l-azzar, t/miljun euro

Emissjonijiet totali tad-CO2 minn ħadid u azzar, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija tal-ħadid u l-azzar

INDUSTRIJA A1.2

Intensità tad-CO2 marbuta mal-enerġija — industrija kimika, t/miljun euro

Emissjonijiet tad-CO2 ta' industriji kimiċi marbuta mal-enerġija, kt diviżi bil-valur gross miżjud - industrija kimika

INDUSTRIJA A1.3

Intensità tad-CO2 marbuta mal-enerġija — ħġieġ, fuħħar u l-industrija tal-materjal tal-bini, t/miljun euro

Emissjonijiet tad-CO2 marbuta mal-enerġija ħġieġ, fuħħar u materjal tal-bini, kt diviżi bil-valur gross miżjud – ħġieġ, fuħħar u l-industrija tal-materjal tal-bini

INDUSTRIJA A1.4

Intensità tad-CO2 marbuta mal-enerġija — industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, t/miljun dollaru

Emissjonijiet tad-CO2 marbuta mal-enerġija mill-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, kt diviżi bil-valur gross miżjud — industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, miljun euro (EC95)

INDUSTRIJA A1.5

Intensità tad-CO2 marbuta mal-enerġija — industrija tal-karta u tal-istampar, t/miljun euro Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija, kt - Valur gross miżjud — industrija tal-karta u tal-istampar, miljun euro (EC95)

DJAR A0

Emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 għal djar għal tisħin tal-ispazju, t/m2

Emissjonijiet tad-CO2 ta' djar għal tisħin ta' spazju diviżi bl-erja tas-superfiċe ta' djar okkupati b'mod permanenti, miljun m2

SERVIZZI B0

Emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali għal tisħin tal-ispazju, kg/m2

Emissjonijiet tad-CO2 minn tisħin tal-ispazju fil-qasam kummerċjali u istituzzjonali, kt diviżi bl-erja tas-superfiċe ta' bini tas-servizzi, miljun m2

TRASPORT B0

Emissjonijiet speċifiċi tad-diżil relatati mad-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri, g/100 km

TRASPORT B0

Emissjonijiet speċifiċi tal-petrol relatati mad-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri, g/100 km

ANNESS IV

INFORMAZZJONI DWAR POLITIKI U MIŻURI FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 16:

(a)deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom għal rapportar dwar politiki u miżuri u għal rapportar dwar projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gass serra minn fonti u assorbimenti minn bjar b'konformità mal-Artikolu 32(1) jew informazzjoni dwar kull bidla magħmula lil dik is-sistema fejn deskrizzjoni bħal dik diġà ġiet fornuta;

(b)aġġornamenti rilevanti għall-istrateġiji ta' emissjonijiet baxxi għal terminu ta' żmien twil tagħhom imsemmija fl-Artikolu 14 u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji;

(c)informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, jew gruppi ta' miżuri, u dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni, jew gruppi ta' miżuri li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn fonti jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali u organizzata skont il-gass jew grupp tal-gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal politiki nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u rilevanti u għandha tinkludi:

(i)l-għan tal-politika jew tal-miżura u deskrizzjoni qasira tal-politika jew tal-miżura;

(ii)it-tip ta' strument politiku;

(iii)l-istatus tal-implimentazzjoni tal-politika jew miżura jew grupp ta' miżuri;

(iv)indikaturi li jagħmlu monitoraġġ u jevalwaw il-progress matul iż-żmien;

(v)stimi kwantitattivi tal-effetti fuq l-emissjonijiet minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra li jitqassmu fi:

ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex ante tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-istimi għandhom jiġu provduti għal sekwenza ta' erba' snin futuri li jispiċċaw b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar sussegwenti, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament [ ] [ESR] u r-Regolament [ ] [LULUCF].

ir-riżultati al-valutazzjonijiet ex post dwar l-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta disponibbli, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament [ ] [ESR] u r-Regolament [ ] [LULUCF].

(vi)stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri projettati kif ukoll stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri realizzati;

(vii)ir-referenzi kollha għall-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-effetti ta' politiki u miżuri nazzjonali, għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn fonti jew itejbu l-assorbimenti mill-bjar u għar-rapporti tekniċi sottostanti;

(viii)valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-politika jew miżura għall-kisba tal-istrateġija ta' emissjoni baxxa għal terminu ta' żmien twil imsemmija fl-Artikolu 14;

(d)informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati previsti bil-ħsieb li jillimitaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra lil hinn mill-impenji tagħhom skont ir-Regolament [ ] [ESR] u r-Regolament [ ] [LULUCF];

(e)informazzjoni rigward ir-rabtiet ta' bejn politiki u miżuri differenti rapportati skont il-punt c u l-mod kif politiki u miżuri bħal dawn jikkontribwixxu għal xenarji ta' projezzjoni differenti.

ANNESS V

INFORMAZZJONI DWAR IL-PROJEZZJONIJIET FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 16:

(a)projezzjonijiet mingħajr miżuri meta disponibbli, projezzjonijiet bil-miżuri, u projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali;

(b)projezzjonijiet tat-total ta' gassijiet serra u stimi separati għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra projettati għas-sorsi tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mir-Regolament [ ] [ESR] u l-emissjonijiet projettati minn fonti u l-assorbimenti mill-bjar skont ir-Regolament [ ] [LULUCF];

(c)l-impatt ta' politiki u miżuri identifikati skont l-Artikolu 16(1)(a). Meta tali politiki u miżuri ma jkunux inklużi, dan għandu jiġi ddikjarat u spjegat b'mod ċar;

(d)riżultati tal-analiżi ta' sensittività mwettqa fuq il-projezzjonijiet u informazzjoni dwar il-mudelli u l-parametri użati;

(e)ir-referenzi rilevanti kollha għall-valutazzjoni u r-rapporti tekniċi li jissostanzjaw il-projezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(4).

ANNESS VI

INFORMAZZJONI DWAR AZZJONIJIET TA' ADATTAMENT NAZZJONALI, APPOĠĠ FINANZJARJU U TEKNOLOĠIKU FORNUT LILL-PAJJIŻI LI QED JIŻVILUPPAW, INTROJTU MILL-IRKANTAR

Parti 1

Rapportar dwar l-Adattament

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 17(1):

(a)il-miri ewlenin, l-għanijiet u l-qafas ta' ħidma istituzzjonali għal adattament;

(b)projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima li jinkludu l-estremi tat-temp, l-impatti tat-tibdil fil-klima, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika u r-riskji u perikli klimatiċi ewlenin;

(c)kapaċità ta' adattament;

(d)pjanijiet u strateġiji ta' adattament;

(e)kontrolli istituzzjonali li jinkludu sistemi ta' governanza u koordinament vertikali u orizzontali, monitoraġġ u evalwazzjoni;

(f)progress li sar fl-implimentazzjoni, li jinkludi prattiċi tajbin u bidliet fil-governanza.

Parti 2

Rapportar dwar appoġġ lil pajjiżi li qed jiżviluppaw

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 17(2)(a):

(a)informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju imwiegħed u fornut lil pajjiżi li qed jiżviluppaw għas-sena X-1, li jinkludu:

(i)informazzjoni kwantitattiva dwar riżorsi finanzjarji pubbliċi u mobilizzati mill-Istat Membru. L-informazzjoni dwar il-flussi finanzjarji trid tkun ibbażata fuq dawk li huma magħrufa bħala l-'markaturi ta' Rio' għal appoġġ relatat mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u appoġġ relatat mal-adattament għat-tibdil fil-klima u sistemi oħra ta' intraċċar introdotti mill-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilupp tal-OECD;

(ii)informazzjoni metodoloġika kwalitattiva li tispjega l-metodu użat biex tiġi kkalkulata l-informazzjoni kwantitattiva, li tinkludi spjegazzjoni tal-metodoloġija għall-ikkwantifikar tat-dejta tagħhom, u meta rilevanti, informazzjoni oħra dwar id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji użati għa-determinazzjoni ta' kwalunkwe ċifra, notevolment għall-informazzjoni rapportata dwar flussi finanzjarji mobbli;

(iii)informazzjoni disponibbli dwar attivitajiet mill-Istat Membru relatata ma' proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija ffinanzjati pubblikament u proġetti li jibnu l-kapaċità għal pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-UNFCCC, li jinkludi jekk it-teknoloġija trasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità ntużax għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, pajjiż riċevitur, ammont ta' appoġġ ipprovdut, u t-tip ta' teknoloġija ttrasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità;

(b)informazzjoni għas-sena X u s-snin sussegwenti dwar id-dispożizzjoni ppjanata ta' appoġġ, li tinkludi informazzjoni dwar attivitajiet ippjanati relatati ma' proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija ffinanzjati pubblikament jew proġetti li jibnu l-kapaċità għal pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-UNFCCC u għal teknoloġiji li jridu jiġu trasferiti u proġetti li jibnu l-kapaċità, li jinkludu jekk it-teknoloġija trasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità kienx maħsub għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, pajjiż riċevitur, ammont ta' appoġġ ipprovdut, u t-tip ta' teknoloġija ttrasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità;

Parti 3

Rapportar dwar introjtu minn irkant

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 17(2)(b):

(a)informazzjoni dwar l-użu tal-introjtu matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża informazzjoni dwar introjtu bħal dan li ntuża għal wieħed mill-iskopijiet jew aktar speċifikati fl-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak l-introjtu, u l-azzjonijiet meħuda skont dak l-Artikolu;

(b)informazzjoni dwar l-użu, kif determinat mill-Istat Membru, tal-introjtu kollu ġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE; dik l-informazzjoni għandha tingħata f'konformità mal-Artikolu 3d(4) ta' dik id-Direttiva;

L-introjtu mill-irkant mhux żburżat fiż-żmien li Stat Membru jissottometti rapport lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2)(b) għandu jiġi kwantifikat u rapportat fir-rapporti għas-snin sussegwenti.

ANNESS VII

OBBLIGI TA' RAPPORTAR ADDIZZJONALI

Parti 1

Obbligi ta' rapportar addizzjonali fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha, sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, tiġi inkluża skont l-Artikolu 18(b)(6):

(a)il-funzjonament tas-sistema ta' garanziji ta' oriġini għall-elettriku, il-gass, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-livelli ta' ħruġ u l-kanċellazzjoni ta' garanziji ta' oriġini u l-konsum annwali nazzjonali li jirriżulta tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà u l-ħarsien minn frodi tas-sistema;

(b)informazzjoni aggregata mill-bażijiet tad-dejta nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25(4) ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767] dwar bijofjuwils, bijogass prodotti minn materja prima elenkata fl-Anness IX ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767], fjuwils tat-trasport rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, fjuwils fossili bbażati fuq l-iskart u elettriku mqiegħda fis-suq minn fornituri tal-fjuwils, li jinkludi informazzjoni dwar it-tip ta' fjuwil, il-kontenut tal-enerġija tagħhom u, jekk applikabbli, il-bażi tal-materja prima u, jekk rilevanti, il-prestazzjoni tal-ffrankar tal-gassijiet serra tagħhom; meta l-bażi tad-dejta nazzjonali ma jkunx fiha l-valuri reali, l-Istati Membri jistgħu jużaw valuri tipiċi jew, meta jkun xieraq, valuri awtomatiċi mogħtija fil-Parti A u l-Parti B tal-Anness V ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767];

(c)żviluppi fid-disponibbiltà, oriġini u użu tar-riżorsi tal-bijomassa għall-fini tal-enerġija;

(d)bidliet fil-prezzijiet tal-komoditajiet u fl-użu tal-art fl-Istat Membru assoċjat mal-użu miżjud tiegħu tal-bijomassa u forom oħra ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli:

(e)il-produzzjoni eċċessiva stmata tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tista' tiġi ttrasferita lejn Stati Membri oħra sabiex dawn jikkonformaw mal-Artikolu 3, il-paragrafu 7 ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767] u jiksbu l-kontribuzzjonijiet u t-trajettorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (a)(2) tal-istess Direttiva;

(f)id-domanda stmata għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b'mezzi oħra għajr il-produzzjoni domestika sal-2030, li jinkludi l-materja prima ta' bijomassa importata;

(g)l-iżvilupp u s-sehem ta' bijofjuwils magħmula minn materja prima elenkati fl-Anness IX ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767] li jinkludi valutazzjoni ta' riżorsi ffukati fuq l-aspetti ta' sostenibbiltà marbuta mal-effett tas-sostituzzjoni ta' ikel u prodotti tal-għalf għal produzzjoni ta' bijofjuwils, b'konsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju tal-użu sussegwenti tal-bijomassa, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi reġjonali, u ekonomiċi u teknoloġiċi lokali, iż-żamma tal-istokk ta' karbonju meħtieġ fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija u l-ekosistemi;

(h)l-impatt stmat tal-produzzjoni jew l-użu tal-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi tal-ilma, id-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma, il-ħamrija u l-kwalità tal-arja fl-Istat Membru;

(i)riskji jew każijiet osservati ta' frodi fil-katina ta' kustodja tal-bijofjuwils, l-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa;

(j)informazzjoni dwar kif kien stmat is-sehem ta’ skart bijodegradabbli fi skart użat biex tiġi prodotta l-enerġija, u x’passi ttieħdu biex jittejbu u jkunu vverifikati dawk l-istimi;

(k)ġenerazzjoni tal-elettriku u tat-tisħin mill-enerġija rinnovabbli fil-bini (kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2010/31/UE). Dan għandu jinkludi dejta diżaggregata dwar l-enerġija prodotta, ikkonsmata u injettata fil-grid minn sistemi solari fotovoltajċi, sistemi termali solari, bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi kif ukoll is-sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati l-oħrajn kollha.

(l)Jekk applikabbli, is-sehem ta' bijofjuwils minn kultivazzjonijiet alimentari u dawk avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, kif ukoll l-enerġija rinnovabbli prodotta fil-bliet u l-komunitajiet tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 22 ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767];

(m)Forniment primarju ta' bijomassa solida (f'1000 m3, għajr 1) b) iii) f'tunnellati)

(1)Il-bijomassa tal-foresta użata għal produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)

(a)Bijomassa primarja mill-foresta użata direttament għall-produzzjoni tal-enerġija

i)Friegħi u qċaċet tas-siġar (ir-rapportar huwa volontarju)

ii)Biċċiet tas-siġar li jibqgħu fl-art wara l-qtugħ (ir-rapportar huwa volontarju)

iii)Injam tond (maqsum f'injam tond industrijali u injam għall-fjuwil)

(b)Ko-prodotti tal-industrija bbażati fuq il-foresta użati direttament għall-enerġija

i)Qoxra tas-siġar (ir-rapportar huwa volontarju)

ii)Ċipep, serratura u partiċelli oħra tal-injam

iii)Likur iswed u żejt tal-arżnu mhux maħdum

(c)Injam ta' wara l-konsumatur li jintuża direttament għal produzzjoni tal-enerġija

(d)Fjuwil abbażi ta' injam proċessat, prodott minn materja prima mhux reġistrata fil-punti 1a), 1b) jew 1c):

i)Faħam tal-kannol tal-injam

ii)Gerbub tal-injam u maltunelli tal-injam

(2)Il-bijomassa agrikola użata għal produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)

(a)Għelejjel tal-enerġija għall-elettriku jew it-tisħin (li jinkludu msajġar ta' rotazzjoni qasira)

(b)Residwi tal-għelejjel agrikoli għall-elettriku jew it-tisħin

(3)Il-bijomassa ta' skart organiku għall-produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)

(a)Frazzjoni organika għal skart industrijali

(b)Frazzjoni organika għal skart muniċipali

(c)Ħama tal-iskart

(n)konsum finali tal-enerġija ta' bijomassa solida (ammont ta' bijomassa solida użata għall-produzzjoni tal-enerġija fis-setturi li ġejjin):

(1)Settur tal-enerġija

(a)Elettriku

(b)Tisħin u enerġija kkombinati

(c)Tisħin

(2)Settur industrijali intern (elettriku kkonsmat u awtoprodott, CHP u tisħin)

(3)Konsum finali dirett residenzjali

(4)Oħrajn

Parti 2

Obbligi ta' rapportar addizzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika

Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi inkluża skont l-Artikolu 19(c):

(a)politiki maġġuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, miżuri, miżuri finanzjarji u programmi implimentati fis-sena X-2 u X-1 (b'X bħala s-sena meta r-rapport ikun dovut) sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 4(b) li jippromwovu s-swieq ta' servizz tal-enerġija, it-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija fil-bini, il-miżuri li jutilizzaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika għall-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, it-titjib tal-informazzjoni u l-kwalifika, miżuri oħra sabiex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;

(b)iffrankar tal-enerġija miksuba permezz tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata permezz tal-proposta COM(2016)761] fis-snin X-3 u X-2;

(c)progress f'kull settur u r-raġunijiet għaliex il-konsum tal-enerġija baqa' stabbli jew kien qed jikber fis-sena X-3 u X-2 fl-oqsma ta' konsum tal-enerġija finali;

(d)erja totali tal-pavimentar tal-bini b'erja totali ta' pavimetar utli 'l fuq minn 250 m2 proprjetà ta' gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupat minnu li, fl-1 ta' Jannar tas-sena X-2 u X-1, ma tkunx issodisfat ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(e)erja totali tal-pavimentar ta' bini msaħħan u/jew mkessaħ proprjetà ta' gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupat minnu li kien rennovat fis-sena X-3 u X-2 imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2012/27/UE jew l-ammont tal-enerġija ffrankata fil-bini eliġibbli proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom u okkupata minnu kif jissemma fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(f)għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fis-sena X-3 u X-2. Barra minn hekk l-għadd totali ta' kumpaniji kbar fit-territorju tagħhom li għalihom huwa applikabbli l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2012/27/UE u l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa f'dawk l-intrapriżi fis-sena X-3 u X-2;

(g)il-fattur tal-enerġija primarja nazzjonali applikat għall-elettriku;

(h)l-għadd u l-erja ta' pavimentar ta' bini ġdid u rennovat bi kważi enerġija żero fis-sena X-2 u X-1, kif definit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(i)il-link tal-internet tas-sit web fejn wieħed jista' jaċċessa l-lista jew l-interfaċċa ta' fornituri ta' servizzi tal-enerġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.

ANNESS VIII

RAPPORT DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-BIJOENERĠIJA TAL-UNJONI

Ir-rapport tal-UE dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija minn enerġija li ġejja mill-bijomassa li jrid jiġi adottat kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont l-Artikolu 29(2)(d), għandu jkun fih bħala minimu l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relattivi ta' bijofjuwils, bijolikwidi u fjuwils tal-bijomassa differenti, l-effetti tal-politiki ta' importazzjoni tal-Unjoni fuqhom, is-sigurtà tal-implikazzjonijiet tal-provvista u l-modi kif jinkiseb approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet

(b)l-impatt fuq il-produzzjoni u l-użu ta' bijomassa fuq is-sostenibbiltà fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, li jinkludu impatti fuq il-bijodiversità;

(c)dejta u analiżi tad-disponibbiltà u d-domanda attwali u projettata tal-bijomassa sostenibbli, li jinkludu l-impatt ta' domanda ogħla għall-bijomassa fuq setturi li jużaw il-bijomassa;

(d)l-iżvilupp teknoloġiku, id-disponibbiltà u s-sostenibbiltà ta' bijofjuwils magħmula minn materja prima elenkati fl-Anness IX ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767], inkluż valutazzjoni tal-effett tas-sostituzzjoni ta' prodotti tal-ikel u l-għalf għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, b'konsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju tal-użu sussegwenti tal-bijomassa, b'konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ekonomiċi reġjonali u lokali u dawk teknoloġiċi, iż-żamma tal-istokk ta' karbonju meħtieġ fil-ħamrija u l-kwalità tal-ħamrija u l-ekosistemi;

(e)informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka xjentifika disponibbli, u l-analiżi tagħhom dwar it-tibdil indirett fl-użu tal-art fir-rigward tal-mezzi ta' produzzjoni kollha, akkumpanjata minn valutazzjoni dwar jekk il-firxa ta' inċertezza identifikata fl-analiżi sottostanti għall-istimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art tistax titnaqqas, u jekk jista' jitqies l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli; u

(f)fir-rigward kemm ta' pajjiżi terzi kif ukoll Stati Membri li huma sors sinifikanti ta' bijofjuwils, bijolikwidi u fjuwils tal-bijomassa kkonsmati fl-Unjoni, dwar miżuri nazzjonali meħuda biex jirrispettaw l-kriterji ta' sostenibbiltà u l-kritetji ta' ffrankar ta' gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 26, il-paragrafi 2 sa 7, ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767], għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja.

Fir-rapportar tal-iffrankar tal-emissjoni tal-gassijiet serra mill-użu tal-bijomassa, il-Kummissjoni għandha tuża l-ammonti rapportati mill-Istati Membri b'konformità mal-Anness IX, il-Parti 1(b), inkluż il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati fil-bidla fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi tas-sensittività kif stabbilit fl-Anness VIII ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767]. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament id-dejta dwar il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi tas-sensittività. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk u kif tinbidel l-istima tal-iffrankar dirett fuq l-emissjonijiet jekk jittieħed kont tal-ko-prodotti bl-użu tal-approċċ ta' sostituzzjoni.

ANNESS IX

SKEMI VOLONTARJI LI FUQHOM IL-KUMMISSJONI ADOTTAT DEĊIŻJONI SKONT L-ARTIKOLU 27(4) TA' [RIFORMULAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2009/28/KE KIF PROPOST MINN COM(2016)767]

Ir-rapport dwar skemi volontarji li fuqhom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 27(4) ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)767], għandu jiġi adottat darba kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont l-Artikolu 29(2)(e), għandu jkun fih, bħala minimu, l-analiżi tal-Kummissjoni ta' dawn li ġejjin:

(a)l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-verifiki, fir-rigward kemm ta' dak espress dwar dawk l-aspetti fid-dokumentazzjoni tal-iskema, meta l-iskema kkonċernata ġiet approvata mill-Kummissjoni, kif ukoll fir-rigward tal-aħjar prattika tal-industrija;

(b)id-disponibbiltà, l-esperjenza u t-trasparenza fl-applikazzjoni ta' metodi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-nuqqas ta' konformità, b'attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet jew allegazzjonijiet ta' aġir ħażin serju min-naħa tal-membri tal-iskema;

(c)it-trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta' traduzzjonijiet fil-lingwi applikabbli tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta' lista ta' operaturi ċċertifikati u ċ-ċertifikati relevanti, u l-aċċessibbiltà ta' rapporti tal-awdituri;

(d)l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma' komunitajiet indiġeni u lokali qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u l-analiżi tal-iskema kif ukoll waqt l-awditi u t-tweġiba għall-kontributi tagħhom;

(e)ir-robustezza ġenerali tal-iskema, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli dwar l-akkreditament, il-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti tal-iskema;

(f)l-aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta' materja prima u l-bijofjuwils ċċertifikati, skont il-pajjiż tal-oriġini u t-tip, l-għadd ta' parteċipanti;

(g)il-faċilità u l-effettività tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' intraċċar tal-provi ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru/i tagħha, tali sistema intenzjonata li sservi bħala mezz ta' prevenzjoni kontra attività frodulenti bil-ħsieb, b'mod partikolari, tal-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu tal-frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati u fejn jixraq, l-għadd ta' każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet identifikati;

(h)għażliet għall-entitajiet biex ikunu awtorizzati jirrikonoxxu u jagħmlu monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(i)kriterji għar-rikonoxximent jew l-akkreditament tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(j)regoli dwar kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(k)modi biex jiffaċilitaw jew itejbu l-promozzjoni tal-aħjar prattika.

ANNESS X

SISTEMI TA' INVENTARJU NAZZJONALI

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 tinkludi li ġej:

(a)id-dejta u l-metodi rapportati għall-attivitajiet u l-installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra rrapportati skont l-iskema tal-Unjoni għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra;

(b)dejta miġbura permezz tas-sistemi ta' rapportar dwar gassijiet fluworurati fis-setturi diversi, stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali dwar il-gassijiet serra;

(c)emissjonijiet, dejta sottostanti u metodoloġiji rapportati mill-faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali dwar il-gassijiet serra;

(d)id-dejta rapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

(e)dejta miġbura permezz ta' intraċċar ġeografiku fuq żoni tal-art fil-kuntest tal- programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u l-Istati Membri inkluż l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta LUCAS u l-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja, Copernicus

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

l-Artikolu 4

l-Artikolu 14

l-Artikolu 5

l-Artikolu 30(1); 30(2); 30(6); Anness X

l-Artikolu 6

l-Artikolu 30(3); 30(6)

l-Artikolu 7

l-Artikolu 23(2); 23(3); 23(5); 23(6); Anness III

l-Artikolu 8

l-Artikolu 23(1)(a); l-aħħar sottoparagrafu tal-Artikolu 23(1); 23(6)

l-Artikolu 9

l-Artikolu 30(4); 30(5)

l-Artikolu 10

l-Artikolu 33

l-Artikolu 11

l-Artikolu 12

l-Artikolu 32

l-Artikolu 13

l-Artikolu 16(1)(a); 16(3); 16(4); Anness IV

l-Artikolu 14

l-Artikolu 16(1)(b); 16(2); 16(3); 16(4); Anness V

l-Artikolu 15

l-Artikolu 17(1); Anness VI, il-Parti 1

l-Artikolu 16

l-Artikolu 17(2)(a); Anness VI, il-Parti 2

l-Artikolu 17

l-Artikolu 17(2)(b); 17(3); 17(4); Anness VI, il-Parti 3

l-Artikolu 18

l-Artikolu 15(2)(e); it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 15(2)

l-Artikolu 19

l-Artikolu 20

l-Artikolu 21

l-Artikolu 25(1)(c); 25(4); 25(7)

l-Artikolu 22

l-Artikolu 23

Artikolu 34(1)(d); 34(1)(e); 34(1)(f); 34(1)(g); 34(1)(h);

l-Artikolu 24

l-Artikolu 35

l-Artikolu 25

l-Artikolu 26

l-Artikolu 37

l-Artikolu 27

l-Artikolu 28

l-Artikolu 50

l-Artikolu 29

(1) Il-konsistenza għandha tiġi żgurata permezz ta' strateġiji ta' emissjonijiet baxxi għal perjodu ta' żmien twil skont l-Artikolu 14.
(2) Għall-pjan li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030: Il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2030 tal-Istat Membru dwar l-emissjonijiet ta' gass serra fis-setturi li mhumiex ETS u l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali kif stabbilit skont ir-Regolament [ ][ESR].
(3) Ir-Regolament [ ] [LULUCF]
(4) Il-konsistenza għandha tiġi żgurata bl-azzjoni preventiva u l-pjanijiet tal-emerġenza skont ir-Regolament [kif propost permezz ta' COM(2016)52] dwar miżuri li jħarsu s-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010, kif ukoll il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji skont ir-Regolament [kif propost permezz ta' COM(2016)862] dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar Direttiva 2005/89/KE.
(5) B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013. p. 39).
(6) Meta jkunu qed jippjanaw dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tmiem tal-ħajja ta' installazzjonijiet eżistenti u l-potenzjal għall-forniment tal-enerġija mill-ġdid.
(7) B'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE [kif emendat bil-proposta COM(2016)765].
(8) B'konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/27/UE.
(9) B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE.
(10) B'konformità mal-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE
(11) B'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/27/UE.
(12) B'konformità mal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2012/27/UE.
(13) Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika.
(14) Il-konsistenza għandha tiġi żgurata bl-azzjoni preventiva u l-pjanijiet tal-emerġenza skont ir-Regolament [kif propost permezz ta' COM(2016)52] dwar miżuri li jħarsu s-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010, kif ukoll il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji skont ir-Regolament [kif propost permezz ta' COM(2016)862] dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar Direttiva 2005/89/KE.
(15) Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika.
(16) Għajr għall-Gruppi Reġjonali PCI stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
(17) Għajr għall-Gruppi Reġjonali PCI stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
(18) B'konformità ma' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif propost minn COM(2016)864 u riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 kif propost minn COM(2016)861]
(19) B'konformità mal-Artikolu 15(8) tad-Direttiva 2012/27/UE.
(20) Ara l-Parti 2 għal-lista dettaljata ta' parametri u varjabbli li jridu jiġu rapportati fit-Taqsima B tal-Pjan.
(21) Is-sitwazzjoni attwali għandha tirrifletti d-data ta' sottomissjoni tal-pjan nazzjonali (jew l-aħħar data disponibbli). Il-politiki u l-miżuri eżistenti jinkorporaw politiki u miżuri implimentati u adottati. Il-politiki u l-miżuri adottati huwa dawk li dwarhom ittieħdet deċiżjoni uffiċjali mill-gvern sad-data ta' sottomissjoni tal-pjan nazzjonali u hemm impenn ċar biex l-affarijiet jitkomplew bl-implimentazzjoni. Il-politiki u l-miżuri implimentati huma dawk li għalihom wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin japplikaw fid-data ta' sottomissjoni tal-pjan nazzjonali: il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun fis-seħħ, ftehim volontarju wieħed jew aktar ġie/ġew stabbilit(i), ir-riżorsi finanzjarji ġew allokati, ir-riżorsi umani ġew mobilizzati.
(22) L-għażla ta' fatturi eżoġeni tista' tkun ibbażata fuq il-preżunzjonijiet magħmula fix-Xenarju ta' Riferiment tal-UE tal-2016 jew xenarji ta' politika sussegwenti oħra għall-istess varjabbli. Minbarra hekk, ir-riżultati speċifiċi tal-Istati Membri tax-Xenarju ta' Riferiment tal-UE tal-2016 kif ukoll ir-riżultati ta' xenarji ta' politika sussegwenti jistgħu jkunu sors utli ta' informazzjoni meta jiġu żviluppati projezzjonijiet nazzjonali b'politiki u miżuri eżistenti u valutazzjonijiet tal-impatt.
(23) B'konformità mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.
(24) Dan in-negozju ta' riferiment bħala projezzjoni tas-soltu se jkun il-bażi għall-mira tal-konsum tal-enerġija finali u primarju tal-2030 li huwa deskritt fi 2.3 u l-fatturi ta' konverżjoni.
(25) B'referenza għal ħarsiet ġenerali ta' infrastruttura eżistenti ta' trażmissjoni minn Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (TSOs).
(26) B'referenza għall-pjanijiet tal-iżvilupp ta' netwerk nazzjonali u pjanijiet ta' investiment reġjonali ta' TSOs.
(27) B'referenza għall-ġabriet fil-qosor dwar l-infrastruttura eżistenti għat-trażmissjoni mit-TSOs.
(28) B'referenza għall-pjanijiet tal-iżvilupp ta' netwerk nazzjonali u pjanijiet ta' investiment reġjonali ta' TSOs.
(29) Il-politiki u l-miżuri ppjanati huma għażliet li jridu jiġu diskussi u li għandhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data ta' sottomissjoni tal-pjan nazzjonali. Għalhekk il-projezzjonijiet li jirriżultaw skont taqsima 5.1.i għandhom jinkludu mhux biss il-politiki u l-miżuri implimentati u adottati (projezzjonijiet b'politiki u miżuri eżistenti), imma wkoll politiki u miżuri ppjanati.
(30) Direttiva [kif proposta minn COM/2013/0920] dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE.
(31) Għall-pjan li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030: Għal kull parametru/varjabbli fil-lista, għandhom jiġu rapportati x-xejriet matul is-snin 2005-2040 (2005-2050 meta jixraq) li jinkludu intervalli ta' ħames snin għas-sena 2030 kemm fit-taqsima 4 kif ukoll 5. Għandu jiġi indikat parametru bbażat fuq previżjonijiet eżoġeni kontra output immudellat.
(32) Safejn hu possibbli, id-dejta u l-projezzjonijiet rapportati għandhom jissawwru fuq u jkunu konsistenti ma' dejta minn EUROSTAT u l-metodoloġija użata għar-rapportar tal-istatistika Ewropea fil-leġiżlazzjonijiet settorjali rispettivi, peress li l-istatistika Ewropea hija s-sors ewlieni ta' dejta statistika użata għar-rapportar u l-monitoraġġ, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea.
(33) Nota: il-projezzjonijiet kollha għandhom isiru fuq il-bażi ta' prezzijiet kostanti (prezzijiet tal-2016 użati bħala sena bażi)
(34) Il-Kummissjoni se tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal parametri ewlenin, li tal-anqas ikopru l-prezzijiet taż-żejt, il-gass u l-importazzjoni tal-faħam kif ukoll il-prezzijiet tal-karbonju ta' ETS fl-UE.